  FESTINAZZJONALIUBTAJJELPUBBLIĊI   ġ KAP.  252.
KAPITOLU 252
Emendat: 
VIII. 1989.1. 
ATT DWAR IL-FESTI NAZZJONALI U 
BTAJJEL PUBBLIĊI OĦRA
Biex jipprovdi dwar il-Festi Nazzjonali ta’ Malta u btajjel pubbliċi oħra.
(27 ta’ Ġunju, 1975)*
Sar liġi bl-ATT XXX ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviżi Legali: 38 u 59
ta’ l-1977; bl-Att X ta’ 1980; bl-Avviżi Legali 8 u 40 ta’ l-1987; u bl-Att
VIII ta’ l-1989.
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
VIII. 1989.2.
1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar il-Festi Nazzjonali u
Btajjel Pubbliċi oħra.
Festi Nazzjonali. 
Sostitwit:
X.1980.2; 
VIII.1989.3. 
2. Dawn il-ġranet ikunu Festi Nazzjonali:
Il-wieħed u għoxrin ta’ Settembru bħala Jum l-
Indipendenza. 
It-tlettax ta’ Diċembru bħala Jum ir-Repubblika.
Il-wieħed u tletin ta’ Marzu bħala Jum il-Ħelsien. 
It-tmienja ta’ Settembru bħala Jum il-Vittorja. 
Is-sebgħa ta’ Ġunju magħruf bħala s-Sette Giugno.
Il-Festi Nazzjonali 
jkunu btajjel 
pubbliċi. 
Miżjud:
VIII.1989.5. 
3. Il-Festi Nazzjonali jkunu btajjel pubbliċi u f’dawk l-
okkażjonijiet għandha tittajjar il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta fuq
il-bini pubbliku.
Ċelebrazzjoni tal-
Festi Nazzjonali. 
Miżjud:
VIII.1989.5. 
4. Il-Prim Ministru għandu jagħti dawk id-direttivi li jidhirlu
xierqa għaċ-ċelebrazzjoni tal-Festi Nazzjonali.
Vaganzi pubbliċi. 
Emendat: 
VIII. 1989.4.
5. (1) Il-Ħdud u l-jiem imniżżla fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att ikunu btajjel pubbliċi.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, il-
Prim Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta - 
(a) jordna li xi jum jitħares bħala btala pubblika b’żieda
mal-btajjel pubbliċi l-oħra;
(b) jordna li xi jum imniżżel fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att ma jitħarisx bħala btala pubblika.
(3) Il-Prim Ministru jista’ wkoll, b’ordni fil-Gazzetta, jemenda
l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(4) Fil-btajjel pubbliċi, l-uffiċċji kollha tal-Gvern jibqgħu
magħluqin:
Iżda l-Prim Ministru jista’ jordna li xi uffiċċju jew uffiċċji
tal-Gvern jinżammu miftuħa f’xi btala pubblika msemmija fl-ordni.
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 413 tas-27 ta’ Ġunju, 1975.
 2      KAP. 252.ħ      FESTINAZZJONALIUBTAJJELPUBBLIĊI
Dritt għal btajjel. 
Emendat: 
VIII. 1989.4. 
6. B’dak kollu li jinsab f’kull liġi oħra, jew f’xi kuntratt, jew
f’xi att ieħor ikun li jkun, meta taħt il-kondizzjonijiet tas-servizz
applikabbli għal persuna dik il-persuna għandha, jew kieku ma
kienux id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kien ikollha, dritt għal
btala f’xi jum li ma jibqax btala pubblika bis-saħħa ta’ dan l-Att,
dik il-persuna ma jibqax ikollha dritt għal btala f’dak il-jum
imsemmi, iżda jkollha dritt għal btala f’xi jum li jkun btala
pubblika wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u ma kienx btala
pubblika f’dik id-data; u kull liġi oħra, kuntratt jew att kif intqal
qabel għandu jkollu effett skond hekk.
Emendata: 
A.L. 38 ta’ l-1977. 
Sostitwita: 
A.L. 59 ta’ l-1977; 
X. 1980.3;
A.L. 8 ta’ l-1987; 
A.L. 40 ta’ l-1987;
VIII. 1989.6.
SKEDA 
ġArtikolu 5(1)ħ
Lista ta’ Btajjel Pubbliċi 
(b’żieda mal-Festi Nazzjonali u l-Ħdud) 
L-1 ta’ Jannar  L-Ewwel tas-Sena
L-10 ta’ Frar  Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl
Id-19 ta’ Marzu  Il-Festa ta’ San Ġużepp
-  Il-Ġimgħa l-Kbira 
L-1 ta’ Mejju Jum il-Ħaddiem
Id-29 ta’ Ġunju Il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl 
Il-15 ta’ Awissu Il-Festa ta’ Santa Marija
It-8 ta’ Diċembru  Il-Festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni 
Il-25 ta’ Diċembru  Il-Milied
