  INTERPRETAZZJONIġ K AP. 249.    1
KAPITOLU 249
ATT DWAR L-INTERPRETAZZJONI
Biex jipprovdi dwar it-tiswir u l-applikazzjoni ta’ Atti tal-Parlament u
ta’ dokumenti oħra li għandhom is-saħħa ta’ liġi u dwar l-ilsien li jintuża
fihom.
4 ta’ Frar, 1975
L-ATT VII ta’ l-1975, kif emendat bl-Atti: XLIX ta’ l-1981, XXXV ta’ l-
1990, I ta’ l-2001 u IX ta’ l-2003.
Titolu fil-qosor. 
Interpretazzjoni.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra - 
"Att" tfisser Att tal-Parlament u kull Att ieħor mgħoddi mill-
Leġislatura ta’ Malta u tinkludi kull kodiċi, ordinanza, proklama,
ordni, regola, regolament, bye-law , avviż jew dokument ieħor li
għandu saħħa ta’ liġi f’Malta barra minn kull dokument li għalih
japplika l-Att tal-Parlament tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’
l-Irlanda ta’ Fuq imsejjaħ "The Interpretation Act, 1889";
 "jgħaddi", u kliem ġejjin minnha, użati dwar il-kelma Att,
jinkludu l-egħmil ta’ kull dokument li għandu s-saħħa ta’ liġi.
(2) Ebda disposizzjoni ta’ dan l-Att li tillimita l-applikazzjoni
tagħha, jew l-applikazzjoni ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet
tiegħu, għal ċerti Atti ma għandha tiftiehem li Atti oħra, jew xi
disposizzjoni tagħhom jew xi espressjoni li tinsab fihom,
għandhom jiġu mfissra, mifhuma jew applikati xort’oħra milli kif
provdut f’dan l-Att.
Tifsir. 
Emendat: 
XLIX. 1981.6;
I. 2001.2.
3. (1) F’dan l-Att, u f’kull Att mgħoddi wara l-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att, kemm-il darba ma jkunx jidher ħsieb kuntrarju -
"Att tal-Parlament" tfisser kull liġi magħmula mill-Parlament; 
"dokument" tfisser kull ħaġa mfissra jew deskritta fuq xi materjal
permezz ta’ ittri, figuri jew marki, jew permezz ta’ iktar minn mezz
wieħed minn dawn, maħsuba li jintużaw jew li jistgħu jintużaw
biex jinżamm record ta’ dik il-ħaġa;
"funzjoni" tinkludi setgħa u dmir;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta jew kull ġurnal
uffiċjali ieħor sostitwit għaliha u pubblikat b’ordni tal-Gvern; 
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"isem" użata dwar individwu tinkludi kunjom; 
"jikser" tinkludi nuqqas ta’ tħaris;
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta; 
  2      KAP. 249. ħ        INTERPRETAZZJONI
"kitba" tinkludi stampat, litografija, dattilografija, fotografija u
kull mezz ieħor li jirrappreżenta jew jirriproduċi kliem f’forma li
tidher;
"kliem" tinkludi figuri u simboli; 
"Kostituzzjoni" tfisser il-Kostituzzjoni ta’ Malta; 
"leġislazzjoni" tfisser liġi miktuba jew xi disposizzjoni tagħha; 
"liġi" tinkludi kull dokument li jkollu saħħa ta’ liġi u kull regola
ta’ liġi mhux miktuba, u "skond il-liġi" u "legalment" għandhom
jiftiehmu f’dan is-sens;
"Parlament" tfisser il-Parlament ta’ Malta; 
"temenda" tinkludi tħassar, iżżid jew tibdel;
"tħassar" użata dwar liġi tinkludi tirrexindi, tirrevoka, tħassar u
tissostitwixxi.
(2) F’dan l-Att, u f’kull Att mgħoddi qabel jew wara l-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-Att, "Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’
Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, magħduda l-
ibħra territorjali tagħhom.
(3) Riferenza f’leġislazzjoni, mgħoddija qabel jew wara l-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att, għal taqsima, artikolu jew skeda għandha,
kemm-il darba ma jkunx jidher ħsieb kuntrarju, tinqara bħala
riferenza għal taqsima, artikolu jew skeda ta’ dik il-leġislazzjoni; u
riferenzi f’kull leġislazzjoni bħal dik għal subartikolu, paragrafu
jew sub-paragrafu għandhom, kemm-il darba ma jkunx jidher ħsieb
kuntrarju, jinqraw bħala riferenza għal subartikolu, paragrafu jew
sub-paragrafu ta’ l-artikolu, subartikolu jew paragrafu, skond il-
każ, fejn tkun tinsab dik ir-riferenza.
(4) (a) Kull riferenza f’xi liġi għal ''dritt internazzjonali'' jew
''liġi internazzjonali'' għandha tinftiehem bħala
riferenza għad-dritt internazzjonali kif interpretat fejn
meħtieġ skond dawk l-istrumenti internazzjonali, jekk
ikun hemm, li Malta tista’ minn żmien għal żmien tkun
parti fihom.
(b) Kull riferenza f’xi liġi għall-obbligazzjonijiet
internazzjonali ta’ Malta għandha tinftiehem bħala
riferenza għall-obbligazzjonijiet li Malta tassumi taħt
id-dritt internazzjonali.l
(ċ) Il-frażijiet ''delitti kontra l-umanità '', ''delitti kontra d-
dritt internazzjonali'' u ''reat politiku'' għandu jkollhom
l-istess tifsira bħalma hu mogħti lilhom taħt id-dritt
internazzjonali konswetudinarju b’mod ġenerali u fi
strumenti internazzjonali li Malta tista’ tkun parti
fihom b’mod partikolari.
Tibdil 
grammatikali, 
ġens, numru, eċċ.
4. F’dan l-Att u f’kull Att ieħor mgħoddi qabel jew wara l-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, kemm il-darba ma jkunx jidher ħsieb
kuntrarju -
(a) it-tifsira ta’ kull kelma jew espressjoni għandha
tapplika għal kull tibdil grammatikali u espressjonijiet
  INTERPRETAZZJONIġ K AP. 249.    3
imnissla mill-kelma jew mill-espressjoni hekk
imfissra;
(b) kliem li juru ġens maskil jinkludu l-ġens femminil; 
(ċ) kliem fis-singular jinkludu l-plural, u kliem fil-plural
jinkludu s-singular;
(d) l-espressjoni "persuna" tinkludi għaqda jew korp ieħor
ta’ persuni, sew jekk dik l-għaqda jew dak il-korp
ikunu persuna ġuridika jew jekk le.
Bidu fis-seħħ.
fis-seħħ ta’ dan l-Att, l-espressjoni "bidu fis-seħħ", meta wżata
bħala riferenza għal-Att, tfisser iż-żmien li fih l-Att jibda jseħħ.
(2) Meta Att tal-Parlament mgħoddi wara l-bidu fis-seħħ ta’
dan l-Att, jew meta xi ordni, warrant, skema, regola, regolament,
bye-law , avviż jew dokument ieħor, magħmula, mogħtija jew
maħruġa wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att bis-saħħa ta’ xi Att,
mgħoddi qabel jew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, tkun imfissra
li tibda sseħħ f’xi jum partikolari, din għandha tiftiehem li tibda
sseħħ minnufih malli jispiċċa l-jum ta’ qabel.
Kif jiftiehmu 
disposizzjonijiet 
dwar l-eżerċizzju 
ta’ setgħat u 
dmirijiet.
Emendat: 
XXXV. 1990.2. 
6. F’kull Att, mgħoddi qabel jew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan
l-Att - 
(a) meta dak l-Att jagħti setgħa jew jimponi dmir, kemm-
il darba ma jkunx jidher ħsieb kuntrarju, is-setgħa
tista’ tiġi eżerċitata u d-dmir għandu jsir minn żmien
għal żmien kif ikun hemm ħtieġa;
(b) meta dak l-Att jagħti setgħa lil, jew jimponi dmir fuq,
detentur ta’ kariga, bħala tali, kemm-il darba ma jkunx
jidher ħsieb kuntrarju, is-setgħa tista’ tiġi eżerċitata u
d-dmir għandu jsir mid-detentur ta’ dik il-kariga għal
dak iż-żmien;
(ċ) meta xi Att bħal dak jagħti setgħa lil detentur ta’
kariga, u dik is-setgħa tkun dwar xi xogħol tal-Gvern,
jew hija eżerċitabbli bħala parti mix-xogħol ta’
dipartiment tal-Gvern, li r-responsabbilità  għalih tkun
ġiet assenjata lil Ministru skond il-Kostituzzjoni, dik
is-setgħa għandha tkun eżerċitabbli mid-detentur ta’
dik il-kariga, u ħlief safejn id-detentur ta’ dik il-kariga
jkun espressament dikjarat b’xi liġi li ma jkunx suġġett
għad-direzzjoni ta’ jew kontroll minn xi persuna jew
awtorità  oħra, il-Ministru responsabbli għal dak ix-
xogħol jew dipartiment tal-Gvern ikollu s-setgħa,
ukoll jekk imfissra li hija eżerċitabbli fid-diskrezzjoni
(sew assoluta jew xort’oħra) tad-detentur ta’ dik il-
kariga, li jagħti dik id-direzzjoni bil-miktub dwar l-
eżerċizzju ta’ dik is-setgħa (magħduda direzzjoni li
tkun tordna t-tneħhija ta’ deċiżjoni) hekk kif dak il-
Ministru jista’ jidhirlu xieraq;
(d) meta dak l-Att jagħti setgħa għall-egħmil ta’ xi regoli,
regolamenti jew bye-laws, is-setgħa għandha, kemm-il
darba ma jkunx jidher ħsieb kuntrarju, tiftiehem li
  4      KAP. 249. ħ        INTERPRETAZZJONI
tinkludi setgħa, eżerċitabbli bl-istess mod u suġġetta
għall-istess kunsens u kondizzjonijiet, jekk ikun
hemm, għar-rexissjoni, revoka, emenda, jew bdil tar-
regoli, regolamenti jew bye-laws, u dik is-setgħa tkun
eżerċitabbli mingħajr ħsara għall-egħmil ta’ regoli,
regolamenti jew bye-laws ġodda.
L-eżerċizzju ta’ 
setgħat mogħtija 
b’liġi bejn il-
mogħdija u l-bidu 
fis-seħħ ta’ l-Att.
7. Meta Att li jkun għadda wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
ma għandux jibda jseħħ minnufih malli jgħaddi, u jagħti s-setgħa li
tiġi stabbilita xi ħaġa jew issir xi nomina, jew li jsir l-egħmil, l-
għoti jew il-ħruġ ta’ xi ordni, warrant, skema, regoli, regolamenti,
bye-laws, avviż jew dokument ieħor, jew li jingħataw avviżi, li jiġu
preskritti formuli, jew li ssir kull ħaġa oħra għall-għan ta’ l-Att, dik
is-setgħa tista’, kemm-il darba ma jkunx jidher ħsieb kuntrarju, tiġi
eżerċitata f’kull żmien wara li jgħaddi l-Att, safejn ikun meħtieġ
jew spedjenti sabiex jibda jaħdem l-Att fid-data tal-bidu fis-seħħ
tiegħu, bir-restrizzjoni, li kull dokument magħmul taħt dik is-
setgħa ma għandux, kemm-il darba fl-Att ma jidhirx ħsieb
kuntrarju, jew kemm-il darba ikun meħtieġ xort’oħra sabiex jibda
jseħħ l-Att, jibda jseħħ qabel ma jibda jseħħ l-Att; u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw għal kull
ħaġa magħmula taħt jew dwar Atti mgħoddija qabel il-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att kif japplikaw għal ħwejjeġ magħmula taħt jew dwar
Atti mgħoddija wara dak il-bidu fis-seħħ.
Ftehim ta’ 
leġislazzjoni 
sussidjarja. 
8. Meta Att, sew jekk ikun għadda qabel jew wara l-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-Att, jagħti s-setgħa għall-egħmil, l-għoti jew il-ħruġ
ta’ xi ordni, warrant, skema, regoli, regolamenti, bye-laws jew
dokument ieħor, espressjonijiet użati f’kull dokument bħal dak
magħmul wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandhom, kemm-il
darba ma jidhirx ħsieb kuntrarju, ikollhom l-istess tifsir kif
rispettivament ikollhom fl-Att li jagħti s-setgħa.
Il-leġislazzjoni 
sussidjarja tista’ 
tkun retroattiva. 
9. Kull liġi magħmula wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att bis-
saħħa ta’ setgħa mogħtija b’xi Att mgħoddi qabel jew wara l-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att tista’, kemm-il darba ma jkunx jidher ħsieb
kuntrarju fl-Att li jagħti dik is-setgħa, tkun retroattiva għal kull
data li ma tkunx qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dak l-Att jew, meta
disposizzjonijiet differenti tiegħu jkunu jibdew iseħħu f’dati
differenti, li ma tkunx qabel il-bidu fis-seħħ tad-disposizzjoni li
bis-saħħa tagħha ssir il-liġi sussidjarja:
Iżda ebda persuna ma teħel xi piena dwar xi ħaġa li tkun
saret jew li naqset milli ssir qabel il-bidu fis-seħħ tal-liġi
sussidjarja. 
Il-liġijiet 
sussidjarji jkunu 
validi f’każ ta’ 
riferenza ħażina 
għas-saħħa tas-
setgħat.
10. Meta bis-saħħa ta’ xi Att, mgħoddi qabel jew wara l-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att, tingħata setgħa li jsiru liġijiet sussidjarji, kull
liġi sussidjarja li tista’ legalment issir bis-saħħa tiegħu tkun valida
u jkollha effett sew jekk turi jew jekk ma turix li qed issir bis-saħħa
ta’ dawk is-setgħat u wkoll jekk turi li qed issir bis-saħħa ta’
setgħat oħra.
Leġislazzjoni 
sussidjarja 
titqiegħed fuq il-
Mejda tal- Kamra.
11. (1) Meta Att tal-Parlament jew Att ieħor mgħoddi mill-
Leġislatura ta’ Malta jew Ordinanza tagħti setgħa għall-egħmil ta’
regoli jew regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra ta’ din ix
  INTERPRETAZZJONIġ K AP. 249.    5
xorta, kull leġislazzjoni bħal dik li ssir bis-saħħa ta’ dawk is-
setgħat wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att għandha titqiegħed fuq il-
Mejda tal-Kamra u jekk, fi żmien tmienja u għoxrin jum wara li
hekk titqiegħed, il-Kamra tirriżolvi li għandha tiġi annullata jew
emendata, din għandha minnufih tieqaf mis-seħħ jew tiġi hekk
emendata, skond il-każ, iżda bla ħsara għall-validità  ta’ kull ħaġa li
qabel tkun saret bis-saħħa tagħha jew għall-egħmil ta’ regoli,
regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra ta’ dik ix-xorta.
(2) Fil-kalkolu għall-finijiet tas-subartikolu (1) u ta’ kull żmien
ta’ tmienja u għoxrin jum imsemmi fihom, ma għandu jitqies ebda
żmien li matulu l-Kamra tad-Deputati ma tkunx qed tiltaqa’ jew li
matulu tkun aġġornata għal iktar minn sebat ijiem.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu, meta l-liġi prinċipali li tagħti s-setgħa li ssir
leġislazzjoni sussidjarja tipprovdi b’mod differenti dwar l-
imsemmija ħwejjeġ, dawk id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw
għal kull leġislazzjoni sussidjarja magħmula bis-saħħa ta’ dawk is-
setgħat minflok id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar dawk il-
ħwejjeġ.
Effetti ta’ tħassir 
f’Atti fil-futur u 
emendi f’kull Att.
12. (1) Meta xi Att mgħoddi wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
iħassar xi liġi oħra, kemm-il darba ma jidhirx ħsieb kuntrarju, t-
tħassir m’għandux - 
(a) jerġa’ jġib fis-seħħ xi ħaġa li ma tkunx fis-seħħ jew li
ma tkunx teżisti fiż-żmien li fih iseħħ it-tħassir;
(b) jolqot it-tħaddim ta’ xi liġi qabel ma kienet hekk
imħassra jew xi ħaġa magħmula jew li tħalliet issir taħt
xi liġi hekk imħassra;
(ċ) jolqot xi dritt, privileġġ jew responsabbiltà  miksuba
jew meħuda taħt xi leġislazzjoni hekk imħassra jew li
ġejja minn xi leġislazzjoni bħal dik;
(d) jolqot xi penali, konfiska jew piena li wieħed seta’
jeħel dwar xi reat li jkun sar kontra xi liġi hekk
imħassra, jew xi responsabbiltà  għal xi penali,
konfiska jew piena bħal dawk;
(e) jolqot kull stħarriġ, proċedimenti legali, jew rimedju
dwar xi dritt, privileġġ, obbligazzjoni, responsabbiltà ,
penali, konfiska, jew piena kif intqal qabel,
u kull stħarriġ, proċedimenti legali, jew rimedju bħal dawk jistgħu
jinbdew, jitkomplew, jew jiġu nforzati, u kull penali, konfiska jew
piena bħal dawk jistgħu jiġu mposti, bħallikieku l-Att li jħassar ma
jkunx għadda.
(2) Meta Att, sew jekk mgħoddi qabel jew wara l-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att, jemenda xi Att ieħor mgħoddi qabel jew wara l-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att, jew xi disposizzjoni ta’ xi Att ieħor bħal dak,
l-Att jew id-disposizzjoni hekk emendati kif ukoll kull ħaġa li saret
taħthom jew bis-saħħa tagħhom, għandhom, kemm-il darba ma
jkunx jidher ħsieb kuntrarju, jkomplu li jkollhom effett sħiħ, u
għandhom hekk jibqgħu jseħħu kif emendati, u suġġetti għat-tibdil
magħmul, bl-Att li jemenda.
  6      KAP. 249. ħ        INTERPRETAZZJONI
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (2) "emenda" tfisser u tinkludi
kull emenda, modifika, tibdil, alterazzjoni, żieda jew tħassir tkun
liema tkun l-għamla jew il-mod li bihom isiru u jkunu kif ikunu
mfissra, u tinkludi wkoll disposizzjoni li biha Att jew disposizzjoni
tiegħu jkunu sostitwiti jew rimpjazzati, jew imħassra u sostitwiti
jew imħassra u minflokhom issir disposizzjoni differenti.
Reati minn għaqda 
ta’ persuni.
13. Meta xi reat taħt jew kontra xi disposizzjoni li tinsab f’xi
Att, li jkun għadda sew qabel jew wara dan l-Att, isir minn korp
jew għaqda ta’ persuni, sew jekk tkun persuna ġuridika jew le, kull
persuna li, fil-ħin ta’ l-egħmil tar-reat, kienet direttur, manager,
segretarju jew uffiċjal ieħor simili tal-korp jew għaqda, jew kienet
tidher li qed taġixxi f’dik il-kariga, tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm
il-darba ma tippruvax li r-reat ikun sar mingħajr it-tagħrif tagħha u
li tkun eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex tevita l-egħmil tar-
reat:
Iżda, ħlief dwar reati taħt jew kontra xi disposizzjoni li
tinsab f’Att li fih hemm disposizzjoni li tixbah id-disposizzjoni ta’
dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw biss għal reati li jkunu saru wara il-bidu fis-seħħ ta’ dan
l-Att.
Ilsien tal-liġijiet.  14. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ kull leġislazzjoni oħra,
Att tal-Parlament mgħoddi wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jista’
jsir, għal kollox jew f’parti, bil-Malti jew bl-Ingliż biss jekk l-
abbozz ta’ dak l-Att tal-Parlament, jew parti minn dak l-abbozz,
ikun ippreżentat lill-Iskrivan tal-Kamra u ppubblikat f’ilsien
wieħed biss minn dawk it-tnejn u jekk l-Att meta jgħaddi jkun fih
disposizzjoni li tawtorizza li jsir, jew, skond il-każ, li parti waħda
jew iktar minnu jsiru, b’dak l-ilsien biss.
Emenda jew tħassir 
ta’ Att fl-istess 
sessjoni.
15. Kull Att tal-Parlament jista’ jiġi mibdul, emendat jew
imħassar fl-istess sessjoni tal-Parlament; u d-disposiz-zjonijiet ta’
dan l-artikolu għandhom japplikaw għal kull ħaġa magħmula dwar
xi leġislazzjoni qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att kif japplikaw
għal kull ħaġa magħmula dwar Att tal-Parlament wara dak il-bidu
fis-seħħ.
Pubblikazzjoni 
elettronika.
Miżjud:
IX. 2003.47.
16. Meta xi att jew dokument ikun meħtieġ li jiġi ppubblikat
fil-Gazzetta, ikun biżżejjed li dak l-att jew dokument jiġi pubblikat
f’format elettroniku fuq CD Rom jew li jintgħamel disponibbli fuq
website li tkun pubblikament aċċessibbli fuq l-internet u li jiġi
pubblikat avviż fil-Gazzetta dwar dik il-pubblikazzjoni f’format
elettroniku fuq CD Rom jew li d-dokument ikun disponibbli fuq
website:
Iżda meta att jew dokument jiġi hekk pubblikat f’format
elettroniku fuq CD Rom jew jintgħamel hekk disponibbli fuq
website li tkun pubblikament aċċessibbli fuq l-internet, għandu
jkun hemm kopja ta’ dak id-dokument li tkun disponibbli għall-
ispezzjon pubbliku matul il-ħinijiet normali tax-xogħol
f’dipartiment jew uffiċċju tal-Gvern u għandu jiġi wkoll pubblikat
avviż dwar dik id-disponibbiltà  fil-Gazzetta.
