AKKWISTTA’PROPRJETÀ IMMOBBLIMINN
PERSUNI MHUX RESIDENTI ġKAP. 246.   1
KAPITOLU 246
ATT DWAR L-AKKWIST TA’ PROPRJETÀ 
IMMOBBLI MINN PERSUNI MHUX RESIDENTI 
Biex jipprojbixxi l-akkwist ta’ proprjetà immobbli minn persuni mhux
residenti.
(9 ta’ Awissu, 1974)*
Sar liġi bl-ATT XXXVII ta’ l-1974, kif emendat bl-Att LVIII ta’ l-1974;
bl-Avviż Legali 148 ta’ l-1975; u bl-Atti: XVI ta’ l-1978, IV ta’ l-1979 u I
ta’ l-1988.
Titolu fil-qosor. 
Immobbli minn Persuni mhux Residenti.
Tifsir.
Emendat: 
I.1988.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi, u
minbarra għall-finijiet ta’ ordni li jsir skond il-paragrafu (b) tas-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 5, u għall-finijiet ta’ l-artikolu 7 ta’ l-
Att, tinkludi meta jkun delegat bil-miktub mill-Ministru, kull
uffiċjal pubbliku fil-Ministeru tal-Finanzi li jkun hekk delegat mill-
Ministru;
"persuna mhux residenti" tfisser u tinkludi - 
(a) kull individwu li ma huwiex residenti ta’ Malta; u 
(b) kull korp jew għaqda oħra ta’ persuni, u kull awtorità,
istituzzjoni, organizzazzjoni, fond,  trust, ditta, u kull
entità oħra tkun liema tkun, sew jekk għandha
personalità distinta sew jekk le, jekk -
(i) tkun kostitwita, imwaqqfa, stabbilita,
inkorporata jew reġistrata fi, jew taħt il-liġijiet
ta’, xi pajjiż barra minn Malta; jew
(ii) ikollha l-post prinċipali tar-residenza jew tan-
negozju tagħha barra minn Malta; jew
(iii) ħamsa u għoxrin fil-mija jew iżjed mill-kapital
azzjonali jew kapital ieħor tagħha jkun proprjetà
ta’ persuna mhux residenti; jew
(iv) tkun b’xi mod u sew direttament kemm
indirettament, kontrollata minn persuna jew
iżjed minn persuna waħda mhux residenti;
"persuna residenti ta’ Malta" tfisser individwu li jkun -
(a) ċittadin ta’ Malta; jew
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 529 tad-9 ta’ Awissu, 1974.
    AKKWISTTA’PROPRJETÀ IMMOBBLIMINN
2      KAP. 246.ħ   PERSUNI MHUX 
(b)* miżżewweġ lil ċittadin jew ċittadina ta’ Malta jekk
bejn dawk il-miżżewġin ikun hemm teżisti l-
komunjoni ta’ l-akkwisti;
Kap. 16. 
"proprjetà immobbli" tfisser u tinkludi l-ħwejjeġ, il-jeddijiet u l-
azzjonijiet kollha li huma immobbli minnhom infushom jew
minħabba l-ħaġa li għandhom x’jaqsmu magħha skond l-artikoli
308 u 310 tal-Kodiċi Ċivili.
Persuni mhux 
residenti ma 
jistgħux 
jakkwistaw 
proprjetà 
immobbli. 
Emendat:
I.1988.3. 
3. (1) Ħlief kif hawnhekk iżjed ’il quddiem provdut, b’seħħ
mit-30 ta’ Mejju, 1974, persuna mhux residenti ma tistax takkwista
proprjetà immobbli b’xi jew taħt xi titolu, u b’xi mod, ikun liema
jkun, sew jekk b’att inter vivos jew causa mortis, u magħduda
preskrizzjoni, okkupazzjoni jew aċċessjoni; u kull att, testment jew
ħaġa oħra li juru li jittrasferixxu jew igħaddu xi proprjetà immobbli
lil persuna mhux residenti, u kull devoluzzjoni jew ġrajja oħra li
jkollha effett li tittrasferixxi proprjetà immobbli u li kieku ma
kienx hemm id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kienet tittrasferixxi
dik il-proprjetà favur persuna mhux residenti tkun nulla u mingħajr
effett għall-finijiet kollha tal-liġi u dwar il-persuni kollha; u kull
trasferiment, ħlas jew ħaġa oħra magħmula jew mogħtija bħala
parti minn, jew b’konsegwenza ta’, jew anċillari għal, xi ħaġa
projbita kif intqal qabel għandhom bl-istess mod ikunu nulli u
mingħajr effett u, kif u meta jixraq, l-oġġett tagħhom għandu jiġi
mogħti lura, imqiegħed kif kien, imħallas lura, imħassar jew isir
minnu skond hekk.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma għandux japplika
għal - 
(a) l-akkwist ta’ qabar jew sit għal qabar minn persuna
mhux residenti; u
(b) il-fidwa minn persuna mhux residenti ta’ kull ċens jew
piż ieħor fuq kull proprjetà immobbli li tkun ġiet
akkwistata skond il-liġi minn dik il-persuna mhux
residenti.
Eċċezzjoni għal 
ċerti każijiet ta’ 
devoluzzjoni ta’ 
immobbli causa 
mortis.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att ma
għandhomx japplikaw dwar proprjetà immobbli li tgħaddi causa
mortis għand individwu li jkun persuna mhux residenti jekk, iżda
biss jekk, dak l-individwu jkun iben jew bint jew dixxendent ieħor
tal-mejjet, jew il-mara jew ir-raġel jew xi axxendent jew qarib
kollaterali sal-ħames grad, tal-mejjet.
Permess lil 
persuni mhux 
residenti li 
jakkwistaw 
proprjetà 
immobbli 
f’każijiet 
partikolari. 
Emendat: 
XVI. 1978.2;
I. 1988.4.
5. (1) Il-Ministru jista’ jagħti permess bil-miktub lil persuna
mhux residenti biex takkwista proprjetà immobbli li tkun
speċifikament murija fil-permess jekk fil-fehma tal-Ministru jkun
fl-interess pubbliku jew ikun xort’oħra xieraq li jingħata dak il-
permess:
Iżda, jekk applikazzjoni ssir lill-Ministru għall-akkwist ta’
proprjetà immobbli minn persuna mhux residenti, u dik l-
applikazzjoni ssir f’dik il-forma u b’dak il-mod, jekk ikun hemm,
kif jiġu preskritti, u jkun ingħata dak it-tagħrif li jista’ jiġi preskritt
*Ara l-artikolu 5 ta’ l-Att I ta’ l-1988.
AKKWISTTA’PROPRJETÀ IMMOBBLIMINN
PERSUNI MHUX RESIDENTI ġKAP. 246.   3
jew li l-Ministru jista’ jeħtieġ, il-Ministru ma għandux iżomm il-
permess tiegħu jekk ikun sodisfatt illi -
(a) fil-każ ta’ kull persuna msemmija fil-paragrafu (b) tat-
tifsira ta’ persuna mhux residenti fl-artikolu 2 ta’ dan
l-Att, il-proprjetà immobbli tkun meħtieġa għal proġett
industrijali jew turistiku approvat mill-Gvern jew għal
xi proġett ieħor jew għanijiet oħra li jkunu hekk ukoll
approvati minħabba l-kontribuzzjoni tagħhom għall-
iżvilupp ta’ l-ekonomija ta’ Malta; u
(b) fil-każ ta’ individwu li ma jkunx residenti ta’ Malta, il-
proprjetà immobbli tkun bini li l-valur tiegħu ma jkunx
inqas minn tmint elef lira (jew dik is-somma l-oħra li
l-Ministru jista’ jistabbilixxi minn żmien għal żmien
b’ordni fil-Gazzetta tal-Gvern) u li jkun maħsub li
jintuża mill-persuna mhux residenti bħala residenza
għaliha nnifisha u għall-familja tagħha u dik il-persuna
mhux residenti ma tkunx proprjetarja u ma jkollha
f’idejha taħt ebda titolu jkun liema jkun xi proprjetà
immobbli oħra f’Malta:
Iżda wkoll il-Ministru jista’ jżomm il-permess tiegħu għall-
akkwist ta’ kull proprjetà immobbli li huwa jqis li jkollha
importanza storika, jew li tkun tinstab f’lokalità storika.
(2) Meta bis-saħħa ta’ xi att, testment, ħaġa jew ġrajja, persuna
mhux residenti, li kieku ma kienx hemm id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, kienet takkwista proprjetà immobbli, il-Ministru jista’,
b’ordni fil-Gazzetta tal-Gvern li tispeċifika l-proprjetà li jrid jolqot
bl-ordni, jagħti permess lil dik il-persuna mhux residenti li
takkwista l-proprjetà hekk speċifikata; u f’kull każ bħal dan l-
akkwist ikollu effett minn dik id-data li tiġi speċifikata fl-ordni, li
tkun data mhux qabel dik ta’ l-att, testment, ħaġa jew ġrajja
msemmija qabel jew, fil-każ li ma hijiex speċifikata data fl-ordni,
mid-data ta’ l-att, testment, ħaġa jew ġrajja msemmija qabel.
(3) Il-Ministru għandu fl-għoti ta’ kull permess taħt dan l-
artikolu jispeċifika l-kondizzjonijiet, ir-restrizzjonijiet, il-
limitazzjonijiet u l-kwalifiki li taħthom jingħata l-permess.
(4) L-akkwist ta’ proprjetà immobbli li jsir bis-saħħa, u skond
li jkun fih permess mogħti taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
permezz ta’ att pubbliku li miegħu jkun hemm anness dak il-
permess u akkwist ta’ proprjetà immobbli li dwaru jkun ingħata
permess taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, ikun validu u
jkollu effett minkejja l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, suġġett għat-tħaris
tad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra li tapplika għal dak l-
akkwist:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax, u l-artikolu 3 ta’ dan
l-Att għandu jseħħ għal kollox daqslikieku ma jkunx ingħata
permess taħt dan l-artikolu, jekk, dwar xi permess li jkun hekk
ingħata, tkun ingħatat lill-Ministru informazzjoni importanti għall-
għoti ta’ dak il-permess li tkun mhux korretta jew li tisvija.
(5) Kemm jista’ jkun malajr wara t-tmiem ta’ kull perijodu ta’
tliet xhur li jagħlaq fil-31 ta’ Marzu, fit-30 ta’ Ġunju, fit-30 ta’
    AKKWISTTA’PROPRJETÀ IMMOBBLIMINN
4      KAP. 246.ħ   PERSUNI MHUX 
Settembru u fil-31 ta’ Diċembru, il-Ministru għandu jġiegħel il-
pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ lista tal-permessi kollha
mogħtija taħt dan l-artikolu matul il-perijodu ta’ tliet xhur ta’
qabel, flimkien ma’ dik l-informazzjoni dwar il-persuna li lilha
jkun ingħata l-permess, u dwar il-proprjetà li dwarha jkun ingħata,
kif il-Ministru jidhirlu xieraq. Kopja tal-listi kollha pubblikati
skond dan is-subartikolu għandha tinżamm fl-uffiċċji tar-Reġistru
Pubbliku f’Malta u f’Għawdex u kulħadd ikun jista’ jara dawk il-
kopji bħal ma jista’ jara r-reġistri miżmuma f’dawk l-uffiċċji.
Il-proprjetà 
immobbli tintuża 
biss għall-għan 
indikat.
Emendat: 
LVIII 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
6. (1) Ebda persuna ma tista’, mingħajr il-kunsens bil-miktub
tal-Ministru, tuża, jew tħalli li tintuża, xi proprjetà immobbli
akkwistata bis-saħħa ta’ permess mogħti taħt l-artikolu 5 ta’ dan l-
Att, b’xi mod jew għal xi għan li ma jkunx dak muri fl-
applikazzjoni għal dak il-permess.
(2) Jekk isir jew jonqos li jsir xi għemil bi ksur ta’ xi
disposizzjoni tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jew ta’ xi
kondizzjoni, restrizzjoni, limitazzjoni jew kwalifika li tkun tinsab
f’xi permess jew kunsens mogħti taħt dan l-Att, il-persuna mhux
residenti li lilha l-permess jew il-kunsens ikun l-aħħar ingħata u
kull persuna oħra li tagħmel jew li tonqos li tagħmel jew li tħalli li
jsir jew li jonqos li jsir xi għemil bħal dak imsemmi, teħel, dwar
kull għemil jew nuqqas bħal dak penali ta’ mhux inqas minn
ħamsin lira u mhux iżjed minn elf lira, u, fil-każ ta’ reat kontinwu
penali ta’ mhux inqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsin
lira għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem li
tivvalida xi ħaġa li tkun saret mhux skond xi kondizzjoni,
restrizzjoni, limitazzjoni jew kwalifika li tkun tinsab f’xi permess
jew kunsens mogħti skond dan l-Att.
(3) Kull penali li għandha titħallas skond xi disposizzjoni ta’
dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu,
għandha, fuq istanza ta’ l-Avukat Ġenerali b’ċitazzjoni fil-Prim’
Awla tal-Qorti Ċivili, tiġi stabbilita minn dik il-qorti u tinġabar
bħal dejn ċivili dovut lill-Gvern.
Regolamenti. 
Emendat:
IV. 1979.2.
7. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel, u meta jkun għamel ivarja,
jibdel u, bla ħsara għall-għemil ta’ regolamenti ġodda, jirrevoka,
regolamenti biex jagħti effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta’
dak li ntqal qabel, li - 
(a) jippreskrivi jew jipprovdi għal kull ħaġa li tista’ jew li
għandha tiġi preskritta taħt dan l-Att;
(b) jipprovdi għal jew jistabbilixxi l-każijiet, il-mod, il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet barra dawk provduti f’dan
l-Att, li bihom jew taħthom permess jista’ jingħata
skond l-artikolu 5 ta’ dan l-Att;
(ċ) jipprovdi, u jistabbilixxi penalitajiet li ma jkunux iktar
minn elf lira u mhux aktar minn ħamsin lira għal kull
ġurnata f’każ ta’ reati kontinwi, jew konsegwenzi jew
effetti oħra, għal jew dwar xi ksur jew nuqqas ta’
AKKWISTTA’PROPRJETÀ IMMOBBLIMINN
PERSUNI MHUX RESIDENTI ġKAP. 246.   5
tħaris ta’ xi kondizzjoni, restrizzjoni, limitazzjoni jew
kwalifika li tkun tinsab f’xi permess bħal dak kif intqal
qabel;
(d) jippreskrivi d-drittijiet li jistgħu jinġabru għall-ħruġ
ta’ permessi għall-akkwist ta’ proprjetà immobbli taħt
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u, bla ħsara għall-
ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, jagħmel disposiz-
zjonijiet differenti dwar dawk id-drittijiet għal
kategoriji differenti ta’ applikazzjonijiet għal permess,
għal kategoriji differenti ta’ permessi, għal kategoriji
differenti ta’ persuni mhux residenti, jew għal dawk
iċ-ċirkostanzi jew raġunijiet differenti kif il-Ministru
jidhirlu xieraq.
(2) Kull regolamenti magħmula skond dan l-artikolu għandhom
jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr
wara li jsiru, u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin ġurnata wara li
hekk jitqiegħdu quddiemha, il-Kamra tad-Deputati tirriżolvi li
għandhom jiġu annullati jew emendati, dawn għandhom minnufih
jieqfu mis-seħħ jew jiġu hekk emendati, skond il-każ, iżda bla
ħsara għall-validità ta’ kull ħaġa li qabel tkun saret bis-saħħa
tagħhom jew għall-egħmil ta’ regolamenti ġodda.
(3) Fil-kalkolu ta’ l-imsemmi perijodu ta’ tmienja u għoxrin
ġurnata ma jiġi meqjus ebda żmien li matulu l-Kamra ma tkunx qed
tiltaqa’ jew li matulu tkun aġġornata għal aktar minn sebat ijiem.
