  KONTROLLTAS-SWIMMINGPOOLS ġKAP.  244.   1
KAPITOLU 244
ATT DWAR IL-KONTROLL TAS-SWIMMING 
POOLS
Biex jipprovdi għall-kontroll ta’  swimming pools u għal ħwejjeġ
anċillari jew inċidentali għal dawn.
(21 ta’ Ġunju, 1974)*
Sar liġi bl-ATT XXXI ta' l-1974.
Titolu fil-qosor. 
Swimming Pools.
Tifsir.
xort’oħra - 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-provvista ta’ l-
ilma;
"persuna" tinkludi korp jew għaqda ta’ persuni;
"swimming pool" tfisser kull area mibnija, kostruwita jew
imħaffra, li l-aktar għoli intern tagħha f’xi post ma jkunx inqas
minn disgħin ċentimetru, li tkun mimlija jew maħsuba li timtela bl-
ilma, u ma tintużax biss għal għanijiet ta’ biedja, iżda ma tinkludix
xi ġiebja wżata biss għall-ġbir u/jew għall-ħażna ta’ l-ilma; tinkludi
wkoll kull reċipjent, ikun ta’ liema materjal ikun, li jista’ jintuża
għall-għawm jew għall-inżul fl-ilma.
L-iswimming 
pools suġġetti 
għall-permess tal-
Ministru.
3. Ebda persuna ma għandha tibni, tħaddem, jew tħalli jew
tagħti permess li tintuża xi swimming pool mingħajr il-permess bil-
miktub tal-Ministru.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
4. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti, u meta jkun
għamel ivarja, jibdel jew, bla ħsara għall-egħmil ta’ regolamenti
ġodda, jirrevoka dawk ir-regolamenti, biex jikkontrolla u jirregola
l-bini, it-tħaddim u l-użu ta’ swimming pools u l-għoti ta’ permessi
taħt l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
(2) Kull regolamenti magħmula taħt dan l-Att għandhom
jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun
malajr wara li jsiru u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara
li hekk jitqegħdu, il-Kamra tirriżolvi li għandhom jiġu annullati
jew emendati, dawn għandhom minnufih jieqfu mis-seħħ jew jiġu
emendati, skond il-każ, iżda bla ħsara għall-validità ta’ kull ħaġa li
qabel tkun saret bis-saħħa tagħhom jew għall-egħmil ta’
regolamenti ġodda.
(3) Fil-kalkolu għall-fini tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu
ta’ kull perijodu bħal dak ta’ tmienja u għoxrin ġurnata, ma jiġi
kalkolat ebda żmien li matulu l-Kamra tad-Deputati ma tkunx qed
tiltaqa’ jew li matulu tkun aġġornata għal iktar minn sebat ijiem. 
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 416 ta’ l-21 ta’ Ġunju, 1974.
 2      KAP. 244.ħ     KONTROLLTAS-SWIMMINGPOOLS
Reati u pieni.  5. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn
tliet mitt lira u mhux iżjed minn elf lira.
Reati minn 
korpijiet ta’ 
persuni.
6. Meta reat taħt dan l-Att isir minn għaqda jew korp ta’
persuni, kull persuna li, fil-ħin ta’ l-egħmil tar-reat, kienet direttur,
manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dik l-għaqda jew
korp ta’ persuni, jew kienet tidher li qed taġixxi f’xi kariga bħal
dik, tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma tippruvax li r-reat
ikun sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li tkun eżerċitat id-diliġenza
kollha xierqa biex tevita l-egħmil tar-reat.
