  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġKAP.235   1
KAPITOLU 235
ATT DWAR ID-DĦUL TA’ MALTA BĦALA 
MEMBRU TA’ ORGANIZZAZZJONIJIET 
FINANZJARJI INTERNAZZJONALI
Biex Malta tkun tista’ ssir membru tal-Bank Internazzjonali għar-
Rikostruzzjoni u Żvilupp, tal-Korporazzjoni Internazzjonali għall-
Finanzjament u ta’ l-Assoċjazzjoni lnternazzjonali għall-Iżvilupp.
(26 ta’ Ġunju, 1973)*
Sar liġi bl-ATT XXVIII ta’ l-1973.
Titolu fil-qosor. 
membru ta’ Organizzazzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali.
Tifsir.
xort’oħra -
"Assoċjazzjoni" tfisser l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-
Iżvilupp;
"Bank" tfisser il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u
Żvilupp;
"Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni" tfisser l-Istatut għat-twaqqif u t-
tħaddim ta’ l-Assoċjazzjoni kif muri fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dan l-Att;
"Ftehim tal-Bank" tfisser l-Istatut għat-twaqqif u t-tħaddim tal-
Bank kif muri fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att;
"Ftehim tal-Korporazzjoni" tfisser l-Istatut għat-twaqqif u t-
tħaddim tal-Korporazzjoni kif muri fit-Tielet Skeda li tinsab ma’
dan l-Att;
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni Internazzjonali għall-
Finanzjament;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi; 
"Riżoluzzjoni dwar Membri" tfisser ir-riżoluzzjonijiet adottati
mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank, tal-Korporazzjoni u ta’ l-
Assoċjazzjoni, rispettivament, li jispeċifikaw il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li taħthom Malta tidħol membru f’dawn l-
Organizzazzjonijiet.
Awtorizzazzjoni 
biex jiġi firrmat u 
aċċettat kull 
Ftehim minn dawn.
3. Il-Ministru huwa b’dan l-Att awtorizzat li f’isem il-Gvern
ta’ Malta jiffirma xi wieħed jew aktar mill-ftehim li ġej, jiġifieri, il-
Ftehim tal-Bank, il-Ftehim tal-Korporazzjoni u l-Ftehim ta’ l-
Assoċjazzjoni u biex jiddepożita, fil-każ tal-Ftehim tal-Bank,
għand il-Gvern ta’ l-Istati Uniti, u, fil-każijiet tal-Ftehim tal-
Korporazzjoni u tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni għand il-Bank, l-atti
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 445 tas-26 ta’ Ġunju, 1973.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
2      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
ta’ aċċettazzjoni ta’ l-imsemmija Ftehim u tal-pattijiet u l-
kondizzjonijiet preskritti bis-saħħa tagħhom rispettivament għad-
dħul ta’ Malta bħala membru, jew biex b’atti bil-firma tiegħu,
jagħti setgħa lil dik il-persuna li tiġi msemmija f’dawk l-atti li
tiffirma l-Ftehim imsemmija u biex tiddepożita l-imsemmija atti ta’
aċċettazzjoni kif intqal qabel.
Effett tal-firmar ta’ 
kull Ftehim. 
4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli li ġejjin għandu jkollhom
effett dwar kull Ftehim imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att
minnufih kif il-Ftehim relattiv jiġi ffirmat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu.*
Disposizzjonijiet 
finanzjarji dwar id-
dħul bħala 
membru.
5. (1) Jistgħu jitħallsu mill-Fond Konsolidat fuq mandat tal-
Ministru s-somom kollha meħtieġa sabiex isiru - 
(a) il-ħlasijiet kollha li minn żmien għal żmien ikunu
meħtieġa li jsiru lill-Bank skond id-disposizzjonijiet
tar-Riżoluzzjoni dwar Membri u tal-Ftehim tal-Bank;
(b) il-ħlasijiet kollha li minn żmien għal żmien ikunu
meħtieġa li jsiru lill-Korporazzjoni skond id-
disposizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni dwar Membri u tal-
Ftehim tal-Korporazzjoni;
(ċ) il-ħlasijiet kollha li minn żmien għal żmien ikunu
meħtieġa li jsiru lill-Assoċjazzjoni skond id-
disposizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni dwar Membri u tal-
Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni.
(2) Il-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, joħloq u joħroġ, jew
jagħti direttiva lill-Bank Ċentrali ta’ Malta (bħala depożitarju
għall-Gvern ta’ Malta għall-finijiet ta’ l-Artikolu 11 tas-Sezzjoni V
tal-Ftehim tal-Bank) li joħloq u joħroġ, lill-Bank jew lill-
Assoċjazzjoni, biljetti tal-flus jew obbligazzjonijiet oħra mingħajr
imgħax u mhux negozjabbli hekk kif provdut għalihom bl-Artikolu
12 tas-Sezzjoni V tal-Ftehim tal-Bank u bil-paragrafu (e) ta’ l-
Artikolu 2 tas-Sezzjoni II tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni (liema
artikoli jirriferixxu għall-aċċettazzjoni mill-Bank jew mill-
Assoċjazzjoni, skond il-każ, ta’ biljetti ta’ flus jew
obbligazzjonijiet simili minflok flejjes):
Iżda meta l-Ministru jkun ta direttiva lill-Bank Ċentrali ta’
Malta biex joħloq u joħroġ biljetti ta’ flus jew obbligazzjonijiet
oħra kif intqal qabel, il-Ministru għandu wkoll jintrabat fermament
u irrevokabbilment li jħallas lura lill-Bank Ċentrali ta’ Malta dak l-
ammont jew dawk l-ammonti ta’ biljetti ta’ flus jew
obbligazzjonijiet oħra li jistgħu jiġu mitluba li jitħallsu mill-Bank
jew mill-Assoċjazzjoni, u li dawk il-ħlasijiet lura jsiru kemm jista’
jkun malajr u f’ebda każ aktar tard minn xahar wara d-data tal-ħlas
lill-Bank jew lill-Assoċjazzjoni; u f’każ ta’ kull ħlas bħal dak il-
ħlasijiet lura kollha dovuti kif intqal qabel ikunu għall-karigu tal-
Fond Konsolidat u s-somom meħtieġa għal dawk il-ħlasijiet lura
huma b’dan l-Att approprjati għal dak l-għan.
(3) Kull somma riċevuta mill-Bank Ċentrali ta’ Malta
mingħand il-Bank jew il-Korporazzjoni akkont tas-sottoskrizzjoni
*Il-Ftehim tal-Bank ġie iffirmat fis-26 ta’ Settembru, 1983.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġKAP.235   3
ta’ Malta għall-istock tal-kapital tagħhom u kull somma riċevuta
mill-Bank Ċentrali ta’ Malta mingħand l-Assoċjazzjoni akkont tas-
sottoskrizzjonijiet ta’ Malta fihom jew kull riżorsi supplementari
provduti minnha għandhom jitħallsu fil-Fond Konsolidat.
Ċerti 
disposizzjonijiet 
tal-Ftehim 
mogħtija forza ta’ 
liġi f’Malta. 
6. Id-disposizzjonijiet ta’:
(a) l-Artikoli minn 2 sa 9 it-tnejn inklużi tas-Sezzjoni VII
tal-Ftehim tal-Bank;
(b) l-Artikoli minn 2 sa 9 it-tnejn inklużi tas-Sezzjoni VI
tal-Ftehim tal-Korporazzjoni; u
(ċ) l-Artikoli minn 2 sa 9 it-tnejn inklużi tas-Sezzjoni VIII
tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni
ikollhom forza ta’ liġi f’Malta, hekk iżda, li ebda ħaġa li tinsab fl-
Artikolu 9 tas-Sezzjoni VII tal-Ftehim tal-Bank, fl-Artikolu 9 tas-
sezzjoni VI tal-Ftehim tal-Korporazzjoni u fl-Artikolu 9 tas-
Sezzjoni VIII tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni ma għandha
tiftiehem-
(i) li tagħti d-dritt lill-Bank, lill-Korporazzjoni jew
lill-Assoċjazzjoni li jimportaw oġġetti mingħajr
ħlas tad-dazju tad-dwana mingħajr restrizzjoni
fuq il-bejgħ sussegwenti tagħhom f’Malta;
 (ii) li tagħti lill-Bank, lill-Korporazzjoni jew lill-
Assoċjazzjoni xi eżenzjoni minn taxxi jew dazji
li jagħmlu parti mlll-prezzijiet ta’ l-oġġetti
akkwistati mill-Bank, mill-Korporazzjoni jew
mill-Assoċjazzjoni f’Malta; jew
(iii) li tagħti lill-Bank, lill-Korporazzjoni jew lill-
Assoċjazzjoni xi eżenzjoni minn taxxi jew dazji
li fil-fatt ma jkunux ħlief drittijiet għal servizzi
mogħtija.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
ordnijiet. 
7. Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposizzjonijiet
li jkunu meħtieġa biex jagħti effett lil kull waħda mid-
disposizzjonijiet tal-Ftehim tal-Bank, tal-Ftehim tal-Korporazzjoni
u tal-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni.
It-test Ingliż 
jipprevali fl-Iskedi.
8. Fl-Iskedi li jinsabu ma’ dan l-Att, fil-każ ta’ konflitt bejn
it-test Malti u t-test Ingliż, it-test Ingliż għandu jipprevali.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
4      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
SKEDI 
L-EWWEL SKEDA
 (ARTIKOLU 2) 
STATUT TA’ L-ASSOĊJAZZJONI INTERNAZZJONALI GĦALL-IŻVILUPP 
Il-Gvernijiet li f’isimhom dan il-Ftehim hu iffirmat,
Billi jikkunsidraw:
Li koperazzjoni reċiproka għal għanijiet ta’ ekonomija kostruttiva, żvilupp tajjeb
ta’ l-ekonomija tad-dinja u tkabbir bilanċjat tal-kummerċ internazzjonali jnisslu
relazzjonijiet internazzjonali li jwasslu għat-tiżmim tal-paċi u għal prosperità fid-
dinja;
Li t-tħaffif ta’ l-iżvilupp ekonomiku li jgħolli l-livell tal-ħajja u l-progress
ekonomiku u soċjali fil-pajjiżi anqas żviluppati hu mixtieq mhux biss fl-interessi ta’
dawk il-pajjiżi iżda wkoll fl-interessi tal-komunità internazzjonali kollha;
Li l-ilħuq ta’ dawn l-għanijiet ikun aktar faċli b’żieda fiċ-ċirkolazzjoni
internazzjonali ta’ kapital, pubbliku u privat, biex tgħin fl-iżvilupp tar-riżorsi ta’
pajjiżi anqas żviluppati, ftehmu kif ġej:
Artikolu ta’ Introduzzjoni
L-ASSOĊJAZZJONI INTERNAZZJONALI GĦALL-IŻVILUPP(hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Assoċjazzjoni") hi mwaqqfa u għandha titmexxa skond
id-disposizzjonijiet li ġejjin:
Sezzjoni I 
Għanijiet 
L-għanijiet ta’ l-Assoċjazzjoni huma li jgħollu l-iżvilupp ekonomiku, iżidu l-
produttività u b’hekk jogħla l-livell tal-ħajja fl-arei tad-dinja anqas żviluppati li
jkunu membri ta’ l-Assoċjazzjoni, b’mod partikolari billi jingħataw finanzi biex
ikunu jistgħu jseħħu l-ħtiġijiet importanti ta’ l-iżvilupp tagħhom b’kondizzjonijiet li
huma aktar flessibbli u li jkunu ta’ piż inqas fuq il-bilanċ tal-pagamenti minn dawk
ta’ self konvenzjonali, b’hekk jitkabbru l-għanijiet ta’ l-iżvilupp tal-Bank
1nternazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"il-Bank") u jiġu supplimentati l-attivitajiet tiegħu.
L-Assoċjazzjoni tkun immexxija fid-deċiżjonijiet kollha tagħha bid-
disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni.
Sezzjoni II
Dħul bħala Membru; Sottoskrizzjonijiet Inizjali 
ARTIKOLU l. Dħul bħala Membru
(a) Il-membri oriġinali ta’ l-Assoċjazzjoni jkunu dawk il-membri tal-Bank
imniżżlin fl-Iskeda A li tinsab ma’ dan il-Ftehim li, fid-data jew qabel id-data
speċifikata fis-Sezzjoni XI, Artikolu 2(ċ), jaċċettaw li jidħlu membri fl-
Assoċjazzjoni.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġKAP.235   5
(b) Id-dħul bħala membri jkun miftuħ għal membri oħra tal-Bank f’dawk iż-
żminijiet u skond dawk il-kondizzjonijiet li l-Assoċjazzjoni tista’ tistabbilixxi.
ARTIKOLU 2. Sottoskrizzjonijiet inizjali
(a) Kif jaċċetta li jidħol membru, kull membru għandu jissottoskrivi l-fondi
skond l-ammont mogħti lilu. Dawn is-sottoskrizzjonijiet huma f’dan il-Ftehim
imsejħa s-sottoskrizzjonijiet inizjali.
(b) Is-sottoskrizzjoni inizjali mogħtija lil kull membru oriġinali għandha tkun
fl-ammont muri kontra ismu fl-Ewwel Skeda, muri fl-unità ta’ dollari ta’ l-Istati
Uniti tal-piż u finezza kif kienu fl-1 ta’ Jannar, 1960.
(ċ) Għaxra fil-mija tas-sottoskrizzjoni inizjali ta’ kull membru oriġinali
għandhom jitħallsu f’deheb jew fi flus li jistgħu jiġu konvertiti liberalment kif ġej:
ħamsin fil-mija fi żmien tletin ġurnata wara d-data li fiha l-Assoċjazzjoni tibda l-
ħidma skond is-Sezzjoni XI, Artikolu 4, jew fid-data li fiha l-membru oriġinali jsir
membru, liema minnhom tkun l-aħħar; tnax u nofs fil-mija sena wara li l-
Assoċjazzjoni tibda l-ħidma; u tnax u nofs fil-mija kull sena wara f’intervalli ta’ kull
sena sakemm il-parti ta’ għaxra fil-mija tas-sottoskrizzjoni inizjali tkun tħallset għal
kollox.
(d) Id-disgħin fil-mija li jibqa’ tas-sottoskrizzjoni inizjali ta’ kull membru
oriġinali għandhom jitħallsu f’deheb jew fl flus li jistgħu jiġu konvertiti liberalment
fil-każ ta’ membri mniżżla fit-Taqsima I ta’ l-Iskeda A, u fil-flus tal-membru li
jissottoskrivi fil-każ ta’ membri mniżżla fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda A. Din il-parti ta’
disgħin fil-mija tas-sottoskrizzjonijiet inizjali tal-membri oriġinali għandha titħallas
f’ħames pagamenti ndaqs ta’ kull sena kif ġej: l-ewwel pagament minnhom fi żmien
tletin ġurnata wara d-data li fiha l-Assoċjazzjoni tibda l-ħidma tagħha skond is-
Sezzjoni XI, Artikolu 4, jew fid-data li fiha l-membru oriġinali jsir membru, liema
minnhom tkun l-aħħar; it-tieni pagament sena wara li l-Assoċjazzjoni tibda l-ħidma,
u l- pagamenti l-oħra kull sena wara f’intervalli ta’ kull sena sakemm il-parti ta’
disgħin fil-mija tas-sottoskrizzjoni inizjali tkun tħallset għal kollox.
(e) L-Assoċjazzjoni taċċetta mingħand kull membru, minflok xi parti tal-flus
tal-membru imħallsa jew li għandha titħallas mill-membru skond is-subartikolu (d)
qabel dan jew skond l-Artikolu 2 tas-Sezzjoni IV u li ma tkunx meħtieġa mill-
Assoċjazzjoni fil-ħidma tagħha, kambjalijiet jew obbligazzjonijiet simili maħruġa
mill-gvern tal-membru jew mid-depożitarju maħtur minn dak il-membru, li ma
jkunux negozjabbli, jkunu bla imgħax u li jitħallsu fil-valur pari tagħhom fuq talba
lill-kont ta’ l-Assoċjazzjoni fid-depożitarju maħtur.
(f) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim l-Assoċjazzjoni tqis bħala "flus li jistgħu jiġu
konvertiti liberalment":
(i) flus ta’ membru li l-Assoċjazzjoni tiddeċiedi, bil-parir tal-Fond
Monetarju Internazzjonali, li jkunu jistgħu jiġu konvertiti b’mod xieraq fi flejjes ta’
membri oħra għall-finijiet tal-ħidma ta’ l-Assoċjazzjoni; jew
(ii) flus ta’ membru li dak il-membru jaċċetta, taħt kondizzjonijiet li l-
Assoċjazzjoni taqbel magħhom, li jikkonverti għal flejjes tal-membri l-oħra għall-
finijiet tal-ħidma ta’ l-Assoċjazzjoni.
(g) Ħlief kif l-Assoċjazzjoni tista’ tiftiehem xort’oħra, kull membru mniżżel fit-
Taqsima I ta’ l-Iskeda A għandu jżomm, dwar il-flejjes tiegħu mħallsa minnu bħala
flus li jistgħu jiġu konvertiti liberalment skond is-subartikolu (d) ta’ dan l-Artikolu,
l-istess konvertibbiltà li kienet teżisti fiż-żmien tal-ħlas.
(h) Il-kondizzjonijiet li taħthom is-sottoskrizzjonijiet inizjali ta’ membri li ma
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
6      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
jkunux membri oriġinali jistgħu jsiru, u l-ammont u l-pattijiet tal-ħlas tagħhom,
għandhom jiġu stabbiliti mill-Assoċjazzjoni skond l-Artikolu 1 (b) ta’ din is-
Sezzjoni.
ARTIKOLU 3. Limitazzjoni ta’ Responsabbiltà
Ebda membru ma jkun responsabbli, minħabba li hu jkun membru, għall-
obbligazzjonijiet ta’ l-Assoċjazzjoni.
Sezzjoni III 
Żidiet mar-Riżorsi 
ARTIKOLU 1. Sottoskrizzjonijiet Addizzjonali
(a) L-Assoċjazzjoni għandha f’kull żmien li jidhrilha xieraq immexxija mill-
iskeda sabiex isiru l-ħlasijiet kollha tas-sottoskrizzjonijiet inizjali ta’ membri
oriġinali, u f’intervalli ta’ bejn wieħed u ieħor ħames snin wara, tirrevedi l-ħtiġijiet
tar-riżorsi tagħha u, jekk jidhrilha meħtieġ, għandha tawtorizza żieda ġenerali fis-
sottoskrizzjonijiet. Minkejja dak li semma’ qabel, jistgħu jiġu awtorizzati f’kull
żmien żidiet ġenerali jew individwali, b’dan iżda li żieda individwali tiġi meqjusa
biss fuq talba tal-membru li jkun. Sottoskrizzjonijiet skond dan l-Artikolu huma
hawnhekk imsejħa sottoskrizzjonijiet addizzjonali.
(b) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ) ta’ hawn taħt, meta jkunu
awtorizzati sottoskrizzjonijiet addizzjonali, l-ammonti awtorizzati għas-
sottoskrizzjoni u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet dwarhom għandhom ikunu kif jiġi
stabbilit mill-Assoċjazzjoni.
(ċ) Meta tkun awtorizzata xi sottoskrizzjoni addizzjonali, kull membru jingħata
opportunità li jissottoskrivi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li b’mod raġonevoli jiġu
stabbiliti mill-Assoċjazzjoni, ammont li bih ikun jista’ jżomm is-saħħa relattiva tal-
votazzjoni tiegħu, iżda ebda membru ma jkun obbligat li jissottoskrivi.
(d) Id-deċiżjonijiet kollha skond dan l-Artikolu għandhom isiru b’maġġoranza
ta’ żewġ terzi tal-voti kollha.
ARTIKOLU 2. Riżorsi Supplementari Provduti minn Membru fil-Flus ta’
Membru Ieħor 
(a) L-Assoċjazzjoni tista’ tagħmel arranġamenti, taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li jkunu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li fuqhom jista’
jkun hemm qbil, li tirċievi mingħand kull membru, b’żieda ma’ l-ammonti li
jkollhom jitħallsu minn dak ll-membru akkont tas-sottoskrizzjoni tiegħu inizjali jew
addizzjonali, riżorsi supplementari fil-flus ta’ membru ieħor, iżda l-Assoċjazzjoni
ma għandhiex tagħmel arranġament bħal dak kemm-il darba l-Assoċjazzjoni ma
tkunx sodisfatta li l-membru li l-flus tiegħu jkunu fil-kwistjoni ma jkunx jaqbel ma’
l-użu ta’ dawk il-flus bħala riżorsi supplementari u mal-pattijiet u l-kondizzjonijiet li
jmexxu dak l-użu. L-arranġamenti li taħthom jiġu riċevuti xi riżorsi bħal dawk
jistgħu jinkludu disposizzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ qliegħ fuq ir-riżorsi u dwar it-
tneħħija tar-riżorsi fil-każ li l-membru li jipprovdihom ma jibqax membru jew jekk
l-Assoċjazzjoni twaqqaf il-ħidma tagħha permanentement.
(b) L-Assoċjazzjoni għandha tagħti lill-membru li jikkontribwixxi Ċertifikat
Speċjali ta’ l-Iżvilupp li juri l-ammont u l-flus tar-riżorsi hekk kontribwiti u l-
pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ l-arranġament dwar dawk ir-riżorsi. Ċertifikat
Speċjali ta’ l-Iżvilupp ma jagħti ebda drittijiet għall-votazzjoni u jista’ jiġi trasferit
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġKAP.235   7
biss lill-Assoċjazzjoni.
(ċ) Ebda ħaga f’dan l-Artikolu ma tfixkel lill-Assoċjazzjoni milli taċċetta
riżorsi minn membru fil-flus tiegħu stess taħt dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
miftehma.
Sezzjoni IV 
Flejjes 
ARTIKOLU 1. Użu ta’ Flejjes
(a) Flus ta’ kull membru mniżżel fit-Taqsima II ta’ l-Iskeda A, kemm jekk
jistgħu jiġu konvertiti liberalment kemm jekk le, li jiġu riċevuti mill-Assoċjazzjoni
skond is-Sezzjoni II, Artikolu 2 (d), bi ħlas tal-parti ta’ disgħin fil-mija li għandha
titħallas skond dak l-Artikolu fil-flus ta’ dak il-membru, u flus ta’ dak il-membru li
jinkisbu minnu bħala kapital, imgħax jew drittijiet oħra, jistgħu jintużaw mill-
Assoċjazzjoni għal spejjeż amministrattivi li jsiru mill-Assoċjazzjoni fit-territorji ta’
dak il-membru u, safejn ikun konsistenti ma’ politika monetarja tajba, bi ħlas għal
oġġetti, prodotti u servizzi mogħtija fit-territorju ta’ dak il-membru u li jkunu
meħtieġa għal proġetti finanzjati mill-Assoċjazzjoni u li jkunu qed isiru f’dawk it-
territorji; u b’żieda ma’ dan meta u safejn ikun ġustifikat mill-qagħda ekonomika u
finanzjarja tal-membru li jkun, bi ftehim bejn il-membru u l-Assoċjazzjoni, dawk il-
flus għandhom ikunu li jistgħu jiġu konvertiti liberalment jew xort’oħra jkunu
jistgħu jintużaw għal proġetti finanzjati mill-Assoċjazzjoni u li jkunu qegħdin isiru
barra mit-territorju tal-membru.
(b) L-użu ta’ flejjes riċevuti mill-Assoċjazzjoni bi ħlas ta’ sottoskrizzjonijiet
barra minn sottoskrizzjonijiet inizjali ta’ membri oriġinali, u ta’ flejjes li jinkisbu
minnhom bħala kapital, imgħax jew drittijiet oħra, ikun skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li taħthom dawk is-sottoskrizzjonijiet ikunu awtorizzati.
(ċ) L-użu ta’ flejjes riċevuti mill-Assoċjazzjoni bħaIa riżorsi supplementari
barra minn sottoskrizzjonijiet, u ta’ flejjes li jinkisbu minnhom bħala kapital,
imgħax jew drittijiet oħra, ikun skond il-pattijiet ta’ l-arranġamenti li taħthom il-
flejjes ikunu ġew riċevuti.
(d) Il-flejjes l-oħra kollha riċevuti mill-Assoċjazzjoni jistgħu jiġu wżati u
mibdula liberalment mill-Assoċjazzjoni u ma jkunu suġġetti għal ebda restrizzjoni
mill-membru li l-flus tiegħu jkunu qed jiġu wżati jew mibdula; iżda dan ma għandux
ifixkel lill-Assoċjazzjoni milli tagħmel xi arranġamenti mal-membru li fit-territorju
tiegħu jkun qed isir xi proġett finanzjat mill-Assoċjazzjoni li bihom jiġi ristrett l-użu
mill-Assoċjazzjoni tal-flus ta’ dak il-membru riċevuti bħala kapital, imgħax jew
drittijiet oħra dwar dak il-finanzjament.
(e) L-Assoċjazzjoni għandha tieħu l-passi xierqa biex tiżgura li, f’kull intervalli
ta’ żmien raġonevoli, is-sehmijiet tas-sottoskrizzjonijiet imħallsa skond is-Sezzjoni
II, Artikolu 2 (d) minn membri mniżżla fit-Taqsima I ta’ l-Iskeda A għandhom
jintużaw mill-Assoċjazzjoni fuq bażi approssimattiva ta’ pro rata, iżda, hekk illi,
dawk is-sehmijiet ta’ dawk is-sottoskrizzjonijiet li jkunu mħallsa b’deheb jew bi flus
li ma jkunux dawk tal-membru li jissottoskrivihom jistgħu jintużaw qabel l-oħrajn. 
ARTIKOLU 2. Tiżmim tal-Valur ta’ Holdings ta’ Flus
(a) Kull meta l-valur pari ta’ flus ta’ membru jiġi mnaqqas jew il-valur tal-
kambju barrani tal-flus tal-membru ikun, fil-fehma ta’ l-Assoċjazzjoni, deprezzat
b’mod sinifikanti fit-territorji ta’ dak il-membru, il-membru għandu jħallas lill-
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
8      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
Assoċjazzjoni fi żmien raġonevoli ammont addizzjonali tal-flus tiegħu stess li jkun
biżżejjed biex iżomm il-valur, kif kien fiż-żmien tas-sottoskrizzjoni, ta’ l-ammont
tal-flus ta’ dak il-membru mħallas lill-Assoċjazzjoni mill-membru skond is-Sezzjoni
II, Artikolu 2 (d), u tal-flus mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu,
kemm jekk dawk il-flus ikunu miżmuma f’forma ta’ biljetti ta’ flus aċċettati skond
is-Sezzjoni II, Artikolu 2 (e) kemm jekk le, iżda, hekk illi, id-disposizzjonijiet ta’
qabel għandhom japplikaw biss sakemm u safejn dawk il-flus ma jkunux intefqu
qabel jew ġew mibdula fil-flus ta’ membru ieħor.
(b) Kull meta l-valur pari tal-flus ta’ membru jiġi miżjud, jew il-valur tal-
kambju barrani jkun, fil-fehma ta’ l-Assoċjazzjoni, żdied b’mod sinifikanti fit-
territorju ta’ dak il-membru, l-Assoċjazzjoni għandħa tagħti lura lil dak il-membru fi
żmien raġonevoli ammont tal-flus ta’ dak il-membru li jkun daqs iż-żieda fil-valur
ta’ l-ammont ta’ dawk il-flus li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu
(a) ta’ dan l-Artikolu.
(ċ) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi ta’ qabel dan jistgħu ma jiġux infurzati
mill-Assoċjazzjoni meta tibdil proporzjonat uniformi fil-valuta pari tal-flejjes tal-
membri tagħha kollha jkun sar mill-Fond Monetarju Internazzjonali.
(d) Ammonti mogħtija skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’ dan l-
Artikolu biex jinżamm il-valur ta’ xi flus jistgħu jiġi mibdula u wżati bħal dawk il-
flus.
Sezzjoni V 
Ħidma 
ARTIKOLU 1. Użu ta’ Riżorsi u Kondizzjonijiet għall-għoti ta’ Finanzjament
(a) L-Assoċjazzjoni għandha tipprovdi finanzjament biex tkabbar l-iżvilupp fl-
arei tad-dinja anqas żviluppati li jkunu membri ta’ l-Assoċjazzjoni.
(b) Finanzjament provdut mill-Assoċjazzjoni jkun għall-għanijiet li fil-fehma
ta’ l-Assoċjazzjoni jkollhom preċedenza għolja għall-iżvilupp fid-dawl tal-ħtiġijiet
ta’ l-area jew l-arei li jkunu u, ħlief f’ċirkostanzi speċjali, ikun għal proġetti
speċifiċi.
(ċ) L-Assoċjazzjoni ma għandhiex tipprovdi finanzjament jekk fil-fehma tagħha
dak il-finanzjament ikun jista’ jinkiseb minn riżorsi privati taħt kondizzjonijiet li
jkunu xierqa għal min jirċivihom jew jista’ jiġi provdut b’self tax-xorta li jagħti l-
Bank.
(d) L-Assoċjazzjoni ma għandhiex tipprovdi finanzjament ħlief fuq ir-
rakkomandazzjoni ta’ kumitat kompetenti, wara li jistudja bir-reqqa l-meriti tal-
proposta. Kull kumitat bħal dak jiġi nominat mill-Assoċjazzjoni u għandu jinkludi
rappreżentant tal-Gvernatur jew tal-Gvernaturi li jirrapreżentaw il-membru jew il-
membri li fit-territorji tagħhom il-proġett li jkun qed jiġi kunsidrat ikun qed isir u
membru wieħed jew aktar tal-persunal tekniku ta’ l-Assoċjazzjoni. Il-ħtieġa li l-
kumitat għandu jinkludi r-rappreżentant tal-Gvernatur jew tal-Gvernaturi ma
tapplikax fil-każ tal-finanzjament provdut lil organizzazzjoni pubblika
internazzjonali jew reġjonali.
(e) L-Assoċjazzjoni ma tipprovdix finanzjament għal xi proġett jekk il-membru
li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun qiegħed joġġezzjona għal dak il-finanzjament,
ħlief li ma jkunx hemm ħtieġa li l-Assoċjazzjoni tassigura lilha nfisha li membri
individwali ma jkunux joġġezzjonaw fil-każ ta’ finanzjament provdut lil
organizzazzjoni pubblika internazzjonali jew reġjonali.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġKAP.235   9
(f) L-Assoċjazzjoni ma timponi ebda kondizzjonijiet li dak li tipprovdi bħala
finanzjament jintefaq fit-territorji ta’ xi membru jew membri partikolari. Dan li ntqal
ma jfixkilx lill-Assoċjazzjoni milli tħares xi restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ fondi
mposti skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut, inklużi restrizzjonijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ riżorsi supplimentari skond ftehim bejn l-Assoċjazzjoni u l-
kontributur.
(g) L-Assoċjazzjoni għandha tagħmel arranġamenti biex tiżgura li dak li
tipprovdi bħala finanzjament jintuża biss għall-finijiet li għalih il-finanzjament jiġi
provdut, u tingħata attenzjoni xierqa dwar ekonomija, effiċjenza u kummerċ
internazzjonali kompetittiv u mingħajr ma jiġu meqjusa influwenzi jew
konsiderazzjonijiet politiċi jew oħrajn mhux ta’ ekonomija.
(h) Fondi li jiġu provduti taħt xi operazzjoni ta’ finanzjament jitqegħdu għad-
disposizzjoni ta’ min jirċevihom biss biex iħallas spejjeż dwar il-proġett meta jkunu
attwalment saru.
ARTIKOLU 2. Xorta u Pattijiet ta’ Għoti ta’ Finanzjament
(a) L-għoti ta’ finanzjament mill-Assoċjazzjoni jkun f’forma ta’ self. L-
Assoċjazzjoni tista’, b’danakollu, tipprovdi finanzjament ieħor, jew
(i) mill-fondi sottoskritti skond is-Sezzjoni III, Artikolu 1, u fondi miksuba
minn hemm bħala kapital, imgħax jew drittijiet oħra, jekk l-awtorizzazzjoni għal
dawk is-sottoskrizzjonijiet tipprovdi espressament għal dak l-għoti ta’ finanzjament;
jew
(ii) f’ċirkostanzi speċjali, mir-riżorsi supplimentari mogħtija lill-
Assoċjazzjoni, u fondi miksuba minnhom bħala kapital, imgħax jew drittijiet oħra,
jekk l-arranġamenti li taħthom dawk ir-riżorsi jkunu ngħataw jawtorizzaw
espressament dak l-għoti ta’ finanzjament.
(b) Bla ħsara għall-paragrafu ta’ qabel dan, l-Assoċjazzjoni tista’ tipprovdi
finanzjament ta’ dik ix-xorta u taħt dawk il-pattijiet kif jidhrilha xieraq, meta
tikkunsidra l-pożizzjoni ekonomika u l-prospetti ta’ l-area jew l-arei li jkunu u x-
xorta u l-ħtiġijiet tal-proġett.
(ċ) L-Assoċjazzjoni tista’ tipprovdi finanzjament lil membru, lil gvern ta’
territorju li jkun membru ta’ l-Assoċjazzjoni, lil sottodiviżjoni politika ta’ dawn, lil
korp pubbliku jew privat fit-territorji ta’ membru jew membri, jew lil
organizzazzjoni pubblika internazzjonali jew reġjonali.
(d) Fil-każ ta’ self lil korp li ma jkunx membru, l-Assoċjazzjoni tista’, fid-
diskrezzjoni tagħha, titlob garanzija jew garanziji xierqa tal-gvern jew xort’oħra. 
(e) F’każijiet speċjali, l-Assoċjazzjoni tista’ tagħmel disponibbli kambju
barrani għal infieq lokali.
ARTIKOLU 3. Modifikazzjonijiet tal-Pattijiet għall-Għoti ta’ Finanzi. 
L-Assoċjazzjoni tista’, meta u safejn jidhrilha xieraq fid-dawl taċ-ċirkostanzi
rilevanti kollha, inklużi l-qagħda u l-prospetti finanzjarji u ekonomiċi tal-membru li
jkun, u taħt dawk il-kondizzjonijiet li tista’ tistabbilixxi, taqbel li tirrilassa jew
tagħmel xi modifika oħra fil-pattijiet li taħthom tkun provdiet xi finanzjament. 
ARTIKOLU 4. Koperazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali Oħra u ma’
Membri li Jipprovdu Għajnuna għall-Iżvilupp
L-Assoċjazzjoni għandha tikkopera ma’ dawk l-organizzazzjonijiet pubbliċi
internazzjonali u ma’ dawk il-membri li jipprovdu għajnuna finanzjarja u teknika
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
10      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
lill-arei tad-dinja anqas żviluppati.
ARTIKOLU 5. Ħidma Mixxellanja
B’żieda mal-ħidma speċiflkata mkien ieħor f’dan il-Ftehim, l-Assoċjazzjoni tista’: 
(i) tissellef fondi bl-approvazzjoni tal-membru li fil-flus tiegħu is-self ikun
denominat;
(ii) tagħti garanziji f’dak li tkun investiet sabiex jiġi faċilitat il-bejgħ
tagħhom; 
(iii) tixtri u tbiegħ titoli li tkun ħarġet jew iggarantiet jew li fihom tkun
investiet;
(iv) f’każijiet speċjali, tiggarantixxi self minn riżorsi oħra għal għanijiet li
ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut;
(v) tipprovdi għajnuna teknika u servizzi konsultattivi fuq it-talba ta’
membru; u
(vi) teżerċita dawk is-setgħat l-oħra li għandhom x’jaqsmu mal-ħidma tagħha
u li jkunu neċessarji jew meħtieġa biex twettaq l-għanijiet tagħha.
ARTIKOLU 6. Attività Politika Projbita
L-Assoċjazzjoni u l-uffiċjali tagħha ma għandhomx jindaħlu fl-affarijiet politiċi
ta’ xi membru; lanqas ma għandhom ikunu influwenzati fid-deċiżjonijiet tagħhom
mix-xorta politika tal-membru jew tal-membri li jkunu. Konsiderazzjonijiet
ekonomiċi biss ikunu rilevanti għad-deċiżjonijiet tagħhom, u dawn il-
konsiderazzjonijiet jiġu meqjusa b’imparzjalità sabiex jintlaħqu l-għanijiet
msemmija f’dan il-Ftehim.
Sezzjoni VI 
Organizzazzjoni u Direzzjoni 
ARTIKOLU 1. Struttura ta’ l-Assoċjazzjoni
L-Assoċjazzjoni jkollha Bord tal-Gvernaturi, Diretturi Esekuttivi, President u
dawk l-uffiċjali l-oħra u persunal ieħor biex jaqdu dawk id-dmirijiet li l-
Assoċjazzjoni tista’ tistabbilixxi.
ARTIKOLU 2. Bord tal-Gvernaturi
(a) Is-setgħat kollha ta’ l-Assoċjazzjoni jkunu fil-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Kull Gvernatur u Gvernatur Alternat tal-Bank nominati minn membru tal-
Bank li jkun ukoll membru ta’ l-Assoċjazzjoni jkun ex officio Gvernatur u Gvernatur
Alternat, rispettivament, ta’ l-Assoċjazzjoni. Ebda Gvernatur Alternat ma jista’
jivvota ħlief fin-nuqqas tal-prinċipal tiegħu. Iċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-
Bank jkun ex officio Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-Assoċjazzjoni ħlief li
f’każ meta ċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank ikun jirrappreżenta stat li
ma jkunx membru ta’ l-Assoċjazzjoni, il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħżel wieħed
mill-Gvernaturi bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi. Kull Gvernatur jew
Gvernatur Alternat ma jkomplix fil-kariga tiegħu jekk il-membru li jkun innominah
ma jibqax membru ta’ l-Assoċjazzjoni.
(ċ) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jiddelega lid-Diretturi Esekuttivi l-awtorità li
jeżerċitaw kull waħda mis-setgħat tiegħu, ħlief is-setgħa li:
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
(i) idaħħlu membri ġodda u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tad-dħul
tagħhom; 
(ii) jawtorizzaw sottoskrizzjonijiet addizzjonali u jistabbilixxu l-pattijiet u l-
kondizzjonijiet dwarhom;
(iii) jissospendu membru;
(iv) jiddeċiedu appelli minn interpretazzjonijiet ta’ dan il-Ftehim mogħtija
mid-Diretturi Esekuttivi;
(v) jagħmlu arranġamenti skond l-Artikolu 7 ta’ din is-Sezzjoni għal
koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (barra minn arranġamenti
mhux formali ta’ xorta temporanja u amministrattiva);
(vi) jiddeċiedu li jissospendu permanentement il-ħidma ta’ l-Assoċjazzjoni u
li jqassmu l-attiv tagħha;
(vii) jiddeċiedu t-tqassim ta’ l-introjtu nett ta’ l-Assoċjazzjoni skond l-
Artikolu 12 ta’ din is-Sezzjoni; u
(viii) japprovaw emendi proposti għal dan il-Ftehim.
(d) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħmel laqgħa ta’ kull sena u dawk il-
laqgħat l-oħra kif il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jipprovdi jew li jkunu msejħa mid-
Diretturi Esekuttivi.
(e) Il-laqgħa ta’ kull sena tal-Bord tal-Gvernaturi ssir flimkien mal-laqgħa ta’
kull sena tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank.
(f) Il-quorum għal kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi jkun b’maġġoranza tal-
Gvernaturi, li jkollhom mhux inqas minn żewġ terzi tal-voti kollha.
(g) L-Assoċjazzjoni tista’ b’regolament twaqqaf proċedura li biha d-Diretturi
Esekuttivi jistgħu jiksbu vot tal-Gvernaturi fuq kwistjoni speċifika mingħajr ma
tissejjaħ laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi.
(h) Il-Bord tal-Gvernaturi, u d-Diretturi Esekuttivi safejn ikunu awtorizzati,
jistgħu jadottaw dawk ir-regoli u regolamenti li jkunu meħtieġa jew xierqa biex
jitmexxa x-xogħol ta’ l-Assoċjazzjoni.
(i) Il-Gvernaturi u l-Gvernaturi Alternati jagħmluha f’dik il-kariga mingħajr
kumpens mingħand l-Assoċjazzjoni.
ARTIKOLU 3. Votazzjoni
(a) Kull membru oriġinali, dwar is-sottoskrizzjonijiet inizjali tiegħu, ikollu 500
vot b’żieda ta’ vot addizzjonali għal kull $5,000 tas-sottoskrizzjoni inizjali tiegħu.
Sottoskrizzjonijiet barra mis-sottoskrizzjonijiet inizjali tal-membri oriġinali
jkollhom dawk id-drittijiet għal votazzjoni kif il-Bord tal-Gvernaturi jista’
jistabbilixxi skond id-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni II, Artikolu 1 (b) jew is-Sezzjoni
III, Artikolu 1 (b) u (ċ) skond il-każ. Żidiet fir-riżorsi li ma jkunux
sottoskrizzjonijiet skond is-Sezzjoni II, Artikolu 1 (b) u sottoskrizzjonijiet
addizzjonali skond is-Sezzjoni III, Artikolu 1, ma jagħtu ebda drittijiet għal
votazzjoni.
(b) Ħlief kif provdut speċifikament xort’oħra, id-deċiżjonijiet kollha quddiem l-
Assoċjazzjoni jittieħdu b’maġġoranza tal-voti.
ARTIKOLU 4. Diretturi Esekuttivi
(a) Id-Diretturi Esekuttivi jkunu responsabbli għat-tmexxija tal-ħidma ġenerali
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
12      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
ta’ l-Assoċjazzjoni, u għal dan l-għan għandhom jeżerċitaw is-setgħat kollha
mogħtija lilhom b’dan il-Ftehim jew mogħtija lilhom mill-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Id-Diretturi Esekuttivi ta’ l-Assoċjazzjoni jsiru ex officio minn kull Direttur
Esekuttiv tal-Bank li jkun ġie (i) nominat minn membru tal-Bank li jkun ukoll
membru ta’ l-Assoċjazzjoni, jew (ii) elett f’elezzjoni li fiha l-voti ta’ għall-anqas
membru wieħed tal-Bank li jkun ukoll membru ta’ l-Assoċjazzjoni jkunu għaddu fl-
elezzjoni tiegħu. L-Alternat ta’ kull Direttur Esekuttiv bħal dak tal-Bank ikun ex
officio Direttur Alternat ta’ l-Assoċjazzjoni. Kull Direttur ma jkomplix fil-kariga
tiegħu jekk il-membru li jkun innominah, jew jekk il-membri kollha li l-voti
tagħhom għaddu fl-elezzjoni tiegħu, ma jibqgħux membri ta’ l-Assoċjazzjoni.
(ċ) Kull Direttur li jkun Direttur Esekuttiv nominat tal-Bank ikollu d-dritt li
jitfa’ dak in-numru ta’ voti li l-membru li minnu ġie nominat ikollu d-dritt jitfa’ fl-
Assoċjazzjoni. Kull Direttur li jkun Direttur Esekuttiv elett tal-Bank ikollu d-dritt li
jitfa’ dak in-numru ta’ voti li l-membru jew il-membri ta’ l-Assoċjazzjoni li l-voti
tagħhom għaddu għall-elezzjoni tiegħu fil-Bank ikollhom dritt jitfgħu fl-
Assoċjazzjoni. Il-voti kollha li Direttur ikollu dritt jitfa’ għandhom ikunu bħala vot
f’unità waħda.
(d) Direttur Alternat ikollu s-setgħa kollha li jaġixxi fin-nuqqas tad-Direttur li
jkun innominah. Meta Direttur ikun preżenti, l-Alternat tiegħu jista’ jieħu sehem
f’laqgħat iżda ma għandux jivvota.
(e) Il-quorum f’kull laqgħa tad-Diretturi Esekuttivi jkun b’maġġoranza tad-
Diretturi li jeżerċitaw mhux inqas minn nofs il-voti kollha.
(f) Id-Diretturi Eżekuttivi għandhom jiltaqgħu kull meta x-xogħol ta’ l-
Assoċjazzjoni jkun hekk jeħtieġ.
(g) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jadotta regolamenti li taħthom membru ta’ l-
Assoċjazzjoni li ma jkollux dritt jinnomina Direttur Esekuttiv tal-Bank jista’ jibgħat
rappreżentant biex jattendi għal xi laqgħa tad-Diretturi Esekuttivi ta’ l-Assoċjazzjoni
meta talba magħmula minn, jew xi kwistjoni li tolqot partikolarment lil, dak il-
membru tkun qed tiġi kunsidrata.
ARTIKOLU 5. President u Persunal
(a) Il-President tal-Bank ikun  ex officio  President ta’ l-Assoċjazzjoni. Il-
President ikun iċ-Chairman tad-Diretturi Esekuttivi ta’ l-Assoċjazzjoni iżda ma
jkollu ebda vot ħlief vot deċiżiv f’każ ta’ voti ndaqs. Hu jista’ jieħu sehem f’laqgħat
tal-Bord tal-Gvernaturi iżda ma jivvotax f’dawk il-laqgħat.
(b) Il-President ikun il-prinċipal tal-persunal operattiv ta’ l-Assoċjazzjoni. Taħt
it-tmexxija tad-Diretturi Esekuttivi hu għandu jmexxi x-xogħol ordinarju ta’ l-
Assoċjazzjoni u taħt il-kontroll ġenerali tagħhom ikun responsabbli għall-
organizzazzjoni, ħatra u terminazzjoni ta’ l-uffiċjali u tal-persunal. Safejn jista’
jkun, uffiċjali u persunal tal-Bank jiġu maħtura biex iservu fl-istess ħin bħala
uffiċjali u persunal ta’ l-Assoċjazzjoni.
(ċ) Il-President, l-uffiċjali u l-persunal ta’ l-Assoċjazzjoni, fil-qadi ta’
dmirijiethom, ikunu obbligati biss lejn l-Assoċjazzjoni u lejn ebda awtorità oħra.
Kull membru ta’ l-Assoċjazzjoni għandu jirrispetta l-karattru internazzjonali ta’ dan
id-dmir u ma għandu bl-ebda mod jipprova jinfluwenza lil xi ħadd minnhom fil-qadi
ta’ dmirijiethom.
(d) Fil-ħatra ta’ uffiċjali u ta’ persunal il-President għandu, bla ħsara għall-
importanza li jiżgura l-ogħla livelli ta’ effiċjenza u ta’ kompetenza teknika,
jikkunsidra b’mod xieraq l-importanza li jaħtar persunal fuq bażi ġeografika kbira
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
kemm jista’ jkun possibbli.
ARTIKOLU 6. Relazzjoni mal-Bank
(a) L-Assoċjazzjoni għandha tkun entità separata u distinta mill-Bank u l-fondi
ta’ l-Assoċjazzjoni għandhom jinżammu separati u apparti minn dawk tal-Bank. L-
Assoċjazzjoni ma għandhiex tissellef mingħand jew tislef lill-Bank, ħlief li dan ma
jflxkilx lill-Assoċjazzjoni milli tinvesti fondi li ma jkunux meħtieġa għall-ħidma
finanzjarja tagħha f’titoli mal-Bank.
(b) L-Assoċjazzjoni tista’ tagħmel arranġamenti mal-Bank dwar faċilitajiet,
persunal u servizzi u arranġamenti għad-dħul lura ta’ spejjeż amministrattivi li qabel
kienu mħallsa minn waħda mill-organizzazzjonijiet f’isem l-oħra.
(ċ) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma tagħmel lill-Assoċjazzjoni responsabbli għall-
egħmil jew l-obbligi tal-Bank, jew il-Bank responsabbli għall-egħmil jew
obbligazzjonijiet ta’ l-Assoċjazzjoni.
ARTIKOLU 7. Relazzjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali Oħra 
L-Assoċjazzjoni għandha tagħmel arranġamenti formali mal-Ġnus Magħquda u
tista’ tagħmel dawk l-arranġamenti ma’ organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali
oħra li jkollhom responsabbiltajiet speċjalizzati f’oqsma relattivi.
ARTIKOLU 8. Lokalità ta’ l-Uffiċċji
L-uffiċċju prinċipali ta’ l-Assoċjazzjoni jkun l-uffiċċju prinċipali tal-Bank. L-
Assoċjazzjoni tista’ twaqqaf uffiċċji oħra fit-territorji ta’ kull membru.
ARTIKOLU 9. Depożitarji
Kull membru għandu jinnomina l-bank ċentrali tiegħu bħala depożitarju li fih l-
Assoċjazzjoni tista’ żżomm holdings tal-flus ta’ dak il-membru jew ta’ attiv ieħor ta’
l-Assoċjazzjoni, jew, jekk ma jkollux bank ċentrali, għandu jinnomina għal dan l-
għan dik l-istituzzjoni l-oħra li tkun aċċettabbli mill-Assoċjazzjoni. Fin-nuqqas ta’
xi nomina differenti, id-depożitarju nominat għall-Bank ikun id-depożitarju għall-
Assoċjazzjoni.
ARTIKOLU 10. Mezz ta’ Komunikazzjoni
Kull membru għandu jinnomina awtorità xierqa li magħha l-Assoċjazzjoni tista’
tikkomunika dwar kull ħaġa li tinqala’ skond dan il-Ftehim. Fin-nuqqas ta’ nomina
differenti, il-mezz ta’ komunikazzjoni għall-Bank ikun il-mezz għall-Assoċjazzjoni. 
ARTIKOLU 11. Pubblikazzjoni ta’ Rapporti u Għoti ta’ Informazzjoni
(a) L-Assoċjazzjoni għandha tippubblika rapport ta’ kull sena li jkun fih
dikjarazzjoni tal-kontijiet tagħha mgħoddija minn uditur u għandha tiċċirkola lill-
membri f’intervalli xierqa dikjarazzjoni sommarja tal-qagħda finanzjarja tagħha u
tar-riżultati tal-ħidma tagħha.
(b) L-Assoċjazzjoni tista’ tippubblika dawk ir-rapporti l-oħra li jidhrilha xierqa
biex twettaq l-għanijiet tagħha.
(ċ) Kopji tar-rapporti, dikjarazzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha magħmula
skond dan l-Artikolu għandhom jitqassmu lill-membri.
ARTIKOLU 12. Tqassim ta’ Introjtu Nett
Il-Bord tal-Gvernaturi għandu minn żmien għal żmien jiddeċiedi dwar it-tqassim
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
14      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
ta’ l-introjtu nett ta’ l-Assoċjazzjoni, meta jikkunsidra l-provdiment għal riżervi u
kontinġenzi.
Sezzjoni VII
Irtir; Sospensjoni ta’ Membri; Sospensjoni tal-Ħidma 
ARTIKOLU 1. Irtir minn Membri
Kull membru jista’ jirtira bħala membru ta’ l-Assoċjazzjoni f’kull żmien billi
jibgħat avviż bil-miktub lill-Assoċjazzjoni fl-uffiċċju prinċipali tagħha. L-irtir jibda
jgħodd mid-data li fiha jiġi riċevut dak l-avviż.
ARTIKOLU 2. Sospensjoni ta’ Membri
(a) Jekk membru jonqos li jwettaq xi waħda mill-obbligazzjonijiet tiegħu lejn l-
Assoċjazzjoni, l-Assoċjazzjoni tista’ tissospendih bħala membru b’deċiżjoni tal-
maġġoranza tal-Gvernaturi, li jeżerċitaw maġġoranza tal-voti kollha. Il-membru
hekk sospiż awtomatikament jispiċċa minn membru sena wara d-data tas-sospensjoni
tiegħu kemm-il darba ma titteħidx deċiżjoni bl-istess maġġoranza biex il-membru
jerġa’ jieħu postu.
(b) Filwaqt li jkun sospiż, membru ma jkollu ebda jedd li jeżerċita xi drittijiet
skond dan il-Ftehim ħlief id-dritt li jirtira, iżda jibqa’ suġġett għall-obbligi kollha. 
ARTIKOLU 3. Sospensjoni jew Ċessjoni bħala Membru tal-Bank
Kull membru li jiġi sospiż bħala membru, jew li ma jibqax membru tal-Bank ikun
awtomatikament sospiż bħala membru, jew jispiċċa minn membru, ta’ l-
Assoċjazzjoni, skond il-każ.
ARTIKOLU 4. Drittijiet u Dmirijiet ta’ Gvernijiet li ma Jibqgħux Membri
(a) Meta gvern ma jibqax membru, dan ma jkollu ebda drittijiet skond dan il-
Ftehim ħlief kif provdut f’dan l-Artikolu u fis-Sezzjoni X (ċ), iżda dan, ħlief kif
provdut xort’oħra f’dan l-Artikolu, jibqa’ suġġett għall-obbligazzjonijiet finanzjarji
kollha li jkollu lejn l-Assoċjazzjoni, sew bħala membru, wieħed li jissellef, jew
bħala garanti jew xort’oħra.
(b) Meta gvern ma jibqax membru, l-Assoċjazzjoni u l-gvern għandhom
jillikwidaw il-kontijiet. Bħala parti mill-likwidazzjoni tal-kontijiet, l-Assoċjazzjoni
u l-gvern jistgħu jiftehmu fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu lill-gvern akkont tas-
sottoskrizzjoni tiegħu u fuq iż-żmien u l-flus tal-ħlas. Il-frażi "sottoskrizzjoni" meta
tintuża dwar xi gvern membru għandha għall-finijiet ta’ din is-Sezzjoni titqies li
tinkludi kemm is-sottoskrizzjoni inizjali kif ukoll kull sottoskrizzjoni addizzjonali
ta’ dak il-gvern membru.
(ċ) Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim bħal dak fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-
gvern spiċċa minn membru, jew f’dak iż-żmien l-ieħor li jista’ jiġi miftiehem bejn l-
Assoċjazzjoni u l-gvern, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin:
(i) Il-gvern ikun meħlus minn kull obbligu ieħor lejn l-Assoċjazzjoni
akkont tas-sottoskrizzjoni tiegħu, ħlief li l-gvern għandu jħallas minnufih lill-
Assoċjazzjoni ammonti dovuti u li jkunu għadhom ma tħallsux fid-data meta l-gvern
spiċċa minn membru u li fil-fehma ta’ l-Assoċjazzjoni jkollha bżonnhom biex tħallas
l-obbligi li kellha f’dik il-ġurnata taħt il-ħidma tagħha tal-finanzjament.
(ii) L-Assoċjazzjoni għandha tagħti lura lill-gvern fondi mħallsin mill-gvern
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
akkont tas-sottoskrizzjoni tiegħu jew li jinkisbu minnha bħala ħlasijiet lura ta’
kapital u li jkunu miżmuma mill-Assoċjazzjoni fid-data li fiha l-gvern ma jkunx
baqa’ membru, ħlief meta fil-fehma ta’ l-Assoċjazzjoni dawk il-fondi tkun
teħtieġhom biex tħallas l-obbligi li kellha f’dik il-ġurnata taħt il-ħidma tagħha tal-
finanzjament.
(iii) L-Assoċjazzjoni għandha tħallas lill-gvern parti pro rata ta’ ħlasijiet lura
ta’ kapital riċevuti mill-Assoċjazzjoni wara d-data li fiha l-gvern spiċċa minn
membru fuq self li jkun sar qabel dik id-data, ħlief dak li jkun sar minn riżorsi
supplementari mogħtija lill-Assoċjazzjoni skond arranġamenti li jispeċifikaw
drittijiet ta’ likwidazzjoni speċjali. Dik il-parti għandha tkun f’dak il-proporzjon ta’
l-ammont kollu tal-kapital ta’ dak is-self kif l-ammont kollu mħallas mill-gvern
akkont tas-sottoskrizzjoni tiegħu u li ma jkunx ingħata lura skond il-klawżola (ii) ta’
hawn fuq għandu ma’ l-ammont kollu mħallas mill-membri kollha akkont tas-
sottoskrizzjonijiet tagħhom li jkunu ġew użati jew fil-fehma ta’ l-Assoċjazzjoni
jkunu meħtieġa minnha biex tħallas l-obbligi tagħha taħt il-ħidma finanzjarja tagħha
kif kienu fid-data li fiha l-gvern ma jkunx baqa’ membru. Dak il-ħlas mill-
Assoċjazzjoni għandu jsir f’pagamenti meta u kif il-ħlasijiet lura ta’ kapital jiġu
riċevuti mill-Assoċjazzjoni, iżda mhux iktar kmieni minn kull sena. Dawk il-
pagamenti għandhom jitħallsu fil-flejjes riċevuti mill-Assoċjazzjoni iżda l-
Assoċjazzjoni tista’ fid-diskrezzjoni tagħha tħallas fil-flus tal-gvern li jkun.
(iv) Kull ammont dovut llll-gvern akkont tas-sottoskrizzjoni tiegħu jista’ jiġi
miżmum sakemm dak il-gvern, jew il-gvern ta’ xi territorju li jkun inkluż miegħu
bħala membru, jew kull sottodiviżjoni politika jew kull aġent ta’ dawk li ssemmew
jibqgħu responsabbli, bħala wieħed li ssellef jew bħala garanti, lejn l-Assoċjazzjoni,
u dak l-ammont jista’, fid-diskrezzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni, jintuża għal dik ir-
responsabbiltà kif tiskadi.
(v) F’ebda każ ma għandu l-gvern jirċievi skond dan il-paragrafu (ċ)
ammont li jkun iktar, b’kollox, mill-anqas ammont minn dawn li ġejjin: (a) l-
ammont imħallas mill-gvern akkont tas-sottoskrizzjoni tiegħu, jew (b) dak il-
proporzjon ta’ l-attiv nett ta’ l-Assoċjazzjoni, kif ikun jidher fil-kotba ta’ l-
Assoċjazzjoni fid-data li fiha l-gvern ma jkunx baqa’ membru, kif l-ammont tas-
sottoskrizzjoni tiegħu għandu għall-ammont kollu tas-sottoskrizzjonijiet tal-membri
kollha.
(vi) Il-kalkoli li għandhom isiru skond dan l-Artikolu għandhom isiru fuq
dak il-bażi li b’mod xieraq jiġi stabbilit mill-Assoċjazzjoni.
(d) F’ebda każ ma għandu xi ammont dovut lil gvern skond dan l-Artikolu
jitħallas qabel ma jgħaddu sitt xhur mid-data li fiha l-gvern ikun spiċċa minn
membru. Jekk fi żmien sitt xhur mid-data li fiha xi gvern jispiċċa minn membru l-
Assoċjazzjoni tissospendi l-ħidma skond l-Artikolu 5 ta’ din is-Sezzjoni, id-drittijiet
kollha ta’ dak il-gvern jiġu stabbiliti bid-disposizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu 5 u dak
il-gvern jitqies bħala membru ta’ l-Assoċjazzjoni għall-finijiet ta’ dak l-Artikolu 5,
ħlief li ma jkollux dritt jivvota.
ARTIKOLU 5. Sospensjoni ta’ Ħidma u Likwidazzjoni ta’ Obbligazzjonijiet
(a) L-Assoċjazzjoni tista’ tissospendi permanentement il-ħidma tagħha b’vot ta’
maġġoranza tal-Gvernaturi li jeżerċitaw maġġoranza tal-voti kollha. Wara dik is-
sospensjoni tal-ħidma l-Assoċjazzjoni għandha minnufih tieqaf mill-attivitajiet
kollha, ħlief dawk li għandhom x’jaqsmu mal-likwidazzjoni, konservazzjoni u tħaris
xieraq ta’ l-attiv tagħha u mal-ħlas ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha. Sakemm issir il-
likwidazzjoni finali ta’ dawk l-obbligazzjonijiet u t-tqassim ta’ dak l-attiv, l-
Assoċjazzjoni għandha tibqa’ teżisti u d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet reċiproki
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
16      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
kollha ta’ l-Assoċjazzjoni u tal-membri tagħha skond dan il-Ftehim ikomplu bla
tfixkil, ħlief li ebda membru ma għandu jiġi sospiż jew għandu jirtira u ma għandu
jsir ebda tqassim lill-membri ħlief kif provdut f’dan l-Artikolu.
(b) Ma jsir ebda tqassim lill-membri akkont tas-sottoskrizzjonijiet tagħhom
qabel ma l-passiv kollu dovut lil kredituri jkun tħallas jew ġie provdut għalih u qabel
ma l-Bord tal-Gvernaturi, b’vot ta’ maġġoranza tal-Gvernaturi li jeżerċitaw il-
maġġoranza tal-voti kollha, ikun iddeċieda li jagħmel dak it-tqassim.
(ċ) Bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u għal kull arranġamenti speċjali għad-
disponiment ta’ riżorsi supplimentari miftehma dwar l-għoti ta’ dawk ir-riżorsi lill-
Assoċjazzjoni, l-Assoċjazzjoni għandha tqassam l-attiv tagħha lill-membri pro rata
fil-proporzjon ta’ l-ammonti mħallsa minnhom akkont tas-sottoskrizzjonijiet
tagħhom. Kull tqassim skond id-disposizzjoni ta’ qabel ta’ dan il-paragrafu (ċ) ikun
suġġett, fil-każ ta’ kull membru, li qabel issir il-likwidazzjoni ta’ kull talba pendenti
li l-Assoċjazzjoni jkollha kontra dak il-membru. Dak it-tqassim isir f’dawk iż-
żminijiet, f’dawk il-flejjes, u fi flus jew f’attiv ieħor li l-Assoċjazzjoni jidhrilha
xieraq u ġust. Tqassim lid-diversi membri ma hemmx għalfejn ikun uniformi dwar
ix-xorta ta’ attiv imqassam jew dwar il-flejjes li bihom ikun espress.
(d) Kull membru li jirċievi attiv imqassam mill-Assoċjazzjoni skond dan l-
Artikolu jew skond l-Artikolu 4 igawdi l-istess drittijiet dwar dak l-attiv kif l-
Assoċjazzjoni kienet tgawdi qabel ma tqassam.
Sezzjoni VIII
Status, Immunitajiet u Privileġġi 
ARTIKOLU 1. Għanijiet tas-Sezzjoni
Sabiex l-Assoċjazzjoni tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet mogħtija lilha, l-istatus,
l-immunitajiet u l-privileġġi provduti f’din is-Sezzjoni għandhom jingħataw lill-
Assoċjazzjoni fit-territorju ta’ kull membru.
ARTIKOLU 2. Status ta’ l-Assoċjazzjoni
L-Assoċjazzjoni jkollha l-personalità ġuridika sħiħa u, b’mod partikolari, il-
kapaċità:
(i) li tikkuntratta;
(ii) li takkwista, u tiddisponi minn, proprjetà mobbli u immobbli; 
(iii) li tibda proċeduri legali.
ARTIKOLU 3. Qagħda ta’ l-Assoċjazzjoni dwar Proċessi Ġudizzjarji
Jistgħu jinġiebu azzjonijiet kontra l-Assoċjazzjoni biss f’qorti ta’ ġurisdizzjoni
kompetenti fit-territorju ta’ membru li fih l-Assoċjazzjoni jkollha uffiċċju, tkun
innominat aġent li jkun jista’ jirċievi notifika jew avviż tal-proċedimenti, jew tkun
ħarġet jew iggarantiet titoli. Ebda azzjonijiet ma għandhom, iżda, jinġiebu minn
membri jew persuni li jaġixxu għal jew li għandhom il-pretensjonijiet tagħhom
ġejjin minn membri. Il-proprjetà u l-attiv ta’ l-Assoċjazzjoni, ikunu fejn ikunu
qegħdin u jkunu miżmumin minn min ikun, ikunu immuni minn kull xorta ta’ qbid,
mandat jew esekuzzjoni qabel ma tingħata s-sentenza finali kontra l-Assoċjazzjoni. 
ARTIKOLU 4. Immunità ta’ Attiv minn Qbid
Proprjetà u attiv ta’ l-Assoċjazzjoni, ikunu fejn ikunu qegħdin u jkunu miżmumin
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
minn min ikun, ikunu immuni minn tfittix, rekwiżizzjoni, konfiska, esproprjazzjoni
jew xort’oħra ta’ qbid b’azzjoni esekuttiva jew leġislattiva.
ARTIKOLU 5. Immunità ta’ Arkivji
L-arkivji ta’ l-Assoċjazzjoni jkunu invjolabbli. 
ARTIKOLU 6. Ħelsien ta’ Attiv minn Restrizzjonijiet
Safejn ikun meħtieġ biex titwettaq il-ħidma provdut għaliha f’dan il-Ftehim u bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, il-proprjetà kollha u l-attiv kollu ta’ l-
Assoċjazzjoni jkunu ħielsa minn restrizzjonijiet, regolamenti, kontrolli u moratoria
ta’ kull xorta.
ARTIKOLU 7. Privileġġi għal Komunikazzjonijiet
Il-komunikazzjonijiet uffiċjali ta’ l-Assoċjazzjoni jingħataw minn kull membru l-
istess trattament li dan jagħti lill-komunikazzjonijiet uffiċjali ta’ membri oħra.
ARTIKOLU 8. immunitajiet u Privileġġi ta’ Uffiċjali u Impjegati
Il-Gvernaturi, id-Diretturi Esekuttivi, l-Alternati, l-uffiċjali u l-impjegati kollha
ta’ l-Assoċjazzjoni
(i) ikunu immuni minn proċedimenti legali dwar l-egħmil tagħhom fil-
kariga uffiċjali tagħhom ħlief meta l-Assoċjazzjoni tneħħi din l-immunità;
(ii) li ma jkunux nazzjonali lokali, jingħataw l-istess immunitajiet minn
restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni, ħtiġijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ barranin u minn
obbligi ta’ servizz nazzjonali u jingħataw l-istess faċilitajiet dwar restrizzjonijiet fuq
il-kambju kif jingħataw minn membri lil rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta’ l-
istess grad ta’ membri oħra;
(iii) jingħataw l-istess trattament dwar faċilitajiet ta’ vjaġġar kif jingħata
minn membri lil rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta’ l-istess grad ta’ membri
oħra. 
ARTIKOLU 9. Immunitajiet minn Taxxi
(a) L-Assoċjazzjoni, l-attiv, il-proprjetà, l-introjtu tagħha u l-ħidma tagħha u t-
transazzjonijiet tagħha awtorizzati b’dan il-Ftehim, ikunu immuni minn kull taxxa u
minn kull dazji tad-dwana. L-Assoċjazzjoni tkun ukoll immuna mill-obbligu għall-
ġbir jew ħlas ta’ kull taxxa jew dazju.
(b) Ebda taxxa ma għandha tinġabar fuq jew dwar salarji u emolumenti mħallsa
mill-Assoċjazzjoni lil Diretturi Esekuttivi, Alternati, uffiċjali jew impjegati ta’ l-
Assoċjazzjoni li ma jkunux ċittadini lokali, sudditi lokali jew nazzjonali oħra lokali.
(ċ) Ma għandha tinġabar ebda taxxa ta’ liema xorta tkun fuq xi obbligazzjoni
jew titolu maħruġ mill-Assoċjazzjoni (inkluż kull dividend jew imgħax fuqu)
miżmum minn min ikun
(i) li tiddistingwi kontra dik l-obbligazzjoni jew dak it-titolu minħabba biss
li jkun maħruġ mill-Assoċjazzjoni; jew
(ii) jekk l-uniku bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dik it-taxxa jkun il-post jew il-
flus li fih ikunu maħruġa, jistgħu jitħallsu jew tħallsu, jew il-lokal ta’ xi uffiċċju jew
post tan-negozju miżmum mill-Assoċjazzjoni.
(d) Ma għandha tinġabar ebda taxxa ta’ liema xorta tkun fuq xi obbligazzjoni
jew titolu garantit mill-Assoċjazzjoni (inkluż kull dividend jew imgħax fuqu) ikun
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
18      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
miżmum minn min ikun
(i) li tiddistingwi kontra dik l-obbligazzjoni jew dak it-titolu minħabba biss
li jkun garantit mill-Assoċjazzjoni; jew
(ii) jekk l-uniku bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dik it-taxxa jkun il-lokal ta’ xi
uffiċċju jew post tan-negozju miżmum mlll-Assoċjazzjoni.
ARTIKOLU 10. Applikazzjoni tas-Sezzjoni
Kull membru għandu jagħmel dak kollu li hu meħtieġ fit-territorji tiegħu stess
sabiex iġib fis-seħħ skond il-liġi tiegħu stess il-prinċipji stabbiliti f’din is-Sezzjoni u
għandu jgħarraf lill-Assoċjazzjoni b’dak li jkun għamel bid-dettalji.
Sezzjoni IX 
Emendi 
(a) Kull proposta biex isiru modifiki f’dan il-Ftehim, kemm jekk tiġi minn
membru, Gvernatur jew mid-Diretturi Esekuttivi, għandha tintbagħat liċ-Chairman
tal-Bord tal-Gvernaturi li għandu jressaq il-proposta quddiem il-Bord. Jekk l-
emenda proposta tkun approvata mill-Bord, l-Assoċjazzjoni għandha, b’ċirkolari jew
b’telegramma, tistaqsi lill-membri kollha jekk jaċċettawx l-emenda proposta. Meta
tlieta minn ħamsa tal-membri, li jkollhom erbgħa minn ħamsa tal-voti kollha,
jaċċettaw l-emendi, l-Assoċjazzjoni għandha tiċċertifika l-fatt b’komunikazzjoni
formali indirizzata lill-membri kollha.
(b) B’dak kollu li jinsab fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq, tkun meħtieġa l-
aċċettazzjoni tal-membri kollha fil-każ ta’ xi emenda li timmodifika
(i) id-dritt ta’ irtir mill-Assoċjazzjoni kif provdut fis-Sezzjoni VII, Artikolu
1;
(ii) id-dritt żgurat bis-Sezzjoni III, Artikolu 1 (ċ);
(iii) il-limitazzjoni ta’ responsabbiltà kif provdut fis-Sezzjoni II, Artikolu 3. 
(ċ) L-emendi jibdew iseħħu għall-membri kollha tliet xhur wara d-data tal-
komunikazzjoni formali sakemm ma jiġix speċifikat perijodu iqsar fiċ-ċirkolari jew
fit-telegramma.
Sezzjoni X 
Interpretazzjoni u Arbitraġġ
(a) Kull kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li
tinqala’ bejn xi membru u l-Assoċjazzjoni jew bejn xi membri ta’ l-Assoċjazzjoni
għandha tintbagħat lid-Diretturi Esekuttivi għad-deċiżjoni tagħhom. Jekk il-
kwistjoni partikolarment tolqot lil xi membru ta’ l-Assoċjazzjoni li ma jkollux dritt
jinnomina Direttur Esekuttiv tal-Bank, dak il-membru jkollu dritt li jiġi rappreżentat
skond is-Sezzjoni VI, Artikolu 4 (g).
(b) F’kull każ meta d-Diretturi Esekuttivi jagħtu deċiżjoni skond il-paragrafu
(a) ta’ hawn fuq, kull membru jista’ jitlob li l-kwistjoni tintbagħat lill-Bord tal-
Gvernaturi, u d-deċiżjoni tagħhom tkun finali. Sakemm tiġi deċiża l-kwistjoni
mibgħuta lill-Bord tal-Gvernaturi, l-Assoċjazzjoni tista’, sakemm jidhrilha meħtieġ,
taġixxi fuq il-bażi tad-deċiżjoni tad-Diretturi Esekuttivi.
(ċ) Kull meta jkun hemm nuqqas ta’ ftehim bejn l-Assoċjazzjoni u pajjiż li ma
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
jkunx baqa’ membru, jew bejn l-Assoċjazzjoni u xi membru waqt is-sospensjoni
permanenti ta’ l-Assoċjazzjoni, dak in-nuqqas ta’ ftehim għandu jintbagħat għall-
arbitraġġ minn tribunal ta’ tliet arbitri, wieħed maħtur mill-Assoċjazzjoni, ieħor
mill-pajjiż li jkollu x’jaqsam u umpire  li, sakemm il-partijiet ma jiftehmux
xort’oħra, jiġi nominat mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Internazzjonali jew
minn dik l-awtorità l-oħra kif jista’ jkun ġie preskritt b’regolament magħmul mill-
Assoċjazzjoni. L-umpire ikollu s-setgħa sħiħa li jaqta’ l-kwistjonijiet kollha ta’
proċedura f’kull każ meta l-partijiet ma jkunux jaqblu dwarhom.
Sezzjoni XI 
Disposizzjonijiet Finali 
ARTIKOLU 1. Bidu fis-Seħħ
Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ meta jkun ġie iffirmat f’isem il-gvernijiet li s-
sottoskrizzjonijiet tagħhom ikunu jlaħħqu mhux inqas minn ħamsa u sittin fil-mija
tas-sottoskrizzjonijiet kollha murija fl-Iskeda A u meta jkunu ġew depożitati
f’isimhom l-atti msemmija fl-Artikolu 2 (a) ta’ din is-Sezzjoni, iżda f’ebda każ ma
għandu dan il-Ftehim jibda jseħħ qabel il-15 ta’ Settembru, 1960.
ARTIKOLU 2. Firmar
(a) Kull gvern li f’ismu jiġi ffirmat dan il-Ftehim għandu jiddepożita mal-Bank
att li juri li hu jkun aċċetta dan il-Ftehim skond il-liġi tiegħu u li jkun għamel dak
kollu li hu meħtieġ sabiex iwettaq l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu skond dan il-
Ftehim.
(b) Kull gvern isir membru ta’ l-Assoċjazzjoni mid-data tad-depożitu f’ismu ta’
l-att imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq iżda ebda gvern ma jsir membru qabel
ma jibda jseħħ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni.
(ċ) Dan il-Ftehim jibqa’ miftuħ għall-firma sa għeluq ix-xogħol fil-31 ta’
Diċembru, 1960, fl-uffiċċju prinċipali tal-Bank, f’isem il-gvernijiet ta’ l-istati li
isimhom hu mniżżel fl-Iskeda A, iżda, jekk dan il-Ftehim ma jkunx għadu beda jseħħ
sa dik id-data, id-Diretturi Esekuttivi tal-Bank jistgħu jestendu ż-żmien li matulu dan
il-Ftehim jibqa’ miftuħ għall-firma b’mhux iktar minn sitt xhur.
(d) Wara li dan il-Ftehim ikun beda jseħħ, ikun miftuħ għall-firma f’isem il-
gvern ta’ kull stat li d-dħul tiegħu bħala membru jkun ġie approvat skond is-Sezzjoni
II, Artikolu 1 (b).
ARTIKOLU 3. Applikazzjoni Territorjali
Bil-firma tiegħu ta’ dan il-Ftehim, kull gvern jaċċettah sew f’ismu u sew dwar it-
territorji kollha li dak il-gvern ikun responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali
tagħhom ħlief dawk li jiġu esklużi minn dak il-gvern b’avviż bil-miktub lill-
Assoċjazzjoni.
ARTIKOLU 4. Inawgurazzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni
(a) Kif dan il-Ftehim jibda jseħħ skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni il-
President għandu jsejjaħ laqgħa tad-Diretturi Esekuttivi.
(b) L-Assoċjazzjoni għandha tibda l-ħidma fid-data li fiha ssir dik il-laqgħa. 
(ċ) Sakemm issir l-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi, id-Diretturi Esekuttivi
jistgħu jeżerċitaw is-setgħat kollha tal-Bord tal-Gvernaturi ħlief dawk riżervati
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
20      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
għall-Bord tal-Gvernaturi skond dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 5. Reġistrazzjoni
Il-Bank hu awtorizzat li jirreġistra dan il-Ftehim mas-Segretarjat tal-Ġnuż
Magħquda skond is-Sezzjoni 102 taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda u skond ir-
Regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu mill-Assemblea Ġenerali.
MAGĦMUL f’Wasħington, f’kopja waħda li tibqa’ depożitata fl-arkivji tal-Bank
Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp, li bil-firma tiegħu hawn taħt wera li
aċċetta li jagħmilha ta’ depożitarju ta’ dan il-Ftehim, li jirreġistra dan il-Ftehim mas-
Segretarjat tal-Ġnus Magħquda u li javża lill-gvernijiet kollha li isimhom hu mniżżel
fl-Iskeda A d-data meta dan il-Ftehim ikun beda jseħħ skond is-Sezzjoni XI,
Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
SKEDA A - SOTTOSKRIŻŻJONIJIET INIŻJALI 
(U.S. $ Miljuni)*
*F’dollari ta’ l-Istati Uniti kif kienu l-piż u l-finezza fl-1 ta’ Jannar, 1960.
TAQSIMA I
Awstralja 20.18 Ġermanja 52.96 Unjoni tas-Sud Afrika 10.09
Awstrija 5.04 Italja 18.16
Belġju 22.70 Ġapan  33.59 Renju Unit  131.14
Kanada 37.83 Lussemburgu 1.01 Stati Uniti 320.29
Danimarka 8.74 Olanda  27.74
Finlandja 3.83 Norveġja 6.72
Franza 52.96 Svezja 10.09
 763.07
TAQSIMA II
Afghanistan 1.01 Honduras 0.30 Filippini 5.04
Arġentina 18.83 Iżlanda 0.10 Saudi Arabia 3.70
Bolivja 1.06 Indja 40.35 Spanja 10.09
Brażil  18.83 Indonesja 11.10 Sudan 1.01
Burma 2.02 Iran 4.54 Tajlandja 3.03
Ceylon 3.03 Iraq 0.76 Tuniżija 1.51
Ċili 3.53 Irlanda 3.03 Turkija 5.80
Ċina 30.26 Iżrael 1.68 Repubblika
Kolumbja 3.53 Ġordan 0.30 Għarbija
Costa Rica 0.20 Korea 1.26 Magħquda 6.03
Kuba 4.71 Lebanon 0.45 Urugwaj 1.06
Repubblika Libja 1.01 Venezwela 7.06
Dominikana 0.40 Malaja 2.52 Viet-Nam 1.51
Ekwador 0.65 Messiku 8.74 Jugożlavja 4.04
El Salvador 0.30 Marokk 3.53
Etjopja  0.50 Nikaragwa  0.30 236.93
Ghana 2.36 Pakistan 10.09
Greċja 2.52 Panama 0.02 TOTAL 1000.00
Gwatemala 0.40 Paragwaj 0.30
Haiti  0.76 Peru 1.77
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
22      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
IT-TIENI SKEDA _
(ARTIKOLU 2) 
STATUT TAL-BANK INTERNAZZJONALI GĦAR-RIKOSTRUZZJONI U ŻVILUPP 
Il-Gvernijiet li f’isimhom dan il-Ftehim hu iffirmat ftehmu kif ġej: 
Artikolu ta’ Introduzzjoni
Il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp hu mwaqqaf u għandu
jitmexxa skond id-disposizzjonijiet li ġejjin:
Sezzjoni I 
Għanijiet 
L-għanijiet tal-Bank huma:
(i) Li jgħin fir-rikostruzzjoni u fl-iżvilupp ta’ territorji ta’ membri billi jiġi
faċilitat l-investiment ta’ kapital għal għanijiet produttivi, inkluża r-restawrazzjoni
ta’ ekonomiji mfarrka, jew li ġew imfixkla bi gwerra, il-qlib mill-ġdid ta’ faċilitajiet
produttivi għal ħtiġijiet ta’ żmien il-paċi u t-tħeġġiġ ta’ l-iżvilupp ta’ faċilitajiet u
riżorsi produttivi f’pajjiżi anqas żviluppati.
(ii) Il-promozzjoni ta’ investiment barrani privat permezz ta’ garanziji jew
parteċipazzjonijiet f’self u f’investimenti oħra minn investituri privati; u meta ma
jkunx jista’ jinkiseb kapital privat b’pattijiet raġonevoli, biex igħin l-investiment
privat billi jipprovdi, taħt kondizzjonijiet xierqa, finanzi għal għanijiet produttivi
mill-kapital tiegħu stess, mill-fondi miġbura minnu u mir-riżorsi l-oħra tiegħu.
(iii) Il-promozzjoni tat-tkabbir bilanċjat fit-tul tal-kummerċ internazzjonali u
t-tiżmim ta’ ekwilibriju f’bilanċi tal-pagamenti billi jinkoraġġixxi l-investiment
internazzjonali għall-iżvilupp ta’ riżorsi produttivi tal-membri, u b’hekk igħin billi
tiżdied il-produttività, il-livell tal-ħajja u l-kondizzjonijiet tax-xogħol fit-territorji
tagħhom.
(iv) Jagħmel arranġamenti biex is-self li hu jkun għamel jew iggarantixxa
dwar self internazzjonali jsiru b’mezzi oħra sabiex il-proġetti l-aktar meħtieġa u
urġenti, kbar u żgħar l-istess, jiġu trattati l-ewwel.
(v) Li jmexxi l-operazzjonijiet tiegħu bil-konsiderazzjoni ta’ l-effett li l-
investiment internazzjonali għandu fuq il-kondizzjonijiet tan-negozju fit-territorji
tal-membri u, fis-snin ll jiġu minnufih wara gwerra, biex igħin fil-mogħdija minn
ekonomija ta’ żmien il-gwerra għal ekonomija ta’ żmien il-paċi.
Il-Bank ikun immexxi fid-deċiżjonijiet kollha tiegħu skond l-għanijiet hawn fuq
murija.
Sezzjoni II 
Membri u Kapital tal-Bank 
ARTIKOLU 1. Membri
(a) Il-membri oriġinali tal-Bank ikunu dawk il-membri tal-Fond Monetarju
Internazzjonali li jaċċettaw li jkunu membri tal-Bank qabel id-data speċifikata fis-
Sezzjoni XI, Artikolu 2 (e).
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
(b) Membri oħra tal-Fond jistgħu jidħlu membri, f’dawk iż-żminijiet u skond
dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti mill-Bank.
ARTIKOLU 2. Kapital Awtorizzat
(a) L-istock tal-kapital awtorizzat tal-Bank ikun ta’ $10,000,000,000,* f’dollari
ta’ l-Istati Uniti skond kif kienu l-piż u l-finezza fl-1 ta’ Lulju, 1944. L-istock tal-
kapital ikun maqsum f’100,000 azzjoni tal-valur pari ta’ $100,000-il waħda, li jkunu
għad-disposizzjoni tas-sottoskrizzjoni tal-membri biss.
(b) L-istock tal-kapital jista’ jiġi miżjud meta l-Bank ikun ta’ dik il-fehma
b’maġġoranza ta’ tliet-kwarti tal-voti kollha.
ARTIKOLU 3. Sottoskrizzjonijiet ta’ l-azzjonijiet
(a) Kull membru għandu jissottoskrivi azzjonijiet ta’ l-istock tal-kapital tal-
Bank. L-anqas numru ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu sottoskritti mill-membri
oriġinali jkunu dawk murija fl-Iskeda A. L-anqas numru ta’ azzjonijiet li għandhom
jiġu sottoskritti minn membri oħra jiġi stabbilit mill-Bank, li għandu jirriżerva
sehem biżżejjed mill-istock tal-kapital għas-sottoskrizzjoni minn dawk il-membri.
(b) Il-Bank għandu jippreskrivi regoli li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li
taħthom membri jistgħu jissottoskrivu azzjonijiet ta’ l-istock tal-kapital awtorizzat
tal-Bank b’żieda ma’ l-anqas numru li huma jistgħu jissottoskrivu.
(ċ) Jekk l-istock tal-kapital awtorizzat tal-Bank jiġi miżjud, kull membru jkollu
opportunità xierqa li jissottoskrivi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bank jiddeċiedi,
proporzjon taż-żieda ta’ l-istock li jkun daqs il-proporzjon li l-istock sottoskritt
qabel ikollu ma’ l-istock tal-kapital kollu tal-Bank, iżda ebda membru ma jkollu l-
obbligu li jissottoskrivi għall-kapital miżjud.
ARTIKOLU 4. Prezz tal-ħruġ ta’ l-azzjonijiet
Azzjonijiet inklużi fl-anqas sottoskrizzjonijiet li jista’ jkollhom membri oriġinali
għandhom joħorġu b’parità. Azzjonijiet oħra għandhom joħorġu b’parità kemm-il
darba l-Bank b’maġġoranza tal-voti kollha ma jiddeċidix f’ċirkostanzi speċjali li
joħroġhom taħt kondizzjonijiet oħra.
ARTIKOLU 5. Tqassim u talba għall-kapital sottoskritt
Is-sottoskrizzjoni ta’ kull membru tkun maqsuma f’żewġ partijiet kif ġej:
(i) għoxrin fil-mija għandhom jitħallsu jew jkunu suġġetti li jiġu mitluba
skond l-Artikolu 7 (i) ta’ din is-Sezzjoni kif ikunu meħtieġa mill-Bank għall-
operazzjonijiet tiegħu:
(ii) it-tmenin fil-mija l-oħra jkunu suġġetti li jintalbu mill-Bank biss meta
jkunu meħtieġa biex iħallsu obbligazzjonijiet mal-Bank li jiġu maħluqa skond is-
Sezzjoni IV, Artikoli 1 (a) (ii) u (iii).
Talbiet għal sottoskrizzjonijiet mhux imħallsa jkunu uniformi għall-azzjonijiet
kollha.
ARTIKOLU 6. Limitazzjoni ta’ responsabbiltà
Ir-responsabbiltà għal azzjonijiet tkun limitata għall-parti mhux imħallsa tal-prezz
tal-ħruġ ta’ l-azzjonijiet.
*Mill-31 ta’ Diċembru, 1970, l-istock tal-kapital awtorizzat tal-Bank ġie miżjud għal $27,000,000,000,
maqsum f’270,000 azzjoni ta’ valur pari ta’ $100,000-il waħda.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
24      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
ARTIKOLU 7. Mod tal-ħlas ta’ sottoskrizzjonijiet għal azzjonijiet
Il-ħlas ta’ sottoskrizzjonijiet għal azzjonijiet għandu jsir jew f’deheb jew f’dollari
ta’ l-Istati Uniti u fi flejjes tal-membri kif ġej:
(i) taħt l-Artikolu 5 (i) ta’ din is-Sezzjoni, tnejn fil-mija tal-prezz ta’ kull
azzjoni għandhom jitħallsu b’deheb jew b’dollari ta’ l-Istati Uniti, u, meta jsiru
talbiet, it-tmintax fil-mija l-oħra jitħallsu fil-flus tal-membru;
(ii) meta ssir talba taħt l-Artikolu 5 (ii) ta’ din is-Sezzjoni, il-ħlas jista’ jsir
fuq għażla tal-membru jew b’deheb, b’dollari ta’ l-Istati Uniti jew bil-flus li jkunu
meħtieġa biex jitħallsu l-obbligazzjonijiet tal-Bank li għall-fini tagħhom issir it-
talba;
(iii) meta membru jħallas f’xi flus taħt il-paragrafi (i) u (ii) ta’ hawn fuq,
dawk il-ħlasijiet għandhom isiru f’ammonti li jkunu daqs il-valur tar-responsabbiltà
tal-membru skond dik it-talba. Dik ir-responsabbiltà tkun parti proporzjonata ta’ l-
istock tal-kapital sottoskritt tal-Bank kif awtorizzat u mfisser fl-Artikolu 2 ta’ din is-
Sezzjoni.
ARTIKOLU 8. Żmien tal-ħlas tas-sottoskrizzjonijiet
(a) It-tnejn fil-mija li għandhom jitħallsu fuq kull azzjoni b’deheb jew b’dollari
ta’ l-Istati Uniti taħt l-Artikolu 7 (i) ta’ din is-Sezzjoni, għandhom jitħallsu fi żmien
sittin ġurnata mid-data li fiha l-Bank jibda l-operazzjonijiet, iżda
(i) kull membru oriġinali tal-Bank li t-territorju metropolitan tiegħu jkun
bata okkupazzjonijiet jew ostilitajiet mill-għadu matul gwerra preżenti jingħata d-
dritt li jħalli l-ħlas ta’ nofs fil-mija għal ħames snin wara dik id-data;
(ii) membru oriġinali li ma jkunx jista’ jagħmel dak il-ħlas għax ma jkunx
għadu ħa lura f’idejh ir-riżervi tad-deheb tiegħu li jkunu għadhom maqbudin jew
immobilizzati minħabba l-gwerra jista’ jħalli l-ħlas kollu għal dik id-data li l-Bank
jiddeċiedi.
(b) Il-bqija tal-prezz ta’ kull azzjoni li għandha titħallas skond l-Artikolu 7 (i)
ta’ din is-Sezzjoni għandha titħallas kif u meta ssir it-talba mill-Bank, iżda
(i) il-Bank għandu, fi żmien sena minn meta jibda l-operazzjonijiet tiegħu,
jitlob mhux inqas minn tmienja fil-mija tal-prezz ta’ l-azzjoni b’żieda mal-ħlas ta’
tnejn fil-mija msemmi fil-paragrafu (a) ta’ ħawn fuq;
(ii) għandu jintalab f’kull perijodu ta’ tliet xhur mhux iktar minn ħamsa fil-
mija tal-prezz ta’ l-azzjoni.
ARTIKOLU 9. Tiżmim tal-valur ta’ ċerti holdings ta’ flejjes tal-Bank
(a) Kull meta (i) il-valur pari ta’ flejjes ta’ membru jiġi mnaqqas, jew (ii) il-
valur tal-kambju barrani ta’ flejjes ta’ membru jkun, fil-fehma tal-Bank, diprezzat
b’mod sinifikanti fit-territorji ta’ dak il-membru, il-membru għandu jħallas lill-Bank
fi żmien raġonevoli ammont addizzjonali tal-flejjes tiegħu stess li jkun biżżejjed
biex iżomm il-valur, kif kien fiż-żmien tas-sottoskrizzjoni inizjali, ta’ l-ammont tal-
flejjes ta’ dak il-membru li jkun miżmum mill-Bank u li jkun miksub minn flejjes li
oriġinarjament tħallsu lill-Bank mill-membru taħt is-Sezzjoni II, Artikolu 7 (i), minn
flejjes imsemmija fis-Sezzjoni IV, Artikolu 2 (b), jew minn xi flejjes addizzjonali li
jkunu ġew mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, u li ma jkunux
inxtraw lura mill-membru b’deheb jew bi flejjes ta’ xi membru ieħor li jkunu
aċċettabbli għall-Bank.
(b) Kull meta l-valur pari tal-flejjes ta’ membru jiżdied, il-Bank għandu jagħti
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
lura lil dak il-membru fi żmien raġonevoli ammont fil-flejjes ta’ dak il-membru li
jkun daqs iż-żieda fil-valur ta’ l-ammont ta’ dawk il-flejjes kif deskritt fil-paragrafu
(a) ta’ hawn fuq.
(ċ) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi ta’ qabel dan jistgħu ma jiġux infurzati
mill-Bank meta tibdil proporzjonat uniformi fil-valuri pari tal-flejjes tal-membri
tiegħu kollha jkun sar mill-Fond Monetarju Internazzjonali.
ARTIKOLU 10. Restrizzjoni għal tneħħija ta’ azzjonijiet
Azzjonijiet ma jistgħux jingħataw b’garanzija jew jiġu marbuta b’xi piż ieħor ikun
ta’ liema xorta jkun u jistgħu jiġu trasferiti biss lill-Bank.
Sezzjoni III
Disposizzjonijiet Ġenerali dwar Self u Garanziji 
ARTIKOLU 1. Użu ta’ riżorsi
(a) Ir-riżorsi u l-faċilitajiet tal-Bank għandhom jintużaw biss għall-benefiċċju
tal-membri b’konsiderazzjoni indaqs għal proġetti għall-iżvilupp u għal proġetti ta’
rikostruzzjoni bl-istess mod.
(b) Sabiex tiġi faċilitata r-restawrazzjoni u r-rikostruzzjoni ta’ l-ekonomija ta’
membri li t-territorji metropolitani tagħhom ikunu batew ħerba minn okkupazzjoni
jew ostilitajiet ta’ l-għadu, il-Bank, meta jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-pattijiet
tas-self li jingħata lil dawk il-membri, għandu jikkonsidra b’mod speċjali t-tħaffif
tal-piż finanzjarju u t-tħaffif ta’ l-ilħuq ta’ dik ir-restawrazzjoni u r-rikostruzzjoni. 
ARTIKOLU 2. Negozju bejn il-membri u l-Bank
Kull membru għandu jinnegozja mal-Bank permezz biss tat-Teżorerija, tal-bank
ċentrali, tal-fond ta’ stabbilità jew ta’ aġenzija oħra simili fiskali tiegħu, u l-Bank
għandu jinnegozja mal-membri biss ma’ jew permezz ta’ l-istess aġenziji. 
ARTIKOLU 3. Limitazzjonijiet fuq garanziji u self tal-Bank
L-ammont totali ta’ garanziji, parteċipazzjonijiet f’self u self dirett pendenti tal-
Bank ma għandhom jiżdiedu f’ebda żmien, jekk b’dik iż-żieda t-totali jeċċedi l-mija
fil-mija tal-kapital sottoskritt intier, ir-riżervi u s-surplus tal-Bank.
ARTIKOLU 4. Kondizzjonijiet li taħthom il-Bank jista’ jiggarantixxi jew jagħti
self 
Il-Bank jista’ jiggarantixxi, jipparteċipa fi, jew jagħti self lil kull membru jew lil
kull sotto-divizjoni politika tiegħu u lil kull impriża ta’ negozju, industrjali u
agrikola fit-territorji ta’ membri, skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) Meta l-membru li fit-territorju tiegħu l-proġett ikun qiegħed isir ma
jkunx hu stess li jissellef, il-membru jew il-bank ċentrali jew xi aġenzija simili tal-
membru li tkun aċċettabbli mill-Bank, tiggarantixxi l-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas ta’
l-imgħax u d-drittijiet kollha fuq is-self.
(ii) Il-Bank ikun sodisfatt li fil-kondizzjonijiet tas-suq kurrenti min jissellef
ma jkunx jista’ xort’oħra jikseb is-self taħt kondizzjonijiet li fil-feħma tal-Bank
ikunu raġonevoli għal min jissellef.
(iii) Kumitat kompetenti, kif provdut fis-Sezzjoni V, Artikolu 7, ikun
issottometta rapport bil-miktub fejn jirrakkomanda l-proġett wara studju bir-reqqa
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
26      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
tal-meriti tal-proposta.
(iv) Fil-fehma tal-Bank ir-rata ta’ imgħax u drittijiet oħra jkunu raġonevoli u
dik ir-rata u dawk id-drittijiet u l-iskeda għall-ħlas lura tal-kapital ikunu xierqa
għall-proġett.
(v) Fil-għoti jew fil-garanzija ta’ self, il-Bank għandu jikkunsidra b’mod
xieraq il-prospetti ta’ min jissellef, u, jekk min jissellef ma jkunx membru, li min
jiggarantixxi, ikun f’pożizzjoni li jħares l-obbligi tiegħu taħt is-self; u l-Bank
għandu jaġixxi bi prudenza fl-interessi kemm tal-membru partikolari li fit-territorju
tiegħu jkun qed isir il-proġett, kif ukoll tal-membri in ġenerali.
(vi) Fil-garanzija ta’ self li jingħata minn oħrajn li jinvestu, il-Bank jirċievi
kumpens xieraq għar-riskju li jieħu.
(vii) Self li jingħata jew li jiġi garantit mill-Bank għandu, ħlief f’ċirkostanzi
speċjali, ikun għal proġetti speċifiċi għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp.
ARTIKOLU 5. Użu ta’ self garantit, bil-parteċipazzjoni ta’, jew mogħti mill-
Bank
(a) Il-Bank ma għandu jimponi ebda kondizzjonijiet li dak li jidħol minn self
għandu jintefaq fit-territorji ta’ xi membru jew membri partikolari.
(b) Il-Bank jista’ jagħmel arranġamenti biex jiżgura li dak li jidħol minn kull
self jintuża biss għall-għanijiet li għalihom ikun ingħata s-self, b’attenzjoni xierqa
għal konsiderazzjonijiet ta’ ekonomija u effiċjenza u mingħajr konsiderazzjoni għal
influwenzi u konsiderazzjonijiet politiċi jew oħrajn mhux ta’ ekonomija.
(ċ) Fil-każ ta’ self li jingħata mill-Bank, dan għandu jiftaħ kont f’isem min
jissellef u l-ammont tas-self jiġi akkreditat fil-kont fi flus jew flejjes li bihom ikun
ingħata s-self. Min jissellef jitħalla mill-Bank li jiġbed minn dan il-kont biss biex
iħallas l-ispejjeż dwar il-proġett meta fil-fatt isiru.
ARTIKOLU 6. Self lill-Korporazzoni Internazzjonali għall-Finanzjament*
(a) Il-Bank jista’ jagħti, jipparteċipa fi, jew jiggarantixxi self lill-Korporazzjoni
Internazzjonali għall-Finanzjament, affiljata tal-Bank, għall-użu fl-operazzjonijiet
ta’ self tagħha. L-ammont totali pendenti ta’ dak is-self, parteċipazzjonijiet u
garanziji ma għandhomx jiġu miżjuda jekk, f’dak iż-żmien jew bħala konsegwenza
ta’ dan, l-ammont kollu tad-dejn (inkluża l-garanzija ta’ kull dejn) li jkun sar mill-
imsemmija Korporazzjoni minn kull għajn u li jkun f’dak iż-żmien pendenti jkun
iżjed minn ammont li jkun daqs erba’ darbiet il-kapital sottoskritt intier u s-surplus.
(b) Id-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni III, Artikoli 4 u 5 (ċ) u tas-Sezzjoni IV,
Artikolu 3 m’għandhomx japplikaw għal self, parteċipazzjonijiet u garanziji
awtorizzati b’dan l-Artikolu.
Sezzjoni IV 
Operazzjonijiet 
ARTIKOLU 1. Mod ta’ l-għoti jew faċilitazzjoni ta’ self
(a) Il-Bank jista’ jagħti jew jiffaċilita self li jkun skond il-kondizzjonijiet
ġenerali tas-Sezzjoni III f’xi mod kif ġej:
*Artikolu miżjud b’emenda b’seħħ mis-17 ta’ Diċembru, 1965.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
(i) Billi jagħti jew jipparteċipa f’self dirett mill-fondi tiegħu stess li jkun
jikkorrispondi għall-kapital intier imħallas u għas-surplus u, bla ħsara għall-Artikolu
6 ta’ din is-Sezzjoni, għar-riżervi tiegħu.
(ii) Billi jagħti jew jipparteċipa f’self dirett mill-fondi miġbura fis-suq ta’
membru, jew xort’oħra li l-Bank ikun issellef
(iii) Billi jiggarantixxi għal kollox jew f’parti s-self mogħti minn investituri
privati bil-mezzi ta’ investiment tas-soltu.
(b) Il-Bank jista’ jissellef fondi taħt il-paragrafu (a) (ii) ta’ hawn fuq jew
jiggarantixxi self taħt il-paragrafu (a) (iii) ta’ hawn fuq biss bl-approvazzjoni tal-
membru li fis-swieq tiegħu l-fondi jkunu miġbura u tal-membru li fil-flejjes tiegħu
jingħata s-self, u biss jekk dawk il-membri jaqblu li dak li jidħol jista’ jiġi mibdul fi
flejjes ta’ xi membru ieħor mingħajr restrizzjoni.
ARTIKOLU 2. Flejjes disponibbli u trasferibbli
(a) Flejjes imħallsa fil-Bank taħt is-Sezzjoni II, Artikolu 7 (i), għandhom jiġu
mislufa biss bl-approvazzjoni f’kull każ tal-membru li l-flejjes tiegħu jkollhom
x’jaqsmu; iżda, b’danakollu, jekk ikun meħtieġ, wara li l-kapital sottoskritt tal-Bank
ikun ġie mitlub kollu, dawk il-flejjes għandhom, mingħajr restrizzjoni mill-membri
li l-flejjes tagħhom ikunu offerti, jintużaw jew jinbidlu fil-flejjes meħtieġa biex
jitħallsu l-imgħax skond il-kuntratt, drittijiet oħra jew l-ammortizzament fuq is-self
tal-Bank stess, jew biex jitħallas il-passiv tal-Bank dwar dawk il-ħlasijiet tal-
kuntratt fuq self garantit mill-Bank.
(b) Flejjes riċevuti mill-Bank mingħand min jissellef jew mingħand min
jagħmel garanziji bi ħlas akkont tal-kapital ta’ self dirett li jingħata bil-flejjes
imsemmija fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq għandhom jiġu mibdula fil-flejjes tal-
membri l-oħra jew jerġgħu jissellfu biss bl-approvazzjoni f’kull każ tal-membri li l-
flejjes tagħhom ikollhom x’jaqsmu; iżda, b’danakollu, jekk ikun meħtieġ, wara li l-
kapital sottoskritt tal-Bank ikun ġie mitlub kollu, dawk il-flejjes għandhom,
mingħajr restrizzjoni mill-membri li l-flejjes tagħhom ikunu offerti, jintużaw jew
jinbidlu fil-flejjes meħtieġa biex jitħallsu l-imgħax skond il-kuntratt, drittijiet oħra
jew l-ammortizzament fuq is-self tal-Bank stess, jew biex jitħallas il-passiv tal-Bank
dwar dawk il-ħlasijiet tal-kuntratt fuq self garantit mill-Bank.
(ċ) Flejjes riċevuti mill-Bank mingħand min jissellef jew mingħand min
jagħmel garanzija bi ħlas akkont tal-kapital ta’ self dirett mogħti mill-Bank taħt l-
Artikolu 1 (a) (ii) ta’ din is-Sezzjoni, għandhom jinżammu u jiġu wżati, mingħajr
restrizzjoni mill-membri, biex isiru ħlasijiet ta’ ammortizzament, jew biex isir il-ħlas
bil-quddiem ta’, jew jerġgħu jinxtraw f’parti jew għal kollox, l-obbligazzjonijiet tal-
Bank stess.
(d) Il-flejjes l-oħra kollha li jistgħu jinkisbu mill-Bank, inklużi dawk li jinġabru
mis-suq jew xort’oħra li l-Bank ikun issellef taħt l-Artikolu 1 (a) (ii) ta’ din is-
Sezzjoni, dawk miksuba mill-bejgħ ta’ deheb, dawk riċevuti bħala ħlasijiet ta’
imgħax u drittijiet oħra għal self dirett li jsir taħt l-Artikoli 1 (a) (i) u (ii), u dawk
riċevuti bħala ħlasijiet ta’ kummissjonijiet u drittijiet oħra taħt l-Artikolu 1 (a) (iii),
għandhom jintużaw jew jiġu mibdula fi flejjes oħra jew f’deheb meħtieġ fl-
operazzjonijiet tal-Bank mingħajr restrizzjoni mill-membri li l-flejjes tagħhom ikunu
offerti.
(e) Flejjes li jinġabru fis-swieq ta’ membri minn min jissellef fuq self garantit
mill-Bank taħt l-Artikolu 1 (a) (iii) ta’ din is-Sezzjoni, għandhom ukoll jintużaw jew
jiġu mibdula fi flejjes oħra mingħajr restrizzjoni minn dawk il-membri.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
28      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
ARTIKOLU 3. Provdiment ta’ flejjes għal self dirett
Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal self dirett taħt l-Artikoli 1
(a) (i) u (ii) ta’ din is-Sezzjoni:
(a) Il-Bank għandu jagħti lil min jissellef dawk il-flejjes ta’ membri, li ma
jkunux il-membru li fit-territorji tiegħu l-proġett ikun qed isir, li jkunu meħtieġa
minn min jissellef għal infieq li jkun se jsir fit-territorji ta’ dawk il-membri l-oħra
biex jitwettqu l-għanijiet tas-self.
(b) Il-Bank jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali meta l-flejjes lokali meħtieġa għall-
għanijiet tas-self ma jistgħux jiġu miġbura minn min jissellef b’kondizzjonijiet
raġonevoli, jagħti lil min jissellef bħala parti mis-self ammont xieraq ta’ dawk il-
flejjes.
(ċ) Il-Bank, jekk il-proġett indirettament joħloq aktar ħtieġa ta’ kambju barrani
mill-membru li fit-territorji tiegħu jkun qed isir il-proġett, jista’ f’ċirkostanzi
eċċezzjonali jagħti lil min jissellef bħala parti mis-self ammont xieraq ta’ deheb jew
kambju barrani li ma jkunx iktar mill-infieq lokali ta’ min jissellef dwar l-għanijiet
tas-self.
(d) Il-Bank jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fuq it-talba ta’ membru li fit-
territorji tiegħu tintefaq parti mis-self, jerġa’ jixtri bid-deheb jew b’kambju barrani
parti mill-flejjes ta’ dak il-membru hekk minfuqa iżda f’ebda każ ma għandha l-parti
hekk mixtrija mill-ġdid tkun aktar mill-ammont li bih l-infieq tas-self f’dawk it-
territorji joħloq ħtieġa ta’ aktar kambju barrani.
ARTIKOLU 4.  Disposizzjonijiet dwar ħlas għal self dirett
Kuntratti ta’ self taħt l-Artikolu 1 (a) (i) jew (ii) ta’ din is-Sezzjoni għandhom
isiru skond id-disposizzjonijiet dwar ħlas li ġejjin:
(a) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ ħlasijiet ta’ imgħax u ammortizzament,
skadenzi u dati tal-ħlas ta’ kull self għandhom jiġu stabbiliti mill-Bank. Il-Bank
għandu wkoll jistabbilixxi r-rata u kull pattijiet u kondizzjonijiet oħra dwar il-
kummissjoni li għandha titħallas dwar dak is-self.
Fil-każ ta’ self magħmul taħt l-Artikolu 1 (a) (ii) ta’ din is-Sezzjoni matul l-ewwel
għaxar snin ta’ l-operazzjonijiet tal-Bank, ir-rata ta’ kummissjoni ma għandhiex tkun
inqas minn wieħed fil-mija fis-sena u mhux aktar minn wieħed u nofs fil-mija fis-
sena, u għandha titħallas fuq il-parti mhux imħallsa ta’ dak is-self. Meta jgħaddi dak
iż-żmien ta’ għaxar snin, ir-rata ta’ kummissjoni tista’ titnaqqas mill-Bank kemm
dwar il-partijiet mhux imħallsa ta’ self li jkun diġa ingħata kif ukoll dwar self futur,
jekk ir-riżervi akkumulati mill-Bank skond l-Artikolu 6 ta’ din is-Sezzjoni u minn
qliegħ ieħor ikunu fil-fehma tiegħu meqjusa li jkunu biżżejjed biex jiġġustifikaw
tnaqqis. Fil-każ ta’ self futur il-Bank ikollu wkoll id-diskrezzjoni li jżid ir-rata ta’
kummissjoni iktar mill-limiti ta’ hawn fuq, jekk l-esperjenza turi li żieda tkun
meħtieġa.
(b) Il-kuntratti kollha ta’ self għandhom jistabbilixxu l-flus jew il-flejjes li
bihom għandhom isiru l-ħlasijiet lill-Bank skond il-kuntratt. Iżda, fuq l-għażla ta’
min jissellef, dawk il-ħlasijiet jistgħu jsiru b’deheb, jew jekk il-Bank ikun jaqbel,
bil-flus ta’ membri oħra li ma jkunux dawk preskritti fil-kuntratt.
(i) Fil-każ ta’ self li jingħata taħt l-Artikolu 1 (a) (i) ta’ din is-Sezzjoni, il-
kuntratti ta’ self għandhom jipprovdu li l-ħlasijiet lill-Bank ta’ l-imgħax, drittijiet
oħra u l-ammortizzament isiru fil-flejjes mislufa, kemm-il darba l-membru li fi
flejjes tiegħu s-self ikun ġie mogħti ma jaqbilx li dawk il-ħlasijiet isiru fi flus jew
flejjes oħra speċifikati. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni II, Artikolu 9
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
(ċ), dawn il-ħlasijiet għandhom ikunu daqs il-valur ta’ dawk il-ħlasijiet skond il-
kuntratt kif kien fiż-żmien li fih ikun ingħata s-self, f’dawk il-flejjes speċifikati għal
hekk mill-Bank b’maġġoranza ta’ tliet-kwarti tal-voti kollha.
(ii) Fil-każ ta’ self li jingħata taħt l-Artikolu 1 (a) (ii) ta’ din is-Sezzjoni, l-
ammont totali pendenti u li jkollu jitħallas lill-Bank f’xi xorta waħda ta’ flus ma
għandu f’ebda żmien ikun iktar mill-ammont totali tas-self pendenti li l-Bank ikun
issellef taħt l-Artikolu 1 (a) (ii) u li jkollu jitħallas fl-istess flus.
(ċ) Jekk membru jbati b’xi restrizzjoni akuta ta’ kambju, hekk li s-servizz ta’ xi
self kuntrattat minn dak il-membru jew garantit minnu jew minn waħda mill-aġenziji
tiegħu ma jistax jingħata bil-mod stipulat, il-membru li jkun jista’ japplika għand il-
Bank biex jinħall mill-kondizzjonijiet tal-ħlas. Jekk il-Bank ikun sodisfatt li xi ħall
jkun fl-interess tal-membru partikolari u ta’ l-operazzjonijiet tal-Bank u tal-membri
kollha tiegħu b’mod ġenerali, il-Bank jista’ jaġixxi skond wieħed minn, jew skond
iż-żewġ, paragrafi li ġejjin dwar is-servizz fis-sena kollu jew parti minnu:
(i) Il-Bank jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħmel arranġamenti mal-
membru li jkun biex jaċċetta l-ħlasijiet ta’ servizz fuq is-self fil-flus tal-membru
għal żminijiet li ma jkunux itwal minn tliet snin b’kondizzjonijiet xierqa dwar l-użu
ta’ dawk il-flus u t-tiżmim tal-valur tal-kambju barrani tagħhom; u għax-xiri mill-
ġdid ta’ dawk il-flus b’kondizzjonijiet xierqa.
(ii) Il-Bank jista’ jimmodifika l-kondizzjonijiet ta’ l-ammortizzament jew
itawwal iż-żmien tas-self, jew it-tnejn.
ARTIKOLU 5. Garanziji
(a) Fl-għoti ta’ garanzija għal self li jingħata bil-mezz ta’ investiment tas-soltu,
il-Bank għandu jitlob kummissjoni għall-garanzija li titħallas perijodikament fuq l-
ammont pendenti tas-self b’rata stabbilita mill-Bank. Matul l-ewwel għaxar snin ta’
l-operazzjonijiet tal-Bank, ir-rata ta’ kummissjoni ma għandhix tkun inqas minn
wieħed fil-mija fis-sena u mhux aktar minn wieħed u nofs fil-mija fis-sena. Meta
jgħaddi dan iż-żmien ta’ għaxar snin, ir-rata ta’ kummissjoni tista’ titnaqqas mill-
Bank dwar il-partijiet mhux imħallsa tas-self li jkunu diġà garantiti u dwar self futur
jekk ir-riżervi akkumulati mill-Bank taħt l-Artikolu 6 ta’ din is-Sezzjoni u minn
qliegħ ieħor ikunu fil-fehma tiegħu meqjusa li jkunu biżżejjed biex jiġġustifikaw
tnaqqis. Fil-każ ta’ self futur il-Bank ikollu wkoll id-diskrezzjoni li jżid ir-rata ta’
kummissjoni iktar mill-limiti ta’ hawn fuq, jekk l-esperjenza turi li żieda tkun
meħtieġa.
(b) Kummissjonijiet għal garanziji għandhom jitħallsu direttament lill-Bank
minn min jissellef.
(ċ) Garanziji mill-Bank għandhom jipprovdu li l-Bank jista’ ma jibqax
responsabbli għall-imgħax jekk, min jissellef u l-garanti, jekk ikun hemm, jonqsu
mill-obbligi tagħhom, u l-Bank joffri li jixtri, bil-valur pari u bl-imgħax akkumulat
sa data msemmija fl-offerta, it-titoli jew l-obbligazzjonijiet l-oħra garantiti.
(d) Il-Bank ikollu s-setgħa li jistabbilixxi kull pattijiet u kondizzjonijiet oħra
tal-garanzija.
ARTIKOLU 6. Riżervi Speċjali
L-ammont ta’ kummissjonijiet irċevuti mill-Bank skond l-Artikoli 4 u 5 ta’ din is-
Sezzjoni għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali, li tinżamm disponibbli biex jitħallas
il-passiv tal-Bank skond l-Artikolu 7 ta’ din is-Sezzjoni. Ir-riżerva speċjali għandha
tinżamm f’dik il-forma likwida, permessa b’dan il-Ftehim, kif id-Diretturi Esekuttivi
jiddeċiedu.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
30      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
ARTIKOLU 7. Mod kif il-Bank iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu f’każ ta’
nuqqas minn obbligi
F’każijiet ta’ nuqqas minn obbligi ta’ self li jingħata, bil-parteċipazzjoni ta’ jew
garantit mill-Bank:
(a) Il-Bank għandu jagħmel dawk l-arranġamenti li jistgħu jsiru biex jaġġusta l-
obbligi tas-self, inklużi l-arranġamenti taħt jew li jkunu bħal dawk kif provdut fl-
Artikolu 4 (ċ) ta’ din is-Sezzjoni.
(b) Il-pagamenti bi ħlas ta’ l-obbligazzjonijiet tal-Bank fuq self jew garanziji
skond l-Artikolu 1 (a) (ii) u (iii) ta’ din is-Sezzjoni għandhom jiġu addebitati:
(i) l-ewwel, għar-riżerva speċjali provdut għaliha fl-Artikolu 6 ta’ din is-
Sezzjoni,
(ii) imbagħad, safejn ikun meħtieġ u fid-diskrezzjoni tal-Bank, għar-riżervi
l-oħra, surplus u kapital li jkunu għad-disposizzjoni tal-Bank.
(ċ) Kull meta jkun meħtieġ biex jitħallsu skond il-kuntratt imgħax, drittijiet
oħra jew ammortizzament fuq is-self tal-Bank stess, jew biex jitħallsu l-
obbligazzjonijiet tal-Bank dwar ħlasijiet bħal dawn fuq self garantit minnu, il-Bank
jista’ jitlob ammont xieraq tas-sottoskrizzjonijiet mhux imħallsa tal-membri skond
is-Sezzjoni II, Artikoli 5 u 7. Barra minn dan, jekk il-Bank jaħseb li dan in-nuqqas
jista’ jkun għal żmien twil, il-Bank jista’ jitlob ammont addizzjonali ta’ dawk is-
sottoskrizzjonijiet mhux imħallsa li ma jkunx iktar f’xi sena waħda minn wieħed fil-
mija tas-sottoskrizzjonijiet totali tal-membri għall-għanijiet li ġejjin:
(i) Li jifdi qabel l-iskadenza, jew xort’oħra jinħall mill-obbligazzjonijiet
fuq, il-kapital pendenti kollu jew parti minnu ta’ kull self garantit minnu li dwaru
min jissellef ikun qed jonqos.
(ii) Li jixtri mill-ġdid, jew xort’oħra jinħall mill-obbligazzjonijiet fuq, is-
self pendenti tiegħu kollu jew parti minnu.
ARTIKOLU 8. Operazzjonijiet mixxellanji
B’żieda ma’ l-operazzjonijiet speċifikati x’imkien ieħor f’dan il-Ftehim, il-Bank
ikollu s-setgħa:
(i) Li jixtri u jbiegħ titoli li jkun ħareġ u li jixtri u jbiegħ titoli li jkun
iggarantixxa jew li fihom ikun investa, kemm-il darba l-Bank ikun kiseb l-
approvazzjoni tal-membru li fit-territorju tiegħu t-titoli għandhom jinxtraw jew
jinbiegħu.
(ii) Li jiggarantixxi titoli li fihom ikun investa sabiex iħaffef il-bejgħ
tagħhom.
(iii) Li jissellef il-flus ta’ xi membru bl-approvazzjoni ta’ dak il-membru.
 (iv) Li jixtri u jbiegħ dawk it-titoli l-oħra li d-Diretturi b’maġġoranza ta’ tliet
kwarti tal-voti kollha jidhrilhom xierqa għall-investiment tar-riżervi speċjali kollha
jew parti minnhom skond l-Artikolu 6 ta’ din is-Sezzjoni.
Fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija b’dan l-Artikolu, il-Bank jista’ jittratta ma’ kull
persuna, soċjetà, assoċjazzjoni, korporazzjoni jew korp ġuridiku ieħor fit-territorju
ta’ kull membru.
ARTIKOLU 9. Twissija fuq it-titoli
Kull titolu garantit jew maħruġ mill-Bank għandu juri fuq il-wiċċ tiegħu
dikjarazzjoni li tidher sewwa fis-sens li ma jkunx obbligazzjoni ta’ xi gvern jekk ma
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
jkunx dikjarat espressament fuq it-titolu.
ARTIKOLU 10. Attività politika ipprojbita
Il-Bank u l-uffiċjali tiegħu ma għandhomx jindaħlu fl-affarijiet politiċi ta’ xi
membru; lanqas ma għandhom ikunu influwenzati fid-deċiżjonijiet tagħhom mix-
xorta politika tal-membru jew tal-membri li jkunu. Konsiderazzjonijiet ekonomiċi
biss ikunu rilevanti għad-deċiżjonijiet tagħhom, u dawn il-konsiderazzjonijiet jiġu
meqjusa b’imparzjalità sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fis-Sezzjoni I.
Sezzjoni V 
Organizzazzjoni u Direzzjoni 
ARTIKOLU 1. Struttura tal-Bank
Il-Bank ikollu Bord tal-Gvernaturi, Diretturi Esekuttivi, President u dawk l-
uffiċjali l-oħra u persunal ieħor biex jaqdu dawk id-dmirijiet li l-Bank jista’
jistabbilixxi.
ARTIKOLU 2. Bord tal-Gvernaturi
(a) Is-setgħat kollha tal-Bank ikunu fil-Bord tal-Gvernaturi li jkun magħmul
minn gvernatur wieħed u alternat wieħed nominat minn kull membru b’dak il-mod li
jista’ jiddeċiedi. Kull gvernatur u kull alternat għandu jservi għal ħames snin,
suġġett li dan ikun jogħġob lill-membru li jinnominah, u jista’ jiġi nominat għal
darb’oħra. Ebda alternat ma jista’ jivvota ħlief fin-nuqqas tal-prinċipal tiegħu. Il-
Bord għandu jagħżel wieħed mill-gvernaturi bħala Chairman.
(b) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jiddelega lid-Diretturi Esekuttivi l-awtorità li
jeżerċitaw kull waħda mis-setgħat tal-Bord, ħlief is-setgħa li:
(i) Idaħħlu membri ġodda u jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tad-dħul
tagħhom;
(ii) Iżidu jew inaqqsu l-istock tal-kapital; 
(iii) Jissospendu membru;
(iv) Jiddeċiedu appelli minn interpretazzjonijiet ta’ dan il-Ftehim mogħtija
mid-Diretturi Esekuttivi;
(v) Jagħmlu arranġamenti għal koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet
internazzjonali (barra minn arranġamenti mhux formali ta’ xorta temporanja u
amministrattiva);
(vi) Jiddeċiedu li jissospendu permanentement l-operazzjonijiet tal-Bank u li
jqassmu l-attiv tiegħu;
(vii) Jistabbilixxu t-tqassim tad-dħul nett tal-Bank.
(ċ) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħmel laqgħa ta’ kull sena u dawk il-
laqgħat l-oħra kif il-Bord jista’ jipprovdi jew li jkunu msejħa mid-Diretturi
Esekuttivi. Il-laqgħat tal-Bord għandhom jissejħu mid-Diretturi kull meta jkun
hemm talba minn ħames membri jew minn membri li jkollhom kwart tal-voti kollha.
(d) Il-quorum għal kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi jkun b’maġġoranza tal-
Gvernaturi, li jkollhom mhux inqas minn żewġ-terzi tal-voti kollha.
(e) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ b’regolament iwaqqaf proċedura li biha d-
Diretturi Esekuttivi, meta jqisu li dak l-egħmil ikun fl-aħjar interessi tal-Bank,
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
32      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
jiksbu vot tal-Gvernaturi fuq kwistjoni speċifika mingħajr ma tissejjaħ laqgħa tal-
Bord.
(f) Il-Bord tal-Gvernaturi, u d-Diretturi Esekuttivi safejn ikunu awtorizzati,
jistgħu jadottaw dawk ir-regoli u r-regolamenti li jkunu meħtieġa jew xierqa biex
jitmexxa x-xogħol tal-Bank.
(g) Gvernaturi u alternati jagħmluha f’dik il-kariga mingħajr kumpens
mingħand il-Bank, iżda l-Bank għandu jħallashom l-ispejjeż raġonevoli li jsiru biex
jattendu għall-laqgħat.
(h) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jistabbilixxi r-rimunerazzjoni li għandha
titħallas lid-Diretturi Esekuttivi u s-salarju u l-kondizzjonijiet tal-kuntratt tas-servizz
tal-President.
ARTIKOLU 3. Votazzjoni
(a) Kull membru jkollu mitejn u ħamsin vot b’żieda ta’ wieħed għal kull azzjoni
ta’ stock li jkollu.
(b) Ħlief kif provdut speċifikament xort’oħra, id-deċiżjonijiet kollha quddiem
il-Bank jittieħdu b’maġġoranza tal-voti mogħtija.
ARTIKOLU 4. Diretturi Esekuttivi
(a) Id-Diretturi Esekuttivi jkunu responsabbli għat-tmexxija ta’ l-
operazzjonijiet ġenerali tal-Bank, u għal dan l-għan, għandhom jeżerċitaw is-setgħat
kollha mogħtija lilhom mill-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Għandu jkun hemm tnax-il Direttur Esekuttiv, li ma hemmx għalfejn ikunu
gvernaturi, u li minnhom:
(i) ħamsa jkunu nominati, wieħed minn kull wieħed mill-ħames membri li
jkollhom l-akbar numru ta’ azzjonijiet;
(ii) sebgħa jiġu eletti skond l-Iskeda B mill-Gvernaturi kollha barra minn
dawk nominati mill-ħames membri msemmija fil-paragrafu (i) ta’ hawn fuq. 
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, "membri" tfisser gvernijiet ta’ pajjiżi li
isimhom hu mniżżel fl-Iskeda A, sew jekk ikunu membri oriġinali u sew jekk isiru
membri skond is-Sezzjoni II, Artikolu 1 (b). Meta gvernijiet ta’ pajjiżi oħra jsiru
membri, il-Bord tal-Gvernaturi jista’, b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-voti
kollha, iżid in-numru totali tad-diretturi billi jiżdied in-numru tad-diretturi li
għandhom jiġu eletti.
Id-Diretturi Esekuttivi jkunu nominati jew eletti kull sentejn.
(ċ) Kull direttur esekuttiv għandu jinnomina alternat bis-setgħat kollha li
jaġixxi minfloku meta hu ma jkunx preżenti. Meta d-diretturi esekuttivi li
jinnominawhom ikunu preżenti, alternati jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat iżda ma
għandhomx jivvotaw.
(d) Id-diretturi għandhom ikomplu fil-kariga sakemm jiġu nominati jew eletti s-
suċċessuri tagħhom. Jekk il-kariga ta’ direttur elett titbattal iktar minn disgħin jum
qabel it-tmiem taż-żmien tiegħu, jiġi elett direttur ieħor għall-bqija taż-żmien mill-
gvernaturi li ħatru lid-direttur ta’ qabel. Tkun meħtieġa maġġoranza tal-voti
mitfugħa għall-elezzjoni. Meta l-kariga tibqa’ battala, l-alternat tad-direttur ta’ qabel
għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu, ħlief li jaħtar alternat.
(e) Id-Diretturi Esekuttivi għandhom jaħdmu f’sessjoni kontinwa fl-uffiċċju
prinċipali tal-Bank u għandhom jiltaqgħu kull meta x-xogħol tal-Bank ikun jeħtieġ.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
(f) Quorum  għal kull laqgħa tad-Diretturi Esekuttivi jkun b’maġġoranza tad-
Diretturi, li jeżerċitaw mhux inqas minn nofs il-voti kollha.
(g) Kull direttur nominat ikollu d-dritt li jitfa’ n-numru ta’ voti mogħtija skond
l-Artikolu 3 ta’ din is-Sezzjoni lill-membru li jinnominah. Kull direttur elett ikollu
d-dritt li jitfa’ n-numru ta’ voti li għaddew għall-elezzjoni tiegħu. Il-voti kollha li
direttur ikollu d-dritt jitfa’ jiġu mitfugħa bħala unità.
(h) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jadotta regolamenti li taħthom membru li ma
jkollux dritt jinnomina direttur skond il-paragrafu (b) ta’ hawn fuq jista’ jibgħat
rappreżentant biex jattendi għal xi laqgħa tad-Diretturi Esekuttivi meta talba
magħmula minn, jew xi kwistjoni li tolqot partikolarment lil, dak il-membru tkun
qed tiġi kunsidrata.
(i) Id-Diretturi Esekuttivi jistgħu jinnominaw dawk il-kumitati li jidhrilhom
xierqa. Il-membri ta’ dawn il-kumitati m’hemmx għalfejn ikunu limitati għal
gvernaturi jew diretturi jew l-alternati tagħhom.
ARTIKOLU 5. President u Persunal
(a) Id-Diretturi Esekuttivi għandhom jagħżlu President li ma jkunx gvernatur
jew direttur esekuttiv jew alternat għal xi wieħed minnhom. Il-President ikun
Chairman tad-Diretturi Esekuttivi, iżda ma jkollu ebda vot ħlief vot deċiżiv f’każ ta’
voti ndaqs. Hu jista’ jieħu sehem f’laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi, iżda ma jivvotax
f’dawk il-laqgħat. Il-President ma jkomplix fil-kariga tiegħu meta d-Diretturi
Esekuttivi hekk jiddeċiedu.
(b) Il-President ikun il-prinċipal tal-persunal operattiv tal-Bank u għandu
jmexxi, taħt il-kontroll tad-Diretturi Esekuttivi, ix-xogħol ordinarju tal-Bank.
Suġġett għall-kontroll ġenerali tad-Diretturi Esekuttivi, hu jkun responsabbli għall-
organizzazzjoni, ħatra u terminazzjoni ta’ l-uffiċjali u persunal.
(ċ) Il-President, l-uffiċjali u l-persunal tal-Bank, fil-qadi ta’ dmirijiethom,
ikunu obbligati biss lejn il-Bank u lejn ebda awtorità oħra. Kull membru tal-Bank
għandu jirrispetta l-karattru internazzjonali ta’ dan id-dmir u ma għandu bl-ebda
mod jipprova jinfluenza lil xi ħadd minnhom fil-qadi ta’ dmirijietu.
(d) Fil-ħatra ta’ uffiċjali u persunal il-President għandu, bla ħsara għall-
importanza li jiżgura l-ogħla livelli ta’ effiċjenza u ta’ kompetenza teknika,
jikkunsidra b’mod xieraq l-importanza li jaħtar persunal fuq bażi ġeografika kbira
kemm jista’ jkun possibbli.
ARTIKOLU 6. Kunsill Konsultattiv
(a) Għandu jkun hemm Kunsill Konsultattiv ta’ mhux inqas minn seba’ persuni
magħżula mill-Bord tal-Gvernaturi inklużi rappreżentanti ta’ interessi bankarji,
kummerċjali, industrjali, tax-xogħol, u agrikoli, u b’rappreżentanza nazzjonali
miftuħa kemm jista’ jkun. F’dawk l-oqsma fejn ikunu jeżistu organizzazzjonijiet
internazzjonali speċjalizzati, il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw dawk l-oqsma
għandhom jiġu magħżula bi ftehim ma’ dawk l-organizzazzjonijiet. Il-Kunsill
għandu jagħti parir lill-Bank fuq ħwejjeġ ta’ policy ġenerali. Il-Kunsill għandu
jiltaqa’ kull sena u f’dawk l-okkażjonijiet l-oħra kif il-Bank jitlob.
(b) Konsulenti għandhom iservu għal sentejn u jistgħu jiġu nominati mill-ġdid.
Dawn għandhom jitħallsu l-ispejjeż xierqa li jkunu għamlu f’isem il-Bank. 
ARTIKOLU 7. Kumitati dwar self
Il-kumitati meħtieġa biex jirrapportaw dwar self skond is-Sezzjoni III, Artikolu 4,
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
34      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
għandhom jiġu nominati mill-Bank. Kull kumitat bħal dak għandu jinkludi espert
magħżul mill-gvernatur li jirrappreżenta l-membru li fit-territorji tiegħu l-proġett
ikun qed isir u membru wieħed jew aktar mill-persunal tekniku tal-Bank. 
ARTIKOLU 8. Relazzjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali Oħra
(a) Il-Bank, suġġett għall-pattijiet ta’ dan il-Ftehim, għandu jikkopera ma’ kull
organizzazzjoni internazzjonali ġenerali u ma’ organizzazzjonijiet pubbliċi
internazzjonali li jkollhom responsabbiltajiet speċjalizzati f’oqsma relattivi. Kull
arranġamenti għal dik il-koperazzjoni li jkunu jeħtieġu modifika ta’ xi disposizzjoni
ta’ dan il-Ftehim jistgħu jsiru biss wara emenda għal dan il-Ftehim skond is-Sezzjoni
VIII.
(b) Fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet għal self jew garanziji dwar
ħwejjeġ li jaqgħu direttament fil-kompetenza ta’ xi organizzazzjoni internazzjonali
tax-xorta speċifikati fil-paragrafu ta’ qabel dan u li fiha jieħdu sehem primarjament
membri tal-Bank, il-Bank għandu jikkunsidra l-idejat u r-rakkmandazzjonijiet ta’ dik
l-organizzazzjoni.
ARTIKOLU 9. Lokalità ta’ l-uffiċċji
(a) L-uffiċċju prinċipali tal-Bank ikun qiegħed fit-territorju tal-membru li jkollu
l-akbar numru ta’ azzjonijiet.
(b) Il-Bank jista’ jwaqqaf aġenziji jew fergħat ta’ l-uffiċċju fit-territorji ta’ kull
membru tal-Bank.
ARTIKOLU 10. Uffiċċji reġjonali u kunsilli
(a) Il-Bank jista’ jwaqqaf uffiċċji reġjonali u jiddeċiedi l-lokalità ta’ kull
uffiċċju reġjonali u l-arei li għandhom jinqdew bih.
(b) Kull uffiċċju reġjonali għandu jieħu l-pariri mingħand rappreżentant tal-
kunsill reġjonali ta’ l-area kollha u jkun magħżul b’dak il-mod kif il-Bank
jiddeċiedi. 
ARTIKOLU 11. Depożitarji
(a) Kull membru għandu jinnomina l-bank ċentrali tiegħu bħala depożitarju li
fih il-Bank iżomm il-holdings kollha tal-flus ta’ dak il-membru, jew, jekk ma jkollux
bank ċentrali, għandu jinnomina lil dik l-istituzzjoni l-oħra li tkun aċċettabbli mill-
Bank.
(b) Il-Bank jista’ jżomm attiv ieħor, inkluż deheb, fid-depożitarji msemmija
mill-ħames membri li jkollhom l-akbar numru ta’ azzjonijiet u f’dawk id-depożitarji
l-oħra msemmija kif il-Bank jagħżel. Għall-bidu, mill-anqas nofs il-holdings tal-
Fond f’deheb għandu jinżamm fid-depożitarju msemmi mill-membru li fit-territorju
tiegħu l-Bank ikollu l-uffiċċju prinċipali, u mill-inqas erbgħin fil-mija għandhom
jinżammu fid-depożitarji msemmija mill-erba’ membri l-oħra hawn fuq imsemmija,
kull wieħed minn dawk id-depożitarji għandu jżomm, fil-bidu, mhux inqas mill-
ammont ta’ deheb imħallas fuq l-azzjonijiet tal-membru li jinnominah. Iżda, it-
trasferimenti kollha ta’ deheb mill-Bank għandhom isiru wara li jittieħed każ ta’ l-
ispejjeż ta’ trasport u tal-ħtiġijiet antiċipati mill-Bank. F’emerġenza d-Diretturi
Esekuttivi jistgħu jittrasferixxu l-holdings kollha tad-deheb jew xi parti minnhom
f’kull post fejn ikunu protetti b’mod xieraq.
ARTIKOLU 12. Xorta ta’ holdings ta’ flus
Il-Bank jaċċetta mingħand kull membru, minflok xi parti tal-flus tal-membru,
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
imħallsa lill-Bank taħt is-Sezzjoni II, Artikolu 7 (i), jew biex isiru l-ħlasijiet ta’ l-
ammortizzament fuq self li jkun ingħata b’dawk il-flus, u li ma tkunx meħtieġa mill-
Bank għall-operazzjonijiet tiegħu, biljetti ta’ flus jew obbligazzjonijiet bħal dawn
maħruġa mill-Gvern tal-membru jew mid-depożitarju nominat minn dak il-membru,
li ma jkunux negozjabbli, li jkunu bla imgħax u li jkunu jitħallsu bil-valur pari
tagħhom fuq talba bi kreditu akkont tal-Bank fid-depożitarju nominat.
ARTIKOLU 13. Pubblikazzjoni ta’ Rapporti u għoti ta’ informazzjoni
(a) Il-Bank għandu jippubblika rapport ta’ kull sena li jkun fih dikjarazzjoni tal-
kontijiet tiegħu mgħoddija mill-uditur u għandu jiċċirkola lill-membri f’intervalli ta’
tliet xhur jew anqas dikjarazzjoni sommarja tal-qagħda finanzjarja tiegħu u
dikjarazzjoni ta’ qliegħ u telf li turi r-riżultati ta’ l-operazzjonijiet tiegħu.
(b) Il-Bank jista’ jippubblika dawk ir-rapporti l-oħra li jidhirlu meħtieġa biex
iwettaq l-għanijiet tiegħu.
(ċ) Kopji tar-rapporti, dikjarazzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha magħmula
skond dan l-Artikolu għandhom jitqassmu lill-membri kollha.
ARTIKOLU 14. Tqassim ta’ introjtu nett
(a) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiddeċiedi kull sena liema parti ta’ l-introjtu
nett tal-Bank, wara li jipprovdi għar-riżervi, għandha tiġi allokata bħala surplus u
liema parti, jekk ikun hemm, għandha titqassam.
(b) Jekk xi parti titqassam, sa tnejn fil-mija mhux kumulattiv għandhom
jitħallsu, bħala l-ewwel ħlas mid-distribuzzjoni għal xi sena, lil kull membru fuq il-
bażi tal-medja ta’ l-ammont tas-self pendenti matul is-sena mogħti taħt is-Sezzjoni
IV, Artikolu 1 (a) (i), mill-flus li jikkorrispondu għas-sottoskrizzjoni tiegħu. Jekk
tnejn fil-mija jitħallsu bħala l-ewwel ħlas, kull bilanċ li jibqa’ li għandu jitqassam
għandu jitħallas lill-membri kollha fi proporzjon ta’ l-azzjonijiet tagħhom. Il-
ħlasijiet lil kull membru għandhom isiru fil-flus tiegħu stess, jew jekk dawk il-flus
ma jkunux jistgħu jinkisbu, fi flus oħra aċċettabbli għal dak il-membru. Jekk dawk
il-ħlasijiet isiru fi flejjes li ma jkunux il-flus tal-membru stess, it-trasferiment tal-
flus u l-użu tagħhom mill-membru li jirċivihom wara l-ħlas ikunu bla restrizzjoni
mill-membri.
Sezzjoni VI
Irtir u Sospensjoni ta’ Memħri: Sospensjoni ta’ Operazzjonijiet
ARTIKOLU 1. Dritt ta’ membri li jirtiraw
Kull membru jista’ jirtira mill-Bank f’kull żmien billi jibgħat avviż bil-miktub
lill-Bank fl-uffiċċju prinċipali tiegħu. L-irtir jibda jgħodd mid-data li fiha jiġi
riċevut l-avviż.
ARTIKOLU 2. Sospensjoni ta’ membri
Jekk membru jonqos li jwettaq xi waħda mill-obbligazzjonijiet tiegħu lejn il-
Bank, il-Bank jista’ jissosspendih minn membru b’deċiżjoni tal-maġġoranza tal-
Gvernaturi, li jeżerċitaw maġġoranza tal-voti kollha. Il-membru hekk sospiż
awtomatikament jispiċċa minn membru sena wara d-data tas-sospensjoni tiegħu
kemm-il darba ma titteħidx deċiżjoni bl-istess maġġoranza biex il-membru jerġa’
jieħu postu.
Filwaqt li jkun sospiż, membru ma jkollu ebda jedd li jeżerċita xi drittijiet skond
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
36      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
dan il-Ftehim, ħlief id-dritt li jirtira, iżda jibqa’ suġġett għall-obbligi kollha. 
ARTIKOLU 3. Ċessjoni bħala membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali
Kull membru li ma jibqax membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali għandu
awtomatikament wara tliet xhur jispiċċa bħala membru tal-Bank kemm-il darba l-
Bank bi tliet-kwarti tal-voti kollha ma jiftiehemx li jħallih jibqa’ membru. 
ARTIKOLU 4. Likwidazzjoni ta’ kontijiet ma gvernijiet li ma jibqgħux membri
(a) Meta gvern jispiċċa minn membru, dan jibqa’ suġġett għall-
obbligazzjonijiet diretti tiegħu lejn il-Bank u għall-passiv kontinġenti tiegħu mal-
Bank sakemm tibqa’ pendenti xi parti tas-self jew tal-garanzija li jkunu ġew kuntratti
qabel ma spiċċa minn membru; iżda dan ma għandux ikompli jidħol f’aktar
responsabbiltajiet dwar is-self u l-garanziji li jsiru wara mill-Bank u jaqsam jew fl-
introjtu jew fl-ispejjeż tal-Bank.
(b) Meta gvern ma jibqax membru, il-Bank għandu jagħmel arranġamenti għax
xiri lura ta’ l-azzjonijiet tiegħu bħala parti mill-likwidazzjoni tal-kontijiet ma’ dak
il-gvern skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (ċ) u (d) ta’ hawn taħt. Għal dan il-
għan il-prezz tax-xiri mill-ġdid ta’ l-azzjonijiet ikun il-valur muri mill-kotba tal-
Bank fil-ġurnata li fiha l-gvern ma jibqax membru.
(ċ) Il-ħlas ta’ l-azzjonijiet mixtrija lura mill-Bank skond dan l-Artikolu għandu
jkun skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) Kull ammont dovut lill-gvern għall-azzjonijiet tiegħu għandu jiġi
miżmum sakemm il-gvern, il-bank ċentrali tiegħu jew xi waħda mill-aġenziji tiegħu
jibqgħu responsabbli, bħala min jissellef jew bħala garanti, lejn il-Bank u dak l-
ammont jista’, fuq għażla tal-Bank, jiġi applikat dwar dik ir-responsabbiltà kif
tiskadi. Ebda ammont ma għandu jiġi miżmum minħabba r-responsabbiltà tal-gvern
li tirriżulta mis-sottoskrizzjoni tiegħu għal azzjonijiet taħt it-Taqsima II, Artikolu 5
(ii). F’kull każ, ebda ammont dovut lil membru għall-azzjonijiet tiegħu ma għandu
jitħallas qabel sitt xhur mid-data li fiha l-gvern jispiċċa minn membru.
(ii) Il-ħlasijiet għal azzjonijiet jistgħu jsiru minn żmien għal żmien, mal-
konsenja tagħhom mill-gvern, sal-limitu li bih l-ammont dovut bħala prezz ta’ xiri
mill-ġdid fil-paragrafu (b) ta’ hawn fuq ikun iżjed mir-responsabbiltajiet kollha
f’daqqa għal self u garanziji fil-paragrafu (ċ) (i) ta’ hawn fuq sakemm dak li kien
membru jkun irċieva l-prezz tax-xiri lura kollu.
(iii) Il-ħlasijiet għandhom isiru bil-flus tal-pajjiż li jirċievi l-ħlas jew jekk il-
Bank hekk jagħżel b’deheb.
 (iv) Jekk il-Bank iġarrab xi telf fuq xi garanziji, parteċipazzjonijiet f’self,
jew self li jkun pendenti fid-data li fiha l-gvern ma jibqax membru, u l-ammont ta’
dak it-telf ikun iżjed mill-ammont tar-riżerva provduta għal telf fid-data li fiha l-
gvern ma jibqax membru, dak il-gvern ikun obbligat li jħallas lura fuq talba l-
ammont li bih il-prezz tax-xiri mill-ġdid ta’ l-azzjonijiet tiegħu kien ikun imnaqqas,
kieku t-telf kien ġie kunsidrat meta ġie stabbilit il-prezz tax-xiri mill-ġdid. Barra
minn dan, il-gvern li qabel kien membru għandu jibqa’ suġġett għal kull talba għal
sottoskrizzjonijiet mhux imħallsa skond is-Sezzjoni II, Artikolu 5 (ii), sa dak l-
ammont li kien ikun meħtieġ jagħti jekk il-menomazzjoni tal-kapital u t-talba jkunu
saru fiż-żmien li fih ikun ġie stabbilit il-prezz tax-xiri mill-ġdid ta’ l-azzjonijiet
tiegħu.
(d) Jekk il-Bank permanentement jissospendi l-operazzjonijiet tiegħu skond l-
Artikolu 5 (b) ta’ din is-Sezzjoni, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha dak il-gvern ma
jibqax membru, id-drittijiet kollha ta’ dak il-gvern għandhom jiġu stabbiliti bid-
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 ta’ din is-Sezzjoni.
ARTIKOLU 5. Sospensjoni ta’ operazzjonijiet u likwidazzjoni ta’
obbligazzjonijiet
(a) F’emerġenza d-Diretturi Esekuttivi jistgħu temporanjament jissospendu l-
operazzjonijiet dwar self u garanziji ġodda sakemm ikun hemm opportunità għal
aktar konsiderazzjoni u azzjoni mill-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Il-Bank jista’ permanentement jissospendi l-operazzjonijiet tiegħu dwar self
u garanziji ġodda b’vot ta’ maġġoranza tal-Gvernaturi, li jeżerċitaw maġġoranza tal-
voti kollha. Wara dik is-sospensjoni ta’ l-operazzjonijiet il-Bank għandu minnufih
jieqaf mill-attivitajiet kollha, ħlief dawk li għandhom x’jaqsmu mal-likwidazzjoni,
konservazzjoni u ippreżervar xieraq ta’ l-attiv tiegħu u mal-likwidazzjoni ta’ l-
obbligazzjonijiet tiegħu.
(ċ) Ir-responsabbiltà tal-membri kollha għal sottoskrizzjonijiet mhux mitluba
għall-istock tal-kapital tal-Bank u dwar in-nuqqas fil-valur tal-flejjes tagħhom stess
għandha tibqa’ sakemm id-drittijiet kollha tal-kredituri, inklużi d-drittijiet
kontinġenti kollha, ikunu tħallsu.
(d) Il-kredituri kollha li jkollhom drittijiet diretti għandhom jitħallsu mill-attiv
tal-Bank, u mbagħad mill-pagamenti lill-Bank dwar talbiet għal sottoskrizzjonijiet
mhux imħallsa. Qabel ma jagħmlu xi ħlasijiet lil kredituri li jkollhom drittijiet
diretti, id-Diretturi Esekuttivi għandhom jagħmlu dawk l-arranġamenti li jkunu
meħtieġa, fil-ġudizzju tagħhom, biex jiġi żgurat tqassim lil detenturi ta’ talbiet
kontinġenti skond rata ma’ kredituri li jkollhom drittijiet diretti.
(e) Ma jsir ebda tqassim lil membri akkont tas-sottoskrizzjonijiet tagħhom
għall-istock tal-kapital tal-Bank sakemm:
(i) ikunu tħallsu jew ikun ġie provdut għall-passiv kollu dovut lil kredituri,
u
(ii) maġġoranza tal-Gvernaturi, li teżerċita maġġoranza tal-voti kollha, tkun
iddeċidiet li jsir it-tqassim.
(f) Wara li tkun ittieħdet deċiżjoni biex isir it-tqassim skond il-paragrafu (e) ta’
hawn fuq, id-Diretturi Esekuttivi jistgħu b’vot ta’ żewġ-terzi maġġoranza jagħmlu
tqassim suċċessiv ta’ l-attiv tal-Bank lil membri sakemm l-attiv kollu jkun ġie
mqassam. Dan it-tqassim ikun suġġett għal li qabel ikunu ġew imħallsa d-drittijiet
pendenti kollha tal-Bank kontra kull membru.
(g) Qabel ma jsir xi tqassim ta’ attiv, id-Diretturi Esekuttivi għandhom
jistabbilixxu s-sehem ta’ kull membru skond il-proporzjon li l-azzjonijiet li jkollu
għandhom ma’ l-azzjonijiet pendenti totali tal-Bank.
(h) Id-Diretturi Esekuttivi għandhom jagħmlu stima ta’ l-attiv li għandu
jitqassam kif ikun fid-data tat-tqassim imbagħad għandhom iqassmu hekk kif ġej:
(i) Għandu jitħallas lil kull membru bl-obbligazzjonijiet tiegħu stess jew
b’dawk ta’ l-aġenziji uffiċjali jew tal-korpijiet ġuridiċi tagħhom fit-territorju
tagħhom, safejn ikunu jistgħu jiġu mqassma, ammont li fil-valur ikun daqs is-sehem
proporzjonat tiegħu ta’ l-ammont totali li għandu jitqassam.
(ii) Kull bilanċ dovut lil membru wara li jkun sar il-ħlas skond il-paragrafu
(i) ta’ hawn fuq għandu jitħallas, fil-flus tiegħu stess, safejn ikun miżmum mill-
Bank, sa ammont li fil-valur ikun daqs dak il-bilanċ.
(iii) Kull bilanċ dovut lil membru wara li jkun sar il-ħlas skond il-paragrafi
(i) u (ii) ta’ hawn fuq għandu jitħallas b’deheb jew bi flus aċċettabbli għal dak il-
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
38      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
membru, safejn ikunu miżmuma mill-Bank, sa ammont li fil-valur ikun daqs dak il-
bilanċ.
(iv) Kull attiv li jibqa’ miżmum mill-Bank wara li jkunu saru l-ħlasijiet lil
membri skond il-paragrafi (i), (ii) u (iii) ta’ hawn fuq għandu jitqassam pro rata fost
il-membri.
(i) Kull membru li jirċievi attiv imqassam mill-Bank skond il-paragrafu (h) ta’
hawn fuq, igawdi l-istess drittijiet dwar dak l-attiv tal-Bank bħal qabel it-tqassim
tiegħu.
Sezzjoni VII
Status, Immunitajiet u Privileġġi 
ARTIKOLU 1. Għanijiet tas-Sezzjoni
Sabiex il-Bank ikun jista’ jwettaq l-funzjonijiet mogħtija lilu, l-istatus, l-
immunitajiet u l-privileġġi provduti f’din is-Sezzjoni għandhom jingħataw lill-Bank
fit-territorji ta’ kull membru.
ARTIKOLU 2. Status tal-Bank
Il-Bank ikollu l-personalità ġuridika sħiħa, u, b’mod partikolari, il-kapaċita: 
(i) li jikkuntratta;
(ii) li jakkwista u jiddisponi minn, proprjetà mobbli u immobbli;
(iii) li jibda proċeduri legali.
ARTIKOLU 3. Qagħda tal-Bank dwar proċessi ġudizzjarji
Tista’ tinġieb azzjoni kontra l-Bank biss f’qorti ta’ ġurisdizzjoni kompetenti fit-
territorju ta’ membru li fih il-Bank ikollu uffiċċju, ikun innomina aġent li jkun jista’
jirċievi notifika jew avviż tal-proċedimenti, jew ikun ħareġ jew iggarantixxa titoli.
Iżda ebda azzjoni ma għandha tinġieb minn membri jew persuni li jaġixxu għal
membri jew li għandhom il-pretensjonijiet tagħhom ġejjin minn membri. Il-proprjetà
u l-attiv tal-Bank ikunu fejn ikunu qegħdin u jkunu miżmuma minn min ikun, ikunu
immuni minn kull xorta ta’ qbid, mandat jew esekuzzjoni qabel ma tingħata s-
sentenza finali kontra l-Bank.
ARTIKOLU 4. Immunità ta’ attiv minn qbid
Proprjetà u attiv tal-Bank, ikunu fejn ikunu qegħdin u jkunu miżmumin minn min
ikun, ikunu immuni minn tfittix, rekwiżizzjoni, konfiska, esproprjazzjoni jew
xort’oħra ta’ qbid b’azzjoni esekuttiva jew leġislattiva.
ARTIKOLU 5. Immunità ta’ arkivji 
L-arkivji tal-Bank ikunu invjolabbli.
ARTIKOLU 6. Ħelsien ta’ attiv minn restrizzjonijiet
Safejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-operazzjonijiet provdut għalihom b’dan il-
Ftehim u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, il-proprjetà kollha u l-
attiv kollu tal-Bank ikunu ħielsa minn restrizzjonijiet, regolamenti, kontrolli u
moratoria ta’ kull xorta.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
ARTIKOLU 7. Privileġġi għal komunikazzjonijiet
Il-komunikazzjonijiet uffiċjali tal-Bank jingħataw minn kull membru l-istess
trattament li dan jagħti lil komunikazzjonijiet uffiċjali ta’ membri oħra.
ARTIKOLU 8. Immunitajiet u privileġġi ta’ uffiċjali u impjegati
Il-gvernaturi, id-diretturi esekuttivi, l-alternati, l-uffiċjali u l-impjegati tal-Bank
(i) ikunu immuni minn proċedimenti legali dwar l-egħmil tagħhom fil-
kariga uffiċjali tagħhom ħlief meta l-Bank ineħħi din l-immunità;
(ii) li ma jkunux nazzjonali lokali, jingħataw l-istess immunitajiet minn
restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni, ħtiġijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ barranin u minn
obbligi ta’ servizz nazzjonali u jingħataw l-istess faċilitajiet dwar restrizzjonijiet fuq
il-kambju kif jingħataw minn membri lil rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta’ l-
istess grad ta’ membri oħra;
(iii) jingħataw l-istess trattament dwar faċilitajiet ta’ vjaġġar kif jingħata
minn membri lil rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta’ l-istess grad ta’ membri
oħra. 
ARTIKOLU 9. Immunitajiet minn taxxi
(a) Il-Bank, l-attiv, il-proprjetà, l-introjtu u l-operazzjonijiet tiegħu u t-
transazzjonijiet tiegħu awtorizzati b’dan il-Ftehim, ikunu immuni minn kull taxxa u
minn kull dazji tad-dwana. Il-Bank ikun ukoll immun mill-obbligu għall-ġbir jew
ħlas ta’ kull taxxa jew dazju.
(b) Ebda taxxa ma għandha tinġabar fuq jew dwar salarji u emolumenti mħallsa
mill-Bank lil diretturi esekuttivi, alternati, uffiċjali jew impjegati tal-Bank li ma
jkunux ċittadini lokali, sudditi lokali jew nazzjonali oħra lokali.
(ċ) Ma għandha tinġabar ebda taxxa ta’ liema xorta tkun fuq xi obbligazzjoni
jew titolu maħruġ mill-Bank (inkluż kull dividend jew imgħax fuqu) miżmum minn
min ikun -
(i) li tiddistingwi kontra dik l-obbligazzjoni jew dak it-titolu minħabba biss
li jkun maħruġ mill-Bank; jew
(ii) jekk l-uniku bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dik it-taxxa jkun il-post jew il-
flus li fihom ikun maħruġ, jistgħu jitħallsu jew tħallsu, jew il-lokal ta’ xi uffiċċju
jew post tan-negozju miżmum mill-Bank.
(d) Ma għandha tinġabar ebda taxxa ta’ liema xorta tkun fuq xi obbligazzjoni
jew titolu garantit mill-Bank (inkluż kull dividend jew imgħax fuqu) ikun miżmum
minn min ikun 
(i) li tiddistingwi kontra dik l-obbligazzjoni jew dak it-titolu minħabba biss
li jkun garantit mill-Bank; jew
(ii) jekk l-uniku bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dik it-taxxa jkun il-lokal ta’ xi
uffiċċju jew post tan-negozju miżmum mill-Bank.
ARTIKOLU 10. Applikazzjoni tas-Sezzjoni
Kull membru għandu jagħmel dak kollu li hu meħtieġ fit-territorji tiegħu stess
sabiex iġib fis-seħħ skond il-liġi tiegħu stess il-prinċipji stabbiliti f’din is-Sezzjoni u
għandu jgħarraf lill-Bank b’dak li jkun għamel bid-dettalji.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
40      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
Sezzjoni VIII 
Emendi 
(a) Kull proposta biex isiru modifiki f’dan il-Ftehim, kemm jekk tiġi minn
membru, gvernatur jew mid-Diretturi Esekuttivi, għandha tintbagħat liċ-Chairman
tal-Bord tal-Gvernaturi li għandu jressaq il-proposta quddiem il-Bord. Jekk l-
emenda proposta tkun approvata mill-Bord, il-Bank għandu, b’ċirkolari jew
b’telegramma, jistaqsi lill-membri kollha jekk jaċċettawx l-emenda proposta. Meta
tlieta minn ħamsa tal-membri, li jkollhom erbgħa minn ħamsa tal-voti kollha,
jaċċettaw l-emendi proposti, il-Bank għandu jiċċertifika l-fatt b’komunikazzjoni
formali indirizzata lill-membri kollha.
(b) B’dak kollu li jinsab fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq, tkun meħtieġa l-
aċċettazzjoni tal-membri kollha fil-każ ta’ xi emenda li timmodifika
(i) id-dritt ta’ irtir mill-Bank kif provdut fis-Sezzjoni VI, Artikolu 1;
(ii) id-dritt żgurat bis-Sezzjoni II, Artikolu 3 (ċ);
(iii) il-limitazzjoni ta’ responsabbiltà kif provdut fis-Sezzjoni II, Artikolu 6. 
(ċ) L-emendi jibdew iseħħu għall-membri kollha tliet xhur wara d-data tal-
komunikazzjoni formali sakemm ma jiġix speċifikat perijodu iqsar fiċ-ċirkolari jew
fit-telegramma.
Sezzjoni IX 
Interpretazzjoni 
(a) Kull kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li
tinqala’ bejn xi membru u l-Bank jew bejn xi membri tal-Bank għandha tintbagħat
lid-Diretturi Esekuttivi għad-deċiżjoni tagħhom. Jekk il-kwistjoni partikolarment
tolqot lil xi membru li ma jkollux dritt jinnomina direttur esekuttiv, dak il-membru
jkollu dritt li jiġi rappreżentat skond is-Sezzjoni V, Artikolu 4 (h).
(b) F’kull każ meta d-Diretturi Esekuttivi jagħtu deċiżjoni skond il-paragrafu
(a) ta’ hawn fuq, kull membru jista’ jitlob li l-kwistjoni tintbagħat lill-Bord tal-
Gvernaturi, u d-deċiżjoni tagħhom tkun finali. Sakemm tiġi deċiża l-kwistjoni
mibgħuta lill-Bord tal-Gvernaturi, il-Bank jista’, sakemm jidhirlu meħtieġ, jaġixxi
fuq il-bażi tad-deċiżjoni tad-Diretturi Esekuttivi.
(ċ) Kull meta jkun hemm nuqqas ta’ ftehim bejn il-Bank u pajjiż li ma jkunx
baqa’ membru, jew bejn il-Bank u xi membru waqt is-sospensjoni permanenti tal-
Bank, dak in-nuqqas ta’ ftehim għandu jintbagħat għall-arbitraġġ minn tribunal ta’
tliet arbitri, wieħed maħtur mill-Bank, ieħor mill-pajjiż li jkollu x’jaqsam u umpire
li, sakemm il-partijiet ma jiftehmux xort’oħra, jiġi nominat mill-President tal-Qorti
Permanenti tal-Ġustizzja Internazzjonali jew minn dik l-awtorità l-oħra kif jista’
jkun ġie preskritt b’regolament magħmul mill-Bank. L-umpire ikollu s-setgħa kollha
li jaqta’ l-kwistjonijiet kollha ta’ proċedura f’kull każ meta l-partijiet ma jkunux
jaqblu dwarhom.
Sezzjoni X 
Approvazzjoni titqies li ġiet mogħtija
Kull meta l-approvazzoni ta’ xi membru tkun meħtieġa qabel ma jsir xi egħmil
mill-Bank, ħlief fis-Sezzjoni VIII, l-approvazzjoni titqies li ġiet mogħtija kemm-il
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
darba l-membru ma joġġezzjonax f’dak iż-żmien xieraq li l-Bank jista’ jistabbilixxi
meta javża lill-membru bl-egħmil propost.
Sezzjoni XI 
Disposizzjonijiet Finali 
ARTIKOLU 1. Bidu fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ meta jkun ġie iffirmat f’isem il-gvernijiet li l-
anqas sottoskrizzjonijiet tagħhom jinkludu mhux inqas minn ħamsa u sittin fil-mija
tas-sottoskrizzjonijiet kollha murija fl-Iskeda A u meta jkunu ġew depożitati
f’isimhom l-atti msemmija fl-Artikolu 2 (a) ta’ din is-Sezzjoni, iżda f’ebda każ ma
għandu dan il-Ftehim jibda jseħħ qabel l-1 ta’ Mejju, 1945.
ARTIKOLU 2. Firmar
(a) Kull gvern li f’ismu jiġi ffirmat dan il-Ftehim għandu jiddepożita mal-Gvern
ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika att li juri li hu jkun aċċetta dan il-Ftehim skond il-liġi
tiegħu u li jkun għamel dak kollu li hu meħtieġ sabiex iwettaq l-obbligazzjonijiet
kollha tiegħu skond dan il-Ftehim.
(b) Kull gvern isir membru tal-Bank mid-data tad-depożitu f’ismu ta’ l-att
imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq, iżda ebda gvern ma jsir membru qabel ma
jibda jseħħ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni.
(ċ) Il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jinforma lill-gvernijiet tal-
pajjiżi kollha li isimhom hu mniżżel fl-Iskeda A, u lill-gvernijiet kollha li jiġu
approvati bħala membri skond is-Sezzjoni II, Artikolu 1 (b), bil-firem kollha ta’ dan
il-Ftehim u bid-depożitu ta’ l-atti kollha msemmija fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq.
(d) Ma’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim f’ismu, kull gvern għandu jibgħat lill-Gvern
ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ċenteżmu ta’ wieħed fil-mija tal-prezz ta’ kull azzjoni
f’deheb jew f’dollari ta’ l-Istati Uniti sabiex jitħallsu spejjeż amministrattivi tal-
Bank. Dan il-ħlas jiġi akkreditat akkont tal-ħlas li għandu jsir skond is-Sezzjoni II,
Artikolu 8 (a). Il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandu jżomm dawk il-fondi
f’kont ta’ depożitu speċjali u għandu jibgħathom lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank
meta tkun issejħet l-ewwel laqgħa skond l-Artikolu 3 ta’ din is-Sezzjoni. Jekk dan il-
Ftehim ma jkunx beda jseħħ sal-31 ta’ Diċembru, 1945, il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’
l-Amerika għandu jibgħat lura dawk il-fondi lill-gvernijiet li jkunu bagħtuhom.
(e) Dan il-Ftehim għandu jibqa’ miftuħ għall-firma tal-gvernijiet tal-pajjiżi li
isimhom hu mniżżel fl-Iskeda A f’Washington sal-31 ta’ Diċembru, 1945.
(f) Wara l-31 ta’ Diċembru, 1945, dan il-Ftehim ikun miftuħ għall-firma tal-
gvern ta’ kull pajjiż li jkun ġie approvat bħala membru skond is-Sezzjoni II, Artikolu
1 (b).
(g) Bil-firma tagħhom ta’ dan il-Ftehim, il-gvernijiet kollha jaċċettawh sew
f’isimhom u sew dwar il-kolonji tagħhom, it-territorji barra mill-pajjiż tagħhom, it-
territorji kollha taħt il-protezzjoni, ħakma, jew awtorità tagħhom u dwar it-territorji
kollha li tagħhom ikollhom il-kunsens.
(h) Fil-każ ta’ gvernijiet li t-territorji metropolitani tagħhom kienu taħt
okkupazzjoni ta’ l-għadu, id-depożitar ta’ l-att imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ hawn
fuq jista’ jsir aktar tard sa mija u tmenin ġurnata wara d-data li fiha dawn it-territorji
jkunu ġew liberati. Jekk, iżda, ma jiġix depożitat minn dak il-gvern qabel ma jgħaddi
dan iż-żmien, il-firma li ssir f’isem dak il-gvern tkun bla effett u l-parti tas-
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
42      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
sottoskrizzjoni tiegħu mħallsa skond il-paragrafu (d) ta’ hawn fuq għandha tiġi
mogħtija lura lilu.
(i) Il-paragrafi (d) u (h) għandhom jibdew iseħħu dwar kull gvern firmatarju
mid-data tal-firma tiegħu.
ARTIKOLU 3. Inawgurazzjoni tal-Bank
(a) Kif dan il-Ftehim jibda jseħħ skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni, kull
membru għandu jinnomina gvernatur u l-membru mogħti l-akbar numru ta’
azzjonijiet fl-Iskeda A għandu jsejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Fl-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi, għandhom isiru arranġamenti
għall-għażla ta’ diretturi esekuttivi temporanji. Il-gvernijiet tal-ħames membri,
mogħtija l-akbar numru ta’ azzjonijiet fl-Iskeda A, għandhom jinnominaw diretturi
esekuttivi temporanji. Jekk wieħed jew aktar minn dawk il-gvernijiet ma jkunux saru
membri, id-diretturi esekuttivi li huma għandhom dritt jimlew jibqgħu battala
sakemm isiru membri, jew sa l-1 ta’ Jannar, 1946, liema minnhom jiġi l-ewwel.
Seba’ diretturi esekuttivi temporanji għandhom jiġu eletti skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Iskeda B u jibqgħu fil-kariga sad-data ta’ l-ewwel elezzjoni regolari tad-
diretturi esekuttivi li għandha ssir kemm jista’ jkun malajr wara l-1 ta’ Jannar, 1946.
(ċ) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jiddelega lid-diretturi esekuttivi temporanji kull
setgħat barra dawk li ma jistgħux jiġu mogħtija lid-diretturi esekuttivi.
(d) Il-Bank għandu javża lill-membri meta jkun lest biex jibda l-operazzjonijiet. 
MAGĦMUL f’Washington, f’kopja waħda li tibqa’ depożitata fl-arkivji tal-Gvern
ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li għandu jibgħat kopji ċertifikati lill-gvernijiet
kollha li isimhom hu mniżżel fl-Iskeda A u lill-gvernijiet kollha li jiġu approvati
bħala membri skond is-Sezzjoni II, Artikolu 1 (b).
SKEDA A
SOTTOSKRIZZJONIJIET
(miljuni
ta’ dollari)
(miljuni
ta’ dollari)
(miljuni ta’
dollari)
Awstralja 200 Etjopja 3 Panama .2
Belġju 225 Franza 450 Paragwaj .8
Bolivja 7 Greċja 25 Peru 17.5
Brażil 105 Gwatemala 2 Filippini 15
Kanada 325 Haiti 2 Polonja 125
Ċili 35 Honduras 1 Unjoni tas-
Ċina 600 Iżlanda 1 Sud Afrika 100
Kolumbja 35 Indja 400  Unjoni tar-
Costa Rica 2 Iran 24 Repubbliki
Kuba 35 Iraq 6 Soċjalisti 
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
*Il-kwota tad-Danimarka għandha tiġi stabbilitia mill-Bank wara li d-Danimarka taċċetta li tidħol
membru skond dan l-Istatut.
SKEDA B
ELEZZJONI TA’ DIRETTURI EŻEKUTTIVI
1. L-elezzjoni tad-diretturi esekuttivi li għandhom jiġu eletti għandha ssir bil-
voti tal-Gvernaturi li jistgħu jivvotaw skond is-Sezzjoni V, Artikolu 4 (b).
2. Fil-votazzjoni tad-diretturi esekuttivi li għandhom jiġu eletti, kull gvernatur li
jista’ jivvota għandu jivvota għal persuna waħda l-voti kollha li l-membru li
jinnominah ikollu dritt għalihom skond l-Artikolu 3 tas-Sezzjoni V. Is-seba’ persuni
li jirċievu l-akbar numru ta’ voti jkunu diretturi esekuttivi, iżda ebda persuna li
tirċievi inqas minn erbatax fil-mija tal-voti kollha li jistgħu jingħataw (voti eliġibbli)
ma għandha titqies eletta.
3. Meta ma jiġux eletti seba’ persuni ma’ l-ewwel votazzjoni, issir votazzjoni
oħra li fiha l-persuna li tkun irċeviet l-anqas numru ta’ voti ma tkunx eliġibbli għall-
elezzjoni u li fiha għandhom jivvotaw biss (a) dawk il-gvernaturi li jkunu ivvotaw fl-
ewwel votazzjoni għal persuna li ma ġietx eletta u (b) dawk il-gvernaturi li l-voti
tagħhom għal persuna eletta jitqiesu skond il-paragrafu 4 ta’ hawn taħt li jkunu
għollew il-voti mogħtija lil dik il-persuna b’iktar minn ħmistax fil-mija tal-voti
eliġibbli.
4. Biex jiġi stabbilit jekk il-voti mogħtija minn gvernatur għandhomx jitqiesu
li jkunu għollew il-voti kollha ta’ xi persuna b’iktar minn ħmistax fil-mija, il-
ħmistax fil-mija għandhom jitqiesu li jinkludu, l-ewwel, il-voti tal-gvernatur li jkun
ta l-akbar numru ta’ voti għal dik il-persuna, imbagħad il-voti tal-gvernatur li jagħti
l-aktar numru ta’ voti li jiġi wara, u tibqa’ sejjer hekk sakemm jintlaħaq il-ħmistax
fil-mija.
5. Kull gvernatur, li parti mill-voti tiegħu għandhom jingħaddu sabiex jiġi
mgħolli t-total ta’ voti ta’ xi persuna fuq l-erbatax fil-mija għandu jitqies li jitfa’ l-
voti tiegħu kollha għal dik il-persuna wkoll jekk il-voti kollha għal dik il-persuna
jkunu b’daqshekk iktar minn ħmistax fil-mija.
6. Jekk, wara t-tieni votazzjoni, ma jiġux eletti seba’ persuni, isiru aktar
Ċekoslo-
vakkja
125 Liberja .5 Sovjetiċi  1200
*Danimarka Lussemburgu  10 Renju Unit 1300
Repubblika Messiku 65 Stati Uniti  3175
Dominikana 2 Olanda 275 Urugwaj  10.5
Ekwador 3.2 New Zealand 50 Venezwela 10.5
Eġittu 40 Nikaragwa .8 Jugożlavja 40
El Salvador  1 Norveġja  50
TOTAL 9100
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
44      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
votazzjonijiet fuq l-istess prinċipji sakemm jiġu eletti seba’ persuni, iżda wara li jiġu
eletti sitt persuni, is-seba’ persuna tista’ tiġi eletta b’maġġoranza sempliċi tal-voti li
jibqa’ u għandha titqies li ġiet eletta b’dawk il-voti kollha.
IT-TIELET SKEDA 
ġArtikolu 2ħ
STATUT TAL-KORPORAZZJONI INTERNAZZJONALI 
GĦALL-FINANZJAMENT 
Il-Gvernijiet li f’isimhom dan il-Ftehim hu iffirmat ftehmu kif ġej:
Artikolu ta’ Introduzzjoni
Il-Korporazzjoni Internazzjonali għall-Finanzjament (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejħa l-Korporazzjoni) hi mwaqqfa u għandha titmexxa skond id-disposizzjonijiet
li ġejjin:
Sezzjoni I 
Għan 
L-għan tal-Korporazzjoni huwa li tmexxi ’l quddiem l-iżvilupp ekonomiku billi
tħeġġeġ it-tkabbir ta’ produttività ta’ l-intrapriża privata f’pajjiżi membri, b’mod
partikolari f’arei anqas żviluppati, b’hekk jiġu supplementati l-attivitajiet tal-Bank
Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
il-Bank). Fit-twettiq ta’ dan l-għan, il-Korporazzjoni għandha:
(i) f’assoċjazzjoni ma’ investituri privati, tgħin fil-finanzjament tat-
twaqqif, titjib u espansjoni ta’ intrapriżi privati produttivi li b’hekk igħinu l-iżvilupp
tal-pajjiżi membri tagħhom billi jagħmlu investimenti, mingħajr garanzija għal ħlas
lura mill-gvern membru li jkun, f’każijiet meta kapital privat biżżejjed ma jkunx
jista’ jinkiseb fuq kondizzjonijiet raġonevoli;
(ii) tfittex li tlaqqa’ flimkien opportunitajiet ta’ investiment, kapital privat
domestiku u barrani, u direzzjoni b’esperjenza; u
(iii) tfittex li tistimula, u tgħin biex jinħolqu kondizzjonijiet li jwasslu għal,
ċirkolazzjoni ta’ kapital privat, domestiku u barrani, f’investiment produttiv f’pajjiżi
membri.
Il-Korporazzjoni tkun immexxija fid-deċiżjonijiet kollha tagħha skond id-
disposizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni.
Sezzjoni II 
Membri u Kapital 
ARTIKOLU I. Membri
(a) Il-membri oriġinali tal-Korporazzjoni jkunu dawk il-membri tal-Bank
imniżżla fl-Iskeda A li tinsab ma’ dan il-Ftehim li jaċċettaw fid-data jew qabel id-
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
data speċifikata fis-Sezzjoni IX, Artikolu 2 (ċ), li jkunu membri tal-Korporazzjoni.
(b) Membri oħra tal-Bank jistgħu jidħlu membri, f’dawk iż-żminijiet u skond
dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti mill-Korporazzjoni.
ARTIKOLU 2. Stock tal-Kapital
(a) L-istock tal-kapital awtorizzat tal-Korporazzjoni jkun ta’ $100,000,000,
f’dollari ta’ l-Istati Uniti.* 
(b) L-istock tal-kapital awtorizzat ikun maqsum f’100,000 azzjoni tal-valur pari
ta’ elf dollaru ta’ l-Istati Uniti il-waħda. Kull azzjonijiet li ma jiġux sottoskritti fil-
bidu mill-membri oriġinali jkunu jistgħu jiġu sottoskritti wara skond l-Artikolu 3 (d)
ta’ din is-Sezzjoni.
(ċ) L-ammont ta’ l-istock tal-kapital f’xi żmien awtorizzat jista’ jiġi miżjud
mill-Bord tal-Gvernaturi kif ġej:
(i) b’maġġoranza tal-voti mogħtija, f’każ li dik iż-żieda tkun meħtieġa
sabiex jinħarġu azzjonijiet ta’ stock tal-kapital għas-sottoskrizzjoni inizjali minn
membri li ma jkunux membri oriġinali, iżda t-total ta’ kull żidiet awtorizzati skond
dan is-subparagrafu ma għandux ikun iżjed minn 10,000 azzjoni;
(ii) f’kull każ ieħor, b’maġġoranza ta’ tliet-kwarti tal-voti kollha.
(d) F’każ ta’ żieda awtorizzata skond il-paragrafu (ċ) (ii) ta’ hawn fuq, kull
membru jkollu opportunità xierqa li jissottoskrivi, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-
Korporazzjoni tista’ tiddeċiedi, għal proporzjon taż-żieda ta’ l-istock li jkun daqs il-
proporzjon li l-istock tiegħu ta’ qabel kellu ma’ l-istock tal-kapital totali tal-
Korporazzjoni, iżda ebda membru ma jkun obbligat li jissottoskrivi għal xi parti tal-
kapital miżjud.
(e) Ħruġ ta’ azzjonijiet ta’  stock, barra minn dawk sottoskritti jew mas-
sottoskrizzjoni inizjali jew skond il-paragrafu (d) ta’ hawn fuq, jeħtieġ maġġoranza
ta’ tliet-kwarti tal-voti kollha.
(f) Azzjonijiet ta’  stock  tal-Korporazzjoni jkunu jistgħu jiġu sottoskritti biss
minn, u għandhom jiġu maħruġa biss lil, membri.
ARTIKOLU 3.  Sottoskrizzjonijiet
(a) Kull membru oriġinali għandu jissottoskrivi għan-numru ta’ azzjonijiet ta’
stock murija kontra dak l-isem fl-Iskeda A. In-numru ta’ azzjonijiet ta’ l-istock li
għandhom jiġu sottoskritti minn membri oħra jiġi stabbilit mill-Korporazzjoni.
(b) Azzjonijiet ta’  stock  sottoskritti inizjalment minn membri oriġinali
għandhom jiġu maħruġa b’parità.
(ċ) Is-sottoskrizzjoni inizjali ta’ kull membru oriġinali għandha titħallas għal
kollox fi żmien 30 ġurnata wara jew id-data li fiha l-Korporazzjoni tibda l-
operazzjonijiet tagħha skond is-Sezzjoni IX, Artikolu 3 (b), jew id-data li fiha dak il-
membru oriġinali jsir membru, liema minnhom tkun l-aħħar, jew f’dik id-data l-oħra
wara kif il-Korporazzjoni tista’ tistabbilixxi. Il-ħlas isir b’deheb jew b’dollari ta’ l-
Istati Uniti wara talba mill-Korporazzjoni li għandha tispeċifika l-post jew il
postijiet tal-ħlas.
(d) Il-prezz u l-kondizzjonijiet l-oħra għas-sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet ta’
stock li għandhom jiġu sottoskritti, barra minn mas-sottoskrizzjoni inizjali minn
*Fit-3 ta’ Settembru, 1963, l-istock tal-kapital awtorizzat ġie miijud għal $110,000,000, maqsum
f’110,000 azzjoni ta’ $1,000-il waħda.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
46      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
membri oriġinali, għandhom jiġu stabbiliti mill-Korporazzjoni.
ARTIKOLU 4. Limitazzjoni ta’ Responsabbiltà
Ebda membru ma jkun responsabbli, minħabba li jkun membru, għal
obbligazzjonijiet tal-Korporazzjoni.
ARTIKOLU 5. Restrizzjoni fuq Trasferimenti u Rahan ta’ Azzjonijiet
Azzjonijiet ta’ stock ma għandhomx jingħataw b’rahan jew jiġu ipotekati b’xi mod
ikun li jkun, u jkunu jistgħu jiġu trasferiti biss lil-Korporazzjoni.
Sezzjoni III 
Operazzjonijiet
ARTIKOLU 1. Finanzjament ta’ Operazzjonijiet
Il-Korporazzjoni tista’ tagħmel investimenti mill-fondi tagħha f’intrapriżi privati
produttivi fit-territorji tal-membri tagħha. Il-fatt li jkun hemm gvern jew interess
pubbliku ieħor f’dik l-intrapriża mhux neċessarjament ma tħallix lill-Korporazzjoni
milli tagħmel investiment fiha.
ARTIKOLU 2. Xorta ta’ Finanzjament*
Il-Korporazzjoni tista’ tagħmel investimenti mill-fondi tagħha f’dik il-forma jew
forom li jidhrilha xieraq fiċ-ċirkostanzi.
ARTIKOLU 3. Prinċipji għal Operazzjonijiet
L-operazzjonijiet tal-Korporazzjoni jkunu mmexxija skond il-prinċipji li ġejjin: 
(i) il-Korporazzjoni ma għandhix tagħti xi finanzjament meta fil-fehma
tagħha kapital privat biżżejjed ikun jista’ jinkiseb taħt kondizzjonijiet xierqa;
(ii) il-Korporazzjoni ma għandhix tagħti finanzjament lil intrapriża fit-
territorji ta’ xi membru jekk dak il-membru jopponi għal dak l-għoti ta’
finanzjament;
(iii) il-Korporazzjoni ma għandha timponi ebda kondizzjonijiet li dak li
jidħol mill-għoti tagħha ta’ xi finanzjament għandu jintefaq fit-territorji ta’ xi pajjiż
partikolari;
(iv) il-Korporazzjoni ma għandhix tassumi responsabbiltà għat-tmexxija ta’
xi intrapriża li fiha tkun investiet u lanqas ma għandha teżerċita drittijiet għal
votazzjoni għal dak il-għan jew għal xi għan ieħor li, fil-fehma tagħha, ikun fl-iskop
tal-kontroll tad-direzzjoni;#
(v) il-Korporazzjoni għandha tagħti l-finanzjament taħt pattijiet u
*Emendat 21 ta’ Settembru, 1961. 
Test Oriġinali:
(a) Il-finanzjament tal-Korporazzjoni ma għandux ikun bħala investimenti fi stock  tal-
kapital. Bla ħsara għal dak li ntqal qabel, il-Korporazzjoni tista’ tagħmel investimenti mill-fondi
tagħha ta’ dik ix-xorta li jidhrilħa xierqa fiċ-ċirkostanzi, inklużi (iżda bla limitazzjoni) investimenti
skond id-detentur tagħhom, id-dritt għal parteċipazzjoni fi qliegħ u d-dritt għas-sottoskrizzjoni
għal, jew it-tibdil ta’ investiment fi, stock ta’ kapital.
(b) Il-Korporazzjoni ma għandhiex hi stess tissottoskrivi għal, jew tibdel xi investiment fi,
stock tal-kapital.
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
kondizzjonijiet li jidhrilha xierqa, meta tqis il-htiġijiet ta’ l-intrapriża, ir-riskji li qed
tieħu l-Korporazzjoni u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet li normalment jinkisbu minn
investituri privati għal finanzjament bħal dan;
 (vi) il-Korporazzjoni għandha tfittex li tagħmel rotazzjoni tal-fondi tagħha
billi tbiegħ l-investimenti tagħha lil investituri privati kull meta tkun tista’ tagħmel
hekk taħt kondizzjonijiet sodisfaċenti;
(vii) il-Korporazzjoni għandha tfittex li żżomm diversifikazzjoni raġonevoli
fl-investimenti tagħha.
ARTIKOLU 4. Tħaris ta’ Interessi
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma timpedixxi lill-Korporazzjoni, fil-każ ta’ nuqqas
attwali jew imminenti ta’ xi wieħed mill-investimenti tagħha, falliment attwali jew
imminenti ta’ xi intrapriża li fiha dak l-investiment ikun sar, jew sitwazzjonijiet oħra
li, fil-fehma tal-Korporazzjoni, x’aktarx jipperikolaw dak l-investiment, milli tieħu
dawk il-passi u teżerċita dawk id-drittijiet li jidhrilha xierqa għat-tħaris ta’ l-
interessi tagħha.
ARTlKOLU 5. Applikabbiltà ta’ Ċerti Restrizzjonijiet ta’ Kambju Barrani
Fondi riċevuti minn jew li għandhom jitħallsu lill-Korporazzjoni dwar investiment
tal-Korporazzjoni magħmul f’xi territorju ta’ membru skond l-Artikolu 1 ta’ din is-
Sezzjoni ma jkunux ħielsa, minħabba biss xi disposizzjoni ta’ dan il-Ftehim, minn
restrizzjonijiet, regolamenti u kontrolli b’mod ġenerali applikabbli għal kambju
barrani li jkunu fis-seħħ fit-territorju ta’ dak il-membru.
ARTlKOLU 6. Operazzjonijiet Mixxellanji
B’żieda ma’ l-operazzjonijiet speċifikati x’imkien ieħor f’dan il-Ftehim, il-
Korporazzjoni jkollha s-setgħa li:
(i) tissellef fondi, u dwar dan tagħti dik il-garanzija kollaterali jew
xort’oħra għal hekk kif tiddeċiedi; iżda, b’danakollu, qabel ma tagħmel bejgħ
pubbliku ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha fis-swieq ta’ membru, il-Korporazzjoni trid
tkun kisbet l-approvazzjoni ta’ dak il-membru u tal-membru li fil-flus tiegħu l-
obbligazzjonijiet ikunu denominati; jekk u sakemm il-Korporazzjoni jkollha dejn
fuq self mingħand jew garantit mill-Bank, l-ammont totali pendenti ta’ self jew
garanziji mogħtija mill-Korporazzjoni ma jiġix miżjud jekk, f’dak iż-żmien jew
bħala riżultat ta’ dan, l-ammont totali ta’ dejn (inkluża l-garanzija ta’ kull dejn) li
jkun sar mill-Korporazzjoni minn x’imkien u li jkun imbagħad pendenti jkun iżjed
minn ammont li jkun daqs erba’ darbiet il-kapital sottiskritt intier u s-surplus;*
(ii) tinvesti fondi li ma jkunux meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’
finanzjament tagħha f’dawk l-obbligazzjonijiet li tista’ tiddeċiedi u tinvesti fondi
miżmumin minnha għal pensjoni jew għanijiet bħal dawn f’xi titoli li jkunu fis-suq,
kollha li ma jkunux suġġetti għar-restrizzjonijiet imposti b’artikoli oħra ta’ din is-
Sezzjoni;
(iii) tiggarantixxi titoli li fihom tkun investiet sabiex tiffaċilita l-bejgħ
tagħhom; 
(iv) tixtri u tbiegħ titoli li tkun ħarġet jew iggarantiet jew li fihom tkun
investiet;
#Emendat 21 ta’ Settembru, 1961. Test Oriġinali:
(iv) Il-Korporazzjoni ma għandhiex tieħu r-responsabbiltà li tidderieġi xi intrapriża li fiha tkun
investiet;
*L-aħħar klawżola miżjuda b’emenda b’seħħ mill-1 ta’ Settembru, 1965.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
48      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
(v) teżerċita dawk is-setgħat l-oħra inċidentali għan-negozju tagħha li jkunu
neċessarji jew meħtieġa għall-progress ta’ l-għanijiet tagħha.
ARTIKOLU 7. Valutazzjoni ta’ Flejjes
Kull meta jkun meħtieġ skond dan il-Ftehim li ssir xi valutazzjoni ta’ xi flus skond
il-valur ta’ flus oħra, dik il-valutazzjoni għandha tiġi b’mod xieraq stabbilita mill-
Korporazzjoni wara konsultazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali. 
ARTIKOLU 8. Twissija Titniżżel fuq Titoli
Kull titolu maħruġ jew garantit mill-Korporazzjoni għandu juri fuq il-wiċċ tiegħu
dikjarazzjoni li tidher sewwa fis-sens li dak it-titolu ma jkunx obbligazzjoni tal-
Bank jew, jekk ma jkunx dikjarat espressament fuq it-titolu, ta’ xi gvern.
ARTIKOLU 9. Attività Politika Ipprojbita
Il-Korporazzjoni u l-uffiċjali tagħha ma għandhomx jindaħlu fl-affarijiet politiċi
ta’ xi membru; lanqas ma għandhom ikunu influwenzati fid-deċiżjonijiet tagħhom
mix-xorta politika tal-membru jew tal-membri li jkunu. Konsiderazzjonijiet
ekonomiċi biss ikunu rilevanti għad-deċiżjonijiet tagħhom, u dawn il-
konsiderazzjonijiet jiġu meqjusa b’imparzjalità sabiex jintlaħqu l-għanijiet
imsemmija f’dan il-Ftehim.
Sezzjoni IV 
Organizzazzjoni u Direzzjoni 
ARTIKOLU l. Struttura tal-Korporazzjoni
Il-Korporazzjoni jkollha Bord tal-Gvernaturi, Bord tad-Diretturi, Chairman tal-
Bord tad-Diretturi, President u dawk l-uffiċjali l-oħra u persunal l-ieħor biex jaqdu
dawk id-dmirijiet li l-Korporazzjoni tista’ tistabbilixxi.
ARTIKOLU 2. Bord tal-Gvernaturi
(a) Is-setgħat kollha tal-Korporazzjoni jkunu fil-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Kull Gvernatur u Alternat Gvernatur tal-Bank nominat minn membru tal-
Bank li jkun ukoll membru tal-Korporazzjoni jkun ex officio Gvernatur jew Alternat
Gvernatur, rispettivament, tal-Korporazzjoni. Ebda Alternat Gvernatur ma jista’
jivvota ħlief fin-nuqqas tal-prinċipal tiegħu. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħżel
wieħed mill-Gvernaturi bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi. Kull Gvernatur jew
Alternat Gvernatur ma jibqax f’dik il-kariga jekk il-membru ll jkun innominah ma
jibqax membru tal-Korporazzjoni.
(ċ) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jiddelega lill-Bord tad-Diretturi l-awtorità li
jeżerċita kull waħda mis-setgħat tiegħu, ħlief is-setgħa li:
(i) idaħħal membri ġodda u jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tad-dħul
tagħhom; 
(ii) iżid jew inaqqas l-istock tal-kapital;
(iii) jissospendi membru;
(iv) jiddeċiedi appelli minn interpretazzjonijiet ta’ dan il-Ftehim mogħtija
mill-Bord tad-Diretturi;
(v) jagħmel arranġamenti għal koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
internazzjonali oħra (barra minn arranġamenti mhux formali ta’ xorta temporanja u
amministrattiva);
(vi) jiddeċiedi li jissospendi permanentement l-operazzjonijiet tal-
Korporazzjoni u li jqassam l-attiv tagħha;
(vii) jiddikjara dividendi; 
(viii) jemenda dan il-Ftehim.
(d) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħmel laqgħa ta’ kull sena u dawk il-
laqgħat l-oħra kif il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jipprovdi jew li jkunu msejħa mill-
Bord tad-Diretturi.
(e) Il-laqgħa ta’ kull sena tal-Bord tal-Gvernaturi ssir flimkien mal-laqgħa ta’
kull sena tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank.
(f) Il-quorum għal kull laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi jkun b’maġġoranza tal-
Gvernaturi, li jeżerċitaw mhux inqas minn żewġ terzi tal-voti kollha.
(g) Il-Korporazzjoni tista’ b’regolament tistabbilixxi proċedura li biha l-Bord
tad-Diretturi jista’ jikseb vot tal-Gvernaturi fuq kwistjoni speċifika mingħajr ma
tissejjaħ laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi.
(h) Il-Bord tal-Gvernaturi, u l-Bord tad-Diretturi safejn hu awtorizzat, jistgħu
jadottaw dawk ir-regoli u r-regolamenti li jkunu meħtieġa jew xierqa biex jitmexxa
x-xogħol tal-Korporazzjoni.
(i) Gvernaturi u Gvernaturi Alternati għandhom jagħmluha f’dik il-kariga
mingħajr kumpens mingħand il-Korporazzjoni.
ARTIKOLU 3. Votazzjoni
(a) Kull membru jkollu mitejn u ħamsin vot b’żieda ta’ wieħed għal kull azzjoni
ta’ stock miżmuma.
(b) Ħlief kif espressament provdut xort’oħra, il-kwistjonijiet kollha quddiem il-
Korporazzjoni għandhom jiġu deċiżi b’maġġoranza tal-voti mogħtija.
ARTIKOLU 4. Bord tad-Diretturi
(a) Il-Bord tad-Diretturi jkun responsabbli għat-tmexxija ta’ l-operazzjonijiet
ġenerali tal-Korporazzjoni, u għal dan l-għan għandu jeżerċita s-setgħat kollha
mogħtija lilu b’dan il-Ftehim jew delegati lilu mill-Bord tal-Gvernaturi.
(b) Il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni jkun magħmul ex officio minn kull
Direttur Esekuttiv tal-Bank li kien jew (i) nominat minn membru tal-Bank li hu
wkoll membru tal-Korporazzjoni, jew (ii) elett f’elezzjoni li fiha l-voti ta’ għall-
anqas wieħed mill-membri tal-Bank li hu wkoll membru tal-Korporazzjoni jkunu
għaddew għall-elezzjoni tiegħu. L-Alternat ta’ kull Direttur Esekuttiv tal-Bank bħal
dak ikun ex officio Alternat Direttur tal-Korporazzjoni. Kull Direttur jispiċċa mill-
kariga jekk il-membru li minnu ġie nominat, jew jekk il-membri kollha li l-voti
tagħhom għaddew għall-elezzjoni tiegħu, ma jibqgħux membri tal-Korporazzjoni.
(ċ) Kull Direttur li jkun Direttur Esekuttiv tal-Bank nominat ikollu dritt li jitfa’
n-numru ta’ voti li l-membru li jkun hekk innominah ikollu dritt jitfa’ fil-
Korporazzjoni. Kull Direttur li jkun Direttur Esekuttiv tal-Bank elett ikollu dritt li
jitfa’ n-numru ta’ voti li l-membru jew il-membri tal-Korporazzjoni li l-voti tagħhom
għaddew għall-elezzjoni tiegħu fil-Bank ikollhom dritt jitfgħu fil-Korporazzjoni. Il-
voti kollha li Direttur ikollu dritt jitfa’ jiġu mitfugħa bħala unità.
(d) Alternat Direttur ikollu s-setgħa kollha li jaġixxi fin-nuqqas tad-Direttur li
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
50      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
jkun innominah. Meta Direttur ikun preżenti, l-Alternat tiegħu jista’ jieħu sehem fil-
laqgħat, iżda ma għandux jivvota.
(e) Quorum għal kull laqgħa tal-Bord tad-Diretturi jkun b’maġġoranza tad-
Diretturi li jeżerċitaw mhux inqas minn nofs il-voti kollha.
(f) Il-Bord tad-Diretturi għandu jiltaqa’ kull meta x-xogħol tal-Korporazzjoni
jkun jeħtieġ.
(g) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jadotta regolamenti li taħthom membru tal-
Korporazzjoni li ma jkollux dritt jinnomina Direttur Esekuttiv tal-Bank jista’ jibgħat
rappreżentant biex jattendi għal xi laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni
meta talba magħmula minn, jew xi kwistjoni li tolqot partikolarment lil, dak il-
membru tkun qed tiġi kunsidrata.
ARTIKOLU 5. Chairman, President u Persunal
(a) Il-President tal-Bank għandu jkun  ex officio Chairman tal-Bord tad-
Diretturi tal-Korporazzjoni, iżda ma jkollu ebda vot ħlief vot deċiżiv f’każ ta’ voti
ndaqs. Hu jista’ jieħu sehem f’laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi iżda ma għandux
jivvvota f’dawk il-laqgħat.
(b) Il-President tal-Korporazzjoni jiġi nominat mill-Bord tad-Diretturi fuq ir-
rakkomandazzjoni taċ-Chairman. Il-President ikun il-kap tal-persunal operattiv tal
Korporazzjoni. Taħt id-direzzjoni tal-Bord tad-Diretturi u taħt is-sorveljanza
ġenerali taċ-Chairman, hu għandu jmexxi x-xogħol ordinarju tal-Korporazzjoni u
taħt il-kontroll ġenerali tagħhom ikun responsabbli għall-organizzazzjoni, nomina u
tkeċċija ta’ l-uffiċjali u l-persunal. Il-President jista’ jieħu sehem f’laqgħat tal-Bord
tad-Diretturi iżda ma għandux jivvota f’dawk il-laqgħat. Il-President jispiċċa mill-
kariga b’deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi li magħha jkun jaqbel iċ-Chairman.
(ċ) Il-President, l-uffiċjali u l-persunal tal-Korporazzjoni, fil-qadi tal-
funzjonijiet tagħhom, għandhom jagħtu d-dmir tagħhom għal kollox lill-
Korporazzjoni u lil ebda awtorità oħra. Kull membru tal-Korporazzjoni għandu
jirrispetta l-karattru internazzjonali ta’ dan id-dmir u ma għandux jipprova
jinfluwenza lil xi wieħed mill-persuni fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.
(d) Bla ħsara ta’ l-importanza suprema li jiġu żgurati l-ogħla livelli ta’
effiċjenza u ta’ kompetenza teknika, fin-nomina ta’ l-uffiċjali u l-persunal tal-
Korporazzjoni, għandha tiġi meqjusa kif imiss l-importanza li jidħol persunal fuq
bażi ġeografika kbira kemm jista’ jkun.
ARTIKOLU 6. Relazzjoni mal-Bank
(a) Il-Korporazzjoni tkun entità separata u distinta mill-Bank u l-fondi tal-
Korporazzjoni jinżammu separati u apparti minn dawk tal-Bank.* Id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jfixklux lill-Korporazzjoni milli tagħmel
arranġamenti mal-Bank dwar faċilitajiet, persunal u servizzi u arranġamenti għal
ġbir lura ta’ spejjeż amministrattivi li l-ewwel ikunu tħallsu minn waħda mill-
organizzazzjonijiet f’isem l-oħra.
(b) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma tagħmel lill-Korporazzjoni responsabbli
għall-egħmil jew obbligazzjonijiet tal-Bank, jew il-Bank responsabbli għall-egħmil
jew obbligazzjonijiet tal-Korporazzjoni.
*Emendat 1 ta’ Settembru, 1965.
It-test oriġinali kien jinkludi dan li ġej:
"Il-Korporazzjoni ma għandhiex tislef lil jew tissellef mingħand il-Bank."
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
ARTIKOLU 7. Relazzjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali Oħra 
Il-Korporazzjoni, li taġixxi permezz tal-Bank, għandha tagħmel arranġamenti
formali mal-Ġnus Magħquda u tista’ tagħmel dawk l-arranġamenti ma’
organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi oħra li jkollhom responsabbiltajiet
speċjalizzati f’oqsma relattivi.
ARTIKOLU 8. Lokalità ta’ l-Uffiċċji
L-uffiċċju prinċipali tal-Korporazzjoni jkun fl-istess lokalità ta’ l-uffiċċju
prinċipali tal-Bank. Il-Korporazzjoni tista’ twaqqaf uffiċċji oħra fit-territorji ta’ kull
membru. 
ARTIKOLU 9. Depożitarji 
Kull membru għandu jinnomina l-bank ċentrali tiegħu bħala depożitarju li fih il-
Korporazzjoni tista’ żżomm holdings tal-flus ta’ dak il-membru jew attiv ieħor tal-
Korporazzjoni jew, jekk ma jkollux bank ċentrali, għandu jinnomina għal dak il-
għan dik l-istituzzjoni l-oħra li tkun aċċettabbli mill-Korporazzjoni.
ARTIKOLU 10. Mezz ta’ komunikazzjoni
Kull membru għandu jinnomina awtorità xierqa li magħha l-Korporazzjoni tista’
tikkomunika dwar kull ħaġa li tinqala’ minn dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 11. Pubblikazzjoni ta’ Rapporti u Għoti ta’ Informazzjoni
(a) Il-Korporazzjoni għandha tippubblika rapport ta’ kull sena li jkun fih
dikjarazzjoni tal-kontijiet tagħha mgħoddija mill-uditur u għandha tiċċirkola lill-
membri f’intervalli xierqa dikjarazzjoni sommarja tal-qagħda finanzjarja tagħha u
dikjarazzjoni ta’ qliegħ u telf li turi r-riżultati ta’ l-operazzjonijiet tagħha.
(b) Il-Korporazzjoni tista’ tippubblika dawk ir-rapporti l-oħra li jidhrilha
meħtieġa biex twettaq l-għanijiet tagħha.
(ċ) Kopji tar-rapporti, dikjarazzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha magħmula
skond dan l-Artikolu għandhom jitqassmu lill-membri.
ARTIKOLU 12. Dividendi
(a) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ minn żmien għal żmien jiddeċiedi liema parti
ta’ l-introjtu nett tal-Korporazzjoni u tas-surplus tagħha, wara li tipprovdi għal
riżervi, għandha tqassam bħala dividendi.
(b) Id-dividendi għandhom jitqassmu  pro rata  skond il-proporzjon ta’ l-istock
tal-kapital miżmum minn membri.
(ċ) Id-dividendi għandhom jitħallsu b’dak il-mod u b’dawk il-flus jew flejjes kif
il Korporazzjoni tista’ tiddeċiedi.
Sezzjoni V
Irtir; Sospensjoni ta’ Membri; Sospensjoni ta’ Operazzjonijiet 
ARTIKOLU 1. Irtir ta’ Membri
Kull membru jista’ jirtira bħala membru tal-Korporazzjoni f’kull żmien billi
jibgħat avviż bil-miktub lill-Korporazzjoni fl-uffiċċju prinċipali tagħha. L-irtir jibda
jgħodd mid-data li fiha jiġi riċevut l-avviż.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
52      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
ARTIKOLU 2. Sospensjoni ta’ Membri
(a) Jekk membru jonqos li jwettaq xi waħda mill-obbligazzjonijiet tiegħu lejn
il-Korporazzjoni, il-Korporazzjoni tista’ tissospendih bħala membru b’deċiżjoni tal-
Gvernaturi, li għandhom maġġoranza tal-voti kollha. Il-membru hekk sospiż
awtomatikament jispiċċa minn membru sena wara d-data tas-sospensjoni tiegħu
kemm-il darba ma titteħidx deċiżjoni bl-istess maġġoranza biex il-membru jerġa’
jieħu postu.
(b) Filwaqt li jkun sospiż, membru ma jkollu ebda jedd li jeżerċita xi drittijiet
skond dan il-Ftehim ħlief id-dritt li jirtira, iżda jibqa’ suġġett għall-obbligi kollha. 
ARTIKOLU 3. Sospensjoni jew Ċessjoni bħala Membru tal-Bank.
Kull membru li jiġi sospiż bħala membru, jew ma jibqax membru, tal-Bank jiġi
awtomatikament sospiż bħala membru, jew jispiċċa minn membru, tal-
Korporazzjoni, skond il-każ.
ARTIKOLU 4. Drittijiet u Dmirijiet ta’ Gvernijiet li ma Jibqgħux Membri
(a) Meta gvern jispiċċa minn membru dan jibqa’ responsabbli għall-ammonti
kollha dovuti minnu lill-Korporazzjoni. Il-Korporazzjoni għandha tagħmel
arranġamenti għax-xiri lura ta’ l-istock tal-kapital ta’ dak il-gvern bħala parti mill-
likwidazzjoni tal-kontijiet miegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, iżda
l-gvern ma jkollu ebda drittijiet oħra taħt dan il-Ftehim ħlief kif provdut f’dan l-
Artikolu u fis-Sezzjoni VIII(ċ).
(b) Il-Korporazzjoni u l-gvern jistgħu jiftehmu fuq ix-xiri lura ta’ l-istock tal-
kapital tal-gvern b’dawk il-kondizzjonijiet li jidhru xierqa fiċ-ċirkostanzi, mingħajr
ma jiġu kunsidrati d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ) ta’ hawn taħt. Dak il-ftehim
jista’ jipprovdi, fost ħwejjeġ oħra, għal likwidazzjoni finali ta’ l-obbligazzjonijiet
kollha tal-gvern lejn il-Korporazzjoni.
(ċ) Jekk dak il-ftehim ma jkunx intlaħaq fi żmien sitt xhur minn meta l-gvern
ma jibqax membru jew f’dak iż-żmien l-ieħor kif il-Korporazzjoni u dak il-gvern
jistgħu jiftehmu, il-prezz tax-xiri lura ta’ l-istock tal-kapital tal-gvern ikun il-valur
tiegħu kif jidher fuq il-kotba tal-Korporazzjoni fil-ġurnata meta l-gvern ma jibqax
membru. Ix-xiri lura ta’ l-istock tal-kapital għandu jkun suġġett għall-
kondizzjonijiet li ġejjin:
(i) ħlasijiet għal azzjonijiet ta’ stock  jistgħu jsiru minn żmien għal żmien,
mal-konsenja tagħhom mill-gvern, f’dawk il-pagamenti ratali, u f’dawk iż-żminijiet
u f’dawk il-flus jew flejjes li jkunu jistgħu jinkisbu kif il-Korporazzjoni tista’ b’mod
xieraq tistabbilixxi, meta tqis il-qagħda finanzjarja tal-Korporazzjoni;
(ii) kull ammont dovut lill-gvern għall-istock tal-kapital tiegħu għandu jiġi
miżmum sakemm il-gvern jew xi waħda mill-aġenziji tiegħu jibqgħu responsabbli
lejn il-Korporazzjoni għall-ħlas ta’ kull ammont u dak l-ammont jista’, fuq għażla
tal-Korporazzjoni, jiġi skontat, meta jkollu jitħallas, mill-ammont dovut mill-
Korporazzjoni;
(iii) jekk il-Korporazzjoni ġġarrab telf nett fuq l-investimenti magħmula
skond is-Sezzjoni III, Artikolu 1, u miżmuma minnha fid-data meta l-gvern jispiċċa
minn membru, u l-ammont ta’ dak it-telf ikun iżjed mill-ammont ta’ riżervi provdut
għalih f’dik id-data, dak il-gvern għandu jħallas lura fuq talba l-ammont li bih il-
prezz tax-xiri lura ta’ l-azzjonijiet ta’ l-istock tiegħu kien ikun imnaqqas jekk dak it-
telf kien ġie meqjus meta l-prezz tax-xiri lura ġie stabbilit.
(d) F’ebda każ ma għandu xi ammont dovut lil gvern għall-istock tal-kapital
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
tiegħu skond dan l-Artikolu jitħallas qabel sitt xhur mid-data li fiha l-gvern ikun
spiċċa minn membru. Jekk fi żmien sitt xhur mid-data li fiha xi gvern jispiċċa minn
membru l-Korporazzjoni tissospendi l-operazzjonijiet tagħha skond l-Artikolu 5 ta’
din is-Sezzjoni, id-drittijiet kollha ta’ dak il-gvern għandhom jiġu stabbiliti bid-
disposizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu 5 u dak il-gvern jitqies li għadu membru tal-
Korporazzjoni għall-finijiet ta’ dak l-Artikolu 5, ħlief li ma jkollu ebda drittijiet għal
votazzjoni.
ARTIKOLU 5. Sospensjoni ta’ Operazzonijiet u Likwidazzjoni ta’
Obbligazzjonijiet 
(a) Il-Korporazzjoni tista’ tissospendi permanentement l-operazzjonijiet tagħha
b’vot ta’ maġġoranza tal-Gvernaturi li jeżerċitaw maġġoranza tal-voti kollha. Wara
dik is-sospensjoni ta’ l-operazzjonijiet il-Korporazzjoni għandha minnufih tieqaf
mill-attivitajiet kollha, ħlief dawk li għandhom x’jaqsmu mal-likwidazzjoni,
konservazzjoni u t-tħaris xieraq ta’ l-attiv tagħha u mal-likwidazzjoni ta’ l-
obbligazzjonijiet tagħha. Sakemm isiru l-likwidazzjoni finali ta’ dawk l-
obbligazzjonijiet u t-tqassim ta’ dak l-attiv, il-Korporazzjoni għandha tibqa’ teżisti u
d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha reċiproki tal-Korporazzjoni u tal-membri
skond dan il-Ftehim għandhom ikomplu kif kienu, ħlief li ebda membru ma għandu
jiġi sospiż jew jirtira u ebda tqassim ma għandu jsir lil membri ħlief kif provdut
f’dan l-Artikolu.
(b) Ma jsir ebda tqassim lill-membri akkont tas-sottoskrizzjonijiet tagħhom
għall-istock tal-kapital tal-Korporazzjoni qabel ma l-passiv kollu dovut lil kredituri
jkun tħallas jew ikun ġie provdut għalih u qabel il-Bord tal-Gvernaturi, b’vot ta’
maġġoranza tal-Gvernaturi li jeżerċitaw maġġoranza tal-voti kollha, ikun iddeċieda
li jagħmel dak it-tqassim.
(ċ) Bla ħsara għal dak li ntqal qabel, il-Korporazzjoni għandha tqassam l-attiv
tal-Korporazzjoni lill-membri pro rata fil-proporzjon ta’ l-istock tal-kapital miżmum
minnhom, suġġett, fil-każ ta’ kull membru, li qabel issir il-likwidazzjoni tat-talbiet
pendenti kollha li l-Korporazzjoni jkollha kontra dak il-membru. Dak it-tqassim isir
f’dawk iż-żminijiet, f’dawk il-flejjes, u fi flus jew attiv ieħor li l-Korporazzjoni
jidhrilha xieraq u ġust. L-azzjonijiet imqassma lid-diversi membri m’hemmx
għalfejn ikunu uniformi dwar ix-xorta ta’ attiv imqassam jew il-flejjes li bihom
ikunu espressi.
(d) Kull membru li jirċievi attiv imqassam mill-Korporazzjoni skond dan l-
Artikolu jgawdi l-istess drittijiet dwar dak l-attiv kif il-Korporazzjoni kienet tgawdi
qabel ma tqassam.
Sezzjoni VI
Status, Immunitajiet u Privileġġi 
ARTIKOLU 1. Għanijiet tas-Sezzjoni
Sabiex il-Korporazzjoni tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet mogħtija lilha, l-istatus,
l-immunitajiet u l-privileġġi provduti f’din is-Sezzjoni għandhom jingħataw lill-
Korporazzjoni fit-territorji ta’ kull membru.
ARTIKOLU 2. Status tal-Korporazzjoni
Il-Korporazzjoni jkollha l-personalità ġuridika sħiħa u, b’mod partikolari, il-
kapaċità
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
54      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
(i) li tikkuntratta;
(ii) li takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli;
(iii) li tibda proċeduri legali.
ARTIKOLU 3. Qagħda tal-Korporazzjoni dwar Proċeduri Ġudizzjarji
Tista’ tinġieb azzjoni kontra l-Korporazzjoni biss f’qorti ta’ ġurisdizzjoni
kompetenti fit-territorji ta’ membru li fihom il-Korporazzjoni jkollha uffiċċju, tkun
innominat aġent li jkun jista’ jirċievi notifika jew avviż tal-proċedimenti, jew li
fihom tkun ħarġet jew iggarantiet titoli. Ebda azzjoni ma għandha, iżda, tinġieb minn
membri jew persuni li jaġixxu għal jew li jirċievu talbiet mingħand membri. Il-
proprjetà u l-attiv tal-Korporazzjoni, ikunu fejn ikunu qegħdin u jkunu miżmumin
minn min ikun, ikunu immuni minn kull xorta ta’ qbid, mandat jew esekuzzjoni
qabel ma tingħata s-sentenza finali kontra l-Korporazzjoni.
ARTIKOLU 4. Immunità ta’ Attiv minn Qbid
Il-proprjetà u l-attiv tal-Korporazzjoni, ikunu fejn ikunu qegħdin u jkunu
miżmumin minn min ikun, ikunu immuni minn tfittix, rekwiżizzjoni, konfiska,
esproprjazzjoni jew xort’oħra ta’ qbid b’azzjoni esekuttiva jew leġislattiva. 
ARTIKOLU 5. Immunità ta’ Arkivji
L-arkivji tal-Korporazzjoni jkunu invjolabbli. 
ARTIKOLU 6. Ħelsien ta’ Attiv minn Restrizzjonijiet
Safejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-operazzjonijiet provdut għalihom f’dan il-
Ftehim u bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-Sezzjoni III, Artikolu 5, u tad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim, il-proprjetà kollha u l-attiv kollu tal-
Korporazzjoni jkunu ħielsa minn restrizzjonijiet, regolamenti, kontrolli u moratoria
ta’ kull xorta.
ARTIKOLU 7. Privileġġi għal Komunikazzjonijiet
Il-komunikazzjonijiet uffiċjali tal-Korporazzjoni jingħataw minn kull membru l-
istess trattament li jagħti lill-komunikazzjonijiet uffiċjali ta’ membri oħra. 
ARTIKOLU 8. Immunitajiet u Privileġġi ta’ Uffiċjali u Impjegati
Il-Gvernaturi, id-Diretturi, l-Alternati, l-uffiċjali u l-impjegati kollha tal-
Korporazzjoni:
(i) ikunu immuni minn proċedimenti legali dwar l-egħmil tagħhom fil-
kariga uffiċjali tagħhom;
(ii) li ma jkunux nazzjonali lokali, jingħataw l-istess immunitajiet minn
restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni, ħtiġijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ barranin u minn
obbligi ta’ servizz nazzjonali u jingħataw l-istess faċilitajiet dwar restrizzjonijiet fuq
il-kambju kif jingħataw minn membri lil rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta’ l-
istess grad ta’ membri oħra;
(iii) jingħataw l-istess trattament dwar faċilitajiet ta’ vjaġġar kif jingħata
minn membri lil rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta’ l-istes grad ta’ membri oħra. 
ARTIKOLU 9. Immunitajiet minn Taxxi
(a) Il-Korporazzjoni, l-attiv, il-proprjetà, l-introjtu u l-operazzjonijiet tagħha u
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
t-transazzjonijiet awtorizzati b’dan il-Ftehim, ikunu immuni minn kull taxxa u minn
kull dazji ta’ importazzjoni. Il-Korporazzjoni tkun ukoll immuna mill-obbligu għall-
ġbir jew ħlas ta’ kull taxxa jew dazju.
(b) Ebda taxxa ma għandha tinġabar dwar salarji u emolumenti mħallsa mill-
Korporazzjoni lil Diretturi, Alternati, uffiċjali jew impjegati tal-Korporazzjoni li ma
jkunux ċittadini lokali, sudditi lokali, jew nazzjonali oħra lokali.
(ċ) Ma għandha tinġabar ebda taxxa ta’ liema xorta tkun fuq xi obbligazzjoni
jew titolu maħruġ mill-Korporazzjoni (inkluż kull dividend jew imgħax fuqu) ikun
miżmum minn min ikun:
(i) li tiddistingwi kontra dik l-obbligazzjoni jew dak it-titolu minħabba biss
li jkun maħruġ mill-Korporazzjoni; jew
(ii) jekk l-uniku bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dik it-taxxa jkun il-post jew il-
flus li fihom ikun maħruġ, jistgħu jitħallsu jew tħallsu, jew il-lokal ta’ xi uffiċċju
jew post tan-negozju miżmum mill-Korporazzjoni.
(d) Ma għandha tinġabar ebda taxxa ta’ liema xorta tkun fuq xi obbligazzjoni
jew titolu garantit mill-Korporazzjoni (inkluż kull dividend jew imgħax fuqu) ikun
miżmum minn min ikun:
(i) li tiddistingwi kontra dik l-obbligazzjoni jew dak it-titolu minħabba biss
li jkun garantit mill-Korporazzjoni; jew
(ii) jekk l-uniku bażi ta’ ġurisdizzjoni għal dik it-taxxa jkun il-lokal ta’ xi
uffiċċju jew post tan-negozju miżmum mill-Korporazzjoni.
ARTIKOLU 10. Applikazzjoni tas-Sezzjoni
Kull membru għandu jagħmel dak kollu li hu meħtieġ fit-territorji tiegħu stess
sabiex iġib fis-seħħ skond il-liġi tiegħu stess il-prinċipji stabbiliti f’din is-Sezzjoni u
għandu jgħarraf lill-Korporazzjoni b’dak li jkun għamel bid-dettalji.
ARTIKOLU 11. Tneħħija ta’ Privileġġi
Il-Korporazzjoni tista’ fid-diskrezzjoni tagħha tneħħi kull privileġġ u immunità
mogħtija b’din is-Sezzjoni sa dak il-limitu u taħt dawk il-kondizzjonijiet li tista’
tiddeċiedi.
Sezzjoni VII 
Emendi 
(a) Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat b’vot ta’ tlieta minn ħamsa tal-Gvernaturi
li jeżerċitaw erbgħa minn ħamsa tal-voti kollha.
(b) B’dak kollu li jinsab fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq, il-vot affermattiv tal-
Gvernaturi kollha jkun meħtieġ fil-każ ta’ xi emenda li timmodifika:
(i) id-dritt ta’ irtir mill-Korporazzjoni kif provdut fis-Sezzjoni V, Artikolu
1; 
(ii) id-dritt għal preċedenza fix-xiri żgurat bis-Sezzjoni II, Artikolu 2(d);
(iii) il-limitazzjoni ta’ responsabbiltà kif provdut fis-Sezzjoni II, Artikolu 4. 
(ċ) Kull proposta biex jiġi emendat dan il-Ftehim, kemm jekk tiġi minn
membru, Gvernatur jew mill-Bord tad-Diretturi, għandha tintbagħat liċ-Chairman
tal-Bord tal-Gvernaturi li għandu jressaq il-proposta quddiem il-Bord tal-Gvernaturi.
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
56      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
Meta emenda tiġi adottata kif imiss, il-Korporazzjoni għandha hekk tiċċertifika
b’komunikazzjoni formali indirizzata lill-membri kollha. L-emendi jibdew iseħħu
għall-membri kollha tliet xhur wara d-data tal-komunikazzjoni formali sakemm ma
jiġix speċifikat perijodu aqsar mill-Bord tal-Gvernaturi.
Sezzjoni VIII
Interpretazzjoni u Arbitraġġ
(a) Kull kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li
tinqala’ bejn xi membru u l-Korporazzjoni jew bejn xi membri tal-Korporazzjoni
għandha tintbagħat lill-Bord tad-Diretturi għad-deċiżjoni tagħhom. Jekk il-kwistjoni
partikolarment tolqot lil xi membru tal-Korporazzjoni li ma jkollux dritt jinnomina
Direttur Esekuttiv tal-Bank, dak il-membru jkollu dritt li jiġi rappreżentat skond is-
Sezzjoni IV, Artikolu 4(g).
(b) F’kull każ meta l-Bord tad-Diretturi jagħti deċiżjoni skond il-paragrafu (a)
ta’ hawn fuq, kull membru jista’ jitlob li l-kwistjoni tintbagħat lill-Bord tal-
Gvernaturi, u d-deċiżjoni tagħhom tkun finali. Sakemm tiġi deċiża l-kwistjoni
mibgħuta lill-Bord tal-Gvernaturi, il-Korporazzjoni tista’, sakemm jidhrilha
meħtieġ, taġixxi fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi.
(ċ) Kull meta jkun hemm nuqqas ta’ ftehim bejn il-Korporazzjoni u pajjiż li ma
jkunx baqa’ membru, jew bejn il-Korporazzjoni u xi membru waqt is-sospensjoni
permanenti tal-Korporazzjoni, dak in-nuqqas ta’ ftehim għandu jintbagħat għall-
arbitraġġ minn tribunal ta’ tliet arbitri, wieħed maħtur mill-Korporazzjoni, ieħor
mill-pajjiż li jkollu x’jaqsam u umpire li, sakemm il-partijiet ma jiftehmux
xort’oħra, jiġi nominat mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Internazzjonali, jew
minn dik l-awtorità l-oħra kif jista’ jkun ġie preskritt b’regolament adottat mill-
Korporazzjoni. L-umpire ikollu s-setgħa kollha li jaqta’ l-kwistjonijiet ta’ proċedura
f’kull każ meta l-partijiet ma jkunux jaqblu dwarhom.
Sezzjoni IX 
Disposizzjonijiet Finali 
ARTIKOLU 1. Bidu fis-seħħ
Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ meta jkun ġie iffirmat f’isem mhux inqas minn
30 gvern li s-sottoskrizzjonijiet tagħhom ikunu jlaħħqu mhux inqas minn 75 fil-mija
tas-sottoskrizzjonijiet kollha murija fl-Iskeda A u meta jkunu ġew depożitati
f’isimhom l-atti msemmija fl-Artikolu 2(a) ta’ din is-Sezzjoni, iżda f’ebda każ ma
għandu dan il-Ftehim jibda jseħħ qabel l-1 ta’ Ottubru, 1955.
ARTIKOLU 2. Firmar
(a) Kull gvern li f’ismu jiġi ffirmat dan il-Ftehim għandu jiddepożita mal-Bank
att li juri li hu jkun aċċetta dan il-Ftehim mingħajr riżerva skond il-liġi tiegħu u li
jkun għamel dak kollu li hu meħtieġ sabiex iwettaq l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu
skond dan il-Ftehim.
(b) Kull gvern isir membru tal-Korporazzjoni mid-data tad-depożitu f’ismu ta’
l-att imsemmi fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq iżda ebda gvern ma jsir membru qabel
ma jibda jseħħ dan il-Ftehim skond l-Artikolu 1 ta’ din is-Sezzjoni.
(ċ) Dan il-Ftehim għandu jibqa’ miftuħ għall-firma sa għeluq il-ħin tax-xogħol
  DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJONALI ġ KAP.235
tal-31 ta’ Diċembru, 1956, fl-uffiċċju prinċipali tal-Bank għall-gvernijiet tal-pajjiżi
li isimhom jidher fl-Iskeda A.
(d) Wara li dan il-Ftehim ikun beda jseħħ, jibqa’ miftuħ għall-firma tal-gvern
ta’ kull pajjiż li jkun ġie approvat bħala membru skond is-Sezzjoni II, Artikolu 1(b). 
ARTIKOLU 3. Inawgurazzjoni tal-Korporazzjoni
(a) Kif dan il-Ftehim jibda jseħħ skond l-Artikolu l ta’ din is-Sezzjoni ċ-
Chairman tal-Bord tad-Diretturi għandu jsejjaħ laqgħa tal-Bord tad-Diretturi.
(b) Il-Korporazzjoni għandha tibda l-operazzjonijiet fid-data li fiha ssir dik l-
ewwel laqgħa.
(ċ) Sakemm issir l-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi, il-Bord tad-Diretturi
jista’ jeżerċita s-setgħat kollha tal-Bord tal-Gvernaturi ħlief dawk riżervati għall-
Bord tal-Gvernaturi skond dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Washington, f’kopja waħda li tibqa’ depożitata fl-arkivji tal-Bank
Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp, li wera bil-firma tiegħu hawn taħt li
jaċċetta li jkun depożitarju ta’ dan il-Ftehim u li jinnotifika l-gvernijiet kollha li
isimhom jidher fl-Iskeda A bid-data meta dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ skond is-
Sezzjoni IX, Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim.
SKEDA A 
SOTTOSKRIZZJONIJIET GĦALL-ISTOCK TAL-KAPITAL
TAL-KORPORAZZJON1 INTERNAZZJONALI GĦALL-FINANZJAMENT 
Pajjiż Numru ta’ 
Azzjonijiet
Ammont 
(f'’dollari 
ta’ l-Istati 
Uniti)
Pajjiż Numru ta’ 
Azzjonijiet
Ammont 
(f’'dollari ta’ 
l-Istati Uniti)
Awstralja 2,215 2,215,000 Indoneżja  1,218 1,218,000
Awstrija 554 554,000 Iran 372 372,000
Belġju 2,492 2,492,000 Iraq 67 67,000
Bolivja 78 78,000 Iżrael 50 50,000
Brażil  1,163 1,163,000 Italja 1,994 1,994,000
Burma 166 166,000 Ġapan 2,769 2,769,000
Kanada 3,600 3,600,000 Ġordan 33 33,000
Ceylon 166 166,000 Lebanon 50 50,000
Ċili  388 388,000 Lussemburgu 111 111,000
Ċina 6,646 6,646,000 Messiku 720 720,000
Kolumbja 388 388,000 Olanda 3,046 3,046,000
Costa Rica 22 22,000 Nikaragwa 9 9,000
Kuba 388 388,000 Norveġja  554 554,000
      DĦUL TA’ MALTA BĦALA MEMBRU TA’ 
58      KAP. 235.ħ   ORGANIZZAZZJONIJIET FINANZJARJI INTERNAZZJON-
Danimarka 753 753,000 Pakistan 1,108 1,108,000
Repubblika Panama 2 2,000
Dominikana 22 22,000 Paragwaj  16 16,000
Ekwador 35 35,000 Peru 194 194,000
Eġittu 590 590,000 Filippini  166 166,000
El Salvador 11 11,000 Svezja 1,108 1,108,000
Etjopja  33 33,000 Sirja 72 72,000
Finlandja 421 421,000 Tajlandja 139 139,000
Franza 5,815 5,815,000 Turkija 476 476,000
Ġermanja 3,655 3,655,000 Unjoni tas-
Greċja 277 277,000 Sud Afrika 1,108 1,108,000
Gwatemala 22 22,000 Renju Unit 14,400 14,400,000
Haiti 22 22,000 Stati Uniti 35,168 35,168,000
Honduras 11 11,000 Urugwaj 116 116,000
Iżlanda 11 11,000 Venezwela 116 116,000
Indja 4,431 4,431,000 Jugożlavja 443  443,000
Total 100,000 $100,000,000
