  ĠIEHIR-REPUBBLIKA ġKAP.  251.   1
KAPITOLU 251
ATT DWAR ĠIEH IR-REPUBBLIKA
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ xirka ta’ ġieh li tkun magħrufa bħala Ġieh ir-Repubblika,
biex jipprovdi għall-għoti ta’ midalji għal kuraġġ u għal servizz lir-Repubblika, għat-tneħħija
ta’ titoli ta’ nobbiltà u għall-kontroll ta’ unuri u dekorazzjonijiet, u biex jipprovdi għal
ħwejjeġ anċillari jew inċidentali għal dawk l-għanijiet.
(17 ta’ Ottubru, 1975)*
Sar liġi bl-ATT XXIX ta’ l-1975, kif emendat bl-Atti: XXXVII ta’ l-1976, XIV ta’ l-1990,
XI ta’ l-1991 u XV ta’ l-1993.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Titolu fil-qosor  1 
Taqsima I.  Ġieh ir-Repubblika  2-5 
Taqsima II.  L-Ordni Nazzjonali tal-Meritu  6-9 
Taqsima III.  Midalji tar-Repubblika  10-17 
Taqsima IV.  Disposizzjonijiet applikabbli għat-Taqsima I, II u III  18-27 
Taqsima V. Titoli ta’ Nobbiltà w Unuri u Dekorazzjonijiet Barranin  28-29 
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema subartikolu qed jiġi
mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-Avviż Legali 125 ta’ l-
1975.
 2      KAP. 251.ħ     ĠIEHIR-REPUBBLIKA
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar Ġieh ir-Repubblika. 
TAQSIMA I
ĠIEH IR-REPUBBLIKA
Twaqqif tax-Xirka 
u motto. 
2. (1) Għandu jkun hemm u qed titwaqqaf b’dan l-Att xirka
ta’ ġieh li tkun magħrufa bħala Ġieh ir-Repubblika, hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa Ix-Xirka jew Xirka.
(2) Il-motto tax-Xirka jkun "Għall-ġid tal-Maltin".
Imseħbin tax-
Xirka.
Emendat: 
XIV. 1990.2. 
3. (1) Ix-Xirka tkun magħmula minn imseħbin u mseħbin
onorarji li l-President ta’ Malta, fuq il-parir bil-miktub tal-Prim
Ministru, minn żmien għal żmien jaħtar, skond u salvi d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Ċittadini Maltin biss jkunu jistgħu jiġu maħtura bħala
mseħbin tax-Xirka, u dawk il-persuni biss li f’dak iż-żmien ma
jkunux ċittadini Maltin jkunu jistgħu jiġu maħtura bħala mseħbin
onorarji tax-Xirka.
(3) Ħatriet bħala mseħbin jew imseħbin onorarji tax-Xirka
għandhom isiru minħabba meritu eċċezzjonali f’servizz lejn Malta
jew lejn umanità.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu, kull ċittadin distint ta’ pajjiż ieħor barra Malta li lilu huwa
mixtieq li jingħata ġieh jista’ jiġi maħtur bħala msieħeb onorarju
tax-Xirka.
Għadd ta’ 
mseħbin. 
4. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jaħtar bħala mseħbin tax-
Xirka - 
(a) mhux iżjed minn erba’ persuni fl-1975; u
(b) mhux iżjed minn tliet persuni kull sentejn wara. 
(2) L-għadd ta’ l-imseħbin huwa limitat għal għoxrin.
(3) Meta l-ogħla għadd ta’ l-imseħbin ikun ġie maħtur, persuna
tista’ tiġi maħtura bħala msieħba biss meta jkun spiċċa xi ħadd
minn membru.
(4) Il-ħatriet għandhom jibdew iseħħu f’Jum ir-Repubblika. 
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu ma
għandhomx japplikaw għal ħatriet ta’ mseħbin onorarji.
Titoli u l-insinja. 
Emendat: 
XIV. 1990.3.
5. (1) Imsieħeb jew imsieħeb onorarju tax-Xirka jkollu l-jedd
li -
(a) jġib l-ittri S.Ġ. (Sieħeb il-Ġieh) wara ismu fl-
okkażjonijiet kollha fejn l-użu ta’ ittri bħal dawn huma
soltu li jintużaw;
(b) jilbes bħala dekorazzjoni l-insinja tax-Xirka skond ir-
regoli magħmula b’dan l-Att.
  ĠIEHIR-REPUBBLIKA ġKAP.  251.   3
(2) Il-Kap tax-Xirka jkollu d-dritt jilbes bħala dekorazzjoni l-
insinja tax-Xirka preskritta fir-regoli li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-Att.
Miżjuda:
XIV.1990.5. 
TAQSIMA II 
L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERITU
Twaqqif ta’ l-
Ordni u Motto. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5. 
6. (1) Għandu jkun hemm u qed titwaqqaf b’dan l-Att, ordni
nazzjonali ta’ meritu li tkun magħrufa bħala l-Ordni Nazzjonali tal-
Meritu, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-Ordni.
(2) Il-motto ta’ l-Ordni jkun "Virtute et Constantia".
Imseħbin ta’ l-
Ordni. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5. 
7. (1) L-Ordni tkun magħmula minn imseħbin li l-President
ta’ Malta, fuq parir miktub tal-Prim Ministru, minn żmien għal
żmien jaħtar skond u salvi d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Ċittadini Maltin biss ikunu jistgħu jinħatru bħala mseħbin
ta’ l-Ordni.
(3) Sħubija onorarja ta’ l-Ordni tista’ tingħata lil ċittadini
barranin li jkunu ddistingwew lilhom infushom bis-servizz
tagħhom fil-promozzjoni u twettiq ta’ relazzjonijiet internazzjonali
jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-Gżejjer
Maltin.
(4) Ir-riferenzi għas-sħubija jew għas-sħubija onorarja jinkludu
l-gradi kollha ta’ sħubija elenkati fl-artikolu 8 ta’ dan l-Att.
Gradi ta’ l-Ordni. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5.
8. (1) L-Ordni jkun magħmul minn erba’ gradi ta’ sħubija:
Kumpannji ta’ l-Unur, Kumpannji, Uffiċjali u membri ordinarji. 
(2) In-numru ta’ mseħbin f’kull grad ta’ l-Ordni għandu jkun
kif ġej:
(a) mhux iktar minn tliet persuni fl-istess waqt ma
għandhom ikunu Kumpannji ta’ l-Unur ta’ l-Ordni:
Iżda, biex jiġi stabbilit in-numru ta’ mseħbin fil-
grad, ma għandhomx jitqiesu dawk l-imseħbin li
jkollhom jew kellhom il-kariga ta’ President ta’ Malta
jew ta’ Prim Ministru;
(b) mhux iktar minn tnax-il persuna fl-istess waqt ma
għandhom ikunu Kumpannji ta’ l-Ordni:
Iżda mhux iktar minn erba’ membri ta’ dan il-
grad ma għandhom jinħatru fl-1990 u mhux iktar minn
żewġ persuni f’kull sena li tiġi wara;
(ċ) mhux iktar minn għoxrin persuna fl-istess waqt ma
għandhom ikunu Uffiċjali ta’ l-Ordni:
Iżda mhux iktar minn seba’ membri ta’ dan il-
grad ma għandhom jinħatru fl-1990, u mhux iktar
minn tliet persuni f’kull sena li tiġi wara;
(d) mhux iktar minn mitt persuna fl-istess waqt ma
għandhom ikunu membri ordinarji ta’ l-Ordni:
 4      KAP. 251.ħ     ĠIEHIR-REPUBBLIKA
Iżda mhux iktar minn għoxrin membru ta’ dan il-
grad ma għandhom jinħatru fl-1990, u mhux iktar
minn għaxar persuni f’kull sena li tiġi wara.
(3) Meta jkun inħatar in-numru totali ta’ mseħbin fi grad,
għandhom jinħatru iktar imseħbin f’dak il-grad meta jiġi li jkun
hemm vakanza.
(4) Il-ħatriet ikunu b’seħħ minn Jum ir-Repubblika.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3) u (4) ta’ dan l-
artikolu ma għandhomx ikunu jgħoddu għall-ħatriet ta’ mseħbin
onorarji.
(6) Il-President ta’ Malta u l-Prim Ministru għandhom bis-
saħħa tal-kariga tagħhom ikunu Kumpannji ta’ l-Unur ta’ l-Ordni.
Il-Presidenti u l-Prim Ministri kollha preċedenti jkunu Kumpannji
ta’ l-Unur ta’ l-Ordni.
Titoli u l-Insinja ta’ 
l-Ordni. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5.
9. (1) Imsieħeb jew imsieħeb onorarju ta’ l-Ordni jkollu jedd
li jilbes l-insinja ta’ l-Ordni kif preskritt għall-grad tiegħu jew
tagħha fir-regoli li jsiru skond dan l-Att.
(2) L-imseħbin ta’ l-Ordni jkollhom il-jedd li jġibu dawn l-ittri
wara isimhom fl-okkażjonijiet kollha meta dawn l-ittri soltu
jintużaw - 
(a) Kumpann ta’ l-Unur: K.U.O.M.; 
(b) Kumpann: K.O.M.;
(ċ) Uffiċjal: U.O.M.; 
(d) Membru: M.O.M. 
Emendata: 
XIV. 1990.4. 
TAQSIMA III
MIDALJI TAR-REPUBBLIKA
"Midalja għall-
Qlubija". 
Emendat: 
XIV.1990.4,6. 
10. (1) Midalja magħrufa bħala l-"Midalja għall-Qlubija"
tista’ tingħata mill-President ta’ Malta, fuq il-parir bil-miktub tal-
Prim Ministru lil ċittadin Malti għal xi egħmil ta’ qlubija
eċċezzjonali.
(2) Il-"Midalja għall-Qlubija" tista’ tingħata wkoll wara l-
mewt. 
"Midalja għall-
Qadi tar- 
Repubblika". 
Emendat: 
XXXVII.1976. 2;
XIV.1990.4,6.
11. (1) Midalja magħrufa bħala l-"Midalja għall-Qadi tar-
Repubblika" tista’ tingħata mill-President ta’ Malta, fuq il-parir
bil-miktub tal-Prim Ministru lil ċittadin Malti għax ikun qeda lil
Malta b’mod distint.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, il-"Midalja għall-Qadi tar-Repubblika" tista tingħata fuq
bażi onorarja lil kull ċittadin distint ta’ pajjiż barra minn Malta li
lilu huwa mixtieq li jingħata ġieh.
(3) Il-"Midalja għall-Qadi tar-Repubblika" tista’ tingħata wkoll
wara l-mewt.
  ĠIEHIR-REPUBBLIKA ġKAP.  251.   5
Għadd ta’ midalji.
Emendat: 
XIV. 1990.4,7.
12. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jagħti l-"Midalja għall-
Qadi tar-Repubblika" -
(a) lil mhux iżjed minn għoxrin ċittadin Malti fl-1990; u
(b) lil mhux iżjed minn għaxar ċittadini Maltin f’kull sena
li tiġi wara.
(2) Il-għadd ta’ "Midalji għall-Qadi tar-Repubblika" li jistgħu
jinżammu fl-istess żmien ikun mhux iżjed minn mija u ebda għotja
ma għandha ssir li biha jiżdied l-għadd ta’ midalji miżmum f’dak
iż-żmien għal iżjed minn mija.
(3) Għall-għanijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu
ma għandha titqies ebda għotja magħmula fuq bażi onorarja.
Titolu u lbies tal-
"Midalja għall-
Qlubija". 
Emendat: 
XIV. 1990.4. 
13. Persuna li lilha tkun ġiet mogħtija l-"Midalja għall-
Qlubija" jkollha l-jedd - 
(a) li ġġib l-ittri M.R.Q. (Midalja tar-Repubblika għall-
Qlubija) wara isimha f’kull okkażjoni li l-użu ta’ ittri
bħal dawn huma soltu li jintużaw; u
(b) li tilbes il-midalja bħala dekorazzjoni skond ir-regoli
magħmula taħt dan l-Att.
Titolu u lbies tal-
"Midalja għall-
Qadi tar-
Repubblika".
Emendat: 
XIV. 1990.4. 
14. Persuna li lilha tkun ġiet mogħtija l-"Midalja għall-Qadi
tar-Repubblika" jkollha l-jedd - 
(a) li ġġib l-ittri M.Q.R. (Midalja għall-Qadi tar-
Repubblika) wara isimha f’kull okkażjoni li l-użu ta’
ittri bħal dawn huma soltu li jintużaw; u
(b) li tilbes il-midalja bħala dekorazzjoni skond ir-regoli
magħmula taħt dan l-Att.
Midalji ta’ Tifkira 
Nazzjonali. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5. 
Emendat: 
XI. 1991.2. 
15. (1) Il-President ta’ Malta, li jaġixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru, jista’ jordna l-ħruġ ta’ midalji biex ifakkru ġrajja, jew l-
anniversarju ta’ xi ġrajja, ta’ importanza nazzjonali.
(2) Il-Midalji ta’ Tifkira Nazzjonali għandhom jingħataw mill-
President ta’ Malta, li jaġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru, lil
persuni li jkun jixirqilhom l-unur.
(3) Ma għandhomx jitfakkru iktar minn żewġ ġrajjiet
nazzjonali bil-ħruġ ta’ midalji f’perjodu ta’ għaxar snin, u dawk il-
midalji għandhom biss jinħarġu sabiex ifakkru l-ġrajja nazzjonali
nnifisha, il-ħamsa u għoxrin, il-ħamsin, jew il-ħamsa u sebgħin
sena tagħha jew xi wieħed miċ-ċentenarji jew nofs ċentenarji
tagħha.
Midalji għal 
Servizz Twil u 
Effiċjenti. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5.
16. (1) Għandha tingħata midalja, li tkun magħrufa bħala
Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti, hawnhekk iżjed ’il quddiem
f’dan l-artikolu msejħa l-midalja, lil membri ta’ korpi dixxiplinati
li jikkwalifikaw għaliha, mill-Ministri responsabbli għall-korpi.
Wara li tingħata l-midalja, jistgħu jingħataw clasps għal servizz
iktar kwalifikanti għal dan.
(2) Is-servizz kwalifikanti għall-midalji u għall-clasps ikun dak
stipulat fir-regoli li jsiru skond dan l-Att.
 6      KAP. 251.ħ     ĠIEHIR-REPUBBLIKA
(3) Il-membri u l-ex-membri kollha tal-korpi dixxiplinati li
jkunu taw is-servizz tagħhom, b’kollox, tul il-perjodu stipulat fir-
regoli magħmulin skond dan l-Att, u li jkunu taw servizz effiċjenti
matul iż-żmien kollu, ikunu eliġibbli għall-għoti tal-midalja u tal-
clasp.
(4) Għall-fini ta’ dan l-artikolu, korpi dixxiplinati jfissru - 
(a) il-Forzi Armati ta’ Malta;
(b) il-Korp tal-Pulizija; u
(ċ) uffiċjali li jservu fil-Korp tal-Ħabs ta’ Malta.
Ilbies ta midalji. 
Miżjud. 
XIV. 1990.5. 
17. Kull min tingħatalu Midalja ta’ Tifkira Nazzjonali jew
Midalja għal Servizz Twil u Effiċjenti jkollu dritt jilbisha skond ir-
regoli magħmulin skond dan l-Att.
TAQSIMA IV
DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI 
GĦAT-TAQSIMIET I, II U III
Nomini għal 
sħubija tax-Xirka u 
ta’ l-Ordni, u għall-
għoti ta’ Midalji. 
Miżjud:
XIV. 1990.5.
18. (1) Għandu jitwaqqaf Kumitat tan-Nomini, hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-Kumitat, li jinħatar mill-Prim
Ministru għal dak iż-żmien u skond dawk il-kondizzjonijiet li l-
Prim Ministru jista’ jistabbilixxi, sabiex jipproponi kandidati għal
sħubija fix-Xirka, fl-Ordni u għall-għoti ta’ Midalji; is-Segretarju
tal-Kabinett ikun iċ-Chairman ta’ dan il-Kumitat.
(2)Meta l-Kumitat jipproponi l-kandidati lill-Prim Ministru,
dan għandu jiżgura li nomina tkun konformi mal-kriterji għas-
sħubija fix-Xirka jew fl-Ordni, jew għall-għoti ta’ Midalja skond il-
każ, u, għal dan il-għan, il-Kumitat ikollu s-setgħa li jirregola l-
proċedura tiegħu nnifsu.
Uffiċjali. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5. 
19. (1) Il-President ta’ Malta jkun il-Kap tax-Xirka u ta’ l-
Ordni.
(2) Is-Segretarju tal-Kabinett ikun il-Kanċillier tax-Xirka u ta’
l-Ordni.
(3) Il-President ta’ Malta jista’, bil-parir tal-Prim Ministru,
jaħtar dawk l-uffiċjali l-oħrajn tax-Xirka u ta’ l-Ordni skond ma
jitqiesu meħtiġin.
(4) Persuna ma titqiesx li hi msieħba tax-Xirka jew ta’ l-Ordni
għaliex biss hija tkun uffiċjal tax-Xirka jew ta’ l-Ordni.
Dokument tal-
ħatra.
Miżjud: 
XIV. 1990.5.
20. Il-ħatriet bħala msieħeb jew imsieħeb onorarju tax-Xirka
jew ta’ l-Ordni għandhom isiru b’dokument uffiċjali li jkun iffirmat
mill-Kap tax-Xirka jew ta’ l-Ordni, bl-awtorità tal-Prim Ministru, u
siġillat bis-Siġill tax-Xirka jew ta’ l-Ordni, skond il-każ.
Kanċillier tax-
Xirka u ta’ l-Ordni. 
Miżjud: 
XIV. 1990.5.
21. Il-Kanċillier tax-Xirka u ta’ l-Ordni għandhom iżommu
reġistri li jkunu juru l-ismijiet ta’ l-imseħbin u ta’ l-imseħbin
onorarji tax-Xirka u ta’ l-Ordni, u dawk id-dokumenti kollha li
  ĠIEHIR-REPUBBLIKA ġKAP.  251.   7
jkollhom x’jaqsmu mas-sħubija fl-Ordni hekk kif jista’ jiġi
preskritt f’regolamenti li jsiru skond dan l-Att, u għandhom iwettqu
dawk il-funzjonijiet l-oħrajn kollha dwar ix-Xirka jew l-Ordni hekk
kif il-Kap tax-Xirka jew ta’ l-Ordni jista’ jeħtieġ li jitwettqu jew
hekk kif jista’ jiġi preskritt b’dan l-Att jew b’xi regoli li jsiru bis-
saħħa tiegħu.
Pubblikazzjoni fil-
Gazzetta ta’ ħatriet 
u għotjiet.
Miżjud: 
XIV. 1990.5. 
22. Il-ħatra u l-promozzjoni ta’ l-imseħbin u ta’ l-imseħbin
onorarji tax-Xirka u ta’ l-Ordni u l-għoti ta’ Midalji skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jiġu avżati fil-Gazzetta.
Temm ta’ sħubija 
fix-Xirka, eċċ.
Miżjud:
XIV. 1990.5. 
23. (1) Persuna ttemm is-sħubija tagħha fix-Xirka jew fl-
Ordni, jew iż-żamma ta’ midalja mogħtija bis-saħħa ta’ dan l-Att
meta:
(a) hija tmut;
(b) hija tirriżenja mix-Xirka jew mill-Ordni, ħlief fil-każ
ta’ dawk il-persuni li jkunu mseħbin bis-saħħa ta’
kariga li jkunu jew kienu jokkupaw, jew bl-għoti lura
tal-midalja. It-temm jibda jseħħ mill-jum meta r-
riżenja mix-Xirka jew mill-Ordni tasal għand il-
Kanċillier tax-Xirka jew ta’ l-Ordni, jew il-midalja
tingħata lura lis-Segretarju tal-Kabinett;
(ċ) dik il-persuna tkun ħatja ta’ kondotta li tirrendiha
mhux mistħoqqa li tibqa’ msieħba ta’ l-Ordni jew tax-
Xirka jew li żżomm midalja, u l-ħatra tintemm jew l-
għoti tal-midalja jiġi revokat mill-President ta’ Malta
li jaġixxi fuq riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati
skond dawk il-proċeduri li jistgħu jiġu preskritti
b’regoli li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-Att.
(2) It-temm tas-sħubija skond il-paragrafi (b) u (ċ) tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jiġi avżat fil-Gazzetta.
Għoti lura ta’ l-
insinja, eċċ. 
Miżjud: 
XIV.1990.5.
24. (1) Meta b’mod ieħor li ma jkunx il-mewt, persuna ttemm
is-sħubija tagħha fix-Xirka jew fl-Ordni, jew iż-żamma tagħha ta’
midalja, hija għandha minnufih tagħti lura lill-Kanċillier tax-Xirka
jew ta’ l-Ordni l-insinja tax-Xirka jew ta’ l-Ordni li kienu
ngħatawlha; il-midalja għandha tingħata lura lis-Segretarju tal-
Kabinett.
(2) Hekk kif sieħeb ta’ l-Ordni jittella’ għal grad ogħla, huwa
għandu jagħti lura lir-Reġistratur l-insinja tal-grad li kien fih qabel
ma jkun ittella’.
(3) Min ikollu midalja ma jkunx meħtieġ li jagħti lura l-midalja
hekk kif jiddaħħal fis-sħubija tax-Xirka jew ta’ l-Ordni.
Siġill tax-Xirka u 
ta’ l-Ordni. 
Miżjud:
XIV. 1990.5. 
25. (1) Ebda ħatra fix-Xirka jew fl-Ordni u ebda temm ta’ dik
il-ħatra ma tkun valida ħlief jekk ikollha s-Siġill tax-Xirka jew ta’
l-Ordni fuqha skond il-każ.
(2) Is-Siġilli tax-Xirka u ta’ l-Ordni jinżammu fil-kustodja tal-
President ta’ Malta.
 8      KAP. 251.ħ     ĠIEHIR-REPUBBLIKA
Setgħa li jsiru 
regoli.
Miżjud: 
XIV. 1990.5. 
Emendat: 
XV. 1993.78.
26. Il-President ta’ Malta jista’ minn żmien għal żmien, fuq il-
parir tal-Prim Ministru, jagħmel regoli - 
(a) li jkunu jippreskrivu dak kollu li skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel dan ta’ dan l-Att jista’ jew
jeħtieġ li jiġi preskritt;
(b) dwar id-disinn, forma u kontenut ta’ l-insinja u tal-
midalji u l-protokoll ta’ kif jintlibsu dawn l-insinji u
midalji;
(ċ) dwar il-formalità ta’ l-investitura u għotja;
(d) biex jagħmel kull disposizzjoni oħra anċillari li tkun
meħtieġa jew maħsuba xierqa sabiex jingħata effett
aħjar għal kull disposizzjoni ta’ dan l-Att;
(e) jippreskrivi l-insinja tal-kariga li tista’ tintlibes minn
uffiċjali ta’ awtorità ta’ gvern lokali, membri ta’ xi
Organu ta’ l-Istat, jew minn uffiċjali tal-Gvern ta’
Malta sew fis-servizz lokali jew barrani jew sew jekk
ikunu membri ta’ forza dixxiplinata jew xort’oħra.
Użu mhux 
awtorizzat ta’ 
insinja tax-Xirka, 
ta’ l-Ordni, eċċ.
Miżjud:
XIV. 1990.5. 
27. Kull min jagħmel użu minn insinja tax-Xirka jew ta’ l-
Ordni jew ta’ midalja stipulata fi jew bis-saħħa ta’ dan l-Att,
mingħajr ma jkollu dritt jagħmel dan skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel dan ta’ dan l-Att, jew li jqiegħed jew iġiegħel li jitqegħdu
wara ismu xi ittri li jfissru jew juru li jfissru sħubija fix-Xirka jew
fl-Ordni jew iż-żamma ta’ midalja skond dan l-Att, mingħajr ma
jkollu dritt jagħmel dan skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel dan ta’
dan l-Att, ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
anqas minn mitt lira u mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Emendata: 
XIV. 1990.4. 
TAQSIMA V
TITOLI TA’ NOBBILTÀ W UNURI U DEKORAZZJONIJIET 
BARRANIN
Titoli ta’ nobbiltà 
m’humiex 
rikonoxxuti. 
Emendat: 
XIV. 1990.4. 
28. (1) It-titoli ta’ nobbiltà m’humiex rikonoxxuti u kull
privileġġ jew dritt ieħor anċillari għal xi titolu bħal dak għandu
jispiċċa milli jkollu effett.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma għandha
tkun ta’ preġudizzju ta’ xi dritt ta’ proprjetà li jista’ jkollha jew
tista’ tgħaddi għand xi persuna bħala l-persuna li kienet tkun id-
detentur ta’ dak it-titolu ta’ nobbiltà kieku ma kienx hemm id-
disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu.
(3) Kull kondizzjoni fl-att jew dokument ieħor ta’ fondazzjoni,
jew f’xi dokument ieħor, li jeħtieġ l-użu ta’ titolu ta’ nobbiltà jew
ta’ xi isem jew deskrizzjoni oħra għat-tgawdija ta’ xi dritt ta’
proprjetà ma jkollha ebda effett.
Unuri u 
dekorazzjonijiet 
rikonoxxuti, eċċ. 
Emendat: 
XIV. 1990.4,9.
29. (1) Ebda unur, għotja jew dekorazzjoni, ħlief grad ta’
università honoris causa, premju, jew xi għotja għall-qlubija, u
ebda sħubija fi, jew kariga f’xi, ordni, ma jkunu rikonoxxuti jekk
ma humiex mogħtija taħt dan l-Att, jew xi liġi oħra li tkun isseħħ
  ĠIEHIR-REPUBBLIKA ġKAP.  251.   9
f’dak iż-żmien jew jekk ma kienux jew ma humiex mogħtija minn
Stat Barrani jew Ordni Sovran li għandu relazzjonijiet diplomatiċi
ma’ Malta u, dwar xi unur, għotja, dekorazzjoni, sħubija jew kariga
mogħtija lil xi persuna f’Malta jew lil xi ċittadin ta’ Malta minn xi
Stat jew Ordni Sovran bħal ma ntqal qabel wara l-bidu fis-seħħ ta’
dan l-Att, jekk ma jiġux mogħtija bl-awtorità bil-miktub tal-
President ta’ Malta mogħtija fuq il-parir bil-miktub tal-Prim
Ministru.
(2) It-talba għal xi awtorizzazzjoni taħt is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu għandha ssir skond dik il-proċedura li tiġi preskritta
bir-regoli magħmula taħt dan l-Att.
(3) Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-artikolu għandha
tkun imħabbra fil-Gazzetta.
(4) Huwa d-dmir ta’ kull uffiċjal pubbliku jew awtorità
pubblika, u ta’ kull korp imwaqqaf jew rikonoxxut mil-liġi u ta’
kull imsieħeb miegħu, li ma jirrikonoxxi b’ebda mod, u li ma
jagħmel xejn li jista’ jfisser rikonoxximent ta’, xi titolu ta’ nobbiltà
jew xi unur, għotja, dekorazzjoni, sħubija jew kariga li ma humiex
rikonoxxuti skond id-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq ta’ dan l-
artikolu.
