    ARMAUSIĠILLPUBBLIKUTA’MALTA ġKAP. 253.   1
KAPITOLU 253
ATT DWAR L-ARMA U S-SIĠILL 
PUBBLIKU TA’ MALTA
Biex jipprovdi dwar l-Arma u s-Siġill Pubbliku ta’ Malta.
(11 ta’ Lulju, 1975)*
Sar liġi bl-ATT XXXIII ta’ l-1975, kif emendat bl-Att XXIX ta’ l-1988. 
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XXIX. 1988.2. 
1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar l-Arma u s-Siġill
Pubbliku ta’ Malta.
L-Arma ta’ Malta.
Sostitwit: 
XXIX. 1988.3. 
2. (1) L-Arma ta’ Malta tkun magħmula minn tarka li turi
rappreżentazzjoni araldika tal-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta; fuq
it-tarka kuruna murali kulur id-deheb b’pusterla u tmien turretti
(ħamsa minnhom biss jidhru) li tirrappreżenta l-fortifikazzjonijiet
ta’ Malta u tindika Belt Stat; u madwar it-tarka girlanda magħmula
minn żewġ fergħat, fil-lemin tagħha, Żebbuġa, fix-xellug tagħha
Palma, simboli ta’ Paċi u tradizzjonalment assoċjati ma’ Malta,
kollha bil-kulur veru tagħhom u marbutin fit-tarf t’isfel b’żigarella
bajda fuq quddiem u ħamra fuq wara, li fuqha hemm miktub il-
kliem REPUBBLIKA TA’ MALTA b’ittri kapitali suwed; kif
jidher fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) L-Arma ta’ Malta tissostitwixxi l-Arma ta’ Malta addottata
b’dan l-Att fil-11 ta’ Lulju, 1975, kif ukoll l-istemma mogħti lil
Malta b’warrant tat-2 ta’ Settembru, 1964 pubblikat fil-Gazzetta
bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 550 tat-12 ta’ Ottubru, 1964.
Projbizzjoni ta’ l-
użu ta’ l-Arma ta’ 
Malta, eċċ. 
Sostitwit: 
XXIX. 1988.4. 
3. (1) Ebda persuna ma tista’ tuża għal xi għan ikun li jkun,
mingħajr l-awtorità bil-miktub tal-Prim Ministru, jew mhux skond
xi kondizzjoni li tkun tinsab f’dik l-awtorità bil-miktub, l-Arma ta’
Malta jew xi imitazzjoni tagħha, jew l-istemma jew l-arma
msemmijin fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 2 ta’ dan l-Att jew xi
imitazzjoni tagħhom.
(2) Ebda persuna ma tista’ tinkorpora f’xi disinn, għal xi għan
ikun li jkun, mingħajr l-awtorità bil-miktub tal-Prim Ministru jew
mhux skond xi kondizzjoni li tkun tinstab f’dik l-awtorità bil-
miktub il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta.
Siġill Pubbliku. 
Miżjud:
XXIX. 1988.5. 
4. Is-Siġill Pubbliku ta’ Malta jkun siġill ta’ l-għamla kif
muri fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Kustodja tas-Siġill 
Pubbliku. 
Miżjud:
XXIX. 1988.5.
5. (1) Il-President ta’ Malta jista’ jinnomina Ministru jew
uffiċjal ta’ grad għoli fis-servizz ta’ Malta bħala Kustodju tas-Siġill
Pubbliku u jista’ jagħti direttivi dwar il-mod kif għandu jinżamm u
jintuża.
(2) Fin-nuqqas ta’ nomina bħal dik il-President ta’ Malta jkun
il-Kustodju tas-Siġill Pubbliku.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 450 tal-11 ta’ Lulju, 1975.
 2      KAP. 253.ħ       ARMAUSIĠILLPUBBLIKUTA’MALTA
Tkasbir tal-
Bandiera 
Nazzjonali ta’ 
Malta, eċċ. 
Miżjud: 
XXIX. 1988.5. 
6. Ebda persuna ma tista’ tkasbar pubblikament bi kliem,
ġesti, kitba, stampata jew le, bi stampa jew b’xi mod ieħor visibbli,
jew b’xi mod ikun li jkun tħassar il-Bandiera Nazzjonali ta’ Malta
jew l-Arma ta’ Malta.
Reati u pieni. 
Miżjud:
XXIX. 1988.5.
7. (1) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli
3 u 6 ta’ dan l-Att tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinstab ħatja
multa ta’ mhux anqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn elf lira u
f’każ ta’ reat kontinwu multa addizzjonali ta’ mhux inqas minn lira
għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
(2) Ebda proċediment għal reat skond dan l-Att ma jista’
jinbeda ħlief bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
    ARMAUSIĠILLPUBBLIKUTA’MALTA ġKAP. 253.   3
Sostitwita: 
XXIX. 1988.6.
L-EWWEL SKEDA
ġARTIKOLU 2ħ
L-ARMA TA’ MALTA
 4      KAP. 253.ħ       ARMAUSIĠILLPUBBLIKUTA’MALTA
Miżjuda: 
XXIX. 1988.6.
IT-TIENI SKEDA 
ġARTIKOLU 4ħ
IS-SIĠILL TA’ MALTA
