ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġKAP. 242.   1
KAPITOLU 242
ATT DWAR L-ESEKUZZJONI REĊIPROKA TA’ 
ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT
Biex jagħmel provvedimenti ġodda minfIok l-Ordinanza dwar l-
Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’ Manteniment  (Kap. 48); biex jagħmel
provvedimenti bil-ħsieb li Malta tkun tista’ taċċedi għal konvenzjonijiet
internazzjonali dwar manteniment; biex jagħmel provvedimenti oħra
sabiex il-manteniment ikun jista’ jinġabar b’mod aktar faċli minn jew għal
persuni f'Malta jew minn jew għal persuni f’pajjiżi oħra; u għal għanijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-imsemmija ħwejjeġ.
(26 ta’ Marzu, 1974)*
(1 ta’ Mejju, 1975)#
(12 ta’ Diċembru, 1977)+
(17 ta’ April, 1978)¢
Sar liġi bl-ATT XX ta’ l-1974, kif emendat bl-Avviż Legali 148 ta’ l-
1975; u bl-Atti LVIII ta’ l-1974 u XXIV ta’ l-1995.
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.
Reċiproka ta’ Ordnijiet ta’ Manteniment.
Tifsir.
Emendat: 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XXIV. 1995.362.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"ċertifikat ta’ arretrati", dwar ordni ta’ manteniment, tfisser
ċertifikat li jiċċertifika li s-somma speċifikata fiċ-ċertifikat hija
skond l-aħjar tagħrif jew twemmin ta’ l-uffiċjal li jagħti ċ-ċertifikat
l-ammont ta’ l-arretrati li jkollhom jitħallsu taħt l-ordni fid-data taċ
ċertifikat jew, skond il-każ, li skond l-aħjar tagħrif jew twemmin
tiegħu ma jkollhom jitħallsu ebda arretrati taħt dak l-ordni f’dik id-
data;
"debitur", dwar ordni ta’ manteniment, tfisser il-persuna li
jkollha tagħmel il-ħlasijiet taħt l-ordni;
"kopja ċertifikata", dwar ordni ta’ qorti, tfisser kopja ta’ l-ordni
ċertifikata mir-Reġistratur jew minn xi uffiċjal ieħor xieraq tal-
qorti li hi kopja vera;
"kreditur", dwar ordni ta’ manteniment, tfisser il-persuna li
jkollha jedd għall-ħlasijiet li għalihom jipprovdi l-ordni;
"l-awtorità responsabbli", dwar pajjiż li jirreċiproka tfisser kull
persuna li f’dak il-pajjiż ikollha funzjonijiet bħal dawk li l-Ministru
għandu taħt dan l-Att;
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 216 tas-26 ta’ Marzu, 1974.
#Ara Avviż Legali 48 ta’ l-1975.
+Ara Avviż Legali 153 ta’ l-1977.
¢Ara Avviż Legali 44 ta’ l-1978.
    ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
2      KAP. 242.ħ     TA’MANTENIMENT
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; 
Kap. 48. "Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’ Digrieti
ta’ Manteniment;
"ordni" tinkludi kull digriet jew deċiżjoni oħra, inkluż digriet
interlokutorju;
"ordni ta’ filjazzjoni" tfisser ordni (ikun kif ikun imsejjaħ) li
jiddeċiedi, isib jew jiddikjara li persuna hija l-missier ta’ tifel jew
tifla, sew jekk ikun jipprovdi wkoll għall-manteniment tat-tifel jew
tifla sew jekk 1e;
"ordni ta’ manteniment" tfisser ordni (ikun kif ikun imsejjaħ) ta’
kull wieħed mix-xorta li ġejjin, jiġifieri -
(a) ordni (inkluż ordni ta’ filjazzjoni jew ordni mogħti
wara ordni ta’ filjazzjoni) li jipprovdi għall-ħlas kull
tant żmien ta’ somom ta’ flus li jmorru għall-manteni
ment ta’ xi persuna, li tkun persuna li lilha l-persuna li
jkollha tagħmel il-ħlasijiet taħt l-ordni tkun, skond il-
liġi applikata fil-post fejn ikun sar l-ordni, obbligata
tmantni; u
(b) ordni ta’ filjazzjoni jew ordni mogħti wara ordni ta’
filjazzjoni, li jkun ordni li jipprovdi għall-ħlas minn
persuna li tkun aġġudikata, misjuba jew dikjarata li hi
l-missier tat-tifel jew tifla, ta’ spejjeż inċidentali għat
twelid tiegħu jew tagħha jew, meta t-tifel jew tifla
jkunu mietu, ta’ l-ispejjeż tal-funeral tagħhom,
u, fil-każ ta’ ordni ta’ manteniment li jkun ġie mibdul, tfisser dak l-
ordni kif mibdul;
"ordni provviżorju" tfisser (skond ir-rabta tal-kliem) -
(a) ordni magħmul minn qorti f’Malta li jkun biss
provviżorju u li ma jkollu ebda effett jekk u sakemm
ma jiġix ikkonfermat, b’tibdil jew mingħajru, minn
qorti kompetenti f’pajjiż li jirreċiproka; jew
(b) ordni magħmul minn qorti f’pajjiż li jirreċiproka li
jkun biss provviżorju u li ma jkollu ebda effett jekk u
sakemm ma jiġix ikkonfermat, b’tibdil jew mingħajru,
mill-qorti kompetenti ta’ Malta;
"ordni reġistrat" tfisser ordni ta’ manteniment li f’dak iż-żmien
ikun reġistrat, jew meqjus bħala reġistrat, fil-qorti kompetenti ta’
Malta taħt dan l-Att;
"pajjiż li jirreċiproka" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 3 ta’ dan l-Att;
"qorti" tinkludi kull tribunal jew persuna li jkollha s-setgħa li
tagħmel, tikkonferma, tinforza, tibdel jew tħassar ordni ta’
manteniment;
"qorti kompetenti ta’ Malta" tfisser il-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili; 
ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġKAP. 242.   3
"Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tal-Qrati ta’ Malta.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att ordni għandu jitqies li hu ordni
ta’ manteniment safejn (iżda biss safejn) ikun jirreferi għal ħlas ta’
somom ta’ flus li jsir kull tant żmien kif imsemmi fil-paragrafu (a)
tat-tifsira ta’ "ordni ta’ manteniment" fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jew dwar persuna aġġudikata, misjuba jew dikjarata li tkun
il-missier ta’ tifel jew tifla għal kull spejjeż li huma msemmija fil-
paragrafu (b) ta’ dik it-tifsira.
(3) Kull riferenza f’dan l-Att għall-ħlas ta’ flus għall-
manteniment ta’ tifel jew tifla għandha tinftiehem li tinkludi
riferenza għall-ħlas ta’ flus għall-edukazzjoni tat-tifel jew tat-tifla.
ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ ORDNIJIET TA’ MANTENIMENT 
MAGĦMULIN F’MALTA JEW F’PAJJIŻ LI JIRREĊIPROKA
Ordnijiet li 
jiddikjaraw pajjiżi 
li jirreċiprokaw. 
Emendat: 
LVIIl.1974.68. 
3.* (1) Il-President ta’ Malta, jekk ikun sodisfatt li, fil-każ li l-
benefiċċji mogħtija b’dan l-Att jiġu applikati għal, jew għal klassi
ta’, ordnijiet ta’ manteniment magħmula mill-qrati ta’ xi pajjiż jew
territorju barra minn Malta, benefiċċji bħalhom jiġu applikati f’dak
il-pajjiż jew territorju għal, jew għal dawk il-klassijiet ta’, ordnijiet
ta’ manteniment magħmula mill-qrati f’Malta, jista’ b’ordni
jiddikjara dak il-pajjiż jew territorju bħala pajjiż li jirreċiproka
għall-finijiet ta’ dan l-Att; u, bla ħsara għas-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu, f’dan l-Att "pajjiż li jirreċiproka" tfisser pajjiż jew
territorju li f’dak iż-żmien ikun hekk dikjarat.
(2) Pajjiż jew territorju jista’ jiġi dikjarat taħt is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu bħala pajjiż li jirreċiproka jew dwar ordnijiet ta’
manteniment b’mod ġenerali, jew dwar ordnijiet ta’ manteniment
barra minn dawk ta’ xi klassi speċifika, jew dwar ordnijiet ta’
manteniment ta’ klassi waħda jew aktar biss; u pajjiż jew territorju
li jkun f’dak iż-żmien hekk dikjarat għandu, ħlief dwar ordnijiet ta’
manteniment in ġenerali, jitqies għall-finijiet ta’ dan l-Att li hu
pajjiż li jirreċiproka biss dwar ordnijiet ta’ manteniment tal-klassi
li għaliha testendi d-dikjarazzjoni.
ORDNIJIET MAGĦMULA M1NN QRATI F’MALTA
Ordni ta’ 
manteniment 
magħmul f’Malta 
jintbagħat għall-
esekuzzjoni 
f’pajjiż li 
jirreċiproka.
4. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, meta
d-debitur taħt ordni ta’ manteniment magħmul, sew qabel sew wara
l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, minn qorti f’Malta jkun jirrisjedi
f’pajjiż li jirreċiproka, il-kreditur taħt l-ordni jista’ jitlob li l-ordni
jintbagħat lil dak il-pajjiż biex jiġi esegwit.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma għandux isehħ dwar
ordni provviżorju.
(3) Kull talba magħmula skond dan l-artikolu għandha ssir lill-
qorti li għamlet l-ordni ta’ manteniment li għalih tirreferi t-talba.
(4) Jekk fuq talba magħmula kif imiss taħt dan l-artikolu, il-qorti
tkun sodisfatta li d-debitur taħt l-ordni ta’ manteniment li għalih
tirreferi t-talba jkun jirrisjedi f’pajjiż li jirreċiproka, id-dokumenti
*Ara l-Avviżi Legali 56 u 57 ta’ l-1984.
    ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
4      KAP. 242.ħ     TA’MANTENIMENT
li ġejjin, jiġifieri:
(a) kopja ċertifikata ta’ l-ordni tal-manteniment;
(b) ċertifikat iffirmat mir-reġistratur tal-qorti li
jiċċertifika li l-ordni jista’ jiġi esegwit f’Malta;
(ċ) ċertifikat ta’ arretrati hekk iffirmat;
(d) dikjarazzjoni li tagħti dak it-tagħrif li l-imsemmi reġis-
tratur ikollu dwar fejn qiegħed id-debitur;
(e) dikjarazzjoni li tagħti dak it-tagħrif li l-imsemmi reġis-
tratur ikollu sabiex jiffaċilita l-identifikazzjoni tad-
debitur; u
(f) meta jkun jista’ jinkiseb ritratt tad-debitur , 
għandhom jintbagħtu mill-qorti lill-Ministru sabiex ikunu jistgħu
jintbagħtu mill-Ministru lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż li
jirreċiproka jekk hu jkun sodisfatt li d-dikjarazzjoni dwar fejn
qiegħed id-debitur tagħti tagħrif biżżejjed biex tiġġustifika li jsir
dan.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tittieħed li tolqot xi
ġurisdizzjoni ta’ xi qorti f’Malta dwar ordni ta’ manteniment li
għalih japplika dan l-artikolu, u kull ordni bħal dak jista’ jiġi
esegwit, mibdul jew imħassar skond hekk.
Setgħa tal-qorti li 
tagħmel ordni ta’ 
manteniment 
provviżorju kontra 
persuna li tirrisjedi 
f’pajjiż li 
jirreċiproka.
5. (1) Meta ssir talba f’qorti f’Malta għal ordni ta’
manteniment kontra persuna li tirrisjedi f’pajjiż li jirreċiproka u
jiġi muri lill-qorti li kien ikollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ xi liġi
li tagħmel ordni ta’ manteniment kieku- 
(a) dik il-persuna kienet domiċiljata f’Malta; u
(b) ċitazzjoni biex tidher quddiem il-qorti biex twieġeb
għat-talba tkun ġiet notifikata lilha kif imiss,
il-qorti jkollha ġurisdizzjoni li tisma’ t-talba u tista’, bla ħsara
għas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, tagħmel ordni ta’
manteniment fuq it-talba daqslikieku ċitazzjoni tkun ġiet notifikata
lill-imsemmija persuna kif imiss u dik il-persuna tkun naqset milli
tidher għas-smigħ.
(2) Ordni ta’ manteniment magħmul bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu jkun ordni provviżorju.
(3) Meta qorti tagħmel ordni ta’ manteniment li bis-saħħa ta’
dan l-artikolu jkun ordni provviżorju, id-dokumenti li ġejjin,
jiġifieri:
(a) kopja ċertifikata ta’ l-ordni ta’ manteniment;
(b) dokument, awtentikat mir-reġistratur tal-qorti li
tagħmel l-ordni, li juri jew jagħti fil-qosor il-provi li
ngħataw fil-proċedimenti;
(ċ) ċertifikat iffirmat mill-imsemmi reġistratur li
jiċċertifika li fil-fehma tal-qorti r-raġunijiet mogħtija
fiċ-ċertifikat huma r-raġunijiet li fuqhom seta’ kien
hemm opposizzjoni għall-egħmil ta’ l-ordni mid-
debitur taħt l-ordni; 
ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġKAP. 242.   5
(d) dikjarazzjoni li tagħti dak it-tagħrif li l-qorti kellha
dwar fejn qiegħed id-debitur;
(e) dikjarazzjoni li tagħti dak it-tagħrif li l-imsemmi reġis
tratur ikollu sabiex jiffaċilita l-identifikazzjoni tad-
debitur; u
(f) meta jkun jista’ jinkiseb, ritratt tad-debitur, 
għandhom jintbagħtu mill-qorti lill-Ministru sabiex ikunu jistgħu
jintbagħtu mill-Ministru lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż li
jirreċiproka fejn ikun qed jirrisjedi d-debitur jekk hu jkun sodisfatt
li d-dikjarazzjoni dwar fejn qiegħed id-debitur tagħti tagħrif
biżżejjed biex tiġġustifika li jsir dan.
(4) Ordni ta’ manteniment magħmul bis-saħħa ta’ dan l-
artikolu li jkun ġie konfermat minn qorti kompetenti f’pajjiż li
jirreċiproka għandu jitqies għall-finijiet kollha daqslikieku l-qorti
li għamlet l-ordni għamlitu fil-forma li fiha kien konfermat u
daqslikieku l-ordni qatt ma kien ordni provviżorju, u bla ħsara
għall-artikolu 6 ta’ dan l-Att, kull ordni bħal dak jista’ jiġi hekk
esegwit, mibdul jew imħassar.
Tibdil u tħassir ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
magħmul f’Malta.
6. (1) Dan l-artikolu japplika għal ordni ta’ manteniment li
kopja ċertifikata tiegħu tkun intbagħtet lil pajjiż li jirreċiproka
skond l-artikolu 4 ta’ dan l-Att u għal ordni ta’ manteniment
magħmul bis-saħħa ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att li jkun ġie
konfermat minn qorti kompetenti f’dak il-pajjiż.
(2) Qorti f’Malta li għandha s-setgħa li tibdel ordni ta’ manteni
ment li għalih japplika dan l-artikolu jkollha s-setgħa li tibdel dak
l-ordni b’ordni provviżorju.
(3) Meta l-qorti li tkun qed tisma’ talba għal tibdil f’ordni ta’
manteniment li għalih japplika dan l-artikolu tkun bi ħsiebha li
tibdlu billi żżid ir-rata tal-ħlasijiet taħt l-ordni f’dak il-każ, ħlief
jekk 
(a) sew ir-rikorrent kemm id-debitur taħt l-ordni jidhru
fil-proċedimenti; jew
(b) ir-rikorrent jidher u l-proċess xieraq ikun ġie notifikat
kif imiss lill-parti l-oħra,
l-ordni li jibdel l-ordni jkun ordni provviżorju.
(4) Meta qorti f’Malta tagħmel ordni provviżorju li jibdel ordni
ta’ manteniment li għalih japplika dan l-artikolu, dik il-qorti
għandha tibgħat, lill-qorti fil-pajjiż li jirreċiproka li jkollha s-
setgħa li tikkonferma l-ordni provviżorju, kopja ċertifikata ta’ l-
ordni provviżorju flimkien ma’ dokument, awtentikat kif imiss, li
juri jew jagħti fil-qosor il-provi miġjuba fil-proċedimenti.
(5) Meta kopja ċertifikata ta’ ordni provviżorju magħmul minn
qorti f’pajjiż li jirreċiproka, li jkun ordni li jibdel jew iħassar ordni
ta’ manteniment li għalih japplika dan l-artikolu, flimkien ma’
dokument, ċertifikat kif imiss, li juri jew jagħti fil-qosor il-provi
miġjuba fil-proċedimenti li fihom ingħata l-ordni provviżorju, tiġi
riċevuta mill-qorti f’Malta li tkun għamlet l-ordni ta’ manteniment,
dik il-qorti tista’ tikkonferma jew tirrifjuta li tikkonferma l-ordni
    ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
6      KAP. 242.ħ     TA’MANTENIMENT
provviżorju u, jekk dak l-ordni jkun ordni li jibdel l-ordni ta’
manteniment, tikkonfermah jew mingħajr tibdil jew b’dak it-tibdil
li jidhrilha xieraq.
(6) Sabiex jiġi stabbilit jekk ordni provviżorju għandux jiġi
konfermat taħt is-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, il-qorti għandha
tipproċedi daqslikieku sarilha rikors għal tibdil jew tħassir, skond
il-każ, ta’ l-ordni ta’ manteniment li jkun, u għal dan il-għan kopja
ta’ l-ordni provviżorju għandha tiġi notifikata lid-debitur flimkien
ma’ intimazzjoni illi jekk ma jidhirx għas-smigħ, jew xort’oħra
jippreżenta risposta qabel is-smigħ, il-qorti tikkonferma l-ordni
provviżorju taħt dan l-artikolu.
(7) Meta ordni ta’ manteniment li għalih japplika dan l-artikolu
jkun ġie mibdul b’ordni (inkluż ordni provviżorju li jkun ġie
konfermat) magħmul minn qorti f’Malta jew minn qorti kompetenti
f’pajjiż li jirreċiproka, l-ordni ta’ manteniment għandu, mid-data li
fiha jkun magħmul l-ordni, ikollu effett kif mibdul b’dak l-ordni u,
meta dak l-ordni kien ordni provviżorju, daqslikieku dak l-ordni
kien magħmul fil-forma li fiha kien konfermat u daqslikieku qatt
ma kien ordni provviżorju.
(8) Meta ordni ta’ manteniment li għalih japplika dan l-artikolu
jkun ġie revokat b’ordni magħmul minn qorti f’Malta jew minn
qorti kompetenti f’pajjiż li jirreċiproka, inkluż ordni provviżorju
magħmul mill-qorti l-aħħar imsemmija li jkun ġie konfermat minn
qorti f’Malta, l-ordni ta’ manteniment għandu, mid-data li fiha jkun
magħmul l-ordni, jitqies li waqaf mis-seħħ ħlief dwar kull arretrati
li kellhom jitħallsu taħt l-ordni ta’ manteniment f’dik id-data.
(9) Meta qabel ma jiġi konfermat ordni ta’ manteniment
magħmul bis-saħħa ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att dokument,
ċertifikat kif imiss, li juri jew jagħti fil-qosor provi li nġiebu
f’pajjiż li jirreċiproka għall-fini ta’ proċedimenti dwar il-konferma
ta’ l-ordni jiġu riċevut mill-qorti f’Malta li għamlet l-ordni, jew dik
il-qorti, fuq talba magħmula lilha minn qorti f’dak il-pajjiż, tieħu x-
xiehda ta’ persuna li tirrisjedi f’Malta għall-fini ta’ dawk il-
proċedimenti, il-qorti f’Malta li għamlet l-ordni għandha
tikkunsidra dik ix-xiehda u jekk, meta tkun għamlet hekk, ikun
jidhrilha li l-ordni ma jkunx imissu sar -
(a) il-qorti għandha, tagħti lill-persuna li fuq it-talba
tagħha l-ordni ta’ manteniment ikun ġie magħmul l-
opportunita li tikkunsidra dik ix-xiehda, li tagħmel
sottomissjonijiet dwarha u li ġġib aktar provi; u
(b) wara li tikkunsidra l-provi kollha u kull sottomissjoni
magħmula minn dik il-persuna, il-qorti tista’ tħassar l-
ordni ta’ manteniment.
ORDNIJIET MAGĦMULIN MINN QRATI F’PAJJIŻI LI 
JIRRECIPROKAW
Reġistrazzjoni 
f’qorti ta’ Malta ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
magħmul f’pajjiż li 
jirreċiproka. 
7. (1) Dan l-artikolu japplika għal ordni ta’ manteniment
magħmul, sew qabel sew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu,
minn qorti f’pajjiż li jirreċiproka, inkluż ordni bħal dak minn qorti
bħal dik li jkun ġie konfermat minn qorti f’pajjiż li jirreċiproka
ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġKAP. 242.   7
ieħor iżda barra ordni provviżorju li ma jkunx ġie konfermat.
(2) Meta kopja ċertifikata ta’ ordni li għalih japplika dan l-
artikolu tiġi riċevuta mill-Ministru mingħand awtorità responsabbli
f’pajjiż li jirreċiproka, u l-Ministru jkun jidhirlu li d-debitur taħt l-
ordni jkun jirrisjedi f’Malta, hu għandu jibgħat il-kopja ta’ l-ordni
lir-Reġistratur.
(3) Meta r-Reġistratur jirċievi mingħand il-Ministru kopja
ċertifikata ta’ ordni li għalih japplika dan l-artikolu, hu għandu, bla
ħsara għas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu jirreġistra l-ordni fil-
qorti kompetenti ta’ Malta.
(4) Qabel ma jirreġistra ordni taħt dan l-artikolu r-Reġistratur
għandu jieħu dawk il-passi li jidhirlu xierqa sabiex jiżgura jekk id-
debitur taħt l-ordni jkunx jirrisjedi f’Malta, u jekk wara li jieħu
dawk il-passi jkun sodisfatt li d-debitur ma jkunx hekk jirrisjedi hu
għandu jibgħat lura l-kopja ċertifikata ta’ l-ordni lill-Ministru
flimkien ma’ dikjarazzjoni li tagħti dak it-tagħrif li jkollu dwar fejn
ikun qiegħed id-debitur.
Konferma minn 
qorti f’Malta ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
provviżorju 
magħmul f’pajjiż li 
jirreċiproka.
8. (1) Dan l-artikolu japplika għal ordni ta’ manteniment
magħmul, sew qabel sew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu,
minn qorti f’pajjiż li jirreċiproka li jkun ordni provviżorju.
(2) Meta kopja ċertifikata ta’ ordni li għalih japplika dan l-
artikolu flimkien ma’ -
(a) dokument, awtentikat kif imiss, li juri jew jagħti fil-
qosor il-provi miġjuba fil-proċedimenti li fihom ġie
magħmul l-ordni; u
(b) dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom id-debitur taħt l-
ordni seta’ oppona għall-egħmil ta’ l-ordni,
tiġi riċevuta mill-Ministru mingħand l-awtorità responsabbli
f’pajjiż li jirreċiproka, u jkun jidher lill-Ministru li d-debitur taħt l-
ordni jkun qed jirrisjedi f’Malta, hu għandu jibgħat il-kopja ta’ l-
ordni u d-dokumenti li kien hemm magħha għand ir-Reġistratur, u
l-qorti kompetenti ta’ Malta għandha - 
(i) jekk id-debitur taħt l-ordni jistabbilixxi xi difiża
hekk kif seta’ jagħmel fil-proċedimenti li fihom
ikun ġie magħmul l-ordni, jirrifjuta li
jikkonferma l-ordni; u
(ii) f’kull każ ieħor, jikkonferma l-ordni jew
mingħajr tibdil jew b’dak it-tibdil li jidhrilha
xieraq.
(3) F’kull proċedimenti għall-konferma taħt dan l-artikolu ta’
ordni provviżorju, id-dikjarazzjoni riċevuta mill-qorti li għamlet l-
ordni tar-raġunijiet li fuqhom id-debitur taħt l-ordni seta’ oppona l-
egħmil ta’ l-ordni tkun prova konklużiva li d-debitur seta’ għamel
difiża fuq waħda minn dawk ir-raġunijiet fil-proċedimenti li fihom
kien magħmul l-ordni.
(4) Sabiex jiġi stabbilit jekk ordni provviżorju għandux jiġi
konfermat taħt dan l-artikolu l-qorti għandha tipproċedi bħalli
kieku saritilha talba għal ordni ta’ manteniment kontra d-debitur
    ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
8      KAP. 242.ħ     TA’MANTENIMENT
taħt ordni provviżorju u għal dan l-għan kopja ta’ l-ordni għandha
tiġi notifikata lid-debitur taħt l-ordni flimkien ma’ intimazzjoni li
jekk ma jidhirx għas-smigħ, jew xort’oħra jippreżenta risposta fis-
smigħ jew qabel, il-qorti tikkonferma l-ordni taħt dan l-artikolu.
(5) Jekk il-qorti tikkonferma l-ordni, ir-Reġistratur għandu
jirreġistra l-ordni f’dik il-qorti, u jekk il-qorti tiċħad li tikkonferma
l-ordni, ir-Reġistratur għandu jibgħat lura l-kopja ċertifikata ta’ l-
ordni flimkien mad-dokumenti li kienu magħha lill-Ministru.
(6) Jekk intimazzjoni għal dehra fil-proċedimenti għall-kon
ferma ta’ ordni provviżorju ma tkunx tista’ tiġi notifikata kif imiss
lid-debitur taħt dak l-ordni r-Reġistratur għandu jibgħat lura dik il-
kopja u d-dokumenti li kien hemm magħha lill-Ministru flimkien
ma’ dikjarazzjoni li tagħti t-tagħrif li jkollu dwar fejn qiegħed id-
debitur.
Esekuzzjoni ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
reġistrat f’’qorti ta’ 
Malta.
9. (1) Ordni reġistrat jista’ jiġi esegwit f’Malta daqslikieku
kien magħmul mill-qorti li tirreġistrah u daqslikieku dik il-qorti
kellha ġurisdizzjoni biex tagħmlu; u proċedimenti għal jew dwar l-
esekuzzjoni ta’ kull ordni bħal dak jistgħu jsiru skond hekk.
(2) Kull persuna li f’dak iż-żmien tkun taħt obbligazzjoni li
tagħmel ħlasijiet skond ordni reġistrat għandha tavża b’kull tibdil
ta’ indirizz lir-Reġistratur, u kull persuna li tonqos mingħajr raġuni
xierqa li tagħti dak l-avviż teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux
iżjed minn għaxar liri.
(3) F’kull proċedimenti għal jew dwar l-esekuzzjoni ta’ ordni li
f’dak iż-żmien ikun reġistrat taħt dan l-Att ċertifikat ta’ arretrati
mibgħut lir-Reġistratur ikun prova tal-fatti dikjarati fih.
(4) Bla ħsara għas-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu, somom ta’
flus li għandhom jitħallsu taħt ordni reġistrat għandhom jitħallsu
skond l-ordni mid-data li fiha jkun sar l-ordni.
(5) Il-qorti li għandha s-setgħa taħt l-artikolu 8 ta’ dan l-Att li
tikkonferma ordni provviżorju tista’, jekk tiddeċiedi li tikkonferma
l-ordni, tagħti direttiva li s-somom ta’ flus li għandhom jitħallsu
taħtu jitqiesu li għandhom jitħallsu skond l-ordni minn dik id-data,
li tkun data wara d-data li fiha l-ordni kien magħmu1, kif tista’
tispeċifika; u bla ħsara għal kull direttiva bħal dik, ordni ta’
manteniment reġistrat taħt l-imsemmi artikolu 8 għandu jitqies
bħallikieku sar fil-forma li fih kien konfermat u bħallikieku qatt ma
kien ordni provviżorju.
Tibdil u tħassir ta’ 
ordni ta’ 
manteniment 
reġistrat f’qorti ta’ 
Malta.
10. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
qorti kompetenti ta’ Malta - 
(a) ikollha l-istess setgħa, fuq talba magħmula mid-
debitur jew mill-kreditur taħt ordni reġistrat li tibdel
jew tħassar l-ordni daqslikieku kien magħmul mill-
qorti kom petenti ta’ Malta u daqslikieku dik il-qorti
kellha ġurisdizzjoni biex tagħmlu; u
(b) ikollha s-setgħa li tibdel jew tħassar ordni reġistrat
b’ordni provviżorju.
ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġKAP. 242.   9
(2) Il-qorti kompetenti ta’ Malta ma għandhiex tibdel ordni
reġistrat jekk mhux b’ordni provviżorju ħlief meta - 
(a) kemm id-debitur kif ukoll il-kreditur taħt l-ordni
reġistrat ikunu f’dak iż-żmien jirrisjedu f’Malta; jew
(b) ir-rikors isir mill-kreditur taħt l-ordni reġistrat; jew 
(ċ) it-tibdil ikun jikkonsisti fi tnaqqis tar-rata tal-ħlasijiet
taħt l-ordni reġistrat u jsir biss minħabba li jkun hemm
tibdil fiċ-ċirkostanzi finanzjarji tad-debitur minn meta
l-ordni reġistrat kien magħmul jew, fil-każ ta’ ordni
reġistrat taħt l-artikolu 8 ta’ dan l-Att, wara li l-ordni
reġistrat kien konfermat, u l-qrati fil-pajjiż li
jirreċiproka li fih l-ordni ta’ manteniment kien ġie
magħmul ma jkollhomx is-setgħa, skond il-liġi fis-
seħħ f’dak il-pajjiż, li jikkonfermaw ordnijiet
provviżorji li jibdlu ordnijiet ta’ manteniment.
(3) Il-qorti kompetenti ta’ Malta ma għandhiex tħassar ordni
reġistrat ħlief b’ordni provviżorju ħlief meta sew id-debitur kif
ukoll il-kreditur taħt l-ordni reġistrat ikunu f’dak iż-żmien
jirrisjedu f’Malta.
(4) Fuq rikors għat-tħassir ta’ ordni reġistrat il-qorti kom
petenti ta’ Malta għandha, ħlief meta sew id-debitur kif ukoll il-
kreditur taħt l-ordni reġistrat ikunu f’dak iż-żmien jirrisjedu
f’Malta, tapplika l-liġi applikata mill-pajjiż li jirreċiproka li fih
kien magħmul l-ordni reġistrat; iżda meta bis-saħħa ta’ dan is-
subartikolu l-qorti kompetenti ta’ Malta tkun meħtieġa li tapplika
dik il-liġi, dik il-qorti tista’ tagħmel ordni provviżorju jekk ikollha
raġuni taħseb li r-raġuni li fuqha ssir it-talba hi raġuni li fuqha l-
ordni jista’ jiġi mħassar skond il-liġi applikata mill-pajjiż li
jirreċiproka, ukoll jekk ma jkunx ġie stabbilit li hi raġuni bħal dik.
(5) Meta l-qorti kompetenti ta’ Malta tagħmel ordni
provviżorju li jibdel jew iħassar ordni reġistrat il-qorti għandha
tibgħat lill-qorti fil-pajjiż li jirreċiproka li jkun għamel l-ordni
reġistrat kopja ċertifikata ta’ l-ordni provviżorju flimkien ma’
dokument, awtentikat kif imiss, li juri jew jagħti fil-qosor il-provi
miġjuba fil-proċedimenti.
(6) Meta kopja ċertifikata ta’ ordni provviżorju magħmul minn
qorti f’pajjiż li jirreċiproka, li jkun ordni li jibdel ordni reġistrat,
flimkien ma dokument, awtentikat kif imiss, li juri jew jagħti fil-
qosor il-provi miġjuba fil-proċedimenti li fih ikun magħmul l-ordni
provviżorju, tiġi riċevuta minn qorti kompetenti ta’ Malta, dik il-
qorti tista’ tikkonferma l-ordni jew mingħajr tibdil jew b’dak it
tibdil li jidhrilha xieraq jew tiċħad li tikkonferma l-ordni.
(7) Sabiex jiġi stabbilit jekk ordni provviżorju għandux jiġi
konfermat taħt is-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu l-qorti għandha
tipproċedi bħallikieku saritilha talba għat-tibdil f’ordni reġistrat, u
għal dan l-għan kopja ta’ l-ordni għandha tiġi notifikata lid-debitur
taħt l-ordni flimkien ma’ intimazzjoni li kemm-il darba ma jidhirx
għas-smigħ, jew xort’oħra ma jippreżentax risposta waqt is-smigħ
jew qabel, il-qorti tikkonferma l-ordni provviżorju taħt dan l-
artikolu.
    ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
10      KAP. 242.ħ     TA’MANTENIMENT
(8) Meta ordni reġistrat ikun ġie mibdul b’ordni (inkluż ordni
provviżorju li jkun ġie konfermat) magħmul mill-qorti kompetenti
ta’ Malta jew minn qorti kompetenti f pajjiż li jirreċiproka, l-ordni
reġistrat għandu, mid-data li fiha l-ordni kien magħmul, ikollu
effett kif mibdul b’dak l-ordni u, meta dak l-ordni kien ordni
provviżorju, daqslikieku dak l-ordni kien magħmul fil-forma li fiha
kien konfermat u daqslikieku qatt ma kien ordni provviżorju.
(9) Meta ordni reġistrat ikun ġie mħassar b’ordni magħmul
mill-qorti kompetenti ta’ Malta jew minn qorti kompetenti ta’ pajjiż
li jirreċiproka, inkluż ordni provviżorju magħmul mill-qorti l-
ewwel imsemmija li jkun gie konfermat minn qorti kompetenti
f’pajjiż li jirreċiproka, l-ordni reġistrat għandu, mid-data li fih l-
ordni kien magħmul, jitqies li temm mis-seħħ ħlief dwar xi arretrati
li jkollhom jitħallsu taħt l-ordni reġistrat f’dik id-data.
(10) Ir-Reġistratur għandu jirreġistra kull ordni li jibdel ordni
reġistrat barra minn ordni provviżorju li ma jkunx konfermat. 
Kanċellament ta’ 
reġistrazzjoni ma’ 
trasferiment ta’ 
ordni.
11. (1) Meta -  
(a) ordni reġistrat ikun tħassar b’ordni magħmul mill-qorti
kompetenti ta’ Malta; jew
(b) ordni reġistrat ikun tħassar b’ordni provviżorju
magħmul minn dik il-qorti li jkun ġie kkonfermat minn
qorti f pajjiż li jirreċiproka u avviż tal-konferma jiġi
riċevut mill-qorti kompetenti ta’ Malta; jew
(ċ) ordni reġistrat ikun tħassar b’ordni magħmul minn
qorti f’dak il-pajjiż u avviż tat-tħassir ikun riċevut
mill-qorti kompetenti ta’ Malta,
ir-Reġistratur għandu jikkanċella r-reġistrazzjoni; iżda kull
arretrati li jkollhom jitħallsu taħt l-ordni reġistrat fid-data meta r-
reġistrazzjoni tiegħu tkun imħassra bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu
jibqgħu jkunu jistgħu jiġu miġbura daqslikieku r-reġistrazzjoni ma
kenitx imħassra.
(2) Meta r-Reġistratur, wara li jieħu dawk il-passi li jidhirlu
xierqa sabiex jaċċerta jekk debitur taħt ordni reġistrat hux qed
jirrisjedi f’Malta, ikun sodisfatt, li d-debitur taħt l-ordni ma jkunx
baqa’ jirrisjedi f’Malta, hu għandu jħassar r-reġistrazzjoni ta’ l-
ordni u għandu jibgħat il-kopja ċertifikata ta’ l-ordni lill-Ministru,
flimkien ma’ 
(a) ċertifikat ta’ arretrati ffirmat minnu;
(b) dikjarazzjoni li tagħti dak it-tagħrif li jkollu dwar fejn
ikun qiegħed id-debitur; u
(ċ) kull dokument rilevanti li jkun fil-pussess tiegħu dwar
il-każ.
Passi li għandhom 
jittieħdu meta 
debitur taħt ċerti 
ordnijiet ma jkunx 
jirrisjedi f’Malta.
12. (1) Meta jkun jidher lill-Ministru li d-debitur taħt ordni ta’
manteniment, li kopja ċertifikata tiegħu tkun ġiet riċevuta minnu
mingħand pajjiż li jirreċiproka, ma jkunx jirrisjedi f’Malta jew, fil-
każ ta’ ordni li wara jkun sar ordni reġistrat, ma jkunx baqa’
jirrisjedi f’Malta, hu għandu jibgħat lill-awtoritajiet responsabbli
f’dak il-pajjiż jew, meta jikkunsidra ċ-ċirkostanzi kollha jidhirlu
ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġ K AP. 242.
xieraq li hekk jagħmel, lill-awtorità responsabbli f’pajjiż li
jirreċiproka ieħor - 
(a) kopja ċertifikata ta’ l-ordni li jkun u kopja ċertifikata
ta’ kull ordni li jibdel dak l-ordni;
(b) jekk l-ordni kien f’xi żmien ordni reġistrat, ċertifikat
ta’ l-arretrati ffirmat mir-Reġistratur;
(ċ) dikjarazzjoni li tagħti dak it-tagħrif li l-Ministru jkollu
dwar fejn ikun qiegħed id-debitur; u
(d) kull dokument ieħor rilevanti li jkollu dwar il-każ. 
(2) Meta d-dokumenti msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu jintbagħtu lill-awtorità responsabbli f’pajjiż li jirreċiproka
barra minn dak li fih ikun sar l-ordni li jkun, il-Ministru għandu
jgħarraf lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż li jirreċiproka li fih l-
ordni kien magħmul ta’ dak li jkun għamel.
APPELLI
Appelli.
magħmul skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att mill-qorti kompetenti
ta’ Malta.
(2) Meta bis-saħħa ta’ xi disposizzjoni bħal dik l-imsemmija
qorti tikkonferma jew tiċħad li tikkonferma ordni provviżorju
magħmul minn qorti f’pajjiż li jirreċiproka, sew jekk ikun ordni ta’
manteniment kif ukoll jekk ikun ordni li jibdel jew iħassar ordni ta’
manteniment, il-kreditur jew id-debitur taħt l-ordni ta’
manteniment ikollu l-istess jedd għal appell mill-konferma, jew
miċ-ċaħda ta’ konferma, ta’ l-ordni provviżorju kif kien ikollu
kieku dak l-ordni ma kienx ordni provviżorju u l-qorti kompetenti
ta’ Malta tkun għamlitu jew, skond il-każ, ċaħdet li tagħmlu.
(3) Meta bis-saħħa ta’ xi disposizzjoni bħal dik il-qorti
kompetenti ta’ Malta tagħmel, jew tirrifjuta li tagħmel, ordni li
jibdel jew iħassar ordni ta’ manteniment magħmul minn qorti
f’pajjiż li jirreċiproka, f’dak il-każ, bla ħsara għas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, id-debitur jew il-kreditur taħt l-ordni ta’
manteniment ikollu l-istess jedd għal appell minn dak l-ordni jew
minn ċaħda għall-egħmil tiegħu bħal ma kien ikollu kieku l-ordni
kien magħmul mill-qorti kompetenti ta’ Malta.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu (ħlief is-subartikolu (1) tiegħu)
ma għandha tinftiehem li tolqot xi jedd għal appell mogħti b’xi liġi
oħra.
PROVI
Provi li jiġu 
aċċettati mogħtija 
f’pajjiż li 
jirreċiproka.
14. (1) Dikjarazzjoni li jkun fiha -
(a) dokument, awtentikat kif imiss, li jkun jidher li juri
jew jagħti fil-qosor provi miġjuba fi proċedimenti
f’qorti f’pajjiż li jirreċiproka; jew
(b) dokument, awtentikat kif imiss, li jkun jidher li juri
jew li jagħti fil-qosor provi meħuda f’dak il-pajjiż
    ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
12      KAP. 242.ħ     TA’MANTENIMENT
għall-fini ta’ proċedimenti f’qorti f’Malta taħt dan l-
Att, sew jekk dan ikun sar fuq talba magħmula minn
dik il-qorti sew jekk xort’oħra; jew
(ċ) dokument, awtentikat kif imiss, li jkun jidher li jkun
ġie riċevut bħala prova fi proċedimenti f’qorti f’dak il-
pajjiż jew li jkun kopja ta’ dokument hekk riċevut,
għandu f’kull proċedimenti f’qorti f’Malta dwar ordni ta’
manteniment li għalih japplika dan l-Att jiġi aċċettat bħala prova
ta’ kull fatt dikjarat fih l-istess kif xiehda orali ta’ dak il-fatt hi
aċċettata f’dawk il-proċedimenti.
(2) Dokument li jkun jidher li juri jew jagħti fil-qosor provi kif
imsemmija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
jew li jkun ittieħed kif imsemmi fil-paragrafu (b) ta’ dak is-
subartikolu, għandu jitqies li hu awtentikat kif imiss għall-finijiet
ta’ dak is-subartikolu jekk id-dokument ikun jidher li hu ċertifikat
minn imħallef, maġistrat jew persuna oħra li quddiemha nġiebu l-
provi, jew, skond il-każ, li ttieħdu minnha, li hu d-dokument
oriġinali li jkun fih jew li jirreġistra, jew, skond il-każ, li jagħti fil-
qosor, dawk il-provi jew kopja vera ta’ dak id-dokument.
(3) Dokument li jkun jidher li ġie riċevut bħala prova kif
imsemmi fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,jew
li hu kopja ta’ dokument hekk riċevut, għandu jitqies li hu
awtentikat kif imiss għall-finijiet ta’ dak is-subartikolu jekk id-
dokument ikun jidher li hu ċertifikat minn imħallef, maġistrat jew
uffiċjal ta’ dik il-qorti li kien, jew li hu kopja ta’ dokument li kien,
ġie hekk riċevut.
(4) Ma jkunx meħtieġ f’xi proċedimenti kif imsemmija qabel li
tiġi ppruvata l-firma jew il-kariga uffiċjali tal-persuna li tidher li
tkun tat dak iċ-ċertifikat.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tippreġudika li jiġi aċċettat
bħala prova xi dokument li jista’ jiġi aċċettat bħala prova kieku ma
kienx dan l-artikolu.
Ksib ta’ provi 
meħtieġa għal ċerti 
procedimenti. 
15. (1) Meta għall-fini ta’ xi proċedimenti f’qorti f’pajjiż li
jirreċiproka għal ordni ta’ manteniment li għalih japplika dan l-Att
issir talba minn jew f’isem dik il-qorti sabiex tittieħed ix-xiehda ta’
persuna li tirrisjedi hemmhekk dwar ħwejjeġ speċifikati fit-talba,
il-qorti kompetenti ta’ Malta jkollha s-setgħa li tieħu dik ix-xiehda
u, wara li tagħti avviż tal-ħin u l-post li fih għandha tittieħed ix-
xiehda lil dawk il-persuna u b’dak il-mod li jidhirlha xieraq,
għandha tieħu x-xiehda jew iġġiegħel li dik ix-xiehda tittieħed
b’dak il-mod li jidhrilha xieraq, jew kif jista’ jiġi preskritt taħt l-
artikolu 18 ta’ dan l-Att.
(2) Xiehda li tittieħed bi tħaris ta’ talba bħal dik għandha
tintbagħat mir-Reġistratur lill-qorti fil-pajjiż li jirreċiproka li jkun
għamel jew li f’ismu tkun saret it-talba.
(3) Qorti f’Malta tista’, għal kull fini ta’ xi proċedimenti f’dik
il-qorti taħt dan l-Att dwar ordni ta’ manteniment li għalih japplika
dan l-Att, tagħmel talba f’pajjiż li jirreċiproka sabiex tieħu jew
tipprovdi xiehda dwar dawk il-ħwejjeġ li jistgħu jiġu speċifikati fit
ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġ K AP. 242.
talba u tista’ tibgħat il-każ lil dik il-qorti għal dak l-għan.
Ordni eċċ., 
magħmul barra 
minn Malta 
m’hemmx għalfejn 
ikun ippruvat. 
16. Għall-finijiet ta’ dan l-Att, sakemm ma jiġix muri
kuntrarju- 
(a) ordni magħmul minn qorti f’pajjiż li jirreċiproka li
jkun jidher li jkollu s-siġill ta’ dik il-qorti jew li hu
ffirmat minn xi persuna fil-kariga tagħha bħala
mħallef, maġistrat jew uffiċjal tal-qorti, għandu jitqies
li jkun ġie ssiġillat kif imiss jew, skond il-każ, li jkun
ġie ffirmat minn dik il-persuna;
(b) il-persuna li minnha jkun ġie ffirmat l-ordni għandha
titqies mingħajr aktar prova li kienet imħallef,
maġistrat jew uffiċjal, skond il-każ, ta’ dik il-qorti
meta ffirmatu u, fil-każ ta’ uffiċjal, li jkun ġie
awtorizzat li jiffirmah; u
(ċ) dokument li jkun jidher li hu kopja ċertifikata ta’ ordni
magħmul minn qorti ta’ pajjiż li jirreċiproka għandu
jitqies mingħajr aktar prova li jkun kopja bħal dik.
Regolamenti u 
regoli ta’ 
proċedura.
17. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel, u meta jagħmel jibdel,
jimmodifika jew, bla ħsara għall-egħmil ta’ regolamenti ġodda,
jirrevoka, regolamenti sabiex jipprovdi għal kull ħaġa li fil-fehma
tiegħu hi spedjenti biex tagħti seħħ lil kull disposizzjoni ta’ dan l-
Att, u, bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, sabiex - 
(a) jistabbilixxi jew jirregola l-proċedura, metodu jew
mod li għandu jitħares u l-limiti ta’ żmien u
limitazzjonijiet oħra li għandhom jitħarsu, dwar kull
ħaġa li hemm provdut għaliha f’dan l-Att;
(b) jippreskrivi l-mod li bih u l-persuna li minnha kull
ħaġa li għandha tiġi ċertifikata jew awtentikata jew li
għandha tiġi ċertifikata jew awtentikata kif imiss taħt
dan l-Att għandha tiġi hekk ċertifikata jew
awtentikata;
(ċ) jippreskrivi l-persuna li għandha taqdi kwalunkwe
funzjoni jew dmir li għalih hemm provdut f’dan l-Att.
Kap. 12. 
(2) Bla ħsara għal kull regolamenti magħmula taħt dan l-
artikolu, proċedimenti taħt dan l-Att ikunu regolati b’regoli
magħmula taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili (inklużi kull regoli hekk magħmula dwar
proċedimenti taħt l-Ordinanza li għandhom ikomplu fis-seħħ u
għandhom japplikaw għal proċedimenti taħt dan l-Att) u, fin-
nuqqas ta’ dawk ir-regoli jew regolamenti, mid-disposizzjonijiet ta’
l-imsemmi Kodiċi.
TĦASSIR U DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Tħassir. 
Kap. 48. 
*18. L-Ordinanza dwar l-Esekuzzjoni ta’ Digrieti ta’
Manteniment hi b’dan imħassra, iżda bla ħsara għal kull ħaġa li
saret skond il-liġi bis-saħħa tagħha u għas-subartikolu (2) ta’ l-
*Ara nota mal-Kapitolu 48.
    ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
14      KAP. 242.ħ     TA’MANTENIMENT
artikolu 17 ta’ dan l-Att.
Disposizzjoni dwar 
ċerti ordnijiet u 
proċedimenti taħt 
l-Ordinanza 
mħassra.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
19. (1) Meta pajjiż jew territorju, li jkun pajjiż jew territorju li
għalih minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ l-artikolu 18 ta’
dan l-Att kienet tapplika għalih l-Ordinanza, isir pajjiż li
jirreċiproka, f’dak il-każ, bla ħsara għal dawk il-modifiki, limitaz-
zjonijiet u restrizzjonijiet li jistgħu jinsabu fl-ordni magħmul taħt l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att li jiddikjara dak il-pajjiż jew territorju bħala
pajjiż li jirreċiproka - 
(a) id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw
għall-ordnijiet ta’ manteniment, jew għal ordnijiet ta’
manteniment ta’ klassi speċifikata fl-imsemmi ordni - 
(i) magħmula minn qorti f’Malta kontra persuna li
tirrisjedi f’dak il-pajjiż jew territorju, jew
(ii) magħmula minn qorti f’dak il-pajjiż jew
territorju kontra persuna li tirrisjedi f’Malta,
li jkunu ordnijiet li għalihom, minnufih qabel id-data
tal-bidu fis-seħħ ta’ l-imsemmi subartikolu, kienet
tapplika l-Ordinanza, u kull ordni bħal dak li minnufih
qabel l-imsemmija data kien reġistrat taħt l-Ordinanza
għandu jitqies li hu u għandu jiġi trattat bħal ordni
reġistrat taħt dan l-Att;
(b) kull ordni ta’ manteniment, jew ordnijiet ta’
manteniment ta’ klassi speċifikata fl-imsemmi ordni,
magħmula minn qorti f’dak il-pajjiż jew territorju li
jkunu ġew konfermati taħt l-artikolu 6 ta’ l-Ordinanza
u li jkunu fis-seħħ minnufih qabel dik id-data għand
hom jiġu reġistrati mir-Reġistratur taħt l-artikolu 8 ta’
dan l-Att bl-istess mod bħal ordni konfermat taħt l-
imsemmi artikolu 8;
(ċ) kull proċedimenti miġjuba taħt jew bis-saħħa ta’
disposizzjoni ta’ l-Ordinanza f’qorti f’Malta li jkunu
pendenti f’dik id-data, li jkunu proċedimenti li jolqtu
persuna residenti f’dak il-pajjiż jew territorju jew
proċedimenti li jolqtu persuna residenti f’Malta,
għandhom jitkomplew daqslikieku jkunu nġiebu taħt
jew bis-saħħa tad-disposizzjoni korrispondenti ta’ dan
l-Att.
(2) Ordni magħmul taħt l-artikolu 3 ta’ dan l-Att jista’ jkun fih
kull disposizzjoni oħra li l-President ta’ Malta jidhirlu spedjenti
biex jagħti seħħ lid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu.
ESEKUZZJONIREĊIPROKATA’ORDINJIET
TA’MANTENIMENT ġ K AP. 242.
SETGĦA LI L-ATT JIĠI APPLIKAT GĦAL ORDNIJIET U TALBIET 
OMRA DWAR MANTENIMENT
Setgħa li l-Att jiġi 
applikat għal 
ordnijiet ta’ 
manteniment u 
għal talbiet biex 
jinġabar il-
manteniment 
f’każijiet oħra.
Emendat: 
LVIII. 1974.68.
20. (1) Meta l-President ta’ Malta jkun sodisfatt - 
(a) li jkunu saru jew li jkunu se jsiru arranġamenti f’pajjiż
jew territorju barra minn Malta biex jiżguraw li ordni
jiet ta’ manteniment magħmula minn qrati f’Malta
kontra persuni f’dak il-pajjiż jew territorju jistgħu jiġu
esegwiti f’dak il-pajjiż jew territorju jew li talbiet
minn persuni f’Malta għall-ġbir ta’ manteniment minn
per suni f’dak il-pajjiż jew territorju jkunu jistgħu jiġu
milqugħa minn qrati f’dak il-pajjiż jew territorju; u
(b) li fl-interess ta’ reċiproċita jkun mixtieq li jiġi żgurat li
ordnijiet ta’ manteniment magħmula minn qrati f’dak
il-pajjiż jew territorju kontra persuni f’Malta jistgħu
jiġu esegwiti f’Malta jew, skond il-każ, li talbiet minn
persuni f’dak il-pajjiż jew territorju għall-ġbir ta’ man
teniment minn persuni f’Malta jkunu jistgħu jiġu
milqugħa minn qrati f’Malta,
il-President ta’ Malta jista’ b’ordni jipprovdi sabiex jiġu applikati
d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’dawk l-eċċezzjonijiet,
adattamenti u modifiki li jistgħu jiġu speċifikati fl-ordni, għal dawk
l-ordnijiet jew talbiet li huma msemmija fil-paragrafi (a) u (b) ta’
dan is-subartikolu u għal ordnijiet ta’ manteniment u ordnijiet oħra
magħmula in konnessjoni ma’ dawk it-talbiet minn qrati f’Malta
jew f’dak il-pajjiż jew territorju.
(2) Il-President ta’ Malta jista’ wkoll bl-istess mod jagħmel
kull disposizzjoni oħra li jidhirlu li tkun meħtieġa jew spedjenti
għal kull għan kif imsemmi qabel jew bil-ħsieb li jew minħabba li
Malta tkun ser taċċedi jew tkun aċċediet għal xi konvenzjoni
internazzjonali dwar manteniment.
