 KONSERVAZZJONITA’ĦAMRIJAGĦAMMIELA ġKAP.  236.   1
KAPITOLU 236
ATT DWAR IL-KONSERVAZZJONI TA’ 
ĦAMRIJA GĦAMMIELA
Biex jipprovdi għall-Konservazzjoni ta’ Ħamrija Għammiela.
(1 ta’ Awissu, 1973)*
Sar liġi bl-ATT XXIX ta’ l-1973.
Titolu fil-qosor.
Ħamrija Għammiela.
Tifsir.
xort’oħra - 
"biedja" tfisser it-tkabbir ta’ prodotti tal-biedja u ta’ l-
ortikultura; 
"bini" tfisser kull dar, kamra, razzett, maħżen, jew xi struttura
oħra, jew parti minnhom, u tinkludi kull triq, bitħa, wesgħa,
playingfield jew xi spazju magħluq ieħor li ma jkunx użat għall-
biedja;
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u kull uffiċjal ieħor
tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, imqabbad minnu;
"ħamrija għammiela" tfisser ħamrija li, fil-fehma tad-Direttur,
tkun tajba jew tista’ ssir tajba għal finijiet tal-biedja;
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni;
"sid" tfisser kull persuna li għaliha jew fl-interess tagħha jkun
ser jinbena jew qiegħed jinbena xi bini, u tinkludi, fil-każ ta’
persuna nieqsa minn Malta jew ta’ persuna li tkun taħt l-età jew li
tkun inkapaċi skond il-liġi, ir-rappreżentanti legali ta’ dik il-
persuna;
"spettur" tfisser kull uffiċjal pubbliku li jkun maħtur mill-
Ministru responsabbli għall-agrikoltura, sew b’mod ġenerali sew
b’mod partikolari, u kemm jekk ikun fid-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura u kemm jekk le, biex jeżamina xi ħamrija għammiela,
jew biex jaqdi dawk id-dmirijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan l-
Att.
Preservazzjoni ta’ 
ħamrija 
għammiela.
3. (1) Ebda persuna ma tista’- 
(a) iġġorr ħamrija għammiela f’xi post għal xi għan ikun li
jkun fi kwantitajiet ikbar minn nofs metru kubu f’kull
okkażjoni waħda, mingħajr ma tkun kisbet minn qabel
il-permess bil-miktub tad-Direttur;
(b) tagħmel xi ħamrija għammiela mhux tajba għall-
agrikoltura billi tħallatha ma’ ġebel jew b’xi mezz
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat li ġie
imħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
 2      KAP. 236.ħ    KONSERVAZZJONITA’ĦAMRIJAGĦAMMIELA
ieħor; 
(ċ) tgħatti xi ħamrija għammiela b’xi saff ta’ konkos,
ġebel, ċnagen, jew b’xi materjal ieħor simili, jekk ma
jkunx meqjus bħala meħtieġ għal jew dwar l-
agrikoltura mid-Direttur jew mill-ispettur;
(d) tiddepożita fuq ħamrija għammiela, jew tħalli fuq
ħamrija għammiela wara avviż bil-miktub għat-
tneħħija mogħti mid-Direttur, xi oġġett jew oġġetti li
jkollhom area ta’ iktar minn żewġ metri kwadri għal
żmien ta’ aktar minn tletin ġurnata; jew
(e) tiddepożita, jew tħalli depożitata, xi ħamrija
għammiela b’dak il-mod li d-Direttur ikun avża bil-
miktub lil dik il-persuna bħala mhux tajjeb biex tiġi
użata għall-agrikoltura.
(2) Kull avviż li huwa meħtieġ li jingħata skond il-paragrafi (d)
u (e) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jiġi mħares fi
żmien tletin ġurnata mid-data tan-notifika tiegħu bil-posta
reġistrata.
Xogħol ta’ bini.  4. Ebda persuna ma tista’ ttella’, jew iġġiegħel jew
tippermetti jew tħalli li jitla’, xi bini, jew xi parti mill-pedament ta’
xi bini, qabel ma tagħti avviż bil-miktub ta’ tmienja u erbgħin
siegħa fuq il-formula preskritta permezz tal-posta reġistrata lid-
Direttur, u qabel ma tkun ġarret għas-spejjeż tagħha stess il-ħamrija
għammiela kollha li jkun hemm fuq l-art fejn ikun ġej il-bini, għal
xi art proprjetà tagħha jew għal xi art oħra kif muri mid-Direttur, u,
f’kull każ, il-ħamrija tkun depożitata b’dak il-mod kif approvat
mill-imsemmi Direttur, liema approvazzjoni trid tingħata fi żmien
għaxart ijiem tax-xogħol.
Avviż. 5. (1) L-avviż imsemmi fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att jitqies li
jkun null u mingħajr effett jekk - 
(a) ma jkollux miegħu pjanta ta’ l-art li turi sewwa l-art li
tkun; jew
(b) ma jkunx mimli għal kollox; jew 
(ċ) ikun fih informazzjoni falza; jew
(d) ma jkunx iffirmat mis-sid jew mill-perit inkarigat mix-
xogħlijiet.
(2) Meta l-ħamrija għammiela li tkun se tinġarr skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att ma tinġarrx sa ma
jgħaddu sitt xhur mid-data ta’ l-avviż, ikollu jingħata avviż ġdid.
Setgħa tad-Direttur 
u ta’ spettur li 
jidħol fuq artijiet. 
6. Id-Direttur jew kull spettur ikun jista’ jidħol fuq kull art
fejn fuqha jkun qed isir xi bini, jew li fuqha jkun se jsir xi bini,
sabiex jara li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu qed jiġu mħarsa
jew ikunu ġew imħarsa.
Tfixkil. 7. Ebda persuna ma tista’ tfixkel, tirreżisti jew ittellef lid-
Direttur jew lil xi spettur fl-eżerċizzju leġittimu tas-setgħat jew
dmirijiet tiegħu skond dan l-Att.
 KONSERVAZZJONITA’ĦAMRIJAGĦAMMIELA ġKAP.  236.   3
Regolamenti.
jagħmel regolamenti sabiex jinforza d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
(2) Ir-regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu għandhom
jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun
malajr wara li jsiru u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara
li hekk jitqiegħdu, il-Kamra tirrisolvi li jiġu annullati jew
emendati, dawn għandhom minnufih jieqfu mis-seħħ jew jiġu hekk
emendati, skond il-każ, iżda bla ħsara għall-validità ta’ kull ħaġa li
tkun saret qabel bis-saħħa tagħhom jew għall-egħmil ta’
regolamenti ġodda.
Pieni. 
tħares, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, jew li tgħin lil xi persuna oħra li
tagħmel hekk, tkun ħatja ta’ reat, u teħel, meta tinsab ħatja, multa
ta’ mhux inqas minn għoxrin lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt
lira fil-każ ta’ l-ewwel reat skond dan l-artikolu, u, fil-każ tat-tieni
reat jew reati sussegwenti, multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira
iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Reati minn korp ta’ 
persuni.
10. Meta reat isir minn għaqda jew korp ta’ persuni, kull
persuna li, fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-reat, kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dik l-għaqda jew korp ta’
persuni, jew kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-kariga, tkun ħatja
ta’ dak ir-reat jekk ma tippruvax li r-reat ikun sar mingħajr it-
tagħrif tagħha u li tkun eżerċitat id-diliġenza xierqa kollha biex jiġi
evitat l-egħmil tar-reat.
