GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALAġ K AP.  240.    1
KAPITOLU 240
ATT DWAR IL-GUEST HOUSES U POSTIJIET 
FURNISHED GĦALL-BTALA
 25 ta’ Marzu, 1975;
2 ta’ Novembru, 1976
L-ATT XIV ta’ l-1974, kif emendat bl-Atti XIV ta’ l-1978, VI ta’ l-1980, XIV ta’ l-1982 u III
ta’ l-1986.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Titolu fil-qosor  1 
Taqsima I.  Tifsir  2 
Taqsima II.  Reġistrazzjoni u Għoti ta' Liċenza  3-13 
Taqsima III.  Mixxellanji  14-17 
Biex jipprovdi sabiex jiġu liċenzjati u regolati Guest Houses u postijiet
oħra wżati minn alloġġjanti jew minn barranin, u għal ħwejjeġ  konnessi
ma’ jew inċidentali għal dan.
Emendat:
XIV.1978.2.
  2      KAP. 240. ħ     GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALA
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-Guest
Houses u Postijiet Furnished għall-Btala.
TAQSIMA I 
TIFSIR
Tifsir.
Emendat: 
XIV. 1978.3;
XIV. 1982.2; 
III. 1986.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"alloġġ" tfisser il-provvista ta’ għamara, arredament u tagħmir
xieraq għall-fini ta’ l-alloġġ u dawk il-ħwejjeġ l-oħra li l-Ministru
jista’ jippreskrivi b’regolamenti;
"alloġġjant" tfisser persuna li toqgħod f’guest house jew f’post
għall-btala u li jkollha għad-disposizzjoni tagħha alloġġ fejn
torqod, u tinkludi kull persuna li tiġi provduta alloġġ fejn torqod
f’dar, kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx qarib jew ħabib tal-
persuna li toqgħod regolarment fil-post fejn dak il-qarib jew ħabib
ikun provdut b’alloġġ fejn jorqod u dak l-alloġġ jiġi provdut
mingħajr ħlas;
"appell" tfisser appell skond l-artikolu 11 ta’ dan l-Att;
Kap. 197. 
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Lukandi u l-Istabbilimenti li
jipprovdu Ikel, kostitwit skond l-artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-
Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel;
"dar" tfisser kull post użat jew maħsub li jintuża, għal kollox jew
f’parti, għal abitazzjoni, iżda ma tinkludix lukanda, hostel, guest
house jew post għall-btala;
"dar liċenzjata" tfisser dar li dwarha tkun inħarġet liċenza skond
l-artikolu 12;
"diriġent ta’ guest house" tfisser kull persuna li tkun ħarġitilha
liċenza li żżomm jew tmexxi guest house skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 5;
"diriġent ta’ post għall-btala" tfisser kull persuna li lilha tkun
inħarġet liċenza biex iżżomm jew tmexxi post għall-btala skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5;
"guest house" tfisser kull bini li jkollu mhux inqas minn ħames
kmamar tas-sodda, li fih jiġi provdut alloġġ għall-irqad għall-
pubbliku minn tmexxija komuni, u li jipprovdi bed and breakfast u
kull servizzi oħra anċillari, iżda ma tinkludix xi lukanda, hostel jew
alloġġ;
Kap. 197. 
"hostel" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-Att dwar il-
Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel;
Kap. 168.
"kumpannija" tfisser kull soċjetà , kumpannija jew assoċjazzjoni
oħra mwaqqfa taħt l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali*; 
"liċenza" tfisser liċenza mogħtija jew trasferita skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"lodging-house" tfisser kull post li joffri alloġġ għall-irqad lill-
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kapitolu 386).
GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALAġ K AP.  240.    3
pubbliku, iżda ma tinkludix lukanda, guest ħouse, hostel jew post
għall-btala kif imfissra f’dan l-Att jew kunvent, monasteru,
boarding school, kulleġġ jew xi dar oħra jew post ieħor użati
esklużivament għall-alloġġ jew boarding ta’ persuni f’istitut tal-
karità  jew f’xi korp ieħor jew istituzzjoni oħra simili;
Kap. 197. 
Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-turiżmu; 
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni, sew jekk
korporata sew jekk mhux korporata;
Kap. 217. 
"persuna li tkun għal btala" tfisser kull persuna li, ma tkunx
normalment tirrisjedi f’Malta, li toqgħod f’Malta għal żminijiet
konsekuttivi ta’ mhux iżjed minn tliet xhur skond il-kalendarju, jew
għal dawk iż-żminijiet itwal li jistgħu jkunu awtorizzati kif imiss
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni;
"post għall-btala" tfisser kull bini, li ma jkunx ir-residenza tas-
sid jew tal-kerrej, skond il-każ, u li jkun fih kull numru ta’ kmamar
tas-sodda u kmamar oħra jew spazju ġewwa, li jkunu immobbiljati,
u li fih jiġi provdut alloġġ għall-irqad ta’ persuni li jkunu għal
btala, u tinkludi kull numru ta’ bini li jkun aggruppat flimkien,
hekk iżda li f’dak il-bini jew aggruppament ta’ bini jiġu provduti
għamara, arredament u tagħmir għall-alloġġ, iżda ma tinkludix bed
and breakfast jew xi servizz ieħor ta’ guest house jew ta’ lukanda;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att;
"sid ta’ dar liċenzjata" tfisser il-persuna li fuq talba tagħha tkun
inħarġet liċenza skond l-artikolu 12.
TAQSIMA II 
REĠISTRAZZJONI U GĦOTI TA’ LIĊENZA
Tagħrif għall-
finijiet ta’ 
reġistrazzjoni. 
Emendat: 
XIV. 1982.3.
3. (1) Il-Bord ikollu s-setgħa b’avviż pubblikat fil-Gazzetta
tal-Gvern li jeħtieġ lil diriġenti ta’ guest houses u ta’ postijiet
għall-btala u lil sidien ta’ djar liċenzjati li jagħtu, f’dak iż-żmien li
jkun mogħti fl-avviż, li f’ebda każ ma għandu jkun inqas minn
ħmistax-il-ġurnata mill-pubblikazzjoni ta’ dak l-avviż, fuq formula
maħruġa għal hekk mill-Bord, dawk id-dettalji u dak it-tagħrif li l-
Bord jista’ jeħtieġ għall-fini tar-reġistrazzjoni ta’ guest houses,
postijiet għall-btala u djar li jaqgħu taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att.
(2) Il-Bord jista’, barra minn dan, jeħtieġ lil diriġenti ta’ guest
houses u ta’ postijiet għall-btala u lil sidien ta’ djar liċenzjati li
jagħtuh fi żmien speċifikat dak it-tagħrif addizzjonali li l-Bord
jidhirlu li jkun meħtieġ sabiex ikun kompletat it-tagħrif miksub
  4      KAP. 240. ħ     GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALA
skond l-aħħar subartikolu qabel dan.
(3) Kull membru tal-Bord jew kull persuna oħra li tkun
awtorizzata bil-miktub għal hekk miċ-Chairman jew mis-Segretarju
tal-Bord li jaġixxi fuq l-awtorità  taċ-Chairman, għandu jkollhom
f’kull ħin raġonevoli aċċess għal, u jistgħu jispezzjonaw kull parti
ta’, kull guest house, post għall-btala jew dar, għall-finijiet ta’ dan
l-Att.
(4) Għall-finijiet tas-subartikolu (3), "dar" tfisser dar
liċenzjata, dar li dwarha tkun saret applikazzjoni biex tingħata
liċenza jew dar li dwarha jkun hemm raġuni xierqa li wieħed jaħseb
li jkun qed jinkisru d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Reati u pieni.  4. Kull persuna li tonqos li tħares talba magħmula mill-Bord
skond l-artikolu 3(1) jew (2) jew kull persuna li tiċħad jew b’xi
mod tfixkel il-jedd ta’ aċċess jew ta’ spezzjon skond is-subartikolu
(3) ta’ l-imsemmi artikolu tkun ħatja ta’ reat kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux inqas minn ħames liri u mhux iżjed minn ħamsin lira u, fil-
każ ta’ reat kontinwu, multa ta’ mhux iżjed minn ħames liri għal
kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
Liċenza. 
Sostitwit: 
XIV.1978.4.
Emendat: 
VI. 1980.2;
III. 1986.3. 
5. (1) Ebda persuna ma tista’ żżomm jew tmexxi guest house
jew post għall-btala jekk qabel ma tkunx kisbet u jekk ma jkollhiex
liċenza valida mill-Bord li tispeċifika, b’riferenza għall-isem jew
għad-deskrizzjoni tal-post fejn ikunu mwaqqfin u jkunu qegħdin
jaħdmu, il-guest house jew il-post għall-btala li dwaru tkun
ingħatat liċenza.
(2) Kull liċenza bħal dik għandha tkun fil-formula preskritta u
l-validità  tagħha tispiċċa fil-wieħed u tletin ta’ Diċembru li jaħbat
minnufih wara d-data tal-ħruġ tagħha, u tista’ tiġi mġedda minn
sena għal sena jew għal dak il-perijodu ieħor jew dawk il-perijodi
oħra kif jiġi speċifikat fil-liċenza:
Iżda il-Bord jista’, kull meta jidhirlu xieraq, f’kull żmien
iħassar kull liċenza mogħtija taħt dan l-artikolu u kull liċenza hekk
imħassra minn dak il-ħin ma tibqax valida u d-detentur tal-liċenza
ma jkollu ebda dritt għal xi danni jew kumpens ieħor.
(3) Ebda liċenza ma tingħata jew tiġi mġedda taħt dan l-
artikolu kemm-il darba ma jiġix muri lill-Bord li tħallset il-
kontribuzzjoni li għandha titħallas lill-Organizzazzjoni Nazzjonali
tat-Turiżmu għall-post li għalih tirreferi l-liċenza.
Kap. 310.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "Organizzazzjoni
Nazzjonali tat-Turiżmu" tfisser l-organizzazzjoni mwaqqfa taħt dak
l-isem bl-Att dwar l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu.
(5) Kull persuna li żżomm jew tmexxi guest house jew post
għall-btala mingħajr liċenza jew mhux skond il-liċenza tkun ħatja
ta’ reat kontra dan l-Att u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ elf lira.
Kondizzjonijiet li 
taħthom jistgħu 
jingħataw liċenzi.
Emendat: 
XIV. 1982.4. 
6. (1) Ma għandha tingħata ebda liċenza mill-Bord skond dan
l-Att jekk il-persuna li tapplika għaliha ma tissodisfax lill-Bord li - 
(a) hija ta’ kondotta tajba u li hija persuna tajba u xierqa
biex iżżomm jew tmexxi guest house, post għall-btala
GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALAġ K AP.  240.    5
jew dar liċenzjata, skond il-każ, u
(b) il-post li dwaru tkun saret l-applikazzjoni jkun adattat
strutturalment u iġenikament għall-użu bħala guest
house, post għall-btala jew dar liċenzjata, skond il-każ.
(2) Il-guest house, post għall-btala jew dar ma jkunux liċenzjati
taħt isem jew deskrizzjoni li fil-fehma tal-Bord ma jkunux
desiderabbli, ma jkunux xierqa jew ikunu qarrieqa.
Trasferiment ta’ 
liċenza. 
Emendat: 
XIV. 1982.5. 
7. Liċenza biex jiġu miżmuma jew immexxija guest house,
post għall-btala jew dar liċenzjata tista’, bil-kunsens bil-miktub tal-
Bord miksub minn qabel, tiġi trasferita fl-isem ta’ kull persuna li
fil-fehma tal-Bord twettaq il-ħtiġijiet l-artikolu 6(1)(a).
Tħassir ta’ liċenza.
xieraq, li guest house jew post għall-btala qegħdin jinżammu fi stat
maħmuġ jew insanitarju jew ikunu qegħdin jitmexxew b’mod mhux
sodisfaċenti, il-Bord jista’, b’ordni bil-miktub, jeħtieġ lid-diriġent
tal-guest house jew tal-post għall-btala, skond il-każ, li jirrimedja
d-difett f’dak iż-żmien, li ma jkunx inqas minn xahar, kif jista’ jiġi
speċifikat fl-ordni.
(2) Meta jkun sar appell kontra l-ordni tal-Bord, dak l-ordni ma
jkollu ebda effett jekk jiġi revokat mill-Ministru. Jekk l-ordni jiġi
konfermat jew varjat mill-Ministru, iż-żmien biex jiġi rimedjat id-
difett skond l-ordni tal-Bord jew skond id-deċiżjoni tal-Ministru,
skond il-każ, għandu jiskadi f’dik id-data kif il-Ministru
jispeċifika.
(3) Jekk id-diriġent tal-guest house jew tal-post għall-btala,
skond il-każ, jonqos milli jirrimedja d-difett kif ordnat mill-Bord
jew kif deċiż mill-Ministru fiż-żmien speċifikat, il-Bord jista’
jħassar il-liċenza dwar il-guest house jew il-post għall-btala li
dwaru jkun sar l-ordni tal-Bord.
(4) Meta persuna li tkun ingħatat jew li tkun ġiet trasferita lilha
liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tkun ġiet misjuba
ħatja ta’ reat li, fil-fehma tal-Bord, ikun ta’ dik ix-xorta li jirrendi
lil dik il-persuna hekk misjuba ħatja mhux aktar persuna tajba u
xierqa li jkollha dik il-liċenza, il-Bord jista’ jħassar il-liċenza
maħruġa lil dik il-persuna.
(5) It-tħassir ta’ liċenza skond is-subartikolu (3) jew (4)
għandu jkollu effett malli jgħaddu għaxart ijiem mid-data li fiha l-
avviż ta’ dak it-tħassir ikun ġie komunikat lid-diriġent tal-guest
house jew tal-post għall-btala, skond il-każ:
Iżda meta jkun sar appell kontra dak it-tħassir, ma għandux
jieħu effett jekk il-Ministru ma jikkonfermahx. Jekk il-Ministru
jikkonferma t-tħassir, għandu jieħu effett malli jgħaddu għaxart
ijiem mid-data li fiha l-konferma tal-Ministru tkun ġiet komunikata
lill-appellant.
  6      KAP. 240. ħ     GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALA
Għoti ta’ liċenza 
lill-persuna 
nominata minn 
kumpannija jew 
minn persuna oħra.
Emendat: 
XIV. 1982.6. 
9. (1) Ebda kumpannija ma għandha tħaddem guest house
jew post għall-btala kemm-il darba dawk il-guest house jew il-post
għall-btala ma jkunux immexxija minn diriġent ta’ guest house jew
ta’ post għall-btala, skond il-każ.
(2) Meta guest house jew post għall-btala jew dar liċenzjata
jkunu mħaddma minn kumpannija, jew minn individwu li ma jkunx
fi ħsiebu japplika għall-għoti ta’ liċenza f’ismu, il-Bord għandu,
bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, jagħti liċenza dwar
dik il-guest house jew dak il-post għall-btala jew dik id-dar
liċenzjata, skond il-każ, lill-persuna msemmija mill-kumpannija
jew minn dik il-persuna l-oħra.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(2),
il-Bord jista’ jħassar liċenza mogħtija skond l-aħħar subartikolu
qabel dan meta l-Bord ikun mgħarraf b’avviż bil-miktub mill-
kumpannija jew mill-persuna li tkun għamlet in-nomina għall-fini
ta’ dik il-liċenza li dik in-nomina tkun ġiet irtirata, jew mill-
persuna li lilha tkun ingħatat il-liċenza li mhux fi ħsiebha aktar li
tagħmilha bħala diriġent ta’ guest house jew ta’ post għall-btala,
skond il-każ, tal-guest house jew tal-post għall-btala li dwaru tkun
ingħatat il-liċenza.
(4) Kull avviż mogħti għall-fini ta’ l-aħħar subartikolu qabel
dan ma għandux jolqot, bejn il-partijiet interessati, xi talba għad-
danni jew xi talba oħra li tiġi mid-drittijiet kuntrattwali u obbligi
tagħhom reċiproċi.
Klassifikazzjoni ta’ 
guest houses, 
postijiet għall-btala 
u djar liċenzjati. 
Emendat: 
XIV. 1982.7. 
10. (1) Il-Bord jista’ jikklassifika guest houses,  postijiet
għall-btala u djar liċenzjati b’dak il-mod li fil-fehma tiegħu jkun
jaqbel l-aħjar mar-regolamenti magħmula għal dak il-għan skond l-
artikolu 13(1)(a).
Għall-fini ta’ dan is-subartikolu l-Bord għandu joħroġ
ċertifikat ta’ klassifikazzjoni.
(2) Il-Bord ikollu s-setgħa, f’kull żmien, jekk il-Bord jidhirlu
xieraq, li jħassar dak iċ-ċertifikat u kull ċertifikat hekk imħassar
għandu jiġi konsenjat lill-Bord.
(3) Kull diriġent ta’ guest house jew ta’ post għall-btala jew sid
ta’ dar liċenzjata li ma jħarisx xi talba li ssir mill-Bord għall-fini
ta’ dan l-artikoiu jkun ħati ta’ reat kontra dan l-Att, u jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn ħames liri u mhux iżjed
minn ħamsin lira.
Appelli.
Emendat: 
XIV. 1982.8.
11. (1) Kull persuna li tkun aggravata bi -
(a) id-deċiżjoni tal-Bord li jiċħad l-għoti, it-tiġdid jew it-
trasferiment ta’ liċenza skond dan l-Att,
(b) id-deċiżjoni tal-Bord dwar il-klassifikazzjoni ta’ guest
house, ta’ post għall-btala jew ta’ dar liċenzjata,
(ċ) id-deċiżjoni tal-Bord li jħassar liċenza jew ċertifikat
mogħtija skond dan l-Att,
(d) xi ordni jew direttiva tal-Bord mogħtija skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu,
GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALAġ K AP.  240.    7
tista’, fi żmien għaxart ijiem mid-data li fiha d-deċiżjoni, l-ordni
jew id-direttiva, skond il-każ, tiġi komunikata lilha personalment
jew bil-posta reġistrata, tagħmel appell minnha bil-miktub lill-
Ministru.
(2) Il-Ministru għandu jikkunsidra dak l-appell u, wara dak l-
istħarriġ l-ieħor kif jista’ jidhirlu xieraq, hu għandu jikkonferma,
ivarja jew jirrevoka id-deċiżjoni, l-ordni jew id-direttiva, skond il-
każ, tal-Bord skond dak li jaħseb li jkun għall-aħjar interessi tat-
turiżmu f’Malta.
(3) Id-deċiżjoni tal-Ministru skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) tkun finali u konklużiva.
Djar li jkollhom 
liċenza biss jistgħu 
jieħdu alloġġjanti 
jew barranin. 
Miżjud:
XIV. 1978.6. 
Emendat: 
XIV. 1982.9; 
III. 1986.4.
12. (1) Ebda persuna ma tista’ tipprovdi alloġġ lil xi
alloġġjant f’dar kemm il-darba ma jkunx hemm dwar dik id-dar
liċenza valida maħruġa mill-Ministru li jawtorizza li jiġi provdut
dak l-alloġġ.
(2) Ebda persuna ma tista’ tikri jew tagħti b’enfitewsi lil
persuna li ma tkunx ċittadin ta’ Malta jew tħalli li persuna bħal dik
tokkupa taħt xi titolu, xi dar f’Malta, u lanqas ma tista’
tittrasferixxi lil xi persuna bħal dik xi jedd għal kiri jew għal
enfitewsi, jew xi titolu ieħor għal okkupazzjoni, ta’ xi dar bħal dik,
u ebda persuna li ma tkunx ċittadin ta’ Malta ma tista’ tikri jew
tieħu b’enfitewsi jew taħt xi titolu tokkupa dar f’Malta, lanqas ma
tista’ takkwista xi jedd għal kiri jew għal enfitewsi jew xi titolu
ieħor għal okkupazzjoni ta’ xi dar bħal dik, kemm-il darba ma
jkunx hemm dwar dik id-dar liċenza valida maħruġa mill-Ministru
li jawtorizza dak il-kiri, enfitewsi, trasferiment jew okkupazzjoni.
(3) Is-subartikoli (1) u (2) ma japplikawx -
(a) għal alloġġ mingħajr ħlas provdut lil qarib jew ħabib
tal-persuna li tipprovdi l-alloġġ meta dak l-alloġġ ikun
provdut f’parti mill-post li għal dak iż-żmien ikun
ordinarjament okkupat mill-persuna li tipprovdi dak l-
alloġġ;
(b) għal xi kiri jew enfitewsi jew titolu ieħor għal
okkupazzjoni li jkun fis-seħħ fit-18 ta’ April, 1978
sakemm jiskadi ż-żmien li jkun baqa’;
(ċ) għal kull tiġdid favur l-istess kerrej ta’ kirja li tkun fis-
seħħ fl-imsemmija data jew ta’ kirja ta’ post li dwaru
kien hemm liċenza valida meta l-kirja oriġinali tkun
ġiet mogħtija:
Iżda l-imsemmija subartikoli japplikaw għat-trasferiment
ta’ kull kiri, enfitewsi, jew titolu ieħor imsemmi fil-paragrafu (b).
(4) Il-Ministru jista’ qabel ma jagħti liċenza taħt dan l-artikolu
jeħtieġ li ssir spezzjoni tad-dar relattiva minn persuna awtorizzata
minnu sabiex jiġi żgurat li dik id-dar tkun skond livelli aċċettabbli.
(5) Kull liċenza bħal dik tkun fil-formula preskritta u tibqa’
valida għal dak iż-żmien li jkun speċifikat fil-liċenza:
Iżda l-Ministru jista’ f’kull żmien u mingħajr ma jagħti
ebda raġuni jħassar il-liċenza u kull liċenza hekk imħassra minn
  8      KAP. 240. ħ     GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALA
dak il-ħin ma tibqax valida u d-detentur tal-liċenza ma jkollu ebda
dritt għal xi danni jew kumpens ieħor.
(6) Ebda liċenza ma tingħata taħt is-subartikolu (1) kemm-il
darba ma jiġix muri lill-Ministru li tħallset il-kontribuzzjoni li
għandha titħallas lill-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu
għall-post li għalih tirreferi l-liċenza.
Kap. 310. 
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, "Organizzazzjoni
Nazzjonali tat-Turiżmu" tfisser l-organizzazzjoni mwaqqfa taħt dak
l-isem bl-Att dwar l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu.
(8) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att u teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn ħames
mitt lira.
Regolamenti. 
Emendat: 
XIV. 1978.7.
13. (1) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, jagħmel u
meta jagħmel, jemenda, jirrevoka jew jagħmel mill-ġdid,
regolamenti biex jingħata effett lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb u effiċjenti ta’ guest houses,
postijiet għall-btala u djar, u, mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’
dawk is-setgħat, jista’ jagħmel regolamenti għall-għanijiet kollha li
ġejjin jew għal uħud minnhom:
(a) biex jipprovdi għar-reġistrazzjoni u għall-
klassifikazzjoni ta’ guest houses, postijiet għall-btala u
djar u għall-ħruġ ta’ liċenzi u ta’ ċertifikati ta’
klassifikazzjoni;
(b) biex jippreskrivi d-drittijiet li għandhom jinġabru dwar
l-għoti ta’ xi ċertifikat jew għall-ħruġ ta’ xi liċenza,
jew biex isir appell, skond dan l-Att, jew biex
jipprovdi għal xi ħlas lura dwarhom;
(ċ) biex jirregola l-kontenut ta’ kull foljett stampat,
brochure,  reklam u kull materjal ieħor pubbliċitarju
dwar guest  houses, postijiet għall-btala u djar għat-
tqassim jew biex jitqiegħed f’xi pubblikazzjoni
f’Malta jew barra minn Malta;
(d) biex jipprovdi għan-nomina ta’ spetturi ta’ guest
houses, postijiet għall-btala u djar u biex jippreskrivi
s-setgħat u d-dmirijiet tagħhom;
(e) biex jippreskrivi kull ħaġa li għandha tiġi preskritta. 
(2) Dawn ir-regolamenti jistgħu jimponu pieni għall-ksur
tagħhom li ma jeċċedux multa ta’ ħames mitt lira.
(3) Kull regolamenti magħmula skond dan l-artikolu għandhom
jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jsiru, u jekk, fi żmien l-għoxrin ġurnata ta’ wara li jibdew
mill-ġurnata li fiha dawk ir-regolamenti hekk jitqiegħdu
quddiemha, il-Kamra tad-Deputati tirriżolvi illi r-regolamenti jiġu
annullati, ir-regolamenti għandhom minn dak il-ħin ikunu nulli,
iżda mingħajr ħsara ta’ kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa
tagħhom jew għall-egħmil ta’ regolamenti ġodda:
Iżda ma għandux jingħadd fil-kalkolu ta’ l-imsemmija
GUESTHOUSES UPOSTIJIET FURNISHED GĦALL-BTALAġ K AP.  240.    9
għoxrin ġurnata ebda perijodu ta’ sebat ijiem konsekuttivi jew iżjed
li jaħbtu bejn xi żewġ laqgħat konsekuttivi tal-Kamra tad-Deputati.
TAQSIMA III 
MIXXELLANJI
Applikabbiltà . 
tapplika b’xi mod għal xi lodging-house, kunvent, monasteru,
boarding-school, kulleġġ jew xi dar oħra jew post ieħor użati
esklużivament għall-alloġġ jew boarding ta’ persuni f’istitut tal-
karità  jew għal xi korp ieħor jew istituzzjoni oħra simili:
Kap. 197. 
Iżda, fil-każ ta’ lodging-house li  dwaru jkun ħareġ
ċertifikat fis-sens li mhux klassifikabbli skond l-Att dwar il-
Lukandi u l-Istabbilimenti li Jipprovdu Ikel, il-Bord jista’, f’kull
żmien jekk jidhirlu hekk xieraq, iħassar dak iċ-ċertifikat u japplika
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Reati jitqiesu li 
huma 
kontravvenzjo-
nijiet.
15. Ir-reati kollha skond dan l-Att għandhom jitqiesu li huma
kontravvenzjonijiet.
Reati minn 
kumpannija. 
16. Meta kumpannija tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-Att kull
persuna li, fiż-żmien ta’ dak il-ksur, kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dik il-kumpannija, jew kienet
tidher li qed taġixxi f’xi kariga bħal dik, tkun ħatja ta’ reat kontra
dan l-Att, jekk ma tippruvax illi l-ksur sar mingħajr it-tagħrif
tagħha u li eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex tevitah, u teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri u mhux
iżjed minn mitt lira.
L-Att dwar il-
Probation ma 
japplikax. 
Miżjud: 
III. 1986.5. 
Kap. 446.
17. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
japplikawx dwar reati taħt l-artikoli 4, 5, 10 u 12 u dwar xi ksur ta’
xi regolament magħmul taħt l-artikolu 13.
