ASSIKURAZZJONIOBBLIGATORJAGĦAR-RESPONSABBILTÀ 
TA’MINIĦADDEM ġKAP. 241.   1
KAPITOLU 241
ATT DWAR ASSIKURAZZJONI 
OBBLIGATORJA GĦAR-RESPONSABBILTÀ  
TA’ MIN IĦADDEM 
Biex min iħaddem ikun meħtieġ li jassikura kontra r-responsabbiltà
tiegħu għal ħsara fil-persuna ta’ l-impjegati tiegħu u biex jipprovdi għal
dak li għandu x’jaqsam ma’ dan.
(             )*
Sar liġi bl-ATT XVI ta’ l-1974.
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ. 
1. (1) Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar Assikurazzjoni
Obbligatorja għar-Responsabbiltà ta’ Min Iħaddem.
(2) Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Att għandhom jibdew
iseħħu għal kull għan f’dik id-data jew f’dawk id-dati li l-Ministru
responsabbli għall-impiegi jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta
tal-Gvern, u l-għanijiet li għalihom l-imsemmija disposizzjonijiet
jew uħud minnhom għandhom jibdew iseħħu f’xi żmien jistgħu jiġu
mfissra b’riferenza għax-xorta tan-negozju ta’ min iħaddem, jew
b’riferenza għax-xogħol ta’ impjegat, jew b’kull mod ieħor.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra - 
"assikuratur awtorizzat" tfisser persuna li tkun legalment qed
tmexxi f’Malta negozju ta’ assikurazzjoni ta’ kull klassi u li tkun
awtorizzata mill-Ministru biex tagħmilha ta’ assikuratur għall-
finijiet ta’ dan l-Att;
"impjegat" tfisser individwu li jkun għamel jew ikun qed jaħdem
taħt kuntratt ta’ servizz jew ftehim ta’ taħriġ ma’ min iħaddem sew
jekk ix-xogħol ikun ta’ l-idejn, ta’ skrivan jew xort’oħra, u sew
jekk dak il-kuntratt ikun espress jew mifhum, bil-kelma jew bil-
miktub;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-impiegi; 
"negozju" tinkludi kummerċ jew professjoni, u tinkludi kull
attività li titmexxa minn kull persuna;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni, sew jekk korporat sew jekk
mhux korporat, u "min iħaddem" għandha tiftiehem skond hekk; 
"polza approvata" tfisser polza ta’ assikurazzjoni li ma tkunx
suġġetta għal xi kondizzjoni jew eċċezzjoni projbita għall-għanijiet
ta’ dan l-Att b’regolamenti magħmula skond dan l-Att.
(2) Ħlief kif provdut xort’oħra b’regolamenti magħmula skond
*Dan l-Att għadu ma ġiex fis-seħħ.
    ASSIKURAZZJONIOBBLIGATORJAGĦAR-RESPONSAB-
BILTÀ 2      KAP. 241.ħ   TA’MINIĦADDEM
dan l-Att, jekk min iħaddem ma jkollux post tan-negozju f’Malta
għandu jitqies li ma jmexxix negozju hemmhekk.
Assikurazzjoni 
kontra 
responsabbiltà għal 
impjegati.
3. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra b’dan l-Att, kull min
iħaddem li jmexxi xi negozju f’Malta għandu jassikura, u jżomm
assikurazzjoni, taħt polza waħda jew aktar ta’ assikurazzjoni
approvata ma’ assikuratur jew assikuraturi approvati kontra r-
responsabbiltà għal ħsara fil-persuna jew mard li jiġġarrbu mill-
impjegati tiegħu, u li jiġru minħabba u fil-kors ta’ l-impieg
tagħhom f’Malta f’dak in-negozju, iżda jekk regolamenti
magħmula skond dan l-Att ma jipprovdux xort’oħra ma jinkludux
ħsara jew mard li tiġġarrab jew li jittieħed barra minn Malta.
(2) Regolamenti magħmula skond dan l-Att jistgħu jipprovdu li
l-ammont li għalih min iħaddem hu meħtieġ b’dan l-Att li jassikura
u jżomm assikurazzjoni għandu, jew b’mod ġenerali jew f’dawk il-
każijiet jew klassijiet ta’ każijiet kif jista’ jiġi preskritt bir-
regolamenti, ikun limitat b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt.
Eżenzjonijiet.  4. (1) Dan l-Att ma jobbligax lil min iħaddem li jassikura -
(a) dwar impjegat li tiegħu min iħaddem ikun ir-raġel, il-
mara, il-missier, l-omm, in-nannu, in-nanna, ir-raġel
ta’ ommu, il-mara ta’ missieru, l-iben, il-bint, bin l-
ulied, bint l-ulied, bin ir-raġel jew il-mara, bint il-mara
jew ir-raġel, ħuh, oħtu, ħu mill-missier jew mill-omm
jew oħt mill-missier jew mill-omm, jew
(b) ħlief kif provdut xort’oħra b’regolamenti magħmula
skond dan l-Att, dwar impjegati li ordinarjament ma
jirrisjedux Malta.
(2) Dan l-Att ma jeħtieġx li ssir assikurazzjoni - 
(a) mill-Gvern ta’ Malta jew mill-Gvern ta’ xi pajjiż
ieħor; jew
(b) ħlief kif provdut xort’oħra b’regolamenti magħmula
skond dan l-Att, minn xi korp ġuridiku stabbilit b’xi
liġi; jew
(ċ) dwar dawk il-klassijiet li jistgħu jiġu speċifikati fir-
regolamenti, minn xi ħadd li jħaddem li jkun eżentat
b’regolamenti magħmula skond dan l-Att.
Ċertifikati ta’ 
assikurazzjoni.
5. (1) Jista’ jiġi provdut b’regolamenti magħmula skond dan
l-artikolu biex jiġi żgurat li ċertifikati ta’ assikurazzjoni f’dik il-
forma u li jkun fihom dawk il-partikolaritajiet li jistgħu jiġu
preskritti bir-regolamenti, jiġu maħruġa minn assikuraturi lil min
iħaddem li jkun għamel kuntratti ta’ assikurazzjoni skond il-ħtiġiet
ta’ dan l-Att u għall-konsenja ta’ dawk iċ-ċertifikati f’dawk iċ-
ċirkostanzi li jistgħu jiġu hekk preskritti.
(2) Meta jkun hemm il-ħtieġa li ċertifikat ta’ assikurazzjoni jiġi
maħruġ lil min iħaddem skond regolamenti magħmula bis-saħħa
tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, min iħaddem (bla ħsara għal
kull disposizzjoni magħmula bir-regolamenti dwar il-konsenja taċ-
ċertifikat) għandu waqt li tkun fis-seħħ l-assikurazzjoni u għal dak
iż-żmien itwal (jekk ikun hemm) kif jista’ jiġi provdut bir-
ASSIKURAZZJONIOBBLIGATORJAGĦAR-RESPONSABBILTÀ 
TA’MINIĦADDEM ġKAP. 241.   3
regolamenti - 
(a) iħares kull regolamenti li jobbligawh iħalli għall-wiri
kopji taċ-ċertifikat ta’ assikurazzjoni għat-tagħrif ta’ l-
impjegati tiegħu;
(b) jipproduċi ċ-ċertifikat ta’ assikurazzjoni jew kopja
tiegħu fuq talba ta’ kull uffiċjal pubbliku awtorizzat
kif imiss mill-Ministru għall-finijiet ta’ dan l-Att u
jipproduċi u jibgħat iċ-ċertifikat jew kopja tiegħu lil
dik il-persuna l-oħra, f’dak il-post u f’dawk iċ-
ċirkostanzi kif jista’ jiġi preskritt bir-regolamenti;
(ċ) iħalli li l-polza ta’ l-assikurazzjoni jew kopja tagħha
tiġi spezzjonata minn dawk il-persuni u f’dawk iċ-
ċirkostanzi kif jista’ jiġi hekk preskritt.
(3) Persuna li tonqos li tħares obbligu impost b’dan jew skond
dan l-artikolu teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira.
Piena għal min 
jonqos li jagħmel 
assikurazzjoni.
6. (1) Jekk f’xi ġurnata, min iħaddem ma jkollux
assikurazzjoni skond dan l-Att meta jkun hekk obbligat ikun ħati
ta’ reat skond dan l-Att u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
iżjed minn mitejn lira.
(2) Meta reat skond dan l-Att jew kontra xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu jsir minn korp ta’ persuni, kull persuna
li, fiż-żmien ta’ l-egħmil tar-reat, kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dak il-korp ta’ persuni jew
kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-kariga tkun ħatja ta’ dak ir-reat u
tista’ teħel l-istess piena bħall-korp tal-persuni kemm-il darba ma
tippruvax li dak ir-reat ikun sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li tkun
eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex ma tħallix l-egħmil tar-
reat.
Regolamenti.
għalih regolamenti huma awtorizzati jew meħtieġa li jsiru b’dan l-
Att.
(2) Kull regolamenti magħmula skond dan l-Att jistgħu
jagħmlu disposizzjonijiet differenti għal każijiet differenti jew għal
klassijiet ta’ każ, u jista’ jkun fihom dawk id-disposizzjonijiet
inċidentali u supplementari li fil-fehma tal-Ministru jkunu
meħtieġa jew spedjenti għall-finijiet tar-regolamenti.
(3) Kull setgħa għall-egħmil ta’ regolamenti mogħtija b’dan l-
Att għandha tinkludi s-setgħa biex dawk ir-regolamenti jiġu
emendati, imħassra jew mibdula.
(4) Kull regolamenti magħmula skond dan l-Att għandhom
jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati malajr kemm jista’ jkun
wara li jsiru u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara li hekk
jitqiegħdu quddiemha, il-Kamra tirriżolvi li r-regolamenti
għandhom jiġu annullati jew emendati, ir-regolamenti għandhom
minn dak il-ħin jieqfu mis-seħħ jew jiġu hekk emendati, iżda bla
ħsara għall-validità ta’ kull ħaġa li tkun saret qabel bis-saħħa
tagħhom jew għall-egħmil ta’ regolamenti ġodda.
    ASSIKURAZZJONIOBBLIGATORJAGĦAR-RESPONSAB-
BILTÀ 4      KAP. 241.ħ   TA’MINIĦADDEM
(5) Fil-kalkolu għall-finijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu ta’ kull żmien bħal dak ta’ tmienja u għoxrin ġurnata, ma
jiġix magħdud kull żmien li matulu l-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’
jew li għalih tkun aġġornata għal iktar minn sebat ijiem.
