STAMPA    1
KAPITOLU 248 
ATT DWAR L-ISTAMPA
Biex jipprovdi, minflok l-Ordinanza dwar l-Istampa, dwar stampat, u dwar xandir. 
23 ta’ Awissu, 1974
L-ATT XL ta’ l-1974, u ġie emendat bl-Atti LVIII u LIX ta’ l-1974; bl-Avviż Legali 148
ta’ l-1975; bl-Atti XII u XVII ta’ l-1978, VIII ta’ l-1990, XII ta’ l-1991, X ta’ l-1996 u XV ta’
l-2000. 
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1 -2 
Taqsima II.  Reati ta’ l-Istampa  3 - 22 
Taqsima III.  Azzjonijiet li jitnisslu minn Reati ta’ l-Istampa  23 - 33 
Taqsima IV.  Gazzetti  34 - 41 
Taqsima V.  Servizzi ta’ Xandir  42 - 45 
Taqsima VI.  Libertajiet Ġurnalistiċi  46 - 47 
Taqsima VII. Mixxellanji  48 - 53 
 2      KAP. 248.ħ     STAMPA
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu.  1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Istampa.
Tifsir. 
Emendat: 
X.1996.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"editur" tfisser il-persuna responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’
kull stampat u dwar gazzetta jew servizz ta’ xandir tinkludi kull
persuna li tħares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35 ta’ dan l-Att;
"gazzetta" tfisser kull gazzetta li jkun fiha aħbarijiet, avviżi,
informazzjonijiet, ġrajjiet, jew xi kummenti jew osservazzjonijiet
fuqhom, stampata għall-bejgħ jew sabiex titqassam bla ħlas jew
xort’oħra, u pubblikata kuljum jew kull tant żmien;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni sew jekk ikollhom personalità
ġuridika distinta sew jekk le;
"pubblikazzjoni" tfisser kull att li bih kull stampat jiġi jew jista’
jiġi ikkommunikat jew imgħarraf lil xi persuna jew li bih kliem jew
immaġini viżwali jiġu mxandra;
"Reġistratur" tfisser dik il-persuna li l-Prim Ministru jista’, minn
żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, jaħtar bħala
Reġistratur ta’ l-Istampa għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"responsabbli għall-pubblikazzjoni" tfisser persuna li tkun sid ta’
impriża għall-pubblikazzjoni ta’ gazzetta jew li jkollha liċenza
għax-xandir u tinkludi kull persuna li jkollha faċilitajiet għall-
produzzjoni jew riproduzzjoni ta’ kull stampat;
"stampat" tfisser kull kitba stampata b’tipi tipografiċi jew bil-
litografija jew b’mezzi jew proċessi oħra bħal dawn fuq karta jew
sustanza oħra, kif ukoll kull kartellun jew avviż ieħor li jitwaħħal li
jkun fih xi sinjal jew kitba miktuba, stampata, impinġija, riżaltata
jew xort’oħra impressa, u tinkludi kull diska, tape, film jew mezz
ieħor li bih kliem jew immaġini viżwali jistgħu jinstemgħu,
jitwasslu jew jiġu riprodotti;
"xandir" tfisser it-trasmissjoni permezz ta’ fili jew minn ġewwa
l-arja, inkluża wkoll permezz ta’ satellita, f’għamla kodifikata jew
mhijiex; ta’ kliem jew immaġini viżivi, sew jekk dawk il-kliem jew
immaġini jkunu fil-fatt riċevuti minn xi persuna sew jekk le.
TAQSIMA II 
REATI TA’ L-ISTAMPA
Kif isiru reati 
kontra dan l-Att.
3. Ir-reati msemmija f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att isiru
permezz tal-pubblikazzjoni jew tqassim f’Malta ta’ stampat, ikun
x’ikun il-post li minnu joriġina dak l-istampat, jew bil-mezz ta’ xi
STAMPA    3
xandir.
Meta wieħed 
jinċita lil ħaddieħor 
biex ineħħi l-ħajja 
jew il-libertà tal-
President ta’ 
Malta, eċċ. 
Emendat: 
LVIII.1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975.
4. Kull min, b’xi wieħed mill-mezzi msemmija fl-artikolu 3
ta’ dan l-Att, jinċita lil ħaddieħor biex ineħħi l-ħajja jew il-libertà
tal-President ta’ Malta jew ta’ xi Ministru, jeħel, għall-fatt biss ta’
l-inċitament, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn disa’ snin jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
lira.
Imputazzjoni ta’ 
motivi ulterjuri lill-
atti tal-President 
ta’ Malta.
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
X.1996.3.
5. (1) Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-
Att, jattribwixxi motivi ulterjuri għall-egħmil tal-President ta’
Malta, jew jinsulta jew jinġurja jew jikkaġuna mibegħda jew
disprezz jew iqanqal disaffezzjoni kontra, il-persuna tal-President
ta’ Malta, jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal żmien ta’ mhux
iżjed minn tliet xhur u multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira.
Disprezz lejn il-
bandiera.
(2) Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jinsulta jew juri disprezz lejn il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta jeħel
meta jinsab ħati priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur u multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira.
Razziżmu u reati 
simili.
Miżjud:
X. 1996.3.
Emendat:
XV. 2000.18.
6. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jhedded, jinsulta, jew jesponi għal mibegħda, persekuzzjoni jew
disprezz, lil xi persuna jew grupp ta’ persuni minħabba fir-razza,
twemmin, kulur, nazzjonalità, sess, diżabilità kif definita fl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs għal Persuni
b’Diżabilità jew oriġini nazzjonali jew etnika jeħel meta jinsab ħati
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur u multa.
Reat kontra l-
morali pubblika. 
7. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
direttament jew indirettament, jew bl-użu ta’ kliem ekwivoku,
joffendi l-moralità pubblika jew il-pudur jeħel meta jinsab ħati
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa jew
dik il-priġunerija u multa flimkien.
Kxif ta’ sigrieti  
professjonali. 
Emendat: 
X.1996.4.
8. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jikxef xi ħaġa sigrieta li tkun ġiet fdata lilu minħabba l-professjoni
jew il-kariga tiegħu, jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa jew dik il-priġunerija u
multa flimkien.
Pubblikazzjoni 
doluża ta’ 
aħbarijiet foloz. 
Emendat:
XVII.1978.2. 
9. (1) Kull min dolożament, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3
ta’ dan l-Att, ixerred aħbarijiet foloz illi jistgħu jallarmaw l-
opinjoni pubblika, jew jiddisturbaw il-bon ordni jew il-paċi
pubblika, jew jistgħu joħolqu aġitazzjoni fost il-pubbliku jew fost
ċerti klassijiet tal-pubbliku, jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa jew dik il-
priġunerija u multa flimkien:
Iżda, jekk ir-reat iwassal għal xi storbju jew jekk ir-reat
ikun ikkontribwixxa għall-ġrajja ta’ xi storbju, min jagħmel ir-reat
jeħel priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn xahar iżda mhux
iżjed minn sitt xhur u multa.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, jitqies li wieħed mexa
dolożament kemm-il darba l-akkużat ma jippruvax illi, qabel il-
 4      KAP. 248.ħ     STAMPA
pubblikazzjoni, huwa kien ħa l-passi meħtieġa biex jivverifika l-
verità ta’ l-aħbar.
Pubblikazzjoni ta’ 
aħbarijiet foloz bi 
traskuraġni.
10. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
b’nuqqas ta’ diliġenza ordinarja, ixerred aħbarijiet foloz li jistgħu
jallarmaw l-opinjoni pubblika, jew jiddisturbaw il-bon ordni jew il-
kwiet pubbliku, jeħel meta jinsab ħati multa.
Malafama. 
Emendat: 
X.1996.5.
11. Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan l-Att, kull min, b’xi mezz
imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att, jagħti malafama lil xi persuna,
jeħel meta jinsab ħati  -
(a) jekk fil-malafama jiġu attribwiti lil dik il-persuna fatti
determinati bi skop li joffendu l-unur u l-fama tagħha,
jew li jesponiha għar-ridikolu jew għad-disprezz tal-
pubbliku, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
tliet xhur jew multa jew dik il-priġunerija u multa
flimkien;
(b) f’kull każ ieħor, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn xahar jew multa.
 Il-prova tal-verità. 12. (1) F’kull kawża ta’ libell minħabba malafama taħt l-
artikolu 11 ta’ dan l-Att, il-prova tal-verità tal-fatti attribwiti hija
ammessa jekk l-akkużat, fl-istadju preliminari tal-kawża, jieħu r-
responsabbiltà kollha ta’ malafama li tagħha huwa akkużat u
jiddikjara illi b’difiża tiegħu huwa jrid jipprova l-verità tal-fatti
attribwiti minnu lill-parti offiża:
Iżda l-prova tal-verità tal-fatti attribwiti hija ammessa biss
fil-każ li l-persuna offiża - 
(a) tkun uffiċjal jew impjegat pubbliku u l-fatti attribwiti
lilha huma dwar l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha;
jew 
(b) tkun kandidat għal kariga pubblika u l-fatti attribwiti
lilha jkunu dwar l-onestà, il-ħila jew il-kompetenza
tagħha li tokkupa dik il-kariga; jew
(ċ) abitwalment teżerċita professjoni, arti jew sengħa, u l-
fatti attribwiti lilha jkunu dwar l-eżerċizzju ta’ dik il-
professjoni, arti jew sengħa; jew
(d) tieħu parti attiva fil-politika u l-fatti attribwiti lilha
jkunu dwar il-parti li hi tieħu fil-politika; jew
(e) jkollha kariga ta’ fiduċja fi kwistjoni ta’ interess
pubbliku ġenerali:
Iżda wkoll il-prova tal-verità tal-fatti attribwiti ma hijiex
ammessa jekk dawk il-fatti ikunu dwar il-ħajja domestika ta’ l-
offiż. 
(2) Jekk il-verità tal-fatti attribwiti tiġi ammessa skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu - 
(a) jekk il-verità tal-fatti attribwiti tkun sostanzjalment
ippruvata, l-akkużat ma jeħel ebda piena jekk il-qorti
tkun sodisfatta illi l-prova tal-verità saret fl-interess
pubbliku u hu jkollu jedd għall-ħlas lura mingħand il-
STAMPA    5
kwerelant jew l-attur ta’ l-ispejjeż li jkun għamel f’xi
proċedimenti kriminali jew ċivili:
Iżda il-prova tal-verità tal-fatti attribwiti ma
teħlisx lill-akkużat mill-piena għal insulti, akkużi jew
allegazzjonijiet illi l-qorti jkun jidhrilha li ma kenux
meħtieġa li jiġu attribwiti lill-persuna offiża l-fatti li l-
prova tagħhom tkun ġiet ammessa;
(b) jekk il-verità tal-fatti attribwiti ma tkunx
sostanzjalment ippruvata, l-akkużat jeħel priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira jew dik il-priġunerija
u multa flimkien.
Privileġġ 
kwalifikat.
Miżjud:
X. 1996.6.
12A. Fi proċeduri meħuda in forza ta’ dan l-Att tkun difiża
għall-editur jew għar-responsabbli għall-pubblikazzjoni li jipprova
li l-informazzjoni pubblikata kienet tikkonsisti f’rapport preċiz ta’
diskors li sar f’avveniment pubbliku importanti minn persuna
identifikata u li kienet taf jew raġonevolment setgħet tkun taf jew
tistenna li 1-kontenut ta’ dak id-diskors se jiġi pubblikat f’gazzetta
jew f’mezz tax-xandir, u li l-pubblikazzjoni ta’ l-istess diskors
kienet raġonevolment ġustifikabbli f’soċjetà demokratika.
Pubblikazzjoni ta’ 
fatti bil-ħsieb li 
wieħed jestorċi 
flus.
13. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jippubblika jew jhedded li jippubblika fatti dwar xi persuna oħra
bil-għan li jestorċi flus jew ħaġa oħra li tiswa flus jew xi vantaġġ
ieħor, jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sentejn u multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Istigazzjoni għal 
reat. 
Emendat: 
X.1996.7.
14. Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan l-Att, kull min, b’xi mezz
imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att, jistiga direttament l-egħmil ta’
reat, għall-fatt biss ta’ l-istigazzjoni, jeħel - 
(a) priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tmintax-il
xahar u multa fil-każ ta’ reat li jaqa’ taħt il-piena ogħla
minn priġunerija għal tliet snin;
(b) priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur u
multa fil-każ ta’ reat li jaqa’ taħt il-piena ta’
priġunerija għal żmien ta’ iżjed minn sena iżda mhux
iżjed minn tliet snin;
(ċ) multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira jew detenzjoni
fil-każ ta’ kull reat ieħor.
Ġustifikazzjoni ta’ 
delitti. 
15. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jiġġustifika jew jiskuża l-egħmil ta’ xi delitt jeħel meta jinsab ħati
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa.
Inċitament għall-
ksur tal-liġi. 
16. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jinċita direttament lil xi persuna biex tikser il-liġi jeħel, għall-fatt
biss ta’ l-inċitament, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur.
Meta istigazzjoni 
jew inċitament 
joħloq effett. 
17. Meta l-istigazzjoni jew l-inċitament b’xi mezz imsemmi fl-
artikolu 3 ta’ dan l-Att biex isir xi reat ikollu l-effett tiegħu, il-
persuni responsabbli għall-istigazzjoni jew għall-inċitament jeħlu
l-piena stabbilita għar-reat li jkun sar imnaqqsa bi grad wieħed.
 6      KAP. 248.ħ     STAMPA
Importazzjoni ta’ 
stampati. 
18. Jekk xi persuna timporta f’Malta xi stampat li jkun kopja
ta’ ħaġa li qabel tkun ġiet xjentement mibgħuta għall-
pubblikazzjoni barra minn Malta u li kieku ġiet ippubblikata
f’Malta dik il-persuna kienet tkun ħatja ta’ reat taħt din it-Taqsima
ta’ dan l-Att, dik il-persuna teħel l-istess piena daqslikieku l-
pubblikazzjoni saret f’Malta.
Bejgħ ta’ stampat 
inkriminat.
19. Kull persuna li xjentement tbiegħ jew toffri għall-bejgħ
jew tqassam jew timporta għall-bejgħ jew għat-tqassim xi stampat
li bih isir reat kontra dan l-Att titqies li hi kompliċi u teħel l-istess
piena bħall-awtur prinċipali.
Pubblikazzjoni tas-
sentenza fil-każ li 
persuna tinsab 
ħatja taħt l-artikolu 
11. Emendat: 
X.1996.8.
20. (1) Fil-każ li persuna tinsab ħatja taħt l-artikolu 11 ta’ dan
l-Att, u jekk hekk mitlub mill-parti offiża, il-qorti għandha tordna
fis-sentenza, fil-każ ta’ gazzetta li f’ħarġa tagħha ta’ wara li ma
tkunx iżjed tard mit-tieni waħda, u fil-każ ta’ mezz tax-xandir fil-
ġurnata li tiġi minnufih wara dik li fiha tingħata s-sentenza, li s-
sentenza nnifisha jew sommarju komprensiv tagħha jiġi pubblikat
jew imxandar, skond il-każ, fl-istess ilsien li fih ikun sar ir-reat,
mingħajr ħlas; u jekk fil-ħin tas-sentenza jew minnufih wara l-
gazzetta tkun waqfet mill-pubblikazzjoni jew il-mezz tax-xandir
ma jkunx baqa’ jaħdem, jew fil-każ ta’ xi stampat ieħor, il-qorti
għandha, fis-sentenza jew f’ordni li tagħti wara, tordna li dik is-
sentenza jew dak is-sommarju jiġi pubblikat jew imxandar għas-
spejjeż tal-parti misjuba ħatja f’gazzetta oħra jew fuq mezz ieħor
ta’ xandir fi żmien li ma jkunx iktar minn xahar.
(2) Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ kull ordni bħal dak il-parti li tinsab
ħatja teħel li tħallas lill-kwerelant penali ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira.
(3) L-azzjoni għall-ġbir ta’ dik il-penali ssir mill-kwerelant
quddiem il-qorti li tagħmel l-ordni.
Dritt ta’ risposta.
Emendat:
XVII.1978.3;
X.1996.9.
21. (1) Kull persuna li l-azzjonijiet jew l-intenzjonijiet tagħha
jkunu ġew imfissra ħażin jew li tiġi esposta għal attakk fuq l-unur,
id-dinjità jew ir-reputazzjoni tagħha jew għal indħil fil-ħajja
privata tagħha permezz ta’ jew f’gazzetta jew f’xi xandira jkollha
d-dritt li titlob u li tiġi pubblikata minnufih, mingħajr ħlas, fl-istess
gazzetta jew fuq l-istess mezz ta’ xandir, skond il-każ,
dikjarazzjoni bħala kontradizzjoni jew spjegazzjoni:
Iżda dan l-artikolu ma japplikax meta t-tifsir ħażin jiġri
f’xandira ta’ xorta politika li tkun parti minn skema approvata mill-
Awtorità tax-Xandir jekk it-tifsir ħażin ikun jista’ jiġi kontradett
jew spjegat f’xandira oħra li tagħmel parti mill-istess skema jew
mill-persuna li l-azzjonijiet jew l-intenzjonijiet tagħha jkunu ġew
imfissra ħażin jew minn persuna oħra li jkollha d-dritt li tieħu
sehem f’dik ix-xandira l-oħra f’isem il-partit li miegħu tkun
tagħmel il-persuna li l-azzjonijiet jew l-intenzjonijiet tagħha jkunu
ġew imfissra ħażin:
Iżda wkoll ebda persuna ma tkun meħtieġa li tippubblika
dikjarazzjoni, bħala kontradizzjoni jew spjegazzjoni, li tkun
inġurjuża, jew li ma tkunx miktuba bil-lingwa tal-gazzetta, jew b’xi
waħda mill-lingwi wżati mill-mezz tax-xandir, li fiha jew fuqu tkun
intalbet li tiġi pubblikata.
STAMPA    7
(2) Fil-każ ta’ gazzetta, risposta skond ma hemm fis-
subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu għandha tiġi ppubblikata bħala
artikolu separat u mingħajr ma jiddaħħlu fih xi kummenti jew
jidher xi materjal ieħor li ma jkunx jagħmel parti mir-risposta, u
dan bi prominenza ugwali għall-pubblikazzjoni li dwarha tkun qed
issir ir-risposta u ħadd ma jkun jista’ jqassar jew jeditja r-risposta
b’mod li jippreġudika t-twettiq effettiv tad-dritt ta’ risposta skond
dan 1-artikolu. Dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata mhux
iktar tard mit-tieni ħarġa tal-gazzetta wara li tiġi riċevuta t-talba:
Iżda meta jintgħamel użu mid-dritt ta’ risposta għar-
rigward ta’ pubblikazzjoni f’gazzetta li toħroġ f’intervalli ta’ mill-
anqas ġimgħa, dik id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-
ħarġa li tiġi minnufih wara li tiġi riċevuta t-talba jekk dik it-talba
tiġi riċevuta mill-inqas erbat ijiem qabel il-pubblikazzjoni ta’ dik
il-ħarġa u mhux iktar tard mit-tieni ħarġa li tiġi wara li tkun ġiet
riċevuta t-talba fil-każijiet l-oħra kollha.
(3) Fil-każ ta’ xandira, dikjarazzjoni skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu għandha tiġi mxandra mhux iktar tard minn
jumejn wara li tiġi riċevuta t-talba; din id-dikjarazzjoni għandha
tiġi mxandra b’mod u fil-ħin li tilħaq kemm jista’ jkun l-istess
semmiegħa u bl-istess prominenza, u l-ħin allokat għandu jkun ħin
li jkun id-doppju tal-ħin tax-xandira jew ta’ parti mix-xandira li
dwarha jsir l-ilment iżda li ma jkunx inqas minn disgħin sekonda u
mhux iżjed minn mija u tmenin sekonda.
(4) Editur ta’ gazzetta jew il-manager jew persuna oħra
responsabbli għall-mezz tax-xandir li tonqos li tħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu teħel multa meta
tinsab ħatja ta’ mhux inqas minn mitejn lira u fil-każ li tinstab hekk
ħatja 1-qorti tista’ fis-sentenza tagħha toħroġ dawk 1-ordnijiet fuq
il-persuna li tinstab ħatja hekk kif tqis li jkun xieraq sabiex
tassigura li jkun hemm rispett lejn id-dritt ta’ risposta mogħti b’dan
1-artikolu. Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ xi ordni bħal dik il-persuna li
tinstab ħatja jkollha tħallas lill-kwerelant penali li ma tkunx ta’
iktar minn ħames mitt lira u li tkun esegwibbli mill-istess qorti.
(5) Il-pubblikazzjoni ta’ kull dikjarazzjoni kif meħtieġa b’dan
l-artikolu jew xi piena bis-saħħa tiegħu ma jneħħux il-jedd li
tittieħed xi azzjoni oħra taħt dan l-Att.
(6) Dan 1-artikolu ma japplikax għal pubblikazzjoni msemmija
fl-artikolu 33 ta’ dan 1-Att f’każijiet meta ma tkun tista’ tittieħed
ebda azzjoni taħt dak 1-artikolu dwar dik il-pubblikazzjoni.
(7) Id-dritt ta’ risposta skond dan 1-artikolu jiskadi jekk min
ikun qiegħed jitlob dan il-jedd ma jkunx għamel it-talba tiegħu fi
żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-gazzetta jew mix-
xandira li dwarhom ikun jista’ jitwettaq dak id-dritt.
 8      KAP. 248.ħ     STAMPA
Riżerva ta’ liġijiet 
oħra.
Emendat: 
X.1996.10.
Kap. 9.
22. Meta xi egħmil li jsir b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’
dan l-Att jikkostitwixxi skond il-Kodiċi Kriminali jew skond xi liġi
oħra reat li għalih ma hawnx provdut f’dan l-Att jew li dwaru
hemm piena ogħla minn dik imposta b’dan l-Att, għandu japplika
dak il-Kodiċi jew dik il-liġi l-oħra. 
TAQSIMA III
AZZJONIJIET LI JITNISSLU MINN REATI TA’ 
L-ISTAMPA
Persuni li kontra 
tagħhom jistgħu 
jitmexxew 
azzjonijiet.
Sostitwit:
X. 1996.11.
23. L-azzjoni kriminali għal xi reat taħt it-Taqsima II u l-
azzjoni ċivili taħt it-Taqsima III ta’ dan 1-Att tista’ tittieħed kontra
kull waħda minn dawn il-persuni li ġejjin:
(a) 1-awtur tal-kitba, jekk huwa jkun kitibha sabiex tiġi
ppubblikata, jew jekk ikun ta 1-kunsens tiegħu għal
hekk;
(b) l-editur;
jew, jekk dawk il-persuni ma jkunux jistgħu jiġu identifikati,
(ċ) ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni.
M’hijiex ammessa 
prova li l-kitba hija 
kopja.
24. Ebda waħda mill-persuni msemmija fl-aħħar artikolu qabel
dan ma tista’ tipprova, b’difiża tagħha, li l-kitba hija kopja, jew
estratt, jew sommarju, jew traduzzjoni ta’ kitba oħra li diġà ġiet
stampata jew pubblikata xort’oħra.
Persuna li tagħmel 
diskors pubbliku.
Miżjud:
X.1996.12.
24A. L-azzjonijiet kriminali u ċivili msemmija fl-artikolu 23 ta’
dan l-Att jistgħu jittieħdu wkoll kontra kull persuna li tkun għamlet
diskors pubbliku f’ċirkostanzi fejn hija tkun taf jew raġonevolment
setgħet tkun taf jew tistenna li 1-kontenut tiegħu se jiġi pubblikat
f’gazzetta jew f’mezz tax-xandir u fil-fatt ikun kollu jew parti
minnu hekk ippubblikat.
L-editur, eċċ., 
jitqies li aġixxa 
xjentement. 
Emendat: 
X.1996.13.
25. (1) Il-persuni msemmija fl-artikolu 23 ta’ dan l-Att
jitqiesu li aġixxew xjentement, jekk ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.
(2) L-editur u, meta jkun japplika, r-responsabbli għall-
pubblikazzjoni jitqiesu li aġixxew xjentement jekk, għalkemm
kienu jafu x’kien fihom il-gazzetta, x-xandira jew kull stampat
ieħor, skond il-każ, f’xi żmien qabel il-pubblikazzjoni tagħha, ma
żammewx dik il-pubblikazzjoni.
Piena għal 
stampatur jew 
editur li ma jkunx 
aġixxa xjentement. 
Emendat: 
X.1996.14.
26. Il-persuni msemmija fl-artikolu 23 ta’ dan l-Att, li ma
jkunux aġixxew xjentement, ikunu ħatja għall-pieni ta’
kontravvenzjonijiet.
L-azzjoni kriminali 
indipendenti mill-
azzjoni ċivili.
27. L-azzjoni kriminali hija indipendenti mill-azzjoni ċivili.
Iż-żewġ azzjonijiet jistgħu jsiru fl-istess żmien jew separatament.
Danni għal 
malafama. 
Emendat: 
X.1996.15.
28. (1) Fil-każ ta’ malafama, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3
ta’ dan l-Att, li l-għan tagħha jkun li ttellef jew tnaqqas ir-
reputazzjoni ta’ xi persuna, il-qorti ċivili kompetenti tista’,
minbarra d-danni li jistgħu jintalbu taħt xi liġi li tkun fis-seħħ f’dak
STAMPA    9
iż-żmien dwar telf jew ħsara attwali, tagħti lill-persuna offiża
somma ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira.
(2) F’kull każ li għalih japplika dan l-artikolu, il-konvenut
jista’, bi tnaqqis tad-danni, jipprova li hu jkun għamel jew offra li
jagħmel apoloġija lill-attur dwar dik il-malafama qabel ma tkun
inbdiet l-azzjoni għad-danni jew, kemm jista’ jkun malajr wara
malli kellu l-opportunità li hekk jagħmel f’każ li l-azzjoni tkun
inbdiet qabel kellu l-opportunità li jagħmel jew li joffri li jagħmel
dik l-apoloġija:
Iżda l-konvenut ma jistax iġib dik il-prova bi tnaqqis ta’
danni jekk hu jkun ġieb il-prova tal-verità skond l-artikolu 12 ta’
dan l-Att.
Inġurja ta’ isem u 
malafama ta’ 
negozju. 
Emendat: 
X.1996.16.
29. Kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
jippubblika xi dikjarazzjoni li jkun jaf li hi jew bid-diliġenza xierqa
seta’ jkun jaf li hi falza u li x’aktarx tagħmel ħsara lil xi negozju
jew proprjetà oħra, jeħel li jħallas, minbarra d-danni li jkollhom
jitħallsu taħt xi liġi oħra li tkun isseħħ dwar kull telf jew ħsara
attwali, somma ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira li tiġi
stabbilita mill-qorti kompetenti.
Azzjoni separata 
dwar kull 
imputazzjoni 
separata. Emendat: 
X.1996.17.
30. Tista’ tittieħed azzjoni għal kull waħda mill-
imputazzjonijiet fl-istess libell, u l-persuni li jkollhom x’jaqsmu
mal-libell tista’ tittieħed azzjoni kontrihom sew flimkien jew
separatament:
Iżda l-ammont tad-danni jew penali li jistgħu jinġabru dwar
l-istess libell ma għandux ikun iżjed minn ħamest elef lira.
Il-proċedimenti 
jinbdew bi kwerela 
tal-parti offiża.
Emendat: 
X.1996.18.
Kap. 9.
31. (1) L-azzjoni kriminali għal kull reat taħt l-artikoli 11 u 21
jistgħu jinbdew biss bi kwerela tal-parti offiża jew tal-persuni
msemmija fl-artikolu 542 tal-Kodiċi Kriminali.
(2) Id-disposizzjonijiet kollha tal-Kodiċi Kriminali dwar
proċedimenti bi kwerela privata, magħduda b’mod partikolari d-
disposizzjoni ta’ l-artikolu 373 ta’ dak il-Kodiċi, għandhom, safejn
applikabbli, japplikaw għal proċedimenti fuq kwerela privata taħt
dan l-artikolu:
Kap. 9.
Iżda d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (d) ta’ l-artikolu 374
tal-Kodiċi Kriminali ma għandhomx ikunu japplikaw għar-rigward
ta’ proċedimenti kriminali mibdija skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan 1-artikolu wara li l-kwerelant ikun ikkonferma l-
kwerela tiegħu bil-ġurament quddiem il-qorti u jekk il-kwerelant
jonqos milli jidher fil-qorti f’xi stadju tal-proċedimenti dan ma
għandux jitqies bħala xi deserzjoni tal-proċedimenti jew xi ċessjoni
tal-kwerela jekk dak in-nuqqas jiġi wara li l-kwerelant ikun
ikkonferma bil-ġurament il-kwerela tiegħu qabel imsemmija.
Preskrizzjoni għal 
azzjonijiet u 
prosekuzzjonijiet.
32. L-azzjoni kriminali għal kull reat taħt it-Taqsima II ta’ dan
l-Att u l-azzjoni ċivili taħt l-artikoli 28 u 29 jaqgħu bil-
preskrizzjoni wara li tgħaddi sena.
 10      KAP. 248.ħ     STAMPA
Pubblikazzjonijiet 
privileġġati. 
Emendat: 
LVIII. 1974.68; 
A.L. 148 ta’ l-
1975;
XII.1978.11; 
X.1996.19. 
33. Ma tista’ tittieħed ebda azzjoni dwar il-pubblikazzjonijiet
li ġejjin:
(a) pubblikazzjonijiet magħmula bis-saħħa ta’ Att tal-
Parlament jew bl-awtorità tal-President ta’ Malta jew
tal-Kamra tad-Deputati;
(b) pubblikazzjonijiet li jikkonsistu f’komunikazzjonijiet
bejn uffiċjali pubbliċi, jew bejn uffiċjali u kuntratturi
bħal dawk tas-servizz pubbliku jew uffiċjali ta’
korporazzjonijiet pubbliċi, rapporti ta’ inkjesti
magħmula skond kull liġi, jew dikjarazzjonijiet ta’
uffiċjali pubbliċi magħmula  in bona fede fl-interess
tas-sigurtà nazzjonali, integrità territorjali, inkolumità
pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil ta’
delitti, jew għall-ħarsien tas-saħħa jew morali;
(ċ) pubblikazzjonijiet ta’ rapporti bona fidi ta’ dibattiti
tal-Kamra tad-Deputati, kemm-il darba tkun
pubblikata l-parti rilevanti tad-dibattiment, u ma tiġix
maqbuża jew b’ħażen jew bi traskuraġni mbiddla jew
imqassra d-difiża tal-persuna li tkun ġiet attakkata;
(d) pubblikazzjonijiet ta’ rapporti ta’ proċedimenti f’qorti
tal-ġustizzja f’Malta, kemm-il darba dawk ir-rapporti
jkunu rapporti ġusti tal-proċedimenti u l-
pubblikazzjoni ta’ dawk ir-rapporti jew proċedimenti
ma tkunx projbita b’liġi jew mill-qorti:
Iżda ma jkunux jistgħu jiġu pubblikati:
Kap. 12. (a) xi ħaġa li, bl-artikolu 994 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, hi projbita li tiġi
wżata jew prodotta, jew
(b) xi rapport tal-proċedimenti f’xi każ ta’ malafama, li
fiha l-prova tal-verità tal-fatti attribwiti ma tkunx tista’
ssir bil-liġi.
TAQSIMA IV 
GAZZETTI
Min jista’ jkun 
editur.
Emendat: 
X.1996.20.
34. Kull min ikun residenti f’Malta u jkun għalaq it-tmintax-il
sena jista’ jkun editur ta’ gazzetta.
Dmirijiet ta’ editur 
u ta’ r-responsabbli 
għall-
pubblikazzjoni. 
Emendat: 
X.1996.21.
35. (1) Kull min ikun l-editur jew ir-responsabbli għall-
pubblikazzjoni ta’ gazzetta għandu, fi żmien għaxart ijiem li jsir
editur jew ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni, skond il-każ,
jipproduċi lir-Reġistratur dikjarazzjoni li jkun fiha - 
(a) fil-każ ta’ l-editur - 
(i) ismu u kunjomu, numru tal-karta ta’ identità, l-
età u l-post tar-residenza tiegħu; u
(ii) l-isem u x-xorta tal-gazzetta, u kull meta jkun
STAMPA    11
maħsub li tiġi pubblikata; u
(b) fil-każ ta’ r-responsabbli għall-pubblikazzjoni - 
(i) jekk ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni jkun
individwu, ismu u kunjomu, 1-età, il-post tar-
residenza tiegħu u numru tal-karta ta’ 1-identità;
(ii) jekk ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni tkun
kumpannija jew xi assoċjazzjoni oħra ta’
persuni, isimha, l-indirizz tagħha, il-
partikolaritajiet imsemmija fis-subparagrafu (i)
dwar ir-rappreżentant ġuridiku tagħha, u, meta
dan ikun japplika, in-numru ta’ reġistrazzjoni
tagħha bħala kumpannija jew soċjetà;
(iii) l-isem u x-xorta tal-gazzetta u kull meta jkun
maħsub li tiġi pubblikata; u
(iv) l-isem u l-indirizz ta’ l-istamperija fejn tkun se
ssir l-istampa;
u kemm l-editur kif ukoll ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’
kull gazzetta għandu jżomm lir-Reġistratur f’kull ħin imgħarraf bil-
post tar-residenza tiegħu u għandu jibgħat lir-Reġistratur kull tibdil
fil-post ta’ residenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem minn dak it-
tibdil.
(2) Jekk xi persuna tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu teħel, meta
tinsab ħatja, multa.
Reġistratur ta’ 
gazzetti. 
36. (1) Ir-Reġistratur għandu jżomm reġistru tal-gazzetti u
jdaħħal fih il-partikolaritajiet imsemmija fl-artikolu 35 u kull tibdil
li jsir fihom, u għandu jagħmel fih dak id-dħul fihom u dawk it-
tibdiliet dwarhom li jkunu xierqa jew li jistgħu jiġu preskritti
b’regolamenti magħmula skond dan l-Att.
(2) Kull persuna tista’ tispezzjona r-reġistru fil-ħinijiet kollha
xierqa matul il-ħinijiet ta’ l-uffiċċju u tista’ wkoll, mal-ħlas tad-
dritt xieraq, titlob kopja awtentikata ta’ kull reġistrazzjoni fi, jew
kull estratt minn, ir-reġistru miżmum skond dan l-artikolu.
(3) Ir-Reġistratur għandu jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ gazzetta -
(a) jekk ikun mitlub li hekk jagħmel mill-editur tagħha;
jew
(b) jekk, fil-każ ta’ gazzetta pubblikata f’intervalli ta’
mhux iżjed minn xahar, dik il-gazzetta ma tiġix
pubblikata għal żmien li ma jkunx iktar minn tliet
xhur, u, fil-każ ta’ kull gazzetta oħra, jekk ma tiġix
pubblikata għal żmien ta’ iktar minn sena.
Kunsinna ta’ kopji 
tal-gazzetta. 
Emendat: 
LVIII.1974.68;
X.1996.22. 
37. Kull editur ta’ gazzetta għandu jagħti, mingħajr ħlas, lir-
Reġistratur, lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija
kopja ta’ kull ħarġa ta’ dik il-gazzetta, mhux iktar tard mill-ġurnata
li tiġi wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha, u f’nuqqas ta’ dan, jeħel
ammenda ta’ lira għal kull kopja li jonqos li jagħti.
 12      KAP. 248.ħ     STAMPA
Min jinsab ħati 
jitqies li ġie 
kundannat.
38. Imħassar bl-Att X.1996.23.
Dikjarazzjonijiet 
foloz.
39. Meta ssir xi dikjarazzjoni falza fil-partikolaritajiet
meħtieġa taħt l-artikolu 35 ta’ dan l-Att min jagħmel ir-reat jeħel,
meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur.
Preskrizzjoni ta’ l-
azzjoni kriminali. 
40. (1) L-azzjoni kriminali għal kull reat taħt din it-Taqsima
taqa’ bi preskrizzjoni wara tliet xhur.
(2) B’danakollu l-azzjoni kriminali għar-reat imsemmi fl-
artikolu 39 taqa’ bi preskrizzjoni wara sena.
Eċċezzjonijiet. 
Sostitwit: 
X.1996.24.
41. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ma għandhomx
japplikaw għall-pubblikazzjonijiet perjodiċi ippubblikati minn, jew
b’ordni jew permess ta’ jew għall-użu ta’, il-Gvern ta’ Malta jew
kull Ministeru jew Dipartiment tiegħu jew il-Kamra tad-Deputati.
Miżjuda: 
XII. 1991.43. 
Sostitwita: 
X.1996.25.
TAQSIMA V 
SERVIZZI TA’ XANDIR
Edituri ta’ servizzi 
ta’ xandir.
42. Kull detentur ta’ liċenza tax-xandir f’Malta għandu jaħtar
persuna li jkollha 1-kwalifiki elenkati fl-artikolu 34 sabiex
tagħmilha ta’ editur ta’, u tkun editorjalment responsabbli għas-
servizz ta’ xandir provdut skond dik il-liċenza.
Applikabilità ta’ 1-
artikoli 35, 36, 39 u 
40.
43. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35, 36, 39 u  40 ta’ dan l-
Att għandhom mutatis mutandis japplikaw għall-edituri ta’ servizzi
ta’ xandir u għal detenturi ta’ liċenzi tax-xandir hekk kif japplikaw
għall-edituri ta’ gazzetti u għall-gazzetti rispettivament.
Dmirijiet ta’ l-
edituri.
44. L-edituri tas-servizzi tax-xandir għandu jkollhom 1-istess
dmirijiet u obbligi taħt dan 1-Att skond ma għandhom bl-istess Att
l-edituri tal-gazzetti.
Tifsir. 
Kap. 350.
45. Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima l-frażi "liċenza tax-
xandir" għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik mogħtija lilha fl-Att
dwar ix-Xandir.
Sostitwita:
X. 1996.26.
TAQSIMA VI 
LIBERTAJIET ĠURNALISTIĊI
Konfidenzjalità ta’ 
sorsi.
46. Ebda qorti ma għandha teħtieġ li persuna msemmija fl-
artikolu 23 ta’ dan l-Att tikxef, anqas ma għandha dik il-persuna
tkun ħatja ta’ disprezz lejn 1-awtorità tal-qorti talli ma tkunx trid
tikxef, is-sorsi ta’ informazzjoni li tkun tinsab f’gazzetta jew
xandira li hija tkun responsabbli għaliha, kemm-il darba ma jiġix
stabbilit għas-sodisfazzjon tal-qorti li dak il-kxif ikun meħtieġ fl-
interess tas-sigurtà nazzjonali, integrità territorjali jew inkolumità
pubblika, jew għat-tħaris mid-diżordni jew kriminalità, jew għall-
STAMPA    13
ħarsien ta’ 1-interessi tal-ġustizzja:
Iżda l-qorti m’għandhiex tordna dak il-kxif sakemm ma
tkunx ukoll sodisfatta li fiċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ il-ħtieġa
li 1-qorti tagħmel investigazzjoni tkun ikbar mill-ħtieġa tal-media
li jipproteġu s-sorsi ta’ informazzjoni tagħhom, wara li jitqies sew
ir-rwol tal-media f’soċjetà demokratika:
Iżda wkoll, ebda ħaġa f’dan 1-artikolu ma għandha titfisser
bħala li teżenta lil xi persuna msemmija fl-artikolu 23 ta’ dan 1-Att
milli ġġib prova dwar il-verità ta’ xi fatti minnha attribwiti skond
ma hemm fl-artikolu 12 ta’ dan l-Att.
Aċċess għal tagħrif 
li jkollu l-Gvern.
47. (1) Il-Gvern ta’ Malta għandu jistabbilixxi proċeduri
sabiex jagħti lir-rappreżentanti ta’ l-istampa dak it-tagħrif li
jgħinhom iwettqu d-dmirijiet pubbliċi tagħhom.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu ma għandux jibqa’
japplika f’dawn il-każijiet li ġejjin:
(a) meta dak it-tagħrif jista’ jfixkel, iwaqqaf, idewwem
jew jipperikola l-proċess xieraq ta’ proċedimenti legali
pendenti jew meta l-Gvern jew awtorità pubblika oħra
jkollhom il-jedd legali li jirrifjutaw milli jagħtu dak it-
tagħrif f’qorti jew quddiem xi tribunal ieħor imwaqqaf
b’liġi;
(b) meta l-għoti ta’ dak it-tagħrif jinvolvi l-kxif ta’ tagħrif
riċevut mill-Gvern b’mod konfidenzjali;
(ċ) meta dak it-tagħrif ikun jikser xi interess pubbliku li
jirbaħ fuq kollox jew xi interess privat li jkun jeħtieġ
ħarsien;
(d) meta t-tagħrif ikun jirrigwarda ħwejjeġ li jkollhom
x’jaqsmu mas-sigurtà nazzjonali jew inkolumità
pubblika;
(e) meta l-proċess tal-ġbir tat-tagħrif meħtieġ ikun
iqiegħed piż sproporzjonat fuq l-amministrazzjoni
pubblika.
(3) Il-Gvern ma jistax joħroġ struzzjonijiet ġenerali li
jipprojbixxu 1-għoti ta’ tagħrif lil xi gazzetta jew servizz ta’ xandir
liċenzjat li jkollhom xi fehma partikolari jew lil xi gazzetta jew
servizz ta’ xandir liċenzjat speċifiċi.
TAQSIMA VII 
MIXXELLANJI
Jedd ta’ appell. 
Emendat:
LIX. 1974.2; 
VIII.1990.3;
X.1996.27. 
48. Kull deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati dwar reat taħt dan l-
Att tista’, fil-każijiet kollha, tiġi appellata mill-Avukat Ġenerali
jew mill-kwerelant, skond il-każ, u mill-parti misjuba ħatja.
 14      KAP. 248.ħ     STAMPA
Reati minn korp ta’ 
persuni. 
Emendat:
X.1996.27.
49. Meta xi reat taħt dan l-Att isir minn korp ta’ persuni kull
persuna li, fil-ħin ta’ l-egħmil tar-reat kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dak il-korp ta’ persuni jew
kienet tidher li qed taġixxi f’xi kariga bħal dik tkun ħatja ta’ reat u
teħel meta tinsab ħatja l-istess piena għal dak ir-reat kemm-il darba
ma tippruvax li r-reat ikun sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li tkun
użat id-diliġenza kollha xierqa biex tevita l-egħmil tar-reat.
Regolamenti.
Emendat:
X.1996.27.
50. Il-Prim Ministru jista’ jagħmel, u meta jkun għamel, jista’
jemenda jew iħassar, regolamenti sabiex iseħħu d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u b’mod partikolari iżda bla ħsara għall-ġeneralita ta’
dak li ntqal qabel, biex jippreskrivi kull ħaġa li għandha jew li
tista’ tiġi preskritta b’dan l-Att.
Obbligazzjonijiet 
ta’ trasparenza.
Sostitwit:
X. 1996.29.
51. (1) Kull gazzetta li tiġi ppubblikata f’Malta għandha turi
isem ir-responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, u d-data meta
tkun ġiet stampata.
(2) Ir-Reġistratur jista’ skond il-liġi jitlob u jikseb
informazzjoni mingħand xi persuna dwar min ikun is-sid ta’
gazzetta li tiġi ppubblikata f’Malta jew ta’ kumpannija li tkun, jew
assoċjazzjoni oħra ta’ persuni li jkunu, jew li kienu f’xi żmien,
b’mod dirett jew indirett, is-sid ta’ dik il-gazzetta jew rigward it-
trasferiment ta’ ishma jew il-kontroll ta’ xi kumpannija bħala dik.
(3) L-informazzjoni mitluba mir-Reġistratur skond is-
subartikolu (2) ta’ dan 1-artikolu għandha tingħata fi żmien għaxart
ijiem minn meta l-persuna meħtieġa li tagħti 1-informazzjoni
taslilha t-talba għal dik l-informazzjoni, u din għandha tiddaħħal
mir-Reġistratur fir-reġistru tal-gazzetti.
(4) Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jeħel
meta jinsab ħati multa.
Certifikat mir-
Reġistratur ikun 
prova.
Miżjud:
X. 1996.29.
52. F’kull proċeduri quddiem xi qorti, tribunal jew bord
imwaqqfa b’liġi, ċertifikat maħruġ u ffirmat mir-Reġistratur li juri
min huwa, jew min f’xi żmien kien l-editur, jew ir-responsabbli
għall-pubblikazzjoni ta’ xi gazzetta jew ta’ servizz ta’ xandir, ikun
prova tal-kontenut tiegħu sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju.
Disposizzjoni 
transitorja.
Miżjud:
X. 1996.29.
53. Id-disposizzjonijiet ta’ 1-Att dwar l-Istampa kif fis-seħħ
qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-Att ta’ 1-1996 li jemenda l-Att dwar l-
Istampa, għandhom jibqgħu japplikaw għar-rigward ta’ kull azzjoni
ċivili jew kriminali, jedd għal azzjoni, jedd jew obbligu li
għandhom x’jaqsmu ma’ jew li jitnisslu minn xi pubblikazzjoni
magħmula qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak l-Att:
Iżda d-disposizzjonijiet tal-proviso għas-subartikolu (2) ta’
l-artikolu 31, ta’ l-artikolu 46, u ta’ l-artikolu 52 kif introddoti bl-
Att ta’ l-1996 li jemenda 1-Att dwar 1-Istampa għandhom
japplikaw b’effett immedjat.
