DIKJARAZZJONIJIET ġKAP. 245.   1
KAPITOLU 245
ATT DWAR ID-DIKJARAZZJONIJIET
Biex jipprovdi b’mod ġenerali li jistgħu jsiru dikjarazzjonijiet minflok
ġuramenti u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari jew konsegwenzjali.
(28 ta’ Ġunju, 1974)*
Sar liġi bl-Att XXXV tu’ l-1974.
Titolu fil-qosor. 
Dikjarazzjoni 
minflok ġurament. 
2.  (1) Kull meta b’xi liġi jew taħt xi liġi li bħalissa qiegħda
fis-seħħ jew b’xi liġi jew taħt xi liġi li ssir aktar ’il quddiem,
kemm-il darba fil-każ ta’ l-aħħar il-liġi ma tipprovdix espressament
xort’oħra, ikun hemm provdut li jittieħed ġurament minn xi
persuna, jekk - 
(a) dik il-persuna toġġezzjona li tingħata l-ġurament u
tagħti bħala r-raġuni għall-oġġezzjoni tagħha li ma
għandhiex twemmin reliġjuż, jew li t-teħid tal-
ġurament huwa kontra t-twemmin reliġjuż tagħha, jew
li għandha oġġezzjoni tal-kuxjenza biex tieħu
ġurament; jew
(b) ma jkunx raġonevolment prattikabbli li jingħata
ġurament lil dik il-persuna bil-mod xieraq skond it
twemmin reliġjuż tagħha,
dik il-persuna titħalla tagħmel dikjarazzjoni solenni (f’dan l-Att
imsejħa "dikjarazzjoni") minfjok li tieħu ġurament.
(2) Meta b’xi disposizzjoni jew taħt xi disposizzjoni ta’ xi liġi
persuna hi, jew tista’ tkun, meħtieġa li tieħu ġurament, kull persuna
li tista’ titħalla tagħmel dikjarazzjoni minflok għandha u tista’ tkun
ukoll meħtieġa li hekk tagħmel, u f’kull każ bħal dak nuqqas jew
rifjut li ssir dikjarazzjoni jitqies bħallikieku kien nuqqas jew rifjut
li jittieħed il-ġurament.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu l-
espressjoni "raġonevolment prattikabbli" tfisser raġonevolment
prattikabbli mingħajr inkonvenjenza jew dewmien.
Forma ta’ 
dikjarazzjoni.
3. (1) Dikjarazzjoni li ssir minflok ġurament għandha tkun fl-
istess forma bħall-ġurament li ssir minfloku, iżda minflok il-kliem
"naħlef", "niddikjara bil-ġurament" jew kliem ieħor li juru t-teħid
ta’ ġurament, għandhom jidħlu l-kliem "niddikjara solennement"
bl-adattamenti konsegwenzjali tal-kliem fejn meħtieġ; u l-kliem
"hekk Alla jgħini", jekk jinsabu fil-forma tal-ġurament, għandhom
jitħallew barra.
(2) Kull setgħa mogħtija b’xi liġi biex tiġi stabbilita l-forma ta’
ġurament għandha tinkludi s-setgħa eżerċitabbli bl-istess mod biex
tiġi stabbilita l-forma tad-dikjarazzjoni li tista’ ssir minflok il-
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 439 tat-28 ta’Ġunju, 1974.
 2      KAP. 245.ħ      DIKJARAZZJONIJIET
ġurament.
Awtorità li tiġi 
meħuda 
dikjarazzjoni. 
4. Kull uffiċjal pubbliku jew persuna oħra awtorizzata li
tagħti l-ġurament tkun ukoll awtorizzata li tieħu dikjarazzjoni
magħmula minflok ġurament u, dwar it-teħid tad-dikjarazzjoni, hija
jkollha l-istess setgħat u dmirijiet u għandha tħares mutatis
mutandis l-istess formalitajiet kif japplikaw dwar l-għoti ta’
ġurament.
Dikjarazzjoni 
jkollha l-istess 
effett legali bħall-
ġurament.
5. (1) Dikjarazzjoni magħmula minflok ġurament ikollha,
għall-finijiet kollha tal-liġi, l-istess effett bħall-ġurament u jekk xi
dikjarazzjoni bħal dik tkun falza l-persuna li tagħmilha teħel l-
istess pieni, penalitajiet u responsabbiltajiet li kienet teħel li kieku
ħadet il-ġurament bil-mod xieraq.
(2) Riferenzi f’kull liġi għal "maħluf", "dikjarat bil-ġurament",
"konfermat bil-ġurament", "verifikat bil-ġurament" jew frażijiet
bħal dawn li juru t-teħid ta’ ġurament dwar xi dikjarazzjoni, att jew
kitba, meta ssir dikjarazzjoni minflok ġurament taħt dan l-Att,
għandhom ikollhom l-effett u għandhom jiftehmu skond hekk.
