          REFERENDIġ K AP.  237.    1
KAPITOLU 237
ATT DWAR IR-REFERENDI 
Biex jipprovdi li jsiru referendi.
20 ta’ Lulju, 1973
L-ATT XXXIII ta’ l-1973, kif emendat bl-Atti XXXV u LVIII ta’ l-1974, XI ta’ l-1975, VIII
ta’ l-1996 u XIX ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I  Preliminari  1-2
Taqsima II  Għan, Xorta u Data ta’ Referendum  3-5
Taqsima III  Distretti ta’ Votazzjoni u Avviżi u Awtoritajiet 
tal-Votazzjoni  6-10 
Taqsima IV  Persuni li jkollhom dritt jivvotaw  11-12
Taqsima V  Referendi Abrogattivi  13-20
Taqsima VI  Disposizzjonijiet Mixxellanji u Penali  21-22
SKEDI 
L-Ewwel Skeda  Dikjarazzjoni għaż-Żamma ta’ Referendum
It-Tieni Skeda  Disposizzjonijiet speċifiċi li jieħdu prijorità  fuq l-Att dwar
L-Elezzjonijiet Ġenerali
  2      KAP. 237. ħ       REFERENDI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar ir-Referendi.
Tifsir. 
Emendat: 
XI. 1975.2;
VIII. 1996.2;
XIX. 2002.4.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"distrett elettorali" għandha l-istess tifsir kif għandha għall-
finijiet ta’ l-elezzjoni ta’ membri tal-Kamra;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati; 
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta; 
"kummissjonarji" tfisser il-membri tal-Kummissjoni Elettorali; 
"Kummissjoni Elettorali" tfisser il-Kummissjoni Elettorali
mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
Kap. 102.
Kap. 354.
"Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni" tfisser l-artikoli 41 sa
62 ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni, li hemm ukoll
riprodotta bħala l-Erbatax-il Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar l-
Elezzjonijiet Ġenerali;
"referendum" tinkludi referendum skond dan l-Att u referendum
skond il-Kostituzzjoni;
"referendum skond dan l-Att" tfisser referendum li jsir għal xi
għan kif jingħad fl-artikolu 3(1);
"referendum skond il-Kostituzzjoni" tfisser referendum li jsir
għall-finijiet ta’ l-artikolu 66(3) tal-Kostituzzjoni;
"writ" tfisser ir-writ maħruġ skond l-artikolu 9.
TAQSIMA II
GĦAN, XORTA U DATA TA’ REFERENDUM
Għanijiet tar-
referendi.
Emendat:
VIII. 1996.3.
3. (1) Persuni li jkollhom dritt li jivvotaw f’referendum
skond dan l-Att jiġu mitluba biex jiddikjaraw:
(a) jekk japprovawx proposti murija f’riżoluzzjoni li tkun
għaddiet għal dak l-għan mill-Kamra u pubblikati fil-
Gazzetta; jew
(b) jekk jaqblux li xi disposizzjoni tal-liġi għandha tiġi
abrogata skond id-disposizzjonijiet tat-Taqsima V ta’
dan l-Att;
skond il-każ.
(2) Persuni li jkollhom dritt li jivvotaw f’referendum skond il-
Kostituzzjoni jiġu mitluba biex jiddikjaraw jekk japprovawx
          REFERENDIġ K AP.  237.    3
abbozz għal Att tal-Parlament imqiegħed quddiemhom għall-
finijiet ta’ l-artikolu 66(3) tal-Kostituzzjoni.
Xorta tar-referendi. 
Emendat:
XIX. 2002.5.
4. (1) Kull referendum ikun komuni, ugwali, sigriet u liberu. 
(2) Il-mistoqsija jew il-mistoqsijiet li għandhom isiru lil dawk
li jkollhom dritt jivvotaw ikunu magħmula b’mod li jkunu jistgħu
jitwieġbu b’iva jew b’le; u l-polza tal-votazzjoni li fuqha għandu
jiġi reġistrat il-vot għandha tkun f’dik il-forma li kull mistoqsija
bħal dik tkun tista’ tiġi hekk imwieġba.
(3) L-ispazju fil-polza tal-votazzjoni fejn għandu jiġi reġistrat
vot għandu jkollu bordura ikkulurita: il-bordura ta’ l-ispazju fejn
għandu jiġi reġistrat vot affermattiv għandha tkun f’kulur
partikolari u l-bordura ta’ l-ispazju fejn għandu jiġi reġistrat vot
negattiv għandha tkun kulur ieħor.
(4) Meta l-votanti jkunu mitluba li jivvotaw għal aktar minn
mistoqsija waħda fl-istess referendum, il-partijiet tal-polza tal-
votazzjoni li jirriferixxu għal kull mistoqsija separata għandhom
ikunu stampati b’kulur differenti minn dak li bih ikunu stampati l-
partijiet l-oħra tal-polza tal-votazzjoni.
(5) Il-forma tal-polza tal-votazzjoni tkun dik approvata mill-
Kummissjoni Elettorali.
Ġurnata ta’ 
referendum. 
Emendat:
LVIII. 1974.68. 
Sostitwit:
XIX. 2002.6.
5. Il-ġurnata ta’ referendum tiġi stabbilita mill-President ta’
Malta, hekk iżda illi għandhom jgħaddu għallanqas ħames ġimgħat
bejn il-pubblikazzjoni tar-writ u d-data tal-votazzjoni.
TAQSIMA III
DISTRETTI TA’ VOTAZZJONI U AVVIŻI U AWTORITAJIET 
TAL-VOTAZZJONI
Distrett ta’ 
votazzjoni.
6. (1) Għall-finijiet ta’ kull referendum għandu jkun hemm
distrett ta’ votazzjoni wieħed.
(2) Kemm-il darba l-Kamra ma tirriżolvix xort’oħra, Malta
kollha tkun distrett ta’ votazzjoni wieħed. Meta l-Kamra tirriżolvi
li l-mistoqsija għandha ssir biss lil votanti reġistrati f’xi wieħed
jew aktar mid-distretti elettorali, dak id-distrett jew dawk id-
distretti jkunu jifformaw id-distrett ta’ votazzjoni.
Il-Kummissjoni 
Elettorali tkun l-
awtorità  tal- 
votazzjoni.
7. Kull referendum ikun immexxi u jkun suġġett għad-
direzzjoni u s-sorveljanza tal-Kummissjoni Elettorali.
Setgħat tal-
Kummissjoni 
Elettorali. 
8. Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet tagħhom
skond dan l-Att il-Kummissjoni Elettorali u l-kummissjonarji
jkollhom l-istess setgħat, privileġġi u immunitajiet kif għandhom
fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom dwar it-tmexxija ta’ l-
elezzjoni ta’ membri tal-Kamra.
  4      KAP. 237. ħ       REFERENDI
Avviż tal-ġurnata 
ta’ referendum. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68. 
9. (1) Kull meta jkun se jsir referendum, avviż tiegħu u tal-
ġurnata stabbilita mill-President ta’ Malta għar-referendum għandu
jingħata lill-kummissjonarji b’writ iffirmat mill-President ta’
Malta.
(2) Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali għandu jieħu ħsieb
li r-writ jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
Tmexxija ta’ 
referendi.
Sostitwit:
XIX. 2002.7.
Kap. 354.
Kap. 102.
10. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra fit-Tieni Skeda, id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u ta’ l-
Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni għandhom jgħoddu għat-
tmexxija ta’ referendi.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali tista’, minn żmien għal żmien,
toħroġ direttivi li jfissru, kif ikun meħtieġ, id-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar
il-Votazzjoni fl-applikazzjoni tagħhom għal referendi taħt dan l-
Att. Dawn id-direttivi għandhom jiġu ppubblikati fil-Gazzetta
kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu ħarġu:
Iżda kull direttiva hekk maħruġa għandha tidħol fis-seħħ
minnufih anke jekk tkun għadha mhux pubblikata.
TAQSIMA IV
PERSUNI LI IKOLLHOM DRITT JIVVOTAW
Persuni li jkollhom 
dritt jivvotaw. 
Sostitwit: 
XI. 1975.3.
Emendat:
XIX. 2002.2, 8.
11. Il-persuni kollha li, fid-data tal-pubblikazzjoni tar-writ li
għalih jirreferexxi r-referendum, ikollhom dritt jivvotaw għall-
elezzjoni ta’ membri tal-Kamra jkollhom dritt li jivvotaw f’dak ir-
referendum:
Iżda, meta f’referendum skond dan l-Att, il-Kamra tkun
irriżolviet li l-mistoqsija għandha ssir biss lill-votanti ta’ wieħed
jew aktar mid-distretti elettorali, il-persuni li jkollhom dritt
jivvotaw f’referendum fuq dik il-mistoqsija jkunu dawk l-persuni
biss li jkollhom dritt li jivvotaw f’dak id-distrett jew f’dawk id-
distretti, skond il-każ.
Vot wieħed għal 
kull votant. 
Emendat:
XIX. 2002.2.
12. Kull persuna li jkollha d-dritt li tivvota f’referendum
ikollha vot wieħed biss.
Miżjuda:
VIII. 1996.5.
Emendata:
XIX. 2002.2.
TAQSIMA V 
REFERENDI ABROGATTIVI
Liġijiet li jistgħu 
jiġu abrogati 
b’referendi.
Emendat:
XIX. 2002.2.
13. (1) Kull disposizzjoni ta’ xi liġi, sew jekk din tkun saret
qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta’ din it-Taqsima, u li ma tkunx
ġiet elenkata fis-subartikolu (2), għandu jkollha seħħ jew tkompli
jkollha seħħ skond id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att.
          REFERENDIġ K AP.  237.    5
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma
għandhomx ikunu japplikaw għal dan l-artikolu u għal dawn il-
liġijiet li ġejjin:
(a) il-Kostituzzjoni u kull regolament li jsir bis-saħħa ta’
xi disposizzjoni tagħħa;
Kap. 319.
(ċ) kull liġi li tipprovdi dwar dak li hemm imsemmi fl-
artikolu 56(8)(a), (b) jew (ċ) tal-Kostituzzjoni;
Kap. 249.
Kap. 354.
(f) kull leġislazzjoni fiskali;
(g) kull leġislazzjoni li tagħti seħħ lil xi obbligazzjoni
derivanti minn trattat li jkollha sehem fih Malta; u
Kap. 363.
Lokali, kull bye-law magħmula minn xi kunsill lokali
taħt dak l-Att.
(3) Għall-għan ta’ dan l-artikolu, liġi tfisser Att tal-Parlament u
kull Att mgħoddi mill-Leġislatura ta’ Malta u tinkludi kull Kodiċi,
Ordinanza, Proklama, Ordni, Regola, Regolament, Bye-law, Avviż
jew istrument legali ieħor li jkun iseħħ bħala liġi f’Malta.
L-eletturi jistgħu 
jitolbu referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
14. (1) Għadd ta’ persuni reġistrati bħala eletturi għall-
elezzjoni ta’ membri fil-Kamra tad-Deputati, li ma għandux ikun
inqas minn għaxra fil-mija mill-għadd totali ta’ persuni reġistrati
bħala eletturi hekk kif jidhru fir-Reġistru Elettorali rivedut l-aħħar
ippublikat qabel il-konsenja tad-dikjarazzjoni skond ma hemm fis-
subartikolu (2), jistgħu jitolbu, billi jiffirmaw id-dikjarazzjoni li
hemm fil-formula murija fl-Ewwel Skeda, illi ssir il-mistoqsija lil
kull min jkollu jedd li jivvota f’referendum skond dan l-Att, jekk
għandhomx jibqgħu jseħħu xi disposizzjoni jew għadd ta’
disposizzjonijiet ta’ xi liġi li din it-Taqsima tapplika għaliha.
(2) Id-dikjarazzjoni li ssir skond is-subartikolu (1) għandha
tintbagħat lill-Kummissjoni Elettorali li għandha tiżgura jekk l-
għadd ta’ eletturi li jkun meħtieġ skond is-subartikolu (1) ikunx
iffirma d-dikjarazzjoni.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali għandha fi żmien ħmistax-il jum
mill-konsenja tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1)
tiżgura xi jkun l-għadd ta’ persuni, kwalifikati skond ma hemm fis-
subartikolu (1), li jkunu ffirmaw id-dikjarazzjoni, u għandha matul
iż-żmien imsemmi ta’ ħmistax-il jum tiddepożita dawk id-
dikjarazzjonijiet permezz ta’ nota fir-reġistru tal-Qorti
Kostituzzjonali, li biha tiddikjara x’ikun l-għadd ta’ firem validi li
jinqraw mid-dikjarazzjoni, kif ukoll l-għadd ta’ firem invalidi u
għaliex dawn ikunu invalidi, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tkun
tindika jekk l-għadd ta’ persuni meħtieġa skond is-subartikolu (1)
ikunx iffirma d-dikjarazzjoni.
(4) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali dwar l-għadd ta’
persuni li jkunu ffirmaw validament id-dikjarazzjoni għandha tkun
waħda finali u konklużiva.
  6      KAP. 237. ħ       REFERENDI
(5) Il-Qorti Kostituzzjonali għandha permezz tar-Reġistratur
tagħha u mhux aktar tard minn jumejn wara d-depożitu msemmi
fis-subartikolu (3), tara li jiġi ppubblikat avviż fil-Gazzetta li jkun
fih id-data meta d-dikjarazzjoni tkun ġiet ippreżentata fir-reġistru
ta’ dik il-qorti, id-disposizzjonijiet tal-liġijiet li tkun intalbet li ssir
il-mistoqsija dwarhom f’referendum skond din it-Taqsima fuq jekk
għandhomx dawn jibqgħu fis-seħħ, u l-għadd ta’ persuni skond kif
jiġu ddikjarati mill-Kummissjoni Elettorali li jkunu validament
iffirmaw id-dikjarazzjoni.
Formula tad-
dikjarazzjoni.
Emendat:
XIX. 2002.2.
15. (1) Fuq id-dikarazzjoni msemmija fl-artikolu 14 għandu,
flimkien mal-firma ta’ kull elettur, jintwera n-numru tal-karta ta’ l-
identità  ta’ l-elettur li jkun qed jiffirma, l-indirizz tiegħu u d-
distrett elettorali li fih huwa jkun reġistrat bħala elettur.
(2) Dawk li jipproponu r-referendum, li ma jkunux inqas minn
ħamsa u mhux iktar minn għaxra, għandhom jiffirmaw id-
dikjarazzjoni qabel il-persuni l-oħra kollha filwaqt li jindikaw li
jkunu qegħdin jiffirmaw bħala proponenti.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali jkollha jedd tiżgura li l-persuni li
jkunu qegħdin attwalment jidhru bħala firmatarji fuq id-
dikjarazzjoni jkunu fil-fatt iffirmawha, u kull firma li tinstab li ma
tkunx intgħamlet mill-persuna li apparentement għamlitha għandha
tiġi skartata mill-Kummissjoni Elettorali.
L-eletturi jistgħu 
jopponu r-
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
16. (1) Kull persuna reġistrata bħala elettur għall-elezzjoni ta’
membri fil-Kamra tad-Deputati u l-Avukat Ġenerali f’isem il-
Gvern jistgħu fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż
imsemmi fl-artikolu 14, jippreżentaw rikors fir-reġistru tal-Qorti
Kostituzzjonali li bih jitolbu lil dik il-qorti tiddikjara li r-
referendum ma għandux isir minħabba filli -
(a) l-għadd ta’ persuni msemmija mill-Kummissjoni
Elettorali li jkunu validament iffirmaw id-
dikjarazzjoni jkun inqas minn dak stabbilit fl-artikolu
14(1); jew
(b) id-disposizzjoni tal-liġi msemmija fid-dikjarazzjoni
tkun waħda li għaliha ma jkunux japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att skond
l-artikolu 13(2); jew
Kap. 319.
(ċ) li kieku d-disposizzjonijiet tal-liġi msemmija fid-
dikjarazzjoni ma kellhomx jibqgħu japplikaw, il-liġi
kienet tkun inkompatibbli ma’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni jew ta’ l-Att dwar
il-Konvenzjoni Europea; jew
(d) iż-żmien stabbilit fl-artikolu 20(2) qabel ma jkunu
jistgħu jsiru d-dikjarazzjonijiet li jitolbu r-referendum
ma jkunx għadu skada meta dawk id-dikjarazzjonijiet
jkunu ġew ippreżentati għand il-Kummissjoni
Elettorali.
(2) Ħadd minn dawk il-persuni li jagħmlu rikors skond is-
subartikolu (1) ma għandu jeħtieġ li juri xi interess personali in
sostenn ta’ l-azzjoni tiegħu.
          REFERENDIġ K AP.  237.    7
(3) Applikazzjoni li ssir skond ma hemm fis-subartikolu (2)
għandha tiġi notifikata -
(a) lill-Prim Ministru;
(b) lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni;
(ċ) lill-proponenti tar-referendum;
(d) lil kull persuna oħra li tkun ippreżentat rikors skond
ma hemm fis-subartikolu (1) .
(4) Kull min jiġi notifikat b’rikors skond is-subartikolu (3)
ikollu jedd li jippreżenta risposta fir-reġistru tal-Qorti
Kostituzzjonali fi żmien xahar minn notifika li tkun saritlu, u dawk
ir-risposti għandhom jiġu notifikati lill-persuni msemmija fis-
subartikolu (3)(a) sa (d) fi żmien għaxart ijiem mill-preżentata.
(5) Għall-għan ta’ dan l-artikolu, n-notifika ssir billi d-
dokument li għandu jiġi notifikat jiġi konsenjat permezz ta’ posta
reġistrata, u għandha titqies li tkun hekk saret jumejn wara li d-
dokument ikun intbagħat bil-posta f’envelope li jkun indirizzat fil-
każ tal-Prim Ministru u tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni fl-uffiċċju ta’ l-
Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati, fil-każ tal-proponenti fl-indirizz
minnhom iddikjarat fid-dikjarazzjoni u fil-każ ta’ persuna li
tippreżenta rikors skond is-subartikolu (1), fl-indirizz muri fuq ir-
rikors.
Il-Qorti 
Kostituzzjonali 
taqta’ r-rikorsi.
Emendat:
XIX. 2002.2.
17. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara n-notifika tar-risposti
msemmija fl-artikolu 16(3), il-Qorti Kostituzzjonali għandha,
kemm-il darba din tikkonsidra li dak is-smigħ ma jkunx meħtieġ
bill sew ir-rikorsi sew ir-risposti jkunu ċari biżżejjed u ma jkunux
meħtieġa iktar sottomissjonijiet, tistabbilixxi data għas-smigħ ta’
sottomissjonijiet dwar ir-rikorsi li jkunu sarulha skond l-artikolu
16, u għandha tara li r-reġistratur jippublika avviż fil-Gazzetta li
fih jiddikjara l-post, il-ħin u d-data li fihom għandha ssir is-seduta.
(2) L-avviż imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jiġi ppubblikat
mhux iktar tard minn għaxart ijiem qabel id-data tas-seduta u mhux
iktar tard minn xahar wara s-servizz tar-risposti.
(3) Fid-data tas-seduta kull min jiġi nnotifikat b’risposta jkollu
jedd ikun preżenti u jagħmel sottomissjonijiet ulterjuri favur jew
kontra xi rikors li jkun sar skond l-artikolu 16. F’dawk is-
sottomissjonijiet il-Qorti Kostituzzjonali ma għndhiex tħalli li ssir
ebda ħaġa li tkun biss ripetizzjoni ta’ dak li jkun hemm fir-rikorsi u
fir-risposti.
(4) Il-Qorti Kostituzzjonali għandha tisma’ kull sottomissjoni
fil-jum stabbilit għas-seduta, u jekk ma’ jkunx hemm ħin biżżejjed
f’dik id-data, il-qorti għandha tħalli seduta għall-jum ta’ wara,
kemm-il darba ma jkunx xi Sibt, Ħadd jew vakanza pubblika, u
għandha tkompli tisma’ kull seduta sakemm ikunu saru s-
sottomissjonijiet kollha.
(5) Wara li jkunu saru s-sottomissjonijiet kollha skond is-
subartikolu (4), il-Qorti Kostituzzjonali għandha tħalli s-seduta
dwar dawk ir-rikorsi għal data mhux iktar tard minn xahar wara
meta mbagħad tagħti d-deċiżjoni tagħha.
  8      KAP. 237. ħ       REFERENDI
(6) Meta ma tkun ġiet stabbilita ebda data għas-smigħ ta’
sottomissjonijiet, il-Qorti Kostituzzjonali għandha fiż-żmien
imsemmi fis-subartikolu (2) tara li tiġi ppubblikata data li ma tkunx
iktar tard minn xahrejn wara d-data tan-notifika tar-risposti, meta
tgħaddi biex tagħti d-deċiżjoni tagħha.
(7) Fid-data stabbilita għall-għoti tad-deċiżjoni il-Qorti
Kostituzzjonali għandha tgħaddi biex tiddeċiedi jekk tkunx teżisti
xi waħda mir-raġunijiet biex ma jsirx ir-referendum u jekk ma tkun
teżisti ebda raġuni bħal dik il-qorti għandha tagħti digriet li r-
referendum ikun jista’ jsir. Meta l-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi
li jkunu jeżistu raġunijiet li minħabba fihom ir-referendum ma
għandux isir dak ir-referendum jibqa’ ma jsirx, u l-Kummissjoni
Elettorali, malli tiġi notifikata b’kopja tad-deċiżjoni, għandha tara
li jiġi ppubblikat avviż li jkun jgħid dan fil-Gazzetta.
Data meta ssir il-
votazzjoni fir-
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
18. (1) Għandha tingħata kopja tad-deċiżjoni tal-Qorti
Kostituzzjonali personalment mir-reġistratur lill-President ta’
Malta mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara li din tingħata mill-
qorti, u malli dan isir ir-reġistratur għandu jippubblika avviż fil-
Gazzetta li fih jiddikjara d-data meta dik il-kopja tkun hekk waslet
għand il-President.
(2) Meta l-Qorti Kostituzzjonali tkun iddeċidiet li jkun jista’
jinżamm referendum, il-President għandu jistabbilixxi data biex
isir r-referendum, li tkun data mhux aktar kmieni minn tliet xhur u
mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tkun ingħatat kopja tad-
deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali lill-President skond ma hemm
fis-subartikolu (1), u l-President joħroġ writ skond ma hemm f’dan
l-Att.
Meta ma jkunx se 
jinżamm 
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
19. (1) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ din it-Taqsima, ma
għandux jinżamm referendum taħt it-Taqsima jekk -
(a) id-disposizzjoni li dwar it-tħassir tagħha kellu jsir
referendum tkun ġiet emendata jew imħassra qabel id-
data stabbilita għall-votazzjoni; jew
(b) matul iż-żmien li jgħaddi bejn l-għoti tal-kopja tad-
deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u d-data stabbilita
għall-votazzjoni, il-Parlament ikun xolt.
(2) Meta referendum ma jkunx ser jinżamm skond ma hemm
fis-subartikolu (1), il-President ta’ Malta għandu joħroġ Proklama
li tkun tgħid dan.
Riżultat tar-
referendum.
Emendat:
XIX. 2002.2.
20. (1) Meta l-maġġoranza ta’ l-eletturi, li jkunu qegħdin
jivvotaw f’referendum taħt din it-Taqsima, japprovaw il-proposta
dwar id-disposizzjoni tal-liġi li tkun qed tintalab it-tneħħija tagħha,
dik id-disposizzjoni m’għandhiex tibqa’ sseħħu l-President ta’
Malta joħroġ Proklama fejn ikun jgħid dan:
Iżda dik il-proposta m’għandhiex titqies bħala li tkun ġiet
approvata jekk inqas minn ħamsin fil-mija u iktar wieħed ieħor
magħhom minn dawk il-persuni bil-jedd li jivvotaw fir-referendum
ikunu attwalment tefgħu l-vot tagħhom.
(2) Meta l-maġġoranza ta’ l-eletturi ma jkunux approvaw
          REFERENDIġ K AP.  237.    9
proposta skond ma hemm imsemmi fis-subartikolu (1), id-
disposizzjoni relattiva tal-liġi għandha tibqa’ sseħħ, u ma tkun
tista’ ssir ebda dikjarazzjoni ġdida skond ma hemm provdut fl-
artikolu 14 dwar l-istess disposizzjoni qabel l-iskadenza ta’ sentejn
mill-pubblikazzjoni tar-riżultat tar-referendum.
TAQSIMA VI
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI U PENALI
Approprjazzjoni 
ta’ flus meħtieġa 
għall-iskopijiet ta’ 
dan l-Att. 
Emendat:
XIX. 2002.2.
21. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, minn
żmien għal żmien, b’warrant iffirmat minnu mibgħut lill-
Accountant General, jawtorizza u jordna illi l-flus kollha li jkunu
meħtieġa għal kull spiża li għandha ssir fl-esekuzzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jiġu mħallsa mill-Fond Konsolidat
mingħajr il-bżonn ta’ ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att.
(2) Dikjarazzjoni ta’ l-ammonti hekk imħallsa għandha, kemm
jista’ jkun malajr, titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Piena ġenerali.
Emendat:
XIX. 2002.2.
22. Ħlief kif espressament provdut xort’oħra b’dan l-Att jew
b’xi liġi oħra, kull min jikser jew jonqos li jħares xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att, li b’dan l-Att huwa meħtieġ li josserva jew iħares,
ikun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux inqas minn
żewġ liri u mhux iżjed minn ħamsin lira.
  10      KAP. 237. ħ       REFERENDI
Miżjuda:
VIII. 1996.9.
Emendata:
XIX. 2002.2.
L-EWWEL SKEDA 
ġ Artikolu 14ħ
ATT DWAR IR-REFERENDI 
Dikjarazzjoni għaż-Żamma ta’ Referendum
Aħna hawn taħt iffirmati li aħna persuni rreġistrati bħala eletturi
għall-elezzjoni ta’ membri fil-Kamra tad-Deputati (li minna l-
ewwel għadd ta’ * (1)  ......................... persuni hawn taħt iffirmati
huma l-proponenti) qegħdin nitolbu li l-mistoqsija dwar jekk dawn
id-disposizzjonijiet tal-liġi li ġejjin, jiġifieri * (2)  
.......................................................................................................
.......................................................................................................
.......................................................................................................
Kap. 237.
għandhomx jibqgħu jseħħu għandha ssir lil dawk il-persuni bil-jedd
li jivvotaw f’referendum skond it-Taqsima V ta’ l-Att dwar ir-
Referendi.
Noti:
Kap. 237.
* (1)   Għadd ta’ persuni li ma jkunx ta’ inqas minn ħamsa u mhux
iżjed minn għaxra li jkunu proponenti skond l-artkolu 15(2)
ta’ l-Att dwar ir-Referendi.
* (2) Hawn daħħal id-dettalji tad-disposizzjonijiet li dwarhom
ser issir il-mistoqsija.
Firma Nru. tal-Karta ta’ l-Identità Indirizz Distrett Elettorali
          REFERENDIġ K AP.  237.    11
Miżjuda:
XIX. 2002.9.
IT-TIENI SKEDA 
ġ Artikolu 10ħ
Disposizzjonijiet li jirregolaw it-tmexxija ta’ referendi
Tifsir.
Kap. 354.
Kap. 102.
Applikazzjoni ta’ l-
Att.
2. L-Att għandu japplika għal referendi bħallikieku:
(1) sakemm il-Kummissjoni Elettorali ma tiddeċidix mod
ieħor minħabba fil-kuntest li jintużaw, ir-referenzi
kollha fl-Att għal "elezzjoni" jew għal "elezzjoni
ġenerali" jew għal "elezzjoni għall-Membri tal-
Kamra" kienu referenzi għal "referendum";
(2) it-tifsira ta’ "partit politiku" fl-artikolu 2(1) kienet
imħassra u sostitwita bit-tifsira li ġejja:
" "partit politiku" tfisser kull persuna jew grupp
ta’ persuni li, wara li jkunu kkontestaw l-
elezzjoni ġenerali taħt isem wieħed, ikunu
rappreżentati fil-Kamra b’mill-inqas membru
wieħed.";
(3) ir-referenza għall-"għadd ta’ distretti elettorali li
għalihom ikun qed jikkontesta" fl-artikolu 61A(1)
kienet referenza għall-għadd ta’ distretti elettorali
involuti fir-referendum;
(4) il-kliem "stabbiliti fit-Tmien Skeda (B) ta’ dan l-Att"
fl-artikolu 68(3) kienu mħassra;
(5) l-artikolu 71 tiegħu kien sostitwit b’dan li ġej:
"71. (1) Kull votant għandu jkollu vot wieħed u
għandu juri l-għażla tiegħu billi jikteb fuq il-
karta tal-vot "X" jew xi marka oħra fil-kaxxa li
tindika vot affermattiv jew fil-kaxxa li tindika
vot negattiv:
Iżda il-vot ma jkunx invalidu jekk il-marka
ma tkunx fil-kaxxa imma titqiegħed b’dak il-
mod li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, tindika
b’mod ċar l-għazla tal-votant.
(2) Il-karta tal-vot tkun invalida:
(a) jekk fuqha ma jkunx hemm il-marka "X"
jew xi marka oħra li turi l-għażla tal-
votant; jew
(b) jekk fuqha jkun hemm il-marka "X" jew xi
marka oħra li turi l-għażla tal-votant
mqiegħda fiż-żewġ kaxxi; jew
(ċ) jekk ma jkunx jista’ jingħaraf b’ċertezza
f’liema kaxxa ġiet mqiegħda l-marka "X"
jew xi marka oħra; jew
(d) jekk fil-karta tal-vot ikun hemm xi kelma
miktuba jew xi sinjal ieħor, li bih tista’
  12      KAP. 237. ħ       REFERENDI
tingħaraf il-persuna li tat il-vot; jew
(e) jekk fuqha ma jintgħamilx it-timbru
uffiċjali tal-Kummissjoni.";
(6) fl-artikolu 72(4) il-kliem minn "u skond din il-
proċedura li ġejja" sat-tmiem tas-subartikolu kienu
sostitwiti bil-kliem "wara li l-Assistent
Kummissjonarju jkun qara lill-votant il-mistoqsija
magħmula u jkun staqsih jekk iridx jivvota "Iva" jew
"Le.";
(7) l-artikolu 77(2) kien sostitwit b’dan li ġej:
"(2) Post ta’ votazzjoni mħallat huwa post tal-
votazzjoni fejn ikun hemm kaxxa tal-votazzjoni
li fiha jivvutaw l-eletturi msemmija fis-
subartikolu (4)(a) u (b).";
(8) fl-artikolu 86(10) il-perjodu taż-żamma tal-karti u
dokumenti msemmija fis-subartikolu hemmhekk
imsemmija kien ta’ ħames snin mill-pubblikazzjoni
tar-riżultati uffiċjali;
(9) fl-artikolu 89(2) il-kliem "mill-għadd ta’ kandidati
preżentati minnu sabiex jikkontestaw l-elezzjoni"
kienu sostitwiti bil-kliem "mill-għadd ta’ persuni li
jgħoddu li l-Kummissjoni tkun qed tuża f’xi waqt";
(10) fl-artikolu 107(1) il-perjodu tal-konservazzjoni tal-
karti kien ta’ ħames snin mid-data tar-referendum;
(11) fl-artikoli 108 u 115(1) il-kliem minn "il-jedd ta’
persuna" sal-kliem "tal-Kamra" kienu sostitwit bil-
kliem "il-legalità  tar-referendum";
(12) fis-Sitt Skeda, fl-Għaxar Skeda u fil-Ħdax-il Skeda il-
kliem "elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati"
kull fejn jinsabu kienu sostitwit bil-kliem
"referendum";
(13) it-Tlettax-il Skeda kienet emendata kif ġej:
(a) ir-regolamenti 2, 7(3) u (4), u 8 sa 22 it-tnejn
inklużi kienu mħassra;
(b) fir-regolament 3 il-kliem "l-ewwel preferenza"
kienu sostitwiti bil-kliem "il-marka";
(ċ) fir-regolament 4(5) il-kliem "li jkun hemm għal
kull kandidat li jkun ingħatalu l-ewwel
preferenza" kienu sostitwiti bil-kliem "li jkun
hemm biex turi l-għażla tal-votant"; u
(d) fir-regolament 7 ir-referenzi għal "kandidati" u
"kontenituri" kienu referenzi għall-għażla
mogħtija lill-votant bejn vot "Iva" u vot "Le";
(14) l-artikoli 15 sa 44, 45(a), 49(3) sa (8), l-artikoli 51 sa
55, 60, 68(2), 71 (1) sa (3) 104(2) sa (4), 105(2),
106(3), 107(3), 109 u 112(1)(a), u it-Tieni Skeda, it-
Tielet Skeda, ir-Raba’ Skeda, il-Ħames Skeda, it-
Tmien Skeda, it-Tmien Skeda B, id-Disa’ Skeda, u t-
Tnax-il Skeda kienu mħassrin; u
          REFERENDIġ K AP.  237.    13
(15) ir-referenzi kollha għal "distretti elettorali",
"kandidati", "trasferiment ta’ voti" u "l-ewwel
preferenza" kienu mħassrin.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordinanza.
3. L-Ordinanza għandha tapplika bħallikeku l-artikoli 41 sa
52 u 58 sa 62 ta’ l-Ordinanza kienu mħassrin, u referenzi fl-
Ordinanza għal "elezzjoni" jew "elezzjoni ta’ xi ħadd bħala
membru tal-Kamra" kienu referenzi għal "referendum".".
