 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    1
KAPITOLU 254
ATT DWAR IS-SERVIZZI POSTALI
Biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu mas-servizzi postali.
9 ta’ Diċembru, 1975
L-ATT XXXV ta’ l-1975, kif emendat bl-Atti XVIII ta’ l-1977, XXXVIII ta’ l-1988, VI ta’ l-
1990 , XXIX ta’ l-1995, XI ta’ l-1998, VI ta’ l-2001 u XXVII ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I  Preliminari  1-2 
Taqsima II  Regolament u Amministrazzjoni tas-Servizzi Postali  3-30 
Taqsima III  Posta Lokali  31 
Taqsima IV  Posta Barranija  32-35 
Taqsima V  Bolli  36-38 
Taqsima VI  Traġitt u kunsinna ta’ oġġetti postali  39-46 
Taqsima VII  Projbizzjoni  47-49 
Taqsima VIII  Ġbir tal-Pustaġġ  50-53 
Taqsima IX  Valiġġi bil-Baħar jew bl-Ajru  54-56 
Taqsima X  Money u Postal Orders  57-61 
Taqsima XI  Reati u Pieni  62-76 
Taqsima XII  Disposizzjonijiet Ġenerali 77-81
SKEDI 
L-Ewwel Skeda  Dikjarazzjoni
It-Tieni Skeda  Bord ta’ Appelli dwar Stampat
It-Tielet Skeda  Proċeduri ta’ kontijiet
  2      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 
Emendat:
XXVII. 2002.3.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar is-Servizzi
Postali.
Tifsir.
Emendat: 
XVIII. 1977.2;
XXVII. 2002.4.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 418.
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni
mwaqqfa taħt l-Att dwar il-Komunikazzjonijiet ta’ Malta;
"awtorizzazzjoni" tinkludi liċenza maħruġa taħt dan l-Att biex
jiġu operati jew provduti servizzi postali u tinkludi
awtorizzazzjonijiet ġenerali u liċenzi individwali kif imfissra taħt
dan l-artikolu;
"awtorizzazzjoni ġenerali" tfisser awtorizzazzjoni li ma tkunx
teħtieġ li l-operatur postali involut jikseb xi deċiżjoni espliċita
mill-Awtorità  qabel ma jeserċita d-drittijiet li joriġinaw mill-
awtorizzazzjoni, irrispettivament minn jekk dik l-awtorizzazzjoni
tingħatax lil kulħadd jew lil xi persuna f’xi kategorija u minn jekk
l-awtorizzazzjoni tkunx teħtieġ proċedura ta’ reġistrazzjoni jew
dikjarazzjoni;
"barrani" meta wżata dwar oġġett postali tfisser impustat f’Malta
u indirizzat għal pajjiż jew post barra minn Malta, jew bil-maqlub; 
"bastiment tal-valiġġa" tfisser vapur jew ajruplan li jitħaddem għall-
ġarr tal-posta, b’mod konformi ma’ kuntratt jew arranġament
magħmul minn operatur postali jew minn xi enti li tkun qed taqdi
funzjonijiet bħal dawk f’xi pajjiż ieħor;
"bdot" tfisser il-persuna inkarigata minn jew fil-kmand ta’ xi
inġenju ta’ l-ajru;
"bolla" tfisser kull bolla biex turi l-pustaġġ jew drittijiet jew
somom oħra li jitħallsu dwar oġġetti postali, u tinkludi bolli adeżivi
u bolli stampati, riżaltati, impressi jew indikati xort’oħra fuq xi
envelope, card, kopertina, kartolina jew oġġett ieħor, sew jekk dik
il-bolla tkun maħruġa skond dan l-Att jew mill-Gvern ta’ pajjiż
ieħor jew minn Amministrazzjoni Postali rikonoxxuta mill-
Ministru;
"bolla falza" tfisser kull facsimile,   imitazzjoni jew
rappreżentazzjoni ta’ bolla;
"Bord ta’ l-Appelli dwar Servizzi Postali" u "Bord ta’ l-Appelli"
tfisser il-Bord ta’ l-Appelli dwar Servizzi Postali mwaqqaf taħt l-
artikolu 4;
"dazju" tinkludi taxxa fuq il-valur miżjud jew xi taxxa oħra li
titħallas ma’ l-importazzjoni;
"distribuzzjoni" tfisser il-proċess mill-issortjar fiċ-ċentru ta’
distribuzzjoni sal-konsenja ta’ oġġetti postali lil kull min ikun
indirizzat;
"drittijiet finali" tfisser ir-rimunerazzjoni tal-provditur ta’ servizz
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    3
universali għad-distribuzzjoni ta’ posta transkonfini li tkun dieħla u li
tinkludi oġġetti postali minn xi pajjiż ieħor;
"Gazzetta" tfisser il-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta; 
"ġbir ta’ oġġetti postali" tfisser il-ħidma ta’ ġbir ta’ oġġetti
postali mqegħdin f’postijiet ta’ dħul;
"ġurnata tax-xogħol" tfisser ġurnata li ma tkunx il-Ħadd jew
vakanza pubblika;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"ħtiġiet essenzjali" tfisser raġunijiet ġenerali mhux ekonomiċi li
jistgħu jwasslu lill-Gvern jimponi kondizzjonijiet għall-provvista ta’
servizzi postali. Dawk ir-raġunijiet huma l-konfidenzjalità  tal-
korrispondenza, is-sigurtà  tan-network dwar it-trasport ta’ oġġetti
perikolużi u, meta dan ikun ġustifikat, protezzjoni ta’ data, protezzjoni
ta’ l-ambjent u ppjannar reġjonali;
"ittra" tinkludi l-oġġetti postali kollha li b’regolamenti jistgħu
jintbagħtu bil-posta b’rati ta’ ittri;
"kaptan ta’ bastiment" tfisser il-persuna illi f’dak iż-żmien
ikollha d-direzzjoni jew il-kmand ta’ bastiment użat fin-
navigazzjoni, jew ta’ inġenju ta’ l-ajru, iżda ma tinkludix bdot ta’
bastiment użat fin-navigazzjoni;
"kartolina" tfisser kull card li tgħaddi bil-posta bħala kartolina
skond dan l-Att jew skond xi regolamenti magħmula skond dan l-
Att u tinkludi kartolina bir-risposta;
"kaxxa ta’ l-ittri" tinkludi kull kaxxa fl-għamla ta’ kolonna,
kaxxa mdaħħla fil-ħajt, u kull kaxxa jew milqgħa oħra pprovduti
bil-permess ta’ l-Awtorità  bil-għan li fiha jiġu riċevuti oġġetti
postali;
"liċenza individwali" tfisser awtorizzazzjoni mogħtija mill-
Awtorità  u li tagħti drittijiet speċifiċi lil xi persuna jew li tkun
tissoġġetta l-operazzjonijiet ta’ dik il-persuna għal obbligi speċifiċi
li jingħataw meta l-persuna involuta ma tissejjaħx biex teserċita
dawk id-drittijiet qabel ma tingħata deċiżjoni mill-Awtorità ;
"lokali" meta wżata dwar oġġett postali tfisser impustat f’Malta
u indirizzat f’xi post f’Malta;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"materjal stampat" tinkludi kull gazzetta u kull record, tape, film
jew mezz ieħor li bih ikunu jistgħu jinstemgħu, jiġu perċepiti jew
riprodotti kliem jew xbihat viżivi;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-posta, u tinkludi
kull persuna awtorizzata għal hekk minn dak il-Ministru;
"mittent" tfisser persuna ġuridika jew naturali responsabbli
għall-oriġinar ta’ oġġetti postali;
"network postali pubbliku" tfisser is-sistema ta’ organizzazzjoni
u riżorsi ta’ kull xorta li jintużaw mill-provditur ta’ servizz
universali għall-finijiet b’mod partikolari li:
  4      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
(i) jsir il-ġbir ta’ oġġetti postali koperti minn
obbligazzjoni ta’ servizz universali minn postijiet ta’
dħul fil-medda ta’ Malta,
(ii) dawk l-oġġetti jingħataw rotta u jiġu maniġġati mill-
post tad-dħul tan-network postali saċ-ċentru ta’
distribuzzjoni,
(iii) ssir id-distribuzzjoni fl-indirizzi murija fuq l-oġġetti;
"oġġett assigurat" tfisser servizz li jassigura oġġett postali sal-
valur dikjarat mill-mittent fil-każ ta’ telfien, serq jew ħsara;
"oġġett postali" tfisser oġġett indirizzat fl-għamla finali kif
għandu jitwassal minn operatur postali. B’żieda ma’ oġġetti ta’
korrispondenza, dawk l-artikoli jinkludu wkoll kotba, katalogi,
gazzetti, perjodiċi u pakki postali li jkun fihom kommoditajiet li
jista’ jkollhom jew ma jkollhomx valur kummerċjali;
"oġġett reġistrat" tfisser servizz li jkun jipprovdi garanzija bi
ħlas wieħed kontra riskji ta’ telf, serq jew ħsara u li jkun jipprovdi
lill-mittent, meta jkun hekk adatt fuq talba li jagħmel, bi prova li l-
oġġett postali jkun wasal jew ġie konsenjat lil min kien indirizzat;
"oġġett ta’ korrispondenza" tfisser xi komunikazzjoni f’għamla
miktuba fuq kull xorta ta’ mezz fiżiku sabiex tinġarr u titwassal fl-
indirizz indikat mill-mittent fuq l-oġġett innifsu jew fuq it-tisrir
tiegħu imma ma tinkludix kotba, katalogi, gazzetti u perjodiċi;
"operatur postali" tfisser kull min ikollu liċenza biex jipprovdi
servizzi postali f’Malta u bejn Malta u pajjiżi oħra u tinkludi kull min
iwettaq ġewwa Malta jew barra minn Malta xi negozju jew attività  li
jkollhom x’jaqsmu ma’ servizzi postali inklużi servizzi li huma
anċillari għal servizzi postali;
"pakk" tfisser oġġett postali impustat f’Malta bħala pakk skond
dan l-Att jew skond xi regolamenti magħmula taħt dan l-Att, jew li
jasal Malta minn barra bħala pakk postali;
Kap. 378.
"partijiet interessati" tinkludi operaturi tas-servizz postali li
jkollhom liċenza, manufatturi, assoċjazzjonijiet ta’ konsumaturi
reġistrati skond l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u kull grupp
ta’ utenti postali debitament rikonoxxuti bħala tali mill-Awtorità ,
liema gruppi għandhom jissodisfaw il-kriterji li l-Awtorità  bil-
kunsens tal-Ministru tista’ b’avviż fil-Gazzetta tippreskrivi;
"persuna" tinkludi għaqda jew korp ta’ persuni, sew jekk
korporata sew jekk le;
"posta diretta" tfisser komunikazzjoni li tikkonsisti biss
f’reklamar, promozzjoni fis-suq jew materjal ta’ pubbliċità  u li
jkun fih ukoll messaġġ identiku, ħlief għal isem-il persuna
indirizzata, indirizz u numru ta’ identifikazzjoni kif ukoll xi
modifikiazzjonijiet oħra li ma jibdlux ix-xorta tal-messaġġ, li
jintbagħat lil għadd sinifikattiv ta’ persuni indirizzati, sabiex
jitwassal u jiġi kunsinnat fl-indirizz indikat mill-mittent fuq l-
oġġett innifsu jew fuq it-tisrir tiegħu u tinkludi l-posta sew
transkonfini sew interna. Kontijiet, irċevuti, dikjarazzjonijiet
finanzjarji jew messaġġi mhux identiċi oħra u komunikazzjonijiet li
jgħaqqdu flimkien il-posta diretta ma’ xi artikoli oħra fl-istess tisrir
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    5
m’għandhomx ikunu inklużi bħala posta diretta;
"posta transkonfini" tfisser posta lejn jew minn xi pajjiż ieħor;
"postijiet ta’ dħul" tfisser faċilitajiet fiżiċi, inklużi kaxxi postali
provduti għall-pubbliku sew fit-toroq, postijiet pubbliċi jew
f’postijiet ta’ l-operatur postali, fejn oġġetti postali jistgħu jiġu
depożitati man-network postali pubbliku mill-klijenti;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin taħt dan l-
Att;
"projbit" użata dwar importazzjoni jew esportazzjoni tinkludi
kull restrizzjoni fuq dik l-importazzjoni jew esportazzjoni; 
"protezzjoni ta’ data" tinkludi protezzjoni ta’ data personali, il-
konfidenzjalità  ta’ informazzjoni mibgħuta, kondiviża jew
maħżuna, u l-protezzjoni tal-privatezza;
"provditur awtorizzat" tfisser kull min ikun detentur ta’ liċenza
jew awtorizzazzjoni valida biex jopera jew jipprovdi servizzi
postali;
"provditur ta’ servizz universali" tfisser l-enti pubblika jew
privata li tkun qed tipprovdi s-servizz postali universali fil-medda
ta’ Malta kif jista’ jiġi msemmi mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta;
"pustaġġ" tfisser kull dritt li għandu jitħallas biex oġġett postali
jintbagħat bil-posta;
"servizz bażiku minn ħanut" tfisser network ta’ postijiet ta’ dħul
imqassma ma’ Malta kollha li jipprovdu servizzi postali inkluż il-
bejgħ ta’ bolol, reġistrazzjoni tal-posta, ġbir ta’ pakki u konsenja;
"servizzi postali" tfisser servizzi li jinvolvu l-ġbir ta’ oġġetti
postali, sortjar, trasport u konsenja ta’ oġġetti postali;
"servizzi riservati" jfissru s-servizzi kif deskritti fl-artikolu 20;
"skambju ta’ dokumenti" tfisser il-provdiment ta’ mezzi, inkluża
l-provvista ta’ postijiet ad hoc kif ukoll it-trasportazzjoni minn
terza persuna, li tkun tippermetti l-konsenja lil persuna nnifisha bi
skambju reċiproku ta’ oġġetti postali bejn l-utenti li jissottoskrivu
għal dak is-servizz;
"uffiċċju tal-posta" tinkludi kull fergħa jew sottodiviżjoni ta’
operatur postali, u kull fond, bini, kamra, vettura, post jew apparat li
jintuża għall-finijiet ta’ l-operatur postali, u kull kaxxa ta’ l-ittri;
"uffiċjal ta’ operatur postali" tinkludi kull min ikun impjegat f’xi
attività  ġestita minn operatur postali jew ikun qed jaġixxi għal jew
f’isem xi operatur postali;
"utenti" tfisser persuna ġuridika jew naturali li tikseb benefiċċju
mill-provdiment ta’ servizz universali bħala mittent jew persuna li
lilha jkun qed jiġi indirizzat oġġett;
"xkora tal-valiġġa" tinkludi kull xkora, kaxxa, pakk, envelope,
jew sorra li fihom jinġarru oġġetti postali fil-waqt li jkunu qed
jintbagħtu bil-posta, sew jekk ikun fihom kemm jekk ma jkunx
fihom oġġetti bħal dawk.
(2) Kull riferenza f’dan l-Att għal dwana, dazju tad-dwana jew
  6      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
liġijiet u regolamenti dwar id-dwana, tinkludi riferenza għal kull
projbizzjoni ta’, u kull liċenza jew permessi meħtieġa għal, l-
importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti f’Malta jew minn
Malta, u għal kull liġijiet u regolamenti dwar hekk.
TAQSIMA II 
Sostitwit:
XXVII. 2002.6.
REGOLAMENT U AMMINISTRAZZJONI TAS-SERVIZZI POSTALI
Awtorità  
regolatorja. 
Emendat:
XVIII. 1977.3.
Sostitwit:
XXVII. 2002.7.
3. (1) L-Awtorità  qegħda tissemma bħala l-awtorità  regolatorja
kompetenti għas-settur postali u għandha tissorvelja u tiżgura
konformità  ma’ dan l-Att u regolamenti magħmulin taħtu.
(2) L-Awtorità  għandha tinterpreta il-frażi "għadd sinifikattiv ta’
persuni indirizzati" dwar posta diretta u tippubblika b’avviż fil-
Gazzetta tifsira adatta minn żmien għal żmien.
(3) Għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att jew ta’
regolamenti magħmulin taħtu l-Awtorità  tista’:
(a) teħtieġ lil operatur postali li jipprovdi kull informazzjoni
hekk kif l-Awtorità  tista’ tkun teħtieġ;
(b) tidħol u tfittex kull post fejn ikunu jistgħu jsiru ħidmiet
postali li ma jkunux postijiet li jintużaw b’mod esklużiv
bħala post ta’ residenza. Ebda dħul u tfittxija ma jistgħu
jsiru bejn is-sebgħa ta’ filgħaxija u s-sebgħa ta’ filgħodu:
Iżda l-uffiċjal ta’ l-Awtorità  li jkun qed iwettaq dawk il-
funzjonijiet għandu, meta jiġi hekk mitlub jagħmel, jipproduċi
awtorizzazzjoni bil-miktub iffirmata miċ-Chairman ta’ l-Awtorità . L-
Awtorità  tista’ iktar minn hekk teħtieġ l-għajnuna tal-Pulizija fit-
twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet.
Bord ta’ Appelli 
dwar Servizzi 
Postali.
Sostitwit:
XXVII. 2002.8.
4. (1) Ikun hemm Bord ta’ l-Appelli dwar Servizzi Postali,
magħmul minn tliet membri, li wieħed minnhom, li jkun il-president,
ikun persuna li tkun eserċitat bħala avukat għal mhux anqas minn
seba’ snin.
(2) Il-membri tal-Bord ta’ l-Appelli jinħatru mill-Prim Ministru
għal perjodu ta’ mhux iktar minn tliet snin, u jkunu jistgħu jerġgħu
jinħatru mill-ġdid.
(3) Ħadd ma jkun kwalifikat li jinħatar bħala, jew li jibqa’
membru tal-Bord ta’ l-Appelli jekk ikun jokkupa l-kariga ta’ mħallef
jew maġistrat jew membru tal-Kamra tad-Deputati jew ta’ xi Kunsill
Lokali jew uffiċjal pubbliku.
(4) Membru tal-Bord ta’ l-Appelli jkun skwalifikat milli jisma xi
appell f’dawk iċ-ċirkostanzi li kieku kienu jiskwalifikaw imħallef
f’kawża ċivili; u f’kull tali każ għandu jkun sostitwit minn xi ħadd
ieħor li jinħatar għal dak l-għan mill-Prim Ministru.
(5) Membru tal-Bord ta’ l-Appelli jista’ jitneħħa mill-kariga mill-
Prim Ministru minħabba f’negliġenza gravi, interessi konfliġġenti,
inkompetenza, jew attijiet jew ommissjonijiet li ma jkunux jixirqu lil
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    7
membru tal-Bord ta’ l-Appelli.
(6) Il-Ministru għandu jaħtar persuna biex taqdi d-dmir ta’
segretarju fil-Bord ta’ l-Appelli u dik il-persuna għandha taqdi
dmirijietha f’dik il-kariga skond standards etiċi li jikkonformaw mal-
valuri tas-servizz pubbliku.
(7) Membru tal-Bord ma għandu jagħmel ebda attività  għal
perijodu ta’ sena minn meta tintemm il-ħatra tiegħu illi li kieku kien
membru tal-Bord kienet tkun inkompatibbli ma’ l-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tiegħu.
Funzjonijiet u 
proċedura tal-Bord 
ta’ l-Appelli dwar 
Servizzi Postali.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
5. (1) Kull min ikun aggravat minn deċiżjoni finali mogħtija
mill-Awtorità  fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha minn jew taħt dan l-
Att, jista’ jappella minn dik id-deċiżjoni quddiem il-Bord ta’ l-
Appelli:
Iżda deċiżjoni ta’ l-Awtorità  li timponi penali
amministrattiva taħt dan l-Att tista’ biss tiġi kontestata skond il-
proċedura kif jista’ jiġi stipulat taħt dan l-Att.
(2) Appell lill-Bord ta’ l-Appelli jista’ jiġi ppreżentat għal xi
raġuni minn dawn li ġejjin -
(a) li jkun sar żball materjali rigward il-fatti;
(b) li kien hemm żball ta’ proċedura ta’ xorta materjali;
(ċ) li jkun sar żball tal-liġi;
(d) li kien hemm xi illegalità  materjali, inklużi nuqqas ta’
raġonevolezza jew nuqqas ta’ proporzjonalità :
Iżda meta tagħmel l-appell tagħha quddiem il-Bord ta’ l-
Appelli, parti għandha tispjega x’ikun l-interess ġuridiku tagħha li
tikkontesta d-deċiżjoni appellata.
(3) Il-Bord ta’ l-Appelli għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għad-
deċiżjoni li jkun ħa u għandu jara li dawk id-deċiżjonijiet isiru
pubbliċi.
(4) Meta jkun qed jiddeċiedi xi appell taħt dan l-artikolu l-Bord
ta’ l-Appelli jista’:
(a) jiċħad l-appell;
(b) jħassar id-deċiżjoni,
u meta l-Bord ta’ l-Appelli jannulla d-deċiżjoni jista’ jirreferi l-każ
lill-Awtorità  jew lill-Ministru (skond il-każ) b’direzzjoni li jerġa’
jikkunsidrah u jasal għal deċiżjoni skond ir-riżultanzi tal-Bord ta’
l-Appelli.
(5) L-effett ta’ deċiżjoni li appell ikun jirrigwardaha
m’għandux, ħlief meta l-Bord ta’ l-Appelli jew il-Qorti ta’ l-Appell
(Ġurisdizzjoni Inferjuri) skond il-każ hekk tordna, ikun sospiż
minħabba f’li jkun sar l-appell.
(6) Fl-eserċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, il-Bord ta’ l-Appelli
jista’ jħarrek lil persuna biex tidher quddiemu u tixhed u ġġib
magħha dokumenti; u l-president ikollu s-setgħa li jagħti
ġuramenti. Il-Bord ta’ l-Appelli jista’ wkoll jaħtar esperti biex
jagħtuh pariri fuq kull punt tekniku li jista’ jkun rilevanti għad-
  8      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
deċiżjoni tiegħu.
(7) Għall-fini hawn aktar qabel imsemmi l-Bord ta’ l-Appelli
għandu jkollu l-istess poteri bħalma għandha l-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili skond il-liġi.
(8) Il-proċedura li għandha tiġi segwita quddiem il-Bord ta’ l-
Appelli, it-terminu li fih u l-mod li bih għandu jsir appell lill-Bord
għandha tkun tali skond ma jista’ jiġi preskritt; u bla ħsara għal dan
u għal kull disposizzjoni applikabbli oħra ta’ dan l-Att, il-Bord
jista’ jistabbilixxi il-proċedura tiegħu nnifsu.
Appell fil-Qorti ta’ 
l-Appell 
(Ġurisdizzjoni 
Inferjuri).
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
6. (1) Meta parti f’appell quddiem il-Bord ta’ l-Appelli tħoss
ruħha aggravata b’deċiżjoni tal-Bord, jew l-Awtorità  jekk din tħoss
ruħha mhux sodisfatta b’xi tali deċiżjoni, tista’ fuq punt ta’ dritt
tappella lill-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri) permezz ta’
rikors li jiġi ppreżentat fir-reġistru ta’ dik il-qorti fi żmien tletin
ġurnata mill-ġurnata meta d-deċiżjoni tingħata mill-Bord ta’ l-
Appelli.
(2) Il-Ministru responsabbli għal ġustizzja jista’ b’regolamenti
taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi id-drittijiet li jitħallsu fir-
reġistru tal-qorti sabiex jiġu ppreżentati attijiet ġudizzjarji taħt dan
l-artikolu fil-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri):
Kap. 12.
Iżda sakemm dawk id-drittijiet ikunu hekk stabbiliti
mill-Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fi Skeda A li
tinsab fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Il-Bord mwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli li
jirregolaw rikorsi li jsiru taħt dan l-artikolu.
Ħtieġa ta’ 
awtorizzazzjoni 
għal servizzi 
postali.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
7. (1) Ħadd m’għandu jipprovdi servizzi postali f’Malta
kemm-il darba ma jkunx provditur awtorizzat.
(2) Awtorizzazzjoni mogħtija lil persuna taħt dan l-Att
m’għandhiex teħles lil dik il-persuna mill-ħtieġa ta’ xi liċenza jew
awtorizzazzjoni oħra, jew minn xi obbligazzjoni li toriġina taħt xi
liġi oħra.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jinkisrux
b’attivitajiet elenkati bħala li huma eżenti mid-disposizzjonijiet
imsemmija f’regolamenti li l-Ministru wara li jikkonsulta lill-
Awtorità  jista’ minn żmien għal żmien jippreskrivi.
Liċenzi individwali 
u 
awtorizzazzjonijiet 
ġenerali.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
8. (1) Tista’ tingħata awtorizzazzjoni biex persuna topera jew
tipprovdi servizz postali:
(a) b’liċenza individwali mogħtija mill-Awtorità  skond
dan l-Att -
(i) fir-rigward ta’ servizzi riservati kif imfissra fl-
artikolu 20; u
(ii) sa fejn ikun meħtieġ biex jiggarantixxi l-
osservanza mar-rekwiżiti essenzjali u biex iħares
is-servizz universali, fir-rigward ta’ servizzi li
ma humiex servizzi riservati imma li jagħmlu
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    9
parti mis-servizzi universali kif imfissra fl-
artikolu 17(5);
(b) skond awtorizzazzjoni ġenerali maħruġa mill-Awtorità
għar-rigward tas-servizzi mhux riservati li ma
jagħmlux parti mis-servizzi universali kif imfissra fl-
artikolu 17(5).
(2) L-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet taħt dan l-Att jista’ jkun
soġġett għal kondizzjonijiet li jimponu:
(i) obbligi ta’ servizzi universali;
(ii) ħtiġiet fir-rigward tal-kwalità , provvista u twettiq tas-
servizzi postali li jistgħu jkunu inklużi f’tali
awtorizzazzjoni;
(iii) obbligi biex wieħed ma jiksirx id-drittijiet esklussivi
jew speċjali mogħtija lil provditur jew provdituri ta’
servizzi universali għas-servizzi postali riservati kif
imfissra fl-artikolu 20.
(3) Liċenza individwali mogħtija taħt dan l-Att tista’ tinkludi -
(a) dawk il-kondizzjonijiet (sew jekk dawn jirrigwardaw
is-servizzi postali li dwarha tkun il-liċenza individwali
sew jekk xort’oħra) bħalma jidher lill-Awtorità  li jkun
meħtieġ jew spedjenti fil-qies tad-dmirijiet ta’ l-
Awtorità  u għall-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’
Malta;
(b) kondizzjonijiet li jeħtieġu l-ħlas ta’ dritt lill-Awtorità
meta tingħata l-liċenza individwali jew il-ħlasijiet
matul iż-żmien li tkun għadha għaddejja l-liċenza
individwali jew it-tnejn li huma, liema dritt jew
ħlasijiet għandhom ikunu f’dak l-ammont jew dawk l-
ammonti (li jista’ wkoll ikun deċiż b’riferenza għall-
qligħ tad-detentur ta’ liċenza individwali, il-bejgħ jew
turnover tiegħu) kif jista’ jkun deċiż fil-liċenza
individwali;
(ċ) fil-każ ta’ liċenza individwali mogħtija lil kull persuna
jew lil persuni f’xi kategorija, l-kondizzjonijiet
meħtieġa minn kull persuna jew minn kull min ikun
jinkwadra fil-kategorija ta’ persuni li dwarhom tkun il-
liċenza individwali, biex javżaw lill-Awtorità  bl-
intenzjoni tagħhom li jiġġestixxu servizzi postali taħt
dik il-liċenza individwali;
(d) kondizzjonijiet li jkunu jeħtieġu lid-detentur ta’
liċenza individwali biex iħares kull direttiva mogħtija
mill-Awtorità  dwar dak li hemm imsemmi fil-liċenza
individwali;
(e) kondizzjonijiet li jeħtieġu d-detentur ta’ liċenza
individwali li jagħmel jew li ma jagħmilx dawk l-
affarijiet li jistgħu jkunu speċifikati fil-liċenza
individwali;
(f) kondizzjonijiet li jobbligaw lid-detentur ta’ liċenza
individwali li jirreferi għad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità
  10      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
dawk il-kwistjonijiet li joriġinaw taħt il-liċenza
individwali kif ikunu speċifikati fil-liċenza
individwali;
(g) dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu preskritti.
Għoti jew ċħid ta’ 
awtorizzazzjoni.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
9. (1) L-Awtorità  għandha ttemm l-investigazzjonijiet tagħha
fi żmien raġonevoli jew f’dak iż-żmien li jista’ jiġi preskritt u
għandha dwar dan tagħmel rapport lill-Ministru fejn tirrakkomanda
jekk l-awtorizzazzjoni li tkun saret applikazzjoni għaliha
għandhiex tingħata jew le.
(2) Meta jkun hemm rakkomandazzjoni li għandha tingħata
awtorizzazzjoni, u l-Ministru ikun jaqbel mar-rakkomandazzjoni, l-
Awtorità  għandha tapprova l-applikazzjoni u tagħti l-liċenza
individwali li tinħareg bil-firma tal-Ministru.
(3) Meta l-Awtorità  tkun tal-fehma li l-applikazzjoni għandha
tiġi miċħuda għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu
10, għandha tinforma lill-Ministru skond hekk u tiċħad l-
awtorizzazzjoni.
(4) Meta l-Awtorità  tirrakkomanda li l-applikazzjoni tkun
approvata imma l-Ministru ma jkunx jaqbel ma’ tali
rakkomandazzjoni minħabba xi raġuni minn dawk indikati fl-
artikolu 10, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda.
(5) Id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità  u tal-Ministru li jsiru b’mod
konformi ma’ dan l-artikolu għandhom jinkludu raġunijiet għad-
deċiżjoni u għandhom ikunu ppubblikati fil-Gazzetta.
(6) L-Awtorità  għandha tgħarraf lill-applikant bid-deċiżjoni
tagħha li tagħti jew tiċħad awtorizzazzjoni fi żmien tnax-il ġimgħa
mid-data meta  tirċievi l-applikazzjoni kollha kemm hi u magħmula
b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att:
Iżda dak il-perjodu jista’ jittawwal sa sitt xhur f’dawn il-
każijiet li ġejjin:
(a) meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil bejn id-deċiżjoni ta’ l-
Awtorità  u dik tal-Ministru dwar jekk għandhiex
tinħareġ awtorizzazzjoni; jew
(b) meta applikazzjoni tkun teħtieġ konsultazzjoni bejn l-
Awtorità  u xi dipartiment tal-Gvern jew awtorità  oħra
għar-rigward ta’ xi aspett tal-provdiment ta’ servizzi
postali li tkun saret applikazzjoni għaliha.
(7) It-termini li hemm provdut dwarhom f’dan l-artikolu
għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull qbil
internazzjonali li jkun japplika għar-rigward ta’ servizzi postali.
Raġunijiet għal 
ċħid.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
10. (1) L-Awtorità  tista’ tiċħad li tawtorizza lil xi ħadd biex
jopera jew jipprovdi servizzi postali, jekk hija tkun tal-fehma li l-
għoti ta’ l-awtorizzazzjoni - 
(a) ikun imur kontra l-interess pubbliku, jew ikun
inkonsistenti mal-politika tal-Gvern, u l-Ministru jkun
jaqbel ma’ dan;
(b) ikun inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    11
jew ta’ kull liġi oħra, jew ma’ kull rabta
internazzjonali eżistenti jew li tkun fil-proċess li tibda
sseħħ min-naħa ta’ Malta;
(ċ) jikkawża periklu jew fastidju għall-pubbliku jew ħsara
f’xi proprjetà , jew jostruwixxi jew jinterferixxi ma’ xi
servizzi postali mħaddma skond il-liġi;
(d) jawtorizza lil xi applikant li jkun qed japplika għal
liċenza individwali, meta  huwa ma jurix lill-Awtorità
li jkun qed iwettaq il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’
tali liċenza.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni li
tkun saret applikazzjoni għaliha jekk ikollha tassew għaliex taħseb
li l-applikant ma jkunx persuna adatta u idonea biex ikollu l-
awtorizzazzjoni li tkun saret applikazzjoni għaliha, jew inkella li
ma jkunx qiegħed f’pożizzjoni, minħabba fiċ-ċirkostanzi
finanzjarji u ċirkostanzi oħra speċifiċi ta’ l-applikant, biex iħares
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ regolamenti magħmulin
taħtu jew il-kondizzjonijiet tal-liċenza jekk jiġi li din tingħata.
(3) L-Awtorità  għandha tikkomunika bil-miktub lill-applikant
d-deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni u għandha tgħid fil-qosor bil-
miktub x’ikunu r-raġunijiet għal tali deċiżjoni.
Nuqqas ta’ 
konformità  mal-
kondizzjonijiet ta’ 
awtorizzazzjonijiet 
ġenerali.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
11. (1) Meta persuna li tkun tgawdi awtorizzazzjoni ġenerali
ma tkunx tikkonforma ma’ xi kondizzjoni marbuta ma’
awtorizzazzjoni ġenerali l-Awtorità  tista’ tgħarraf lil dik il-persuna
li ma jkollhiex il-jedd li tagħmel użu mill-awtorizzazzjoni ġenerali
u tista’ timponi fuq dik il-persuna dawk il-miżuri li jistgħu jkunu
meħtieġa sabiex jiġi żgurat li tkun qed tikkonforma ruħha mal-
kondizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali.
(2) L-Awtorità  għandha fl-istess ħin tagħti lil dik il-persuna
imsemmija fis-subartikolu (1) opportunità  raġonevoli biex
tiddikjara l-opinjonijiet tagħha dwar l-applikazzjonijiet tal-
kondizzjonijiet u tirrimedja kull kontravvenzjoni fi żmien xahar
mill-intervent ta’ l-Awtorità .
(3) Jekk il-persuna imsemmija fis-subartikolu (1) tirrimedja l-
kontravvenzjonijiet għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità , l-Awtorità
għandha, fi żmien xahrejn mill-ewwel intervent tagħha, tirrevoka
jew timmodifika d-deċiżjoni tagħha hekk kif tista’ tikkonsidra
xieraq u għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għad-deċiżjoni li tkun
ħadet.
(4) Jekk il-persuna msemmija fis-subartikolu (1) ma
tirrimedjax il-kontravvenzjonijiet, l-Awtorità  għandha, fi żmien
xahrejn mill-ewwel intervent tagħha, tikkonferma d-deċiżjoni u
tagħti r-raġunijiet tagħha għad-deċiżjoni li tkun ħadet. Id-deċiżjoni
ta’ l-Awtorità  għandha titwassal lill-persuna involuta fi żmien
ġimgħa minn meta tiġi adottata .
Nuqqas ta’ 
konformità  ta’ 
liċenzi individwali.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
12. (1) Meta l-benefiċjarju ta’ xi liċenza individwali ma jkunx
jikkonforma ma’ xi kondizzjoni marbuta mal-liċenza, l-Awtorità
tista’ tirtira, temenda jew tissospendi l-liċenza individwali jew
timponi dawk il-miżuri bħalma tista’ tikkonsidra xieraq biex
  12      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
tiżgura li jkun hemm konformità .
(2) L-Awtorità  għandha fl-istess ħin tagħti l-benefiċjarju
involut opportunità  raġonevoli biex jiddikjara l-opinjonijiet tiegħu
dwar l-applikazzjoni tal-kondizzjoni u, ħlief fil-każ ta’
kontravvenzjonijiet mtennija minn dak il-benefiċjarju (f’liema każ
l-Awtorità  tista’ minnufih tieħu miżuri adatti), biex tirrimedja l-
kontravvenzjonijiet fi żmien xahar li jibda għaddej mid-data ta’ l-
intervent ta’ l-Awtorità . 
(3) Jekk il-benefiċjarju involut jirrimedja l-
kontravvenzjonijiet, l-Awtorità  għandha fi żmien xahrejn mill-
ewwel intervent tirrevoka jew timmodifika d-deċiżjoni tagħha
bħalma tkun tqis adatt u għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għad-
deċiżjoni li tkun ħadet.
(4) Jekk il-benefiċjarju involut ma jirrimedjax il-
kontravvenzjonijiet, l-Awtorità  għandha, fi żmien xahrejn mill-
ewwel intervent, tikkonferma d-deċiżjoni tagħha u tagħti r-
raġunijiet tagħha għad-deċiżjoni li tkun ħadet. Dik id-deċiżjoni
għandha titwassal fi żmien ġimgħa minn meta tiġi adottata, lill-
benefiċjarju involut.
(5) Jista’ jsir appell mid-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità  li jittieħdu
b’mod konformi mas-subartikoli (3) u (4) lill-Bord ta’ l-Appelli.
Awtorizzazzjoni 
tista’ tiġi trasferita.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
13. (1) Ebda liċenza jew awtorizzazzjoni oħra jekk din tkun
liċenza individwali jew jedd li wieħed jaġixxi taħt awtorizzazzjoni
ġenerali ma tista’ tiġi trasferita jew assenjata mill-provditur
awtorizzat lil xi persuna oħra mingħajr il-kunsens bil-quddiem bil-
miktub ta’ l-Awtorità .  Id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  f’dan ir-rigward
għandha titwassal bil-miktub, u l-Awtorità  għandha tagħti r-
raġunijiet tagħha għad-deċiżjoni li tkun ħadet.
(2) Meta l-provditur awtorizzat ikun korp magħqud jew xi korp
ieħor ta’ persuni, bidla fil-kontroll tal-proprjetà  jew tmexxija ta’
dak il-korp tkun tiswa daqs it-trasferiment ta’ l-awtorizzazzjoni, u
tkun bla ħsara għall-kunsens bil-quddiem ta’ l-Awtorità  kif hawn
aktar qabel imsemmi.
Applikazzjoni għal 
awtorizzazzjoni.
Miżjud:
XXVII. 2002.9.
14. (1) Kull min ikun qed ifittex li jikseb awtorizzazzjoni
permezz ta’ awtorizzazzjoni individwali għandu japplika lill-
Awtorità  fuq dik il-formola u b’dak il-mod li jistgħu jiġu preskritti,
jew kif jista’ jkun provdut jew meħtieġ mill-Awtorità , u għandu
jipprovdi lill-Awtorità  dik l-informazzjoni kollha li tista’ tiġi
preskritta u hekk kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ biex tkun tista’ tifli l-
applikazzjoni.
(2) L-applikazzjoni għandha b’mod partikolari tispeċifika s-
servizz postali li ssir dwaru u għandha tinkludi tali informazzjoni li
tista’ tiġi preskritta jew, fin-nuqqas ta’ tali preskrizzjoni, tali
informazzjoni li tkun biżżejjed biex turi li l-applikant ikun
jadempixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni.
(3) Meta tirċievi xi applikazzjoni kif hawn aktar qabel
imsemmi l-Awtorità  għandha tara li l-fatt li tkun saret
applikazzjoni, għandu jkun pubblikat fil-Gazzetta, u li jingħataw
tali dettalji bħalma jistgħu jitqiesu xierqa sabiex kull min ikun
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    13
jixtieq jagħmel ilmenti dwar l-applikazzjoni jkun jista’
jagħmilhom.
(4) L-Awtorità  għandha tikkonsidra l-applikazzjoni wara li
tmexxi l-investigazzjonijiet meħtieġa u tikkonsidra kull ilment li
jsir dwar dan, u tista’ għal dan l-għan teħtieġ minn kull persuna
kull informazzjoni ulterjuri li tista’ tqis li tkun meħtieġa.
(5) Kull ma jsir taħt dan l-artikolu għandu jsir f’dik l-għamla u
b’dak il-mod u f’dak iż-żmien li jistgħu jiġu preskritti.
Trasferiment ta’ l-
assi.
Miżjud:
XI. 1998.2.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
10.
15. (1) Fl-għoti ta’ liċenza taħt dan l-Att, jew f’kull waqt li
matulu dik il-liċenza tibqa’ valida, il-Ministru jista’ wkoll b’avviż
legali jordna li meta f’xi data hekk kif tista’ tiġi speċifikata mill-
Ministru xi fond ikun qiegħed jinżamm b’titolu ta’ kera, enfitewsi
jew xi titolu simili ieħor mill-Gvern ta’ Malta u jkun qiegħed jiġi
wżat bħala uffiċċju tal-posta, dak il-fond għandu minn dik id-data u
għal dak iż-żmien li jista’ jiġi speċifikat mill-Ministru jinżamm
minn dik il-persuna jew korp ta’ persuni li jkunu detenturi ta’
liċenza taħt dan l-Att hekk kif il-Ministru jista’ jaħtar, taħt l-istess
titolu li bih kien miżmum mill-Gvern u dak l-ordni għandu jkollu
seħħ għal dak iż-żmien jew dawk iż-żminijiet li jistgħu jiġu
speċifikati fl-ordni jew f’kull estensjoni tiegħu minkejja kull ħaġa
li tinsab f’xi liġi oħra jew f’xi att, strument jew kuntratt ieħor li
jkun, bħallikieku l-att, l-istrument jew il-kuntratt li jkunu qegħdin
jagħtu t-titolu għal dak il-fond kienu saru ma’ dik il-persuna jew
korp ta’ persuni hekk kif imsemmija qabel. Mat-tmiem ta’ dak iż-
żmien jew dawk iż-żminijiet hekk kif jista’ jiġi speċifikat taħt dan
l-artikolu jew mar-revoka ta’ xi ordni kif imsemmi qabel mill-
Ministru, il-fond suġġett għal ordni kif imsemmi qabel għandu
jerġa’ lura għal għand il-Gvern bl-istess titolu u kondizzjonijiet li
taħthom kienu miżmuma mill-Gvern qabel l-għemil ta’ xi ordni
bħal dak.
Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu "kondizzjonijiet" għandha
tinkludi kull jedd għal tiġdid perjodiku ta’ kirja mogħtija taħt xi
liġi li tkun tapplika għal kirja mill-Gvern qabel l-għemil ta’ ordni
taħt dan l-artikolu.
(2) Meta xi fond kien f’xi żmien miżmum mill-Gvern taħt
titolu ta’ kiri u kien għadu qed jintuża bħala uffiċċju tal-posta fid-
data tal-ħruġ ta’ liċenza taħt dan l-Att, dik il-kirja għandha f’kull
każ titqies bħala li kompliet favur il-Gvern sad-data tal-ħruġ ta’
ordni skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) u dawk id-
disposizzjonijiet għandhom ikunu japplikaw u jkollhom seħħ għar-
rigward ta’ dak il-fond.
(3) Meta l-fond użat bħala uffiċċju tal-posta ikun jikkonsisti
f’parti minn fond akbar soġġett għal kirja favur il-Gvern, l-
imsemmija kirja għandha tibqa’ favur il-Gvern u dik il-parti użata
bħala uffiċċju tal-posta tkun tista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
kull liġi oħra u ta’ kull att, strument jew kuntratt li jkun, tiġi
sullokata mill-Gvern lil dik il-persuna jew korp ta’ persuni li jkunu
detenturi ta’ liċenza taħt dan l-Att għall-użu bħala uffiċċju tal-
posta.
  14      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
Kap. 268.
(4) Fl-għoti ta’ liċenza taħt dan l-Att, jew f’kull waqt li matulu
dik il-liċenza tibqa’ valida, il-Ministru jista’ b’avviż legali jordna li
meta xi fond possedut mill-Gvern jew miżmum mill-Gvern skond
id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi kien f’xi jum hekk kif jista’ jiġi
speċifikat minnu użat mill-Gvern bħala uffiċċju tal-posta, il-
Kummissarju ta’ l-Artijiet jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern, jikri għall-użu bħala
uffiċċju tal-posta jew f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ogħti ta’
servizzi postali sew esklużivament sew xort’oħra jew, meta 1-fond
ikun proprjetà  tal-Gvern, jittrasferixxi taħt kull titolu dak il-fond lil
xi persuna jew kumpannija li tista’ tinħatar mill-Ministru u li tkun
detentur ta’ liċenza taħt dan l-Att taħt dawk il-kondizzjonijiet li
jistgħu jitqiesu idoneji mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda riżoluzzjoni jew
proċedura oħra kif meħtieġa bl-imsemmi Att dwar it-Trasferiment
ta’ Artijiet tal-Gvern.
Persuni 
espressament 
ipprojbiti li jġorru 
jew jirċievu ittri u 
kartolini.
Emendat:
XXVII. 2002.2.
16. (1) Kull fejn hemm stabbiliti uffiċċji jew
komunikazzjonijiet postali, il-persuni msemmija fis-subartikolu (2)
ma għandhomx jiġbru, iġorru, jippreżentaw jew jikkunsinnaw ittri
jew kartolini jew li jirċievu ittri jew kartolini sabiex iġorruhom jew
jikkunsinnawhom, għalkemm ma jirċievu ebda noll, kumpens jew
profitt jew vantaġġ ieħor talli jagħmlu hekk.
(2) Il-persuni msemmija fis-subartikolu (1) huma - 
(a) il-kurriera ordinarji ta’ passiġġieri jew oġġetti u l-
impjegati jew l-aġenti tagħhom, ħlief għall-ittri u
kartolini li jkollhom x’jaqsmu biss ma’ l-oġġetti li
dawn ikunu qed iġorru; u
(b) is-sidien u l-kaptani ta’ bastimenti u s-sidien u l-bdoti
ta’ inġenji ta’ l-ajru, li jbaħħru jew igħaddu minn jew
għal xi port jew f’post f’Malta, u l-impjegati jew l-
aġenti tagħhom, ħlief għall-ittri u kartolini li
għandhom x’jaqsmu biss mal-merkanzija li jkun hemm
abbord u ħlief għall-oġġetti postali li jiġu riċevuti
għall-ġarr skond l-artikolu 56.
Servizzi universali.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
17. (1) (a) Utenti li jkunu fejn ikunu f’Malta għandhom
igawdu il-jedd għal servizz universali li jkun jinvolvi
il-provdiment permanenti ta’ xi servizz postali ta’ xi
kwalità  li tista’ tiġi preskritta u, bla ħsara għall-
artikolu 21(1), bi prezzijiet li jkun jista’ jlaħħaq
magħhom kull utent.
(b) L-Awtorità  għandha toħroġ direttivi lill-provditur ta’
servizz universali dwar il-kwalità  tas-servizz postali li
jkun provdut kif hawn iktar ’il quddiem indikat. Qabel
ma toħroġ tali direttivi, l-Awtorità  tista’ tikkonsulta
tali partijiet interessati bħalma tkun tqis li jkun adatt
fiċ-ċirkostanzi.
(ċ) L-Awtorità  għandha tippubblika dettalji ta’ kull
direttiva taħt il-paragrafu (b) fil-Gazzetta.
(2) L-Awtorità  għandha toħroġ direttivi lill-provditur ta’
servizz universali, wara li tagħmel tali konsultazzjoni mal-partijiet
interessati bħalma tista’ tikkonsidra xieraq, biex tiżgura li d-densità
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    15
ta’ postijiet ta’ dħul tkun skond il-ħtiġiet ta’ l-utenti.
(3) (a) Il-Ministru għandu wara li jikkonsulta lill-Awtorità
b’avviż fil-Gazzetta jsemmi operatur postali bħala l-
provditur ta’ servizz universali li jkollu obbligazzjoni
li jipprovdi kull servizz universali.
(b) Il-Ministru jista’ wara li jikkonsulta lill-Awtorità ,
b’avviż fil-Gazzetta jirtira, jemenda jew jissospendi
kull tismija magħmula taħt il-paragrafu (a) iżda, qabel
id-data effettiva ta’ xi tali tneħħija, il-Ministru għandu
jkun semma lil xi operatur postali ieħor taħt dan l-
artikolu dwar is-servizz involut milqut b’dik it-
tneħħija.
(4) (a) Il-provditur ta’ servizz universali għandu jiggarantixxi,
f’kull ġurnata tax-xogħol u mhux inqas minn ħamest
ijiem fil-ġimgħa, ħlief f’ċirkostanzi li jitqiesu
eċċezzjonali mill-Awtorità , li mill-inqas:
(i) ikun hemm ġbir wieħed ta’ oġġetti postali,
(ii) issir konsenja waħda fid-djar jew il-fond ta’ kull
persuna jew, b’deroga, taħt kondizzjonijiet fid-
diskrezzjoni ta’ l-Awtorità , konsenja waħda
f’istallazzjonijiet adatti.
(b) L-Awtorità  tista’ toħroġ direttivi lil provditur ta’
servizz universali, wara tali konsultazzjoni mal-
partijiet interessati bħalma jistgħu jitqiesu xierqa, bil-
għan li tiġi żgurata konformità  mill-provditur ma’ l-
obbligazzjonijiet tiegħu taħt il-paragrafu (a) u mal-
ħtiġiet stipulati fl-artikolu 18.
(5) Servizz universali għandu jinkludi dawn l-inqas faċilitajiet
li ġejjin:
(a) il-ġbir ta’ oġġetti postali, sortjar, trasport u
distribuzzjoni ta’ oġġetti postali sa żewġ kilogrammi;
(b) il-ġbir ta’ oġġetti postali, sortjar, trasport u
distribuzzjoni ta’ pakki postali sa għaxar kilogrammi;
(ċ) servizzi għal oġġetti reġistrati;
(d) servizzi għal oġġetti assigurati fil-medda ta’ Malta u
lejn u mill-pajjiżi kollha li, bħala firmatarji tal-
Konvenzjoni ta’ l-Unjoni Postali Universali,
jiddikjaraw li jkunu lesti jaċċettaw dawk l-oġġetti
kemm reċiprokament kemm f’direzzjoni waħda biss; u
(e) servizz bażiku minn ħanut fil-medda ta’ Malta.
(6) L-inqas u l-ogħla dimensjonijiet ta’ oġġetti postali
inkwistjoni jkunu dawk stipulati fil-Konvenzjoni ta’ l-1994 ta’
Seoul u l-Ftehim dwar Pakki Postali adottat mill-Unjoni Postali
Universali jew minn kull konvenzjoni oħra li l-Ministru jista’
jippreskrivi.
(7) Is-servizz universali kif imfisser f’dan l-artikolu jkopri sew
servizzi interni u transkonfini.
  16      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
Ħtiġiet ta’ servizz 
universali.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
18. Il-provditur ta’ servizz universali għandu jħares il-ħtiġiet li
ġejjin  dwar il-provdiment tas-servizz universali:
(a) is-servizz għandu jiggarantixxi konformità  mal-ħtiġiet
essenzjali;
(b) għandu jiġi offrut servizz identiku lill-utenti taħt
kondizzjonijiet li jipparagunaw sew;
(ċ) is-servizz għandu jintgħamel disponibbli mingħajr
ebda għamla ta’ diskriminazzjoni ta’ liema xorta tkun,
speċjalment mingħajr diskriminazzjoni li toriġina
minn konsiderazzjonijiet politiċi, reliġjużi jew
ideoloġiċi;
(d) is-servizz ma jkunx interrott jew imwaqqaf ħlief
f’każijiet ta’ forza maġġuri; u
(e) is-servizz għandu jevolvi b’risposta għall-esiġenzi
tekniċi, ekonomiċi u soċjali u għall-ħtiġiet ta’ l-utenti.
Informazzjoni fuq 
is-servizz 
universali.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
19. (1) Il-provditur ta’ servizz universali għandu jipprovdi l-
utenti b’informazzjoni regolari, dettaljata u aġġornata fuq il-fattizzi
partikolari tas-servizz universali, b’riferenza speċjali għall-
kondizzjonijiet ġenerali ta’ aċċess għas-servizz, kif ukoll dwar
prezzijiet u livelli uniformi ta’ kwalità .
(2) L-informazzjoni imsemmija fis-subartikolu (1) għandha
tkun ippubblikata ta’ mill-anqas darba fis-sena mill-provditur ta’
servizz universali b’mod li jkun għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità .
Servizzi riservati.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
20. (1) Is-servizzi li jkunu riservati għall-provditur ta’ servizz
universali msemmi skond dan l-Att, jkunu l-ġbir, sortjar, trasport u
konsenja ta’ xi oġġetti ta’ korrispondenza interna, transkonfini u
posta diretta, sew jekk b’konsenja aċċellerata sew jekk le, li l-prezz
tagħha ikun inqas minn ħames darbiet it-tariffa pubblika interna
għal xi oġġett ta’ korrispondenza fl-ewwel kategorija ta’ piżijiet
tal-livell l-iktar aċċellerat fil-kategorija, iżda dawn ikunu jiżnu
inqas minn 350 gramma:
Iżda dawk ir-restrizzjonijiet ta’ piż jew ta’ prezz
m’għandhomx japplikaw għar-rigward ta’ servizz postali bla ħlas
għall-għomja jew dawk b’vista batuta li jistgħu jkunu provduti
mill-provditur ta’ servizz universali.
(2) L-iskambju ta’ dokumenti m’għandux ikun riservat.
(3) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti biex jemenda jew iħassar ir-restrizzjonijiet ta’
piż jew ta’ prezz kif imsemmija fis-subartikolu (1).
Prinċipji tariffarji u 
trasparenza ta’ 
kontijiet.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
21. (1) It-tariffi għal kull wieħed mis-servizzi provduti minn
provditur ta’ servizz universali li jagħmlu parti mis-servizz
universali tiegħu għandhom ikunu jħarsu l-prinċipji li ġejjin:
(a) il-prezzijiet għandhom ikunu jistgħu jitħallsu minn
kulħadd u għandhom ikunu tali li kull utent ikollu
aċċess għas-servizzi provduti;
(b) il-prezzijiet għandhom ikunu konformi ma’ l-ispejjeż;
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    17
(ċ) bil-kunsens tal-Ministru, l-Awtorità  tista’ tiddeċiedi li
għandha tiġi applikata tariffa uniformi fil-medda ta’
Malta;
(d) l-applikazzjoni ta’ tariffa uniformi ma teskludix il-jedd
tal-provditur ta’ servizz universali li jagħmel kull
ftehim individwali fuq il-prezzijiet mal-klijenti;
(e) it-tariffi għandhom ikunu trasparenti u mhux
diskriminatorji;
(f) kull meta provditur ta’ servizz universali japplika
tariffi specjali, per eżempju għal servizzi għan-
negozji, bulk mailers jew consolidators of mail minn
klijenti differenti, għandhom japplikaw il-prinċipji ta’
trasparenza u ta’ ebda diskriminazzjoni kemm għar-
rigward tat-tariffi kif ukoll tal-kundizzjonijiet
assoċjati.  It-tariffi għandhom iqisu l-ispejjeż
iffrankati, kif komparati mas-servizz standard li jkopri
l-firxa kompleta ta’ l-aspetti offruti għall-ġbir,
trasport, ipproċessar u konsenja ta’ oġġett postali
individwali u flimkien mal-kundizzjonijiet assoċjati,
għandhom japplikaw bl-istess mod kemm għal terzi
bejniethom kemm bejn terzi u l-provditur tas-servizz
universali li jissupplixxi servizzi ekwivalenti.  Kull
tariffa ta’ din ix-xorta għandha tapplika wkoll għal
klijenti privati li jaqgħu taħt kundizzjonijiet simili; u
(g) sussidjar reċiproku tas-servizzi universali li huma
barra mis-settur riservat mid-dħul minn servizzi fis-
settur riservat, għandhom ikunu projbiti ħlief sa fejn
jiġi muri li jkun strettament neċessarju sabiex jiġu
onorati l-obbligi speċifiċi ta’ servizz universali
imposti fil-qasam kompetittiv.
(2) Meta l-Awtorità  tkun tal-fehma li l-provditur ta’ servizz
universali ma jkunx qed iħares il-prinċipji stipulati fis-subartikolu
(1), l-Awtorità  tista’, wara li tikkonsulta lill-Ministru u fil-każ tas-
subartikolu (1)(ċ) bil-kunsens tal-Ministru, toħroġ direttivi lill-
provditur għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-ħtiġiet speċifikati fis-
subartikolu (1).
Patti ta’ ftehim fuq 
drittijiet finali.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
22. (1) Sabiex jiġi żgurat il-provdiment transkonfini tas-
servizz universali, l-provditur ta’ servizz universali għandu, meta l-
istrutturi legali internazzjonali adatti hekk jippermettu, jirranġa fil-
patti ta’ ftehim li jagħmel dwar drittijiet finali għal posta
transkonfini li l-prinċipji li ġejjin ikunu rispettati:
(a) id-drittijiet finali għandhom jiġu stabbiliti dwar l-
ispejjeż ta’ l-ipproċessar u l-konsenja ta’ posta
transkonfini li tkun dieħla,
(b) il-livelli ta’ rimunerazzjoni għandhom ikunu relatati
mal-kwalità  tas-servizz miksub, u
(ċ) id-drittijiet finali għandhom ikunu trasparenti u mhux
diskriminatorji.
(2) L-Awtorità  tista’ toħroġ direttivi lill-provditur ta’ servizz
universali, wara li jsiru dawk il-konsultazzjonijiet ma’ tali partijiet
  18      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
interessati bħalma jistgħu jitqiesu xierqa, bil-għan li tiġi żgurata
konformità  mill-provditur mal-prinċipji stipulati fis-subartikolu
(1).
(3) L-implimentazzjoni tal-prinċipji stipulati fis-subartikolu
(1) tista’ tinkludi kull ftehim transitorju, maħsub biex jevita kull
ksur mhux mixtieq fis-swieq postali jew implikazzjonijiet mhux
favorevoli għall-provdituri ekonomiċi ta’ servizzi postali, sakemm
ikun hemm qbil bejn l-operaturi ta’ l-oriġini u tal-konsenja. Tali
arranġamenti għandhom, madankollu, jkunu ristretti għal dak li
jkun l-inqas meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.
Kontijiet.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
23. Il-proċeduri ta’ kontijiet tal-provditur ta’ servizz universali
għandhom jitmexxew skond it-Tielet Skeda. Il-Ministru jista’, wara
konsultazzjoni ma’ l-Awtorità , b’avviż fil-Gazzetta jemenda it-
Tielet Skeda.
Kwalità  tas-
servizz.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
24. (1) Il-livelli ta’ kwalità  tas-servizz dwar is-servizz
universali, fil-qies b’mod partikolari, tal-ħinijiet ta’ tqegħid f’rotot
u għar-regolarità  u l-affidabilità  ta’ servizzi, għandhom jiġu
stabbiliti u pubblikati minn żmien għal żmien mill-Awtorità , wara li
tkun qieset l-opinjonijiet tal-partijiet interessati hekk kif tista’ tqis
li jkunu meħtieġa. L-Awtorità  tista’ b’regolamenti tistabbilixxi
livelli ta’ kwalità  dwar posta transkonfini.
(2) Il-konformità  ma’ livelli fil-kwalità  tas-servizz mill-
provditur ta’ servizz universali għandha tiġi sorveljata mill-
Awtorità  li għandha minn żmien għal żmien tagħmel rapport fuq ir-
riżultati ta’ l-eserċizzju ta’ sorveljanza.
Adozzjoni ta’ 
livelli ta’ kwalità .
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
25. (1) L-Awtorità  għandha tippreskrivi livelli ta’ kwalità
għall-posta interna. Il-Ministru jista’ wara li jikkonsulta lill-
Awtorità  jeħtieġ illi dawk il-livelli jkunu kompatibbli ma’ dawk il-
livelli internazzjonali li l-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta
jistabbilixxi.
(2) L-Awtorità  għandha tissorvelja it-twettiq minn provditur ta’
servizz universali tas-servizz universali skond il-livelli ta’ kwalità
għall-posta interna.
(3) Meta l-Awtorità  tkun tal-fehma li l-livelli ta’ twettiq tal-
provditur ta’ servizz universali ma jkunux konformi jew ma kienux
konformi mal-livelli meħtieġa stipulati taħt is-subartikolu (1), l-
Awtorità  għandha tagħti dawk id-direttivi jew ordnijiet sabiex
tiżgura li l-provditur jagħmel dawk it-tiswijiet li jkunu meħtieġa.
Eżenzjonijiet mill-
livelli ta’ kwalità .
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
26. (1) Eżenzjonijiet minn livelli ta’ kwalità  li jistgħu jiġu
preskritti skond jew taħt dan l-Att jistgħu jkunu deċiżi mill-
Awtorità  meta l-Awtorità  tkun sodisfatta li sitwazzjonijiet
eċċezzjonali għar-rigward ta’ l-infrastruttura jew il-ġeografija
ikunu hekk jeħtieġu.
(2) L-Awtorità  tista’ tagħti direttivi lill-provditur ta’ servizz
universali biex jagħmel dawk it-tiswijiet li jkunu meħtieġa meta
tkun tqis li l-livelli ta’ kwalità  li jagħmlu parti mis-servizz
universali ma jkunux qegħdin jiġu mħarsa.
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    19
Ilmenti u 
risoluzzjoni ta’ 
tilwimiet.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
27. (1) Skond linji direttivi li jkunu stipulati mill-Awtorità , l-
provditur ta’ servizz universali għandu jabbozza proċeduri
trasparenti, sempliċi u li ma jiswewx, dwar kif għandhom jiġu
ttrattati l-ilmenti ta’ l-utenti, partikolarment f’każijiet li jkunu
jinvolvu li ma jkunx hemm konformità  ma’ livelli tas-servizz ta’
kwalità .  Dawn il-proċeduri għandhom jagħmluha possibbli li t-
tilwimiet jkunu rranġati b’mod ġust u ta’ malajr u hekk li ma jsirux
spejjeż kbar.
(2) Il-provditur ta’ servizz universali għandu ta’ mill-inqas
darba fis-sena kalendarja jippubblika informazzjoni fuq l-għadd ta’
ilmenti li jkunu daħlu, bid-dettalji kollha dwar is-suġġett tagħhom
u x’ikun sar minnhom.
Konsultazzjoni 
mal-partijiet 
interessati.
Miżjud:
XXVII. 2002.11.
28. (1) L-Awtorità  għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet
interessati hekk kif tista’ tikkonsidra xieraq dwar il-funzjonijiet
tagħha taħt dan l-Att jew regolamenti magħmulin taħtu, skond kull
proċedura li l-Awtorità  tista’ tagħmel għal dak l-għan.
(2) Meta l-Awtorità  tistabbilixxi proċeduri bħal dawk
imsemmija fis-subartikolu (1), hija għandha tippubblika avviż
dwarhom fil-Gazzetta.
Ebda 
responsabbiltà  
għat-telf, kunsinna 
ħażina, dewmien 
jew ħsara.
Sostitwit:
XXVII. 2002.12.
29. L-operatur postali m’għandu jinkombi ebda responsabbiltà
għal kumpens minħabba f’xi telf, nuqqas ta’ konsenja, jew
dewmien ta’, jew ħsara lil, xi oġġett postali fil-kors tat-trasmissjoni
bil-posta, sakemm dak il-kumpens -
(a) ikun hemm qbil dwaru bejn l-operatur postali u l-
mittent, jew 
(b) ikun ġie stabbilit b’regolamenti kif jistgħu minn żmien
għal żmien ikunu preskritti taħt dan l-Att,
irrispettivament mill-valur ta’ l-oġġett:
Iżda la l-Awtorità  u lanqas xi wieħed mill-uffiċjali tagħha jew
xi uffiċjal ta’ l-operatur postali m’għandhom jinkorru ebda
responsabbiltà  minħabba f’xi telf, nuqqas ta’ konsenja, dewmien jew
ħsara bħal dawk, kemm-il darba dawn ma jkunux ġew kaġunati
b’malafidi jew bi traskuraġni.
Dikjarazzjoni li 
għandha ssir mill-
uffiċjali tal-posta.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 13.
30. Persuna ma tistax tidħol fil-kariga ta’ uffiċjal ta’ operatur
postali jekk qabel ma tagħmilx bil-ġurament, id-dikjarazzjoni li
hemm fl-Ewwel Skeda.
TAQSIMA III 
POSTA LOKALI
Pustaġġ lokali u 
drittijiet anċillari.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 14.
31. Il-Ministru jista’ b’regolamenti - 
(a) jistabbilixxi għas-servizzi riservati r-rati ta’ pustaġġ u
drittijiet postali li għandhom jitħallsu fuq oġġetti
postali mibgħuta minn post għal ieħor f’Malta;
(b) jippreskrivi l-klassifika ta’ oġġetti postali lokali, l-
  20      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
iskala tal-piżijiet, il-qisien, u l-pattijiet u l-
kondizzjonijiet l-oħra, li taħthom jew suġġetti
għalihom jitħallsu r-rati ta’ pustaġġ u d-drittijiet
postali;
(ċ) jirregola l-ħlas bil-quddiem ta’ pustaġġ u d-drittijiet
postali fuq oġġetti postali lokali u jippreskrivi l-mod li
bih għandu jsir il-ħlas bil-quddiem;
(d) jippreskrivi l-pustaġġ u d-drittijiet postali li għandhom
jitħallsu fuq oġġetti postali lokali meta l-pustaġġ jew
id-drittijiet ta’ pustaġġ ma jkunux tħallsu bil-quddiem
jew ma jkunux imħallsa fis-somma li jmiss;
(e) jipprovdi sabiex jiġu mibgħuta mill-ġdid oġġetti
postali, u sabiex jintbagħtu bil-posta l-oġġetti hekk
mibgħuta mill-ġdid, jew mingħajr ħlas jew b’dak il-
ħlas ieħor li jista’ jiġi speċifikat fir-regolamenti;
(f) jippreskrivi l-pattijiet u l-kondizzjonijiet illi taħthom
oġġetti postali lokali jistgħu jiġu reġistrati w
assigurati, u l-kumpens li għandu jitħallas dwar telf
ta’, jew ħsara lil, oġġetti bħal dawk;
(g) jipprovdi sabiex jistgħu jintbagħtu bla ħlas bil-posta
prospetti jew tagħrif ieħor kif jista’ jiġi speċifikat fir-
regolamenti;
(h) jipprovdi biex iseħħ xi għan ta’ dan l-Att dwar posta
lokali.
TAQSIMA IV 
POSTA BARRANIJA
Posta barranija u 
drittijiet anċillari. 
Emendat: 
XVIII. 1977.4;
XXVII. 2002.2, 5, 
15.
32. (1) Il-Ministru jista’, biex jagħti effett lid-
disposizzjonijiet ta’ Konvenzjonijiet, Atti, Ftehim jew Regolamenti
ta’ l-Unjoni Postali Universali jew ta’ xi konvenzjoni jew ftehim
magħmul ma’ xi pajjiż barrani jew ma’ xi Amministrazzjoni Postali
barra minn Malta, jagħmel regolamenti għall-ġarr ta’ oġġetti
postali għal xi post barra minn Malta, għall-kunsinna f’Malta ta’
oġġetti postali riċevuti minn barra minn Malta, u għall-bdil ma’
pajjiżi oħra ta’ money orders, postal orders, payment cards u mezzi
bħal dawn li bihom jintbagħtu l-flus.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, dawk ir-regolamenti jistgħu b’mod partikolari -
(a) jippreskrivu għas-servizzi riservati r-rati ta’ pustaġġ u
drittijiet postali, il-klassifika, l-iskala tal-piżijiet, il-
qisien, u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra, li
taħthom jew suġġetti għalihom jistgħu jintbagħtu
oġġetti postali;
(b) jeħtieġu għas-servizzi riservati l-ħlas bil-quddiem ta’
pustaġġ u drittijiet postali fuq oġġetti postali impustati
biex jintbagħtu barra minn Malta u jippreskrivu l-mod
li bih għandu jsir dak il-ħlas bil-quddiem;
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    21
(ċ) jippreskrivu għas-servizzi riservati l-pustaġġ u d-drittijiet
postali li għandhom jitħallsu fuq oġġetti postali
barranin meta l-pustaġġ jew id-drittijiet postali ma
jkunux tħallsu bil-quddiem jew ma jkunux tħallsu fis-
somma li jmiss;
(d) jippreskrivu l-pattijiet u l-kondizzjonijiet li taħthom
oġġetti postali barranin jistgħu jiġu reġistrati jew
assigurati;
(e) jipprovdu li jintbagħtu u jiġu kunsinnati oġġetti postali
bi "ħlas mal-konsenja" u d-drittijiet speċjali li jinġabru
fuqhom;
(f) jippreskrivu l-mod kif u l-kondizzjonijiet li taħthom
money orders, postal orders, payment cards u mezzi
bħal dawn li bihom jintbagħtu l-flus jistgħu jinħarġu u
jitħallsu, u r-rati ta’ kummissjoni li jinġabru fuqhom;
(g) jipprovdu għall-għoti ta’ kumpens għat-telf ta’, jew
ħsara lil, oġġetti postali barranin li jkunu fit-traġitt bil-
posta, u l-kondizzjonijiet u l-limiti li suġġetti
għalihom għandu jingħata dak il-kumpens;
(h) jimmodifikaw jew jeċċettwaw, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-applikazzjoni għal
oġġetti postali li jaslu minn barra minn Malta ta’
liġijiet jew regolamenti li jkunu jseħħu dwar id-
Dwana, sabiex jiġi żgurat, fil-każ ta’ oġġetti postali
bħal dawk, il-ħarsien ta’ dawk il-liġijiet jew
regolamenti;
(i) jipprovdu sabiex uffiċjali ta’ operatur postali jkunu
jistgħu jagħmlu, għall-fini tal-liġijiet tad-Dwana, id-
dmirijiet kollha jew xi wħud mid-dmirijiet ta’ l-
importatur u l-esportatur.
Applikazzjoni ta’ 
liġijiet dwar id-
Dwana.
Emendat:
XXVII. 2002.2.
33. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
eċċezzjonijiet u modifiki magħmula b’regolamenti taħt l-artikolu
32, id-disposizzjonijiet tal-liġijiet u r-regolamenti kollha dwar id-
Dwana li jkunu jseħħu f’dak iż-żmien għandhom japplikaw għall-
oġġetti li jkunu jinsabu f’xi oġġett postali li jiġi minn barra minn
Malta, bl-istess mod, safejn jaqblu ma’ dawk id-disposizzjonijiet,
kif igħoddu għal oġġetti oħra; u dwar dawk l-oġġetti, persuni
jistgħu jiġu kundannati għal reati kontra l-imsemmija liġijiet u
regolamenti, u l-oġġetti jistgħu jiġu eżaminati, maqbuda u
konfiskati, u l-uffiċjali li jeżaminawhom u jaqbduhom ikunu
mħarsa, u l-proċedimenti legali jistgħu jittieħdu dwar dak li
ssemma qabel, skond dawk il-liġijiet u regolamenti.
Oġġetti li jħallsu 
dazju mibgħuta bil-
posta. 
Emendat: 
XVIII. 1977.5;
XXVII. 2002.2, 16.
34. (1) Kull oġġett postali li jkun fih oġġetti li jħallsu dazju
tad-Dwana għandu, kemm-il darba ma jkunx espressament meħlus
b’regolamenti magħmula taħt dan l-Att, ikollu miegħu jew fuqu
dikjarazzjoni ta’ l-oġġetti li jkun fih u tal-valur tagħhom.
(2) Ebda ittra impustata f’Malta biex tintbagħat f’pajjiż li ma
jkunx ta l-kunsens tiegħu għad-dħul bil-posta ta’ oġġetti li jħallsu
dazju, ma jista’ jkun fiha oġġetti ta’ din ix-xorta.
  22      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
(3) Oġġetti, suġġetti għall-ħlas tad-dazju tad-Dwana, impustati
jew ippreżentati biex jintbagħtu bil-posta bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, jistgħu jinżammu u
jintbagħtu lura lil min jibgħathom.
(4) Oġġetti moħbija jew ippakkjati f’xi oġġett postali b’mod li
juri li hemm ħsieb ta’ qerq mill-parti ta’ dak li jibgħathom jew ta’
dak li lilu jkunu mibgħuta sabiex ma jħallasx id-dazju tad-Dwana
għandhom jiġu konfiskati mill-Kontrullur tad-Dwana:
Iżda meta l-operatur postali jew l-Awtorità  jkollhom għaliex
jaħsbu li xi disposizzjoni ta’ dan is-subartikolu tista’ tkun ġiet miksura
huma għandhom iwaqqfu l-konsenja ta’ l-oġġett postali lill-persuna
indirizzata u għandhom jgħarrfu lill-Kontrullur tad-Dwana b’dan
kollu.
(5) Oġġetti postali li ma jkollhomx magħhom dikjarazzjoni ta’
dak li jkun fihom u tal-valur kif intqal qabel, jew li jkollhom
magħhom dikjarazzjoni falza jew dwar li jkun fihom jew dwar il-
valur, jew li jkollhom indikazzjoni falza dwar dak li jkun fihom,
jew li jkun fihom oġġetti li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni
tagħhom f’Malta jew minn Malta tkun projbita, jistgħu jiġu
konfiskati, flimkien ma’ dak li jkun fihom, mill-Kontrullur tad-
Dwana:
Iżda meta l-operatur postali jew l-Awtorità  jkollhom għaliex
jaħsbu li xi disposizzjoni ta’ dan is-subartikolu tista’ tkun ġiet miksura
huma għandhom iwaqqfu l-konsenja ta’ l-oġġett postali lill-persuna
indirizzata u għandhom jgħarrfu lill-Kontrullur tad-Dwana b’dan
kollu.
(6) F’kull wieħed mill-każijiet maħsuba fis-subartikolu (4) u
(5), min jibgħat jew min jirċievi jista’, fi żmien tliet xhur min-
notifika lil min jirċievi dik il-konfiska, jaġixxi kontra l-Kontrullur
tad-Dwana biex dan igħid għaliex dawk l-oġġetti ma għandhomx
jiġu liberati.
Ftuħ ta’ oġġetti 
postali sabiex jiġu 
esegwiti l-liġijiet 
dwar id-Dwana.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
17.
35. (1) L-oġġetti postali kollha, minbarra l-ittri, li jaslu minn
barra minn Malta jistgħu jinfetħu u jiġu eżaminati f’kull uffiċċju
tal-posta minn uffiċjal tad-Dwana quddiem uffiċjal ta’ operatur
postali, sabiex jiġu esegwiti d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi jew
regolament dwar id-Dwana.
(2) Wara li jinfetħu, dawk l-oġġetti postali għandhom jiġu
ippakkjati mill-ġdid f’cover xieraq, magħluq b’siġill, li jkollu fuqu
l-kliem "Miftuħ mid-Dwana".
(3) Ittri li jkun fihom oġġetti li jħallsu dazju tad-Dwana li
jkollhom magħhom dikjarazzjoni ta’ l-oġġetti u tal-valur, u li, fuq
barra jkollhom dikjarazzjoni li jistgħu jinfetħu uffiċjalment, jistgħu
jinfetħu taħt l-istess kondizzjonijiet stabbiliti msemmija fiż-żewġ
subartikoli qabel dan.
(4) Jekk xi ittra li tasal minn barra mingħajr dikjarazzjoni li
tista’ tinfetaħ uffiċjalment, ikun hemm dwarha suspett raġonevoli li
fiha oġġetti li jħallsu d-dazju tad-Dwana jew li l-importazzjoni
tagħhom f’Malta hi projbita, l-Awtorità  tista’ tordna li tinfetaħ
b’dak il-mod li l-Awtorità  jidhrilha xieraq, quddiem il-persuna li
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    23
lilha tkun mibgħuta, jew fin-nuqqas tagħha, jekk, wara li tkun ġiet
avżata bil-miktub biex tattendi għall-ftuħ, il-persuna li lilha tkun
mibgħuta tonqos li tagħmel hekk, fi żmien sebat ijiem tax-xogħol:
Iżda meta operatur postali jkollu tassew għaliex jissuspetta li
d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ikunu ġew miksura, l-operatur
postali m’għandux jikkonsenja l-oġġett postali lill-persuna indirizzata
u għandu javża lill-Kontrullur tad-Dwana b’dan kollu sal-ġurnata tax-
xogħol li jkun imiss.
TAQSIMA V 
BOLLI
Provvista ta’ bolli.
Emendat: 
XVIII. 1977.6;
Sostitwit:
XXVII. 2002.18.
36. (1) Il-Ministru jkun responsabbli għall-approvazzjoni ta’
ħruġ ta’ bolli u l-għemil ta’ programm dwar il-ħruġ ta’ bolli. F’dan
l-għemil il-Ministru għandu jikkonsulta bord konsultattiv dwar il-
bolli li jkun kompost minn chairman u mhux inqas minn erba’ u
mhux aktar minn tmien membri oħra appuntati mill-Ministru għal
ħatra ta’ mhux aktar minn tliet snin, liema ħatra tkun tista’
tiġġedded.  Il-Bord għandu jirregola l-proċedura tiegħu nnifsu dwar
kif imexxi xogħlu.
(2) Il-Ministru jista’ wara li jikkonsulta ma’ l-operaturi postali
involuti, b’avviż pubblikat fil-Gazzetta , jordna li bolli, li jkunu
qed jiġu wżati meta jinħareġ dak l-avviż, m’għandhomx jibqgħu
validi għall-ħlas bil-quddiem ta’ pustaġġ, u mill-jum u wara l-jum
stabbilit f’dak l-avviż, kull oġġett postali li jkollu fuqu bolli li
jkunu ġew hekk dikjarati mhux validi, għandu jitqies li ma jkollux
bolli fuqu kif imiss għall-finijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull direttiva
jew regolament magħmulin taħtu:
Iżda kull min ikollu fil-pussess tiegħu xi bolli invalidati
mill-Ministru kif hawn aktar qabel imsemmi, jista’ f’kull żmien sa
xahrejn wara d-data msemmija f’dak l-avviż, jikkunsinnahom lill-
istess operatur postali, li għandu jibdilhomlu ma’ bolli oħra validi
ta’ l-istess valur.
(3) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Awtorità , jagħmel
regolamenti dwar il-ħidma u l-funzjonijiet tal-Bord.
Bolli foloz jew 
użati.
Emendat:
XVIII.1977.7;
XXVII. 2002.2, 5, 
19.
37. (1) Meta oġġett postali jiġi riċevut bil-posta f’xi uffiċċju
tal-posta -
(a) li jkollu fuqu bolla falza; jew
(b) li jkun jidher li jkun imħallas bil-quddiem b’xi bolla li
tkun intużat qabel biex tħallas bil-quddiem xi oġġett
postali ieħor, jew li xort’oħra tkun qabel intużat għal
xi għan ieħor,
uffiċjal ta’ operatur postali għandu, jekk id-destinatarju jkun
jirrisjedi f’Malta, jibgħat avviż lid-destinatarju fejn jitolbu jattendi,
jew hu nnifsu jew permezz ta’ rappreżentant tiegħu, fi żmien
speċifikat f’uffiċċju tal-posta biex jirċievi l-oġġetti postali, u, jekk
  24      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
id-destinatarju jirrisjedi barra minn Malta, l-operatur postali għandu
jittratta b’dak l-oġġett postali b’dak il-mod li l-Awtorità , fiċ-
ċirkostanzi, jidhrilha xieraq.
(2) Jekk id-destinatarju jew ir-rappreżentant tiegħu jattendi
f’uffiċċju tal-posta fiż-żmien speċifikat fl-avviż u jagħti l-kunsens
lill-imsemmi uffiċjal biex isir jaf l-isem u l-indirizz tal-persuna li
bagħtet l-oġġett postali u jagħti lura lill-istess uffiċjal dik il-parti
ta’ l-oġġett postali li jkun fiha l-indirizz u l-bolla falza jew li tkun
użata qabel jew, jekk l-oġġett postali ma jkunx jista’ jiġi mifrud
mill-bolla, l-oġġett postali kollu, l-oġġett postali għandu jiġi
kunsinnat lid-destinatarju jew lir-rappreżentant tiegħu.
(3) Jekk id-destinatarju, jew ir-rappreżentant tiegħu, ma
jattendix f’uffiċċju tal-posta fiż-żmien speċifikat fl-avviż, jew, jekk
jattendi f’dak iż-żmien, jirrifjuta li jsiru mgħarrfa l-isem u l-
indirizz tal-persuna li bagħtet l-oġġett postali jew jirrifjuta li jagħti
lura l-oġġett postali jew dik il-parti minnu kif meħtieġ bis-
subartikolu (2), l-oġġett postali ma jiġix kunsinnat lilu, iżda jsir
minnu mill-operatur postali hekk kif tordna l-Awtorità , iżda mingħajr
konfiska.
Regolamenti dwar 
il-kustodja, 
provvista u bejgħ 
ta’ bolli, eċċ.
Sostitwit: 
XVIII. 1977.8. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 20.
38. Il-Ministru wara li jikkonsulta ma’ l-Awtorità  jista’ jagħmel
regolamenti dwar il-kustodja, provvista, bejgħ u użu ta’ bolli u
stationery postali, magħdud il-bejgħ ta’ dawk il-bolli u stationery
postali għal għanijiet filateliċi u dwar il-ġbir ta’ drittijiet xierqa li
għandhom x’jaqsmu magħhom, u dwar l-użu ta’ makni ta’
affrankament li jintużaw biex juru l-ħlas bil-quddiem ta’ pustaġġ
minflok bolli.
TAQSIMA VI
TRAĠITT U KUNSINNA TA’ OĠĠETTI POSTALI
Impustar u 
kunsinnar ta’ 
oġġetti postali.
Sostitwit:
XXVII. 2002.21.
39. L-Awtorità  tista’ tagħti direttivi li jistabbilixxu kull mod u ħin
li skondhom għandhom jiġu impustati u konsenjati oġġetti postali u
b’mod partikolari jista’ wkoll jistabbilixxi s-sigħat ċentrali li
matulhom l-uffiċċji tal-posta jiftaħ għall-pubbliku.
Postijiet ikunu 
mgħammra 
b’kaxxi ta’ l-ittri, 
eċċ. 
Emendat:
XVIII. 1977.9; 
XXXVIII. 1988.2;
XXVII. 2002.2, 5, 
22.
40. (1) L-appartamenti kollha għandhom ikunu mgħammra
mis-sid rispettiv tagħhom b’kaxxi ta’ l-ittri separati li jinqaflu,
waħda għal kull wieħed minn dawk l-appartamenti.
(2) Kull waħda minn dawk il-kaxxi ta’ l-ittri għandu jkollha n-
numru ta’ l-appartament li għalih tkun tirreferi u l-isem ta’ l-
okkupant ta’ l-appartament relattiv.
(3) Il-kaxxi ta’ l-ittri separati għandhom jitwaħħlu fl-intrata
jew kuritur ħdejn il-bieb prinċipali komuni ta’ barra jew f’post fil-
pjanterran li jkun jidher u jista’ jintlaħaq sewwa.
(4) Il-postijiet kollha, barra minn appartamenti, li jkollhom id-
dħul prinċipali tagħhom ’il bogħod iktar minn erba’ metri u nofs
mir-rixtellu jew minn xi aċċess ieħor mit-triq, għandhom ikunu
mgħammra b’kaxxi ta’ l-ittri li jinqaflu u li jintlaħqu mill-ewwel
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    25
mit-triq.
(5) Il-postijiet l-oħrajn kollha għandhom ikunu mgħammra bi
slot għall-ittri li tintlaħaq mill-ewwel mit-triq.
(6) Oġġett postali, barra minn oġġett postali reġistrat jew
assigurat, jitqies li ġie kunsinnat kif imiss meta dak l-oġġett postali
jkun tqiegħed f’kaxxa ta’ l-ittri li għandha tiġi provduta skond dan
l-artikolu li jkollha l-istess isem u/jew indirizz kif muri fuq l-oġġett
postali.
(7) F’dan l-artikolu - 
"appartament" tfisser u tinkludi kull parti minn bini mikrija jew
okkupata, jew maħsuba biex tinkera jew tiġi okkupata,
separatament u li jkollha l-bieb prinċipali ta’ barra komuni ma’
partijiet oħra ta’ l-istess bini;
"sid" tinkludi, dwar kull proprjetà , l-amministratur ta’ dik il-
proprjetà  u meta l-proprjetà  tkun suġġetta għal użufrutt, jew tkun
mogħtija b’enfitewsi jew b’sub-enfitewsi, l-espressjoni għandha
titqies li tirreferi għall-użufruttwarju, għall-enfitewta jew għas-
sub-enfitewta, skond il-każ.
(8) Kull sid li jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux
iżjed minn ħamsin lira u multa addizzjonali ta’ mhux iżjed minn
għaxar liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat:
Iżda l-Awtorità   tista’ f’ċirkostanzi speċjali bil-miktub
teżenta persuni milli jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu.
(9) L-operatur postali jista’ jirrifjuta li jikkunsinna xi oġġett
postali meta l-post li għalih ikun indirizzat ma jkunx mgħammar
b’kaxxa ta’ l-ittri kif meħtieġ bid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu jew il-kaxxa ta’ l-ittri tkun hekk li ġo fiha ma jkunx jista’
jitqiegħed oġġett postali minn ftuħ fil-kaxxa xieraq għal hekk; u
f’kull każ bħal dak l-operatur postali jista’ jibgħat l-oġġett postali
lura lil min ikun bagħtu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu
xierqa, jew xort’oħra jagħmel minnu kif jidhirlu xieraq.
(10) Operatur postali jista’ wkoll jirrifjuta li jikkunsinna xi oġġett
postali meta l-post li jkun indirizzat lejh jista’ jkun ta’ theddida għas-
saħħa u s-sigurtà  personali ta’ l-uffiċjal ta’ operatur postali.
Il-kunsinna ta’ l-
ittri tieħu 
preċedenza fuq il-
kunsinna ta’ 
oġġetti postali 
oħra.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5.
41. Jekk l-ispedizzjon jew il-kunsinna ta’ ittri minn uffiċċju
tal-posta tista’ tiġi mdewma minħabba l-ispedizzjon jew il-
kunsinna fl-istess ħin minn dak l-uffiċċju ta’ oġġetti postali oħra,
dawk l-oġġetti l-oħra jew uħud minnhom jistgħu jinżammu sa dak
iż-żmien li fil-fehma ta’ l-Awtorità  ikun assolutament meħtieġ biex
ma jkunx hemm dak id-dewmien.
Tifsir ta’ "fit-traġitt 
u kunsinna". 
Emendat: 
XVIII. 1977.10;
XXVII. 2002.2, 5, 
23.
42. Għall-finijiet ta’ dan l-Att - 
(a) oġġett postali jitqies li hu fit-traġitt bil-posta mill-waqt
li jiġi kunsinnat f’uffiċċju tal-posta sal-waqt li jiġi
kunsinnat lid-destinatarju, jew li jiġi mibgħut lura lil
min jibagħtu jew sa ma jsir minnu xort’oħra hekk kif
provdut fl-artikolu 43;
  26      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
(b) it-tqegħid ta’ oġġett postali f’xi kaxxa ta’ l-ittri ta’
uffiċċju tal-posta, jew il-kunsinna ta’ oġġett postali lil
uffiċjal ta’ operatur postali awtorizzat biex jirċievi
oġġett postali bħal dak għat-traġitt bil-posta, għandu
jitqies li hu kunsinna f’uffiċċju tal-posta;
(ċ) il-kunsinna ta’ oġġett postali fid-dar jew fl-uffiċċju
tad-destinatarju, jew lid-destinatarju jew lill-impjegat
jew lir-rappreżentant tiegħu jew lil xi persuna oħra
meqjusa bħala awtorizzata biex tirċievi l-oġġett bil-
mod li soltu ssir il-kunsinna ta’ oġġetti postali lil
destinatarju, titqies bħala kunsinna lid-destinatarju;
(d) meta d-destinatarju jkun alloġġjant jew residenti ta’
lukanda, alloġġ, każin, sptar, istituzzjoni jew post tax-
xogħol, oġġett postali għandu jitqies li ġie kunsinnat
lid-destinatarju jekk ikun kunsinnat lill-persuna li,
bħala sid jew manager ta’ xi post bħal dak kif fuq
imsemmi jew bħala rappreżentant jew impjegat ta’ xi
post bħal dak, titqies li hi responsabbli biex tirċievi
oġġetti postali:
Iżda jekk l-oġġett postali hekk meqjus li ġie
kunsinnat ma ssirx it-talba għalih jew ma jiġix mogħti
lid-destinatarju fi żmien xahar, il-persuna responsabbli
jew inkarigata mil-lukanda, alloġġ, każin, sptar,
istituzzjoni jew post tax-xogħol għandha, fin-nuqqas
ta’ istruzzjonijiet kuntrarji tad-destinatarju, tibgħat
lura minnufih l-oġġett postali lill-operatur postali li
għandu jagħmel minn dak l-oġġett postali kif provdut
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23.
Rifjut li jintbagħtu 
u l-kunsinna ta’ 
oġġetti postali lil 
min jibgħathom. 
Sostitwit: 
XVIII. 1977.11.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 24.
43. (1) L-operatur postali jista’ jirrifjuta li jibgħat barra minn
Malta kull oġġett postali li jkun fih xi ħaġa li d-dħul tagħha fil-
pajjiż tad-destinazzjoni jkun ipprojbit; u jekk xi oġġett postali bħal
dak jinstab waqt it-traġitt, l-operatur postali jista’ jibgħatu lura lil
min ikun bagħtu taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa jew
xort’oħra jagħmel minnu kif jidhirlu xieraq.
(2) L-operatur postali jista’ wkoll jibgħat lura lil min ikun
bagħtu, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa, jew xort’oħra
jagħmel minnu kif jidhirlu xieraq, kull oġġett postali li jkun fit-
traġitt bil-posta kull meta jkun sodisfatt li dak l-oġġett postali jkun
ġie impustat bi żball jew ikun ġie impustat b’kontenut ħażin jew
nieqes:
Iżda kull azzjoni li tittieħed mill-operatur postali b’mod
konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandha tkun teħtieġ
l-approvazzjoni bil-quddiem u bil-miktub ta’ l-Awtorità .
Oġġetti postali 
mhux kunsinnati u 
kunsinna ta’ pakki.
Sostitwit:
XXVII. 2002.25
44. L-Awtorità  tista’ b’regolamenti tipprovdi dwar u xort’oħra
tirregola t-tneħħija ta’ oġġetti postali li għal xi raġuni jistgħu ma
jkunux ġew konsenjati.
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    27
Oġġetti postali 
kunsinnati 
f’uffiċċju tal-posta 
ma jistgħux jiġu 
issekwestrati ħlief 
f’xi każijiet. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5.
45. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan l-Att, ebda oġġett
postali, fil-waqt li jkun qiegħed f’uffiċċju tal-posta jew f’idejn
uffiċjal ta’ operatur postali, ma jista’ għal ebda raġuni tkun li tkun,
jew b’mandat jew b’ordni ta’ xi qorti jew ta’ awtorità  oħra, jiġi
maqbud jew issekwestrat, ħlief fil-każijiet li ġejjin - 
(a) meta d-destinatarju jkun mejjet u l-oġġett postali jkun
mitlub minn xi wieħed mill-werrieta jew minn persuna
oħra interessata;
(b) meta l-qbid ikun ordnat mill-awtorità  ġudizzjarja
kompetenti dwar jew għall-fini ta’ azzjoni kriminali.
(2) F’kull wieħed mill-każijiet imsemmija fis-subartikolu
(1)(a) u (b), l-oġġett postali maqbud jew sekwestrat ma jistax
jingħata ħlief lill-persuna nominata mill-qorti kompetenti u dik il-
persuna tkun marbuta bis-sigriet.
Kunsinna ta’ 
oggetti postali 
f’każijiet ta’ 
falliment. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
26.
46. F’kull każ ta’ falliment il-qorti kompetenti tista’ tordna li
kull oġġett postali indirizzat lil persuna dikjarata falluta għandu
jiġi kunsinnat minn kull uffiċjal ta’ operatur postali lill-kuratur tal-
beni tal-persuna falluta jew lil xi persuna oħra nominata mill-qorti.
F’kull każ bħal dan il-persuna dikjarata falluta jew ir-
rappreżentanti tagħha jistgħu jattendu għall-ftuħ ta’ l-oġġett
postali, u, jekk dak li jkun fih ma jkollux x’jaqsam mal-beni tal-
falliment, dik il-persuna jew ir-rappreżentanti tagħha jistgħu jitolbu
l-kunsinna tiegħu, u l-kuratur jew il-persuna nominata mill-qorti
għandha, dwar dak l-oġġett postali, tkun marbuta bis-sigriet:
Kap. 371.
Iżda meta persuna tkun ġiet nominata skond l-Att dwar il-
Kummerċ Bankarju biex tieħu ħsieb l-attiv ta’ bank jew biex tassumi
kontroll ta’ l-attività  ta’ xi bank jew hekk kif tista’ tkun ordnata mill-
awtorità  kompetenti skond l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, kull
oġġett postali li jkun indirizzat lill-bank, soċjetà  jew ditta li dwarhom
dik il-persuna tkun mogħtija poteri taħt dak l-Att, għandu jiġi
konsenjat lil dik il-persuna.
TAQSIMA VII 
PROJBIZZJONI
Traġitt bil-posta ta’ 
ċerti oġġetti. 
Sostitwit:
XVIII. 1977.12.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 27.
47. (1) It-traġitt bil-posta ta’ kull oġġett li għalih japplika dan
l-artikolu hu ipprojbit.
(2) Dan l-artikolu japplika għal - 
(a) kull oġġett postali li jkun fih xi sustanza esplożiva,
infjammabli, perikoluża, maħmuġa, li tagħmel deni
jew li tagħmel ħsara; jew
(b) kull oġġett postali li jkun fih xi strument bil-ponta jew
xi oġġett jew ħaġa oħra bħal dik li tista’ tqiegħed fil-
perikolu xi persuna jew li tista’ ttebba’ jew tagħmel
ħsara lil xi oġġett postali ieħor waqt it-traġitt bil-posta;
jew
  28      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
(ċ) kull oġġett postali li jkun sedizzjuż hekk kif imfisser
f’xi liġi dwar is-sedizzjoni; jew
(d) kull oġġett postali ta’ liema xorta jew forma li tkun li
b’xi mod ihedded, ikun offensiv jew libelluż; jew
Kap. 9.
(e) kull oġġett postali ta’ liema xorta jew forma li tkun li
jkun pornografiku jew oxxen skond regolamenti
magħmula taħt l-artikolu 208 tal-Kodiċi Kriminali;
jew
(f) kull oġġett postali li jkun fih xi ħolqien ħaj barra minn
ħolqien aċċettat mill-operatur postali bl-approvazzjoni
minn qabel ta’ l-Awtorità  bħala li jista’ jintbagħat bil-
posta; jew
(g) kull oġġett postali li jkun fih xi proposta, ċirkolari jew
biljett dwar lotteriji barra minn lotterija magħmula jew
permessa mill-Gvern.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)(g) għar-
rigward ta’ lotteriji li jsiru jew li huma permessi mill-Gvern, l-
Awtorità  tista’ tordna lil xi operatur postali biex ma jibgħatx barra
mill-pajjiż xi oġġett postali għar-rigward ta’ xi lotterija bħal dik kif
hawn aktar qabel imsemmi jekk dak l-oġġett ma jkunx konformi ma’ l-
istruzzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan maħruġa minn awtorità
kompetenti u komunikati lill-Awtorità ; u f’dak il-każ l-operatur postali
jista’ jreġġa’ lura l-oġġett lill-mittent jew xort’oħra jagħmel minnu
skond id-direttivi ta’ l-Awtorità .
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "lotterija" tinkludi kull
skema għat-tqassim ta’ premjijiet li taħtha min jirċevihom jew in-
numru jew il-valur tal-premjijiet jiddependu fuq ġrajja futura mhix
ċerta jew fuq għaqda ta’ ġrajjiet bħal dawk.
Oġġetti postali bi 
ksur ta’ l-artikolu 
26. 
Emendat: 
XVIII. 1977.13; 
XXIX.1995.2;
XXVII. 2002.2, 28.
48. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jekk l-
Awtorità  ikollha tassew taħseb li xi oġġett postali li ma jkunx ittra
magħluqa jkun ġie impustat jew mibgħut bil-posta bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47, l-Awtorità  tista’ tordna li tali
oġġett postali jinżamm u jinfetaħ u jekk tkun sodisfatta li xi
disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu jkunu ġew miksura, dak l-oġġett
jista’ jiġi meqrud:
Iżda meta l-Awtorità  tkun sodisfatta li oġġett postali li jkun
indirizzat lil persuna legalment maħtura biex tipprovdi servizzi ta’
xandir televiżiv f’Malta jkun jikkonsisti f’materjal awdjoviżiv li
jkun ġie impustat jew mibgħut bil-posta unikament bil-għan li jiġi
mxandar fuq it-televiżjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
ix-Xandir u ta’ regolamenti magħmulin jew liċenza maħruġa kif
hawn iktar ’il quddiem indikat, hija għandha, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 47, tordna lill-
operatur postali biex jikkonsenja dak l-oġġett postali lill-persuna
indirizzata mingħajr ebda eżami ieħor jew ċensura oħra.
(2) Kull oġġett postali li jkun hemm suspett serju dwaru li jkun
ta’ xorta sedizzjuża għandu hekk jinżamm, jinfetaħ u jsir minnu
mill-operatur postali bl-approvazzjoni ta’ l-Awtorità .  Meta
jagħmel dan l-operatur postali għandu wkoll jimxi skond kull liġi li
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    29
tirrigwarda s-sedizzjoni f’dawk il-każijiet, u d-disposizzjonijiet ta’
dik il-liġi għandhom ikunu japplikaw.
(3) Kull oġġett postali li jkun hemm suspett serju dwaru li jkun
fih xi esplożiv, sustanza perikoluża jew xi ħaġ’oħra li tista’ tesponi
lil xi ħadd għal feriment jista’ jinżamm u jinfetaħ mill-operatur
postali u, jekk dan jinsab li jkun fih xi ħaġa kif hawn aktar qabel
imsemmi, din għandha, bl-approvazzjoni ta’ l-Awtorità , tiġi
meqruda.
(4) Meta l-operatur postali jkollu tassew għaliex jaħseb li xi
oġġett postali jkun ġie impustat jew mibgħut bil-posta bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47, l-operatur postali għandu
jwaqqaf milli ssir il-konsenja ta’ l-oġġett postali li jkollu suspett
dwaru lill-persuna indirizzata u għandu jgħarraf lill-Awtorità  b’dan
kollu sal-ġurnata tax-xogħol li tiġi minnufih wara.
(5) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu "ittra magħluqa" tfisser
oġġett postali li jkun envelope magħluq li fih ikun hemm biss
korrispondenza u li l-qisien, il-piż, id-dehra u għamla oħra tiegħu
raġonevolment juru li ma fih xejn iktar.
Bord ta’ l-Appelli 
dwar Stampat. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
29.
49. (1) Meta xi stampat jinżamm taħt l-artikolu 48, minħabba
li jkun jikser l-artikolu 47(d) jew (e), jista’ jsir appell lil Bord li
qed jiġi b’dan stabbilit u li għandu jkun magħruf bħala l-Bord ta’ l-
Appelli dwar Stampat.
(2) Ikun id-dmir tal-Bord ta’ l-Appelli dwar Stampat (f’dan l-
Att imsejjaħ "il-Bord") li jisma’ u jiddeċiedi appelli magħmula
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att minn kull deċiżjoni ta’ l-
Awtorità  msemmija fis-subartikolu (1).
(3) Dwar il-Bord, u kull appell magħmul taħtu, għandu
jkollhom effett id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda.
TAQSIMA VIII
ĠBIR TAL-PUSTAĠĠ LI JKOLLU JITĦALLAS
Responsabbiltà  
għall-ħlas tal-
pustaġġ.
Emendat:
XXVII. 2002.2.
50. Id-destinatarju ta’ kull oġġett postali li fuqu ma jkunx
tħallas il-pustaġġ jew somma oħra li għandha titħallas skond dan l-
Att għandu jħallas il-pustaġġ jew somma oħra li jkollha titħallas
meta jaċċetta l-kunsinna ta’ l-oġġett postali, kemm-il darba ma
jagħtihx lura minnufih magħluq:
Iżda meta l-pustaġġ jew xi somma oħra li jkollha titħallas
skond dan l-Att ikollu jitħallas fuq oġġett postali li jkun ġie
impustat f’Malta u jkun indirizzat lil persuna f’Malta, u d-
destinatarju jirrifjuta li jaċċetta l-konsenja u jagħti lura minnufih
magħluq dak l-oġġett postali, jew jekk id-destinatarju jkun mejjet
jew ma jkunx jista’ jinstab, min ikun bagħtu jkollu jħallas dak il-
pustaġġ jew kull somma oħra li jkollha titħallas taħt dan l-Att.
  30      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
Ġbir ta’ ammonti li 
jkollhom jitħallsu.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 30.
51. Jekk xi persuna tirrifjuta li tħallas xi pustaġġ jew somma
oħra li jkollha titħallas skond dan l-Att dwar xi oġġett postali, dak
il-pustaġġ jew somma oħra tista’, fuq it-talba ta’ l-operatur postali,
tinġabar bħala dejn ċivili.
Ġbir ta’ dazju tad-
Dwana.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 31.
52. Meta oġġett postali, li fuqu jkollu jitħallas xi dazju tad-
Dwana, ikun ġie riċevut bil-posta minn xi post barra minn Malta, l-
ammont ta’ dak id-dazju għandu mingħajr preġudizzju għall-effett ta’
xi liġi li skondha dak id-dazju kellu jitħallas, jinġabar ukoll
daqslikieku kien pustaġġ taħt dan l-Att.
Il-marka uffiċjali 
hija prova ta’ l-
ammont tal-
pustaġġ.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 32.
53. Il-marka jew il-boll uffiċjali fuq oġġett postali li juri li xi
pustaġġ jew somma oħra jkollha titħallas dwaru lill-operatur
postali, jew lil xi uffiċċju tal-posta ta’ xi pajjiż ieħor, għandu, jekk
ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, ikun prova li s-somma murija kif
intqal qabel ikollha titħallas.
TAQSIMA IX 
VALIĠĠI BIL-BAĦAR JEW BL-AJRU
Dmir ta’ kaptan ta’ 
bastiment li jasal 
f’xi port jew post 
f’Malta. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 33.
54. (1) Kull kaptan ta’ bastiment jew pilota ta’ ajruplan li jkollu
abbord xi oġġett postali jew valiġġa postali li tkun mibgħuta lejn Malta
għandu, minnufih kif jasal f’xi port jew post f’Malta, jara li dak l-
oġġett postali jew valiġġa postali jiġu kkonsenjati lill-operatur postali
li jkollu jedd jirċievi dak l-oġġett jew dik il-valiġġa.
(2) Meta l-aġent ta’ bastiment jew inġenju ta’ l-ajru jkun jaf li
hemm abbord xi oġġett postali jew xkora tal-valiġġa kif imsemmi
fis-subartikolu (1), jew li dak l-oġġett jew dik l-ixkora tkun
tneħħiet minn dak il-bastiment jew l-inġenju ta’ l-ajru, hu għandu,
mingħajr dewmien, igħarraf b’dak il-fatt lill-operatur postali involut.
Dmirijiet ta’ l-
uffiċjali tad-Dwana 
u tal-Pulizija.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 34.
55. Kull uffiċjal tad-Dwana jew tal-Pulizija jkun jista’ jaqbad
kull xkora tal-valiġġa jew oġġett postali li jinsab abbord xi
bastiment tal-valiġġa, f’kull port jew f’post f’Malta, li dwaru tkun
inkisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u f’kull każ
bħal dak, dak l-uffiċjal għandu jibgħatu lill-Awtorità  flimkien ma’
rapport taċ-ċirkostanzi ta’ dak il-qbid.
Dmir tal-kaptani 
ta’ bastimenti li ma 
jkunux bastimenti 
tal-valiġġa li jġorru 
xkejjer tal-valiġġa.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5.
56. (1) Kull kaptan ta’ bastiment, li ma jkunx bastiment tal-
valiġġa, li jkun se jitlaq minn xi port jew f’post f’Malta għal xi port
jew post barra minn Malta għandu jirċievi abbord kull xkora tal-
valiġġa mogħtija lilu biex iġorrha minn xi uffiċjal ta’ operatur
postali, għandu jagħti riċevuta għaliha lill-imsemmi uffiċjal, u
għandu mingħajr dewmien u wara li jieħu l-passi u l-
prekawzjonijiet kollha xierqa għas-sigurtà  ta’ l-ixkejjer tal-valiġġa,
jikkunsinnahom lill-awtoritajiet postali fil-port jew fil-post ta’
destinazzjoni tal-bastiment.
(2) Il-kaptan ta’ kull bastiment li jirċievi abbord xi xkora tal-
valiġġa skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jkollu
dritt għall-ħlas immedjat ta’ dik il-gratifikazzjoni li jkollha titħallas
għas-servizz li jkun se jingħata taħt dawk id-disposizzjonijiet
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    31
skond ir-rati stabbiliti mill-Awtorità  u pubblikati fil-Gazzetta.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) għandhom
mutatis mutandis japplikaw ukoll għall-ġarr ta’ xkejjer tal-valiġġa
minn post għal ieħor f’Malta.
TAQSIMA X 
MONEY U POSTAL ORDERS
Jistgħu jsiru 
regolamenti dwar 
is-sistema ta’ 
money orders.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 35.
57. (1) Il-Ministru wara li jikkonsulta ma’ l-Awtorità  jista’
jipprovdi biex jintbagħtu flus bil-posta bil-mezz ta’ money orders,
u jista’ jagħmel regolamenti għall-ħruġ u l-ħlas ta’ dawk il-money
orders.
(2) B’mod partikolari iżda bla ħsara għall-ġeneralità  tas-
setgħat ta’ qabel, dawk ir-regolamenti jistgħu jippreskrivu -
(a) il-limitu ta’ l-ammont li għalih jistgħu jinħarġu money
orders;
(b) iż-żmien li għalih il-money orders jibqgħu jiswew;
(ċ) ir-rati ta’ kummissjoni jew tad-drittijiet li għandhom
jitħallsu fuq money orders jew dwarhom; u
(d) il-ġbir ta’ rati ta’ kummissjoni jew drittijiet
addizzjonali.
Setgħa tal-mittent 
li jitlob lura money 
order jew jibdel l-
isem tad-
destinatarju. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 36.
58. (1) Bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru
jista’ b’regolamenti magħmula skond l-artikolu 57 jippreskrivi,
persuna li tibgħat flus permezz ta’ operatur postali bil-mezz ta’
money order tista’ teħtieġ li l-ammont ta’ l-order, jekk ma
jitħallasx lid-destinatarju, jitħallas lura lilha, jew jitħallas lil dik il-
persuna l-oħra li ma tkunx id-destinatarju oriġinali kif tista’ tordna.
(2) Jekk la d-destinatarju u lanqas il-mittent ta’ money order
ma jinstabu, u jekk, fi żmien sena mid-data tal-ħruġ ta’ l-order, ma
ssir ebda talba minn dak id-destinatarju jew il-mittent, l-ammont ta’
dak l-order ma jkunx jista’ jintalab mingħand l-operatur postali.
Setgħa għall-ħruġ 
ta’ postal orders.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 37.
59. Il-Ministru wara li jikkonsulta ma’ l-Awtorità  jista’
jawtorizza l-ħruġ, f’dik il-forma li tkun xierqa, ta’ money orders, li
jissejħu "postal orders", jew b’dak l-isem l-ieħor li jidhirlu xieraq,
għal ċerti ammonti stabbiliti, u jista’ jagħmel regolamenti dwar ir-
rati ta’ kummissjoni li għandhom jinġabru fuqhom, u l-mod li bih u
l-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu maħruġa, imħallsa u
kanċellati.
Flus imħallsa żejda 
jew bi żball lil 
persuna oħra.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
38.
60. Jekk xi persuna mingħajr raġuni xierqa, li l-prova tagħha
tmiss lilha, tittraskura jew tirrifjuta li tħallas lura - 
(a) xi ammont li jkun tħallas lilha dwar money order jew
postal order minn uffiċjal ta’ operatur postali li jkun
iktar minn dak li kellha titħallas dwaru; jew
(b) l-ammont ta’ money order jew postal order imħallas
  32      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
lilha minn uffiċjal ta’ operatur postali minflok lil xi
persuna oħra li lilha kellu jitħallas,
dak l-ammont jista’ jinġabar lura bħala dejn ċivili fuq it-talba ta’ l-
operatur postali.
Eżenzjoni mir-
responsabbiltà  
dwar money u 
postal orders. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
39.
61. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 29, ma tkun
tista’ tittieħed ebda azzjoni kontra l-Gvern, l-Awtorità  jew xi uffiċjali
tagħha, operatur postali jew xi uffiċjal ta’ operatur postali dwar - 
(a) xi ħaġa magħmula skond xi regolament magħmul bis-
saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 57 u 59;
(b) il-ħlas ħażin ta’ money order jew postal order;
(ċ) kull telf jew ħsara li tiġri bid-dewmien ta’ ħlas ta’
money order jew postal order;
(d) kull irregolarità  oħra li għandha x’taqsam ma’ money
order jew postal order;
(e) kull ħaġa magħmula mill-Awtorità  bis-saħħa tas-
setgħat mogħtija lilha b’dan l-Att.
TAQSIMA XI
REATI U PIENI 
Reati u pieni. 
Sostitwit:
XXVII. 2002.40.
62. (1) Kull min jipprovdi jew iħaddem xi servizzi postali
mingħajr awtorizzazzjoni taħt u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att jew bi ksur ta’ xi kondizzjoni, restrizzjoni jew limitazzjoni
imposta minn jew taħt dan l-Att jew fl-istrument fejn ikun hemm l-
awtorizzazzjoni jkun ħati ta’ reat taħt dan l-Att u jeħel multa ta’
mhux aktar minn għaxart elef lira u fil-każ ta’ reat kontinwat ta’
mhux aktar minn mitt lira għal kull ġurnata li matulha jkompli r-
reat: 
Iżda persuna wkoll titqies li tkun kisret id-disposizzjonijiet
ta’ dan is-subartikolu jekk dik il-persuna - 
(a) twettaq xi servizz inċidentali għat-trasportazzjoni ta’
oġġett postali bi ksur ta’ dan is-subartikolu; jew 
(b) tibgħat, tgħaddi jew tikkonsenja sabiex jintbagħat, xi
oġġett postali bi ksur ta’ dan is-subartikolu; jew
(ċ) tiġbor flimkien għadd ta’ oġġetti postali bil-għan li
tibgħathom bi ksur ta’ dan is-subartikolu.
(2) Kull min jonqos milli jipprovdi dik l-informazzjoni li l-
Awtorità  tista’ teħtieġ skond dan l-Att, jew li jissupplixxi
informazzjoni lill-Awtorità  jew lill-Ministru li jkun jaf, jew ikollu
tassew għaliex jaħseb, li tkun falza jew qarrieqa, jew jimpedixxi
jew jostruwixxi lill-Awtorità  jew lill-Ministru, fil-qadi ta’ xi
funzjoni taħt dan l-Att ikun ħati ta’ reat taħt dan l-Att u jeħel multa
ta’ mhux aktar minn għaxart elef lira jew priġunerija għal żmien
mhux iżjed minn sitt xhur, jew sew għal dik il-multa u dik il-
priġunerija flimkien.
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    33
(3) Kull min jattakka jew jostruwixxi jew jostakola lil xi
uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ provditur awtorizzat fil-qadi ta’
dmirijietu ma’ provditur awtorizzat bħal dak ikun ħati ta’ reat taħt
dan l-Att, u għandu meta jinsab ħati jeħel multa ta’ mhux aktar
minn elf lira jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn xahar,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(4) Kull min juża xi servizz, inkluż il-ġarr ta’ oġġett postali
provdut minn xi operatur postali, u bħala riżultat ta’ dan jagħmel
ħsara jew jikkaġuna biża’ jew inkella jista’ jagħti lok għal xi ħsara
jew biża’, jista’, meta jinsab ħati, jeħel multa ta’ mhux inqas minn
mitejn lira u mhux iżjed minn elfejn lira.
(5) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
kull min jikser jew jonqos milli jħares xi disposizzjoni ta’ dan l-Att
jew ta’ regolamenti mgħmulin jew direttivi mogħtijin taħtu ikun
ħati ta’ reat kontra dan l-Att, u għandu meta jinsab ħati jeħel multa
ta’ mhux aktar minn elf lira u fil-każ ta’ reat kontinwat multa
ulterjuri ta’ mhux iżjed minn mitt lira għal kull ġurnata li matulha
jkompli r-reat.
L-Awtorità  tista’ 
tissospendi jew 
tirrevoka liċenza, 
eċċ.
Miżjud:
XXVII. 2002.41.
63. B’żieda u mingħajr preġudizzju għal kull piena li tista’ tiġi
mogħtija taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-Awtorità  tista’
tissospendi jew tirrevoka liċenza jew awtorizzazzjoni maħruġa
favur xi operatur postali skond dan l-Att jew regolamenti
magħmulin taħtu, meta l-operatur postali jkun kiser għal diversi
drabi xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew xi regolament jew direttiva
magħmulin taħtu.
Proċedimenti għal 
reati.
Miżjud:
XXVII. 2002.41.
64. (1) M’għandhom jinbdew ebda proċedimenti għal xi reat
taħt dan l-Att mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ l-Awtorità  jew fuq
talba tagħha.
Kap. 9.
jsir appell quddiem il-qorti ta’ ġurisdizzjoni kompetenti mill-
prosekuzzjoni kontra sentenza li tingħata fi proċedimenti dwar xi
reat taħt dan l-Att.
(3) L-Awtorità  tista’ tassisti jew tmexxi fil-prosekuzzjoni ta’
reati taħt dan l-Att jew taħt regolamenti magħmulin taħtu.".
Pieni għall-ksur ta’ 
regolamenti taħt l-
artikolu 38.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
42.
65. Kull persuna, li tkun nominata biex tbiegħ il-bolli - 
(a) tieħu mingħand xi xerrej f’Malta għal xi bolla jew
kwantità  ta’ bolli tax-xorta ta’ dawk li jistgħu jinkisbu
minn uffiċċju tal-posta, prezz ogħla minn dak stabbilit
b’xi regolament magħmul taħt l-artikolu 38; jew
(b) tikser xi regolament ieħor magħmul taħt l-imsemmi
artikolu 38,
teħel, meta tinsab ħatja, ammenda jew multa li ma tkunx iżjed minn
mitejn lira jew detenzjoni fid-diskrezzjoni tal-qorti.
Piena għall-ksur ta’ 
l-artikolu 47. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 43.
66. (1) Kull persuna li, bi ksur ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47, tibgħat jew tippreżenta, jew
tittrasferixxi sabiex jiġu mibgħuta bil-posta xi oġġett postali jew
ħaġa oħra, teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira jew detenzjoni jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
  34      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
iżjed minn tliet xhur.
(2) Meta oġġett postali jkun ġie miżmum skond l-artikolu 48,
min jibgħat l-oġġett jista’ jiġi mħarrek daqslikieku dak l-oġġett
ikun ġie ikkunsinnat fil-kors ordinarju tal-posta.
Użu ta’ bolli foloz.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 44.
67. Kull persuna li, sabiex tibgħat oġġett postali bil-posta, tuża
bolla falza jew tkun tidher li qed tħallas bil-quddiem dak l-oġġett
postali b’xi bolla li tkun ġiet użata qabel biex tħallas bil-quddiem
xi oġġett postali ieħor, jew li tkun ġiet xort’oħra użata qabel għal xi
għan ieħor, teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew
dik il-multa u priġunerija flimkien.
Użu illegali ta’ 
timbri tal-posta. 
Sostitwit:
XXVII. 2002.45.
68. Kull min mingħajr ebda awtorità  leġittima juża xi siġill jew
strument li jintuża mill-Awtorità  jew minn operatur postali biex
jimmarka xi bolla għandu meta jinsab ħati jeħel multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Piena għal min 
jagħmel ħsara 
f’kaxxa ta’ l-ittri 
ta’ uffiċċju tal-
posta.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
46.
69. Kull persuna li tqiegħed ġewwa jew ħdejn xi kaxxa ta’ l-
ittri provduta mingħand operatur postali biex tirċievi oġġetti
postali, xi nar jew xi sustanza jew xi fluwidu esplożiv, perikoluż,
maħmuġ, li jagħmel deni jew ħsara, jew tagħmel xi ħaġa mhux
xierqa ġewwa jew ħdejn il-kaxxa ta’ l-ittri, jew tagħmel xi ħaġa li
x’aktarx tagħmel ħsara lil dik il-kaxxa ta’ l-ittri jew lill-ħwejjeġ
tagħha jew lil dak li jkun hemm fiha, teħel, meta tinsab ħatja, il-
pieni stabbiliti bl-artikolu 66.
Pieni għal min 
igħarraq uffiċċji 
tal-posta. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
47.
70. Kull persuna li mingħajr awtorità  xierqa twaħħal xi
kartellun, reklam, avviż, lista, dokument, tabella jew xi ħaġa oħra
f’xi uffiċċju tal-posta jew fuqu, jew tiżbogħ, iċċappas jew b’xi mod
tgħarraq xi uffiċċju tal-posta, teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux iżjed minn mitejn lira.
Reati minn kaptani 
ta’ bastimenti. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 48.
71. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 54 jew 56 teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira.
Piena għat-tiżmim 
ta’ oġġetti postali 
abbord bastiment li 
jasal Malta.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 49.
72. Kull kaptan ta’ bastiment li jasal f’xi port jew post f’Malta,
jew kull persuna abbord dak il-bastiment jew inġenju ta’ l-ajru li
xjentement ikollha fil-bagalji tagħha jew fil-pussess jew fil-
kustodja tagħha, wara li l-oġġetti postali ta’ abbord jew xi wħud
minnhom ikunu ntbagħtu lill-operatur postali involut, xi oġġett
postali jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
lira.
Piena għal min 
iżomm il-valiġġa 
jew jiftaħ xkejjer 
tal-valiġġa. 
Emendat: 
XVIII. 1977.14;
XXVII. 2002.2, 5, 
50.
73. Kull persuna li żżomm, ħlief taħt l-awtorità  ta’ dan l-Att
jew b’ordni ta’ qorti kompetenti, xi oġġett postali waqt it-traġitt
tiegħu bil-posta, jew xi uffiċjal ta’ operatur postali jew xi vettura li
tkun qed iġġorr xkejjer tal-posta jew oġġetti postali, jew b’xi skuża
tiftaħ xkora tal-valiġġa waqt it-traġitt tagħha bil-posta, jew tonqos
li tibgħat lura lill-operatur postali oġġett postali kif meħtieġ bil-
proviso għall-artikolu 42(d), teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira.
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    35
Piena għal min bla 
jedd jiftaħ oġġetti 
postali. 
Emendat:
XXVII. 2002.2.
74. (1) Kull persuna li b’qerq tiftaħ jew iġġiegħel li jiġi
miftuħ xi oġġett postali li kellu jiġi ikkunsinnat, jew b’qerq
tagħmel xi att li bih il-kunsinna xierqa ta’ oġġett postali tkun
impeduta jew imtawla, jew tikkomunika jew tagħmel użu minn xi
tagħrif miksub minn oġġett postali hekk miftuħ, teħel, meta tinsab
ħatja, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena jew multa.
(2) Dan l-artikolu ma għandux japplika meta d-destinatarju
jkun minuri jew persuna inkapaċitata u l-egħmil ikun sar mill-
persuna li jkollha awtorità  fuqu skond il-liġi.
Ksur ta’ 
dikjarazzjoni bil-
ġurament. 
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
51.
75. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, kull uffiċjal
ta’ operatur postali li jaġixxi bi ksur tad-dikjarazzjoni bil-ġurament
li ssir skond id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 30, jeħel, meta jinsab
ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar jew multa
ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew dik il-priġunerija u multa
flimkien.
Riżerva dwar reati 
oħra.
Emendat:
XXVII. 2002.2.
Kap. 9. 
Kap. 10. 
Kap. 37. 
76. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tolqot l-applikazzjoni tal-Kodiċi
Kriminali jew tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija jew ta’ l-
Ordinanza tad-Dwana jew xi liġi oħra, dwar xi egħmil jew nuqqas
li jikkostitwixxi reat taħt dawk il-liġijiet jew ksur tal-liġijiet fiskali,
li għalihom hemm piena akbar minn dik stabbilita b’dan l-Att jew
dwar xi reat jew kontravvenzjoni li għalih mhux speċifikament
provdut f’dan l-Att.
TAQSIMA XII 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Segretezza. 
Sostitwit: 
XVIII. 1977.15.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 5, 
52.
77. (1) Ebda uffiċjal ta’ operatur postali ma jista’ jagħti xi
tagħrif dwar oġġetti postali li jgħaddu mill-posta mingħajr il-
kunsens ta’ min jibgħathom jew tal-persuna li lilha jkunu ġew
indirizzati, jew jikxef xi tagħrif li jkun seta’ kiseb minħabba l-
kariga tiegħu, ħlief għall-fini tal-qadi ta’ dmirijietu ma’ l-operatur
postali, jew għal xi azzjoni dwar xi reat kontra xi liġi, jew f’dawk
il-każijiet l-oħra li bil-liġi hu jista’ jiġi awtorizzat jew ikun meħtieġ
li jikxef tagħrif bħal dak.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jkomplu japplikaw
għal kull persuna li f’xi żmien kienet uffiċjal ta’ operatur postali
wkoll wara li ma tkunx baqgħet uffiċjal bħal dak dwar kull tagħrif
li tkun kisbet fil-waqt li hekk kienet uffiċjal.
L-uffiċjali eżentati 
milli jservu ta’ 
ġurati.
Emendat:
XXVII. 2002.2, 53.
78. L-uffiċjali kollha tal-provditur ta’ servizz universali jkunu
eżentati milli jservu ta’ ġurati.
Riżerva.
Emendat:
XXVII. 2002.2.
79. Ir-regolamenti jew ir-regoli kollha, u kull rati u drittijiet
magħmula jew stabbiliti b’dan jew skond l-Att ta’ l-1924 dwar l-
Uffiċċju tal-Posta* li huma fis-seħħ qabel ma jibda jseħħ dan l-Att
jibqgħu fis-seħħ daqslikieku saru jew ġew stabbiliti bi jew taħt id-
disposizzjonijiet korrispondenti ta’ dan l-Att u jistgħu jiġu
  36      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
emendati, revokati, mibdula jew sostitwiti skond hekk.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
Miżjud:
XXVII. 2002.54.
80. (1) Il-liċenza maħruġa mill-Ministru lil Maltapost p.l.c.
b’seħħ mill-1 ta’ Mejju, 1998 taħt dan l-Att għandha, minkejja t-
tħassir ta’ xi disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fis-seħħ fil-waqt tal-
ħruġ ta’ dik il-liċenza, tkompli fis-seħħ bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kif dawn jistgħu jiġu emendati minn
żmien għal żmien u sakemm isiru dwar il-liċenza dawk il-modifiki,
adattamenti u limitazzjonijiet hekk kif il-Ministru, wara li
jikkonsulta ma’ l-Awtorità , jista’ jqis li jkunu meħtieġa jew xierqa
għal dak il-għan.
(2) Kull modifika, adattament u limitazzjoni għall-liċenza
mogħtija lil Maltapost p.l.c. fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju, 1998
għandhom isiru mill-Ministru, wara li jikkonsulta ma’ l-Awtorità , u
għandhom ikunu preskritti skond l-artikolu 81.
(3) Kull ordni, regolament jew avviż legali maħruġa skond xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att u fis-seħħ fl-1ta’ Mejju, 1998 għandhom
minkejja t-tħassir ta’ xi disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikomplu fis-
seħħ u jkollhom effett sakemm jiġu emendati jew imħassrin skond
l-artikolu 81.
Setgħa li jsiru 
regolamenti.
Miżjud:
XXVII. 2002.54.
81. (1) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti dwar xi waħda mill-funzjonijiet ta’ l-Awtorità
jew sabiex id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikunu jistgħu jitwettqu
aħjar.
(2) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tal-poter hawn aktar
qabel imsemmi dawk ir-regolamenti jistgħu b’mod partikolari
jkunu jipprovdu -
(a) dwar kull ħaġa dwar liċenzi u awtorizzazzjonijiet oħra
taħt dan l-Att, inkluż l-għemil ta’ drittijiet u ta’
proċeduri ta’ reġistrazzjoni u dikjarazzjoni;
(b) dwar l-inqas livelli li għandhom jiġu adottati fil-
provdiment ta’ servizzi postali inklużi l-qisien ta’
kaxxi postali u xquq li minnhom isir l-impustar u dak
kollu li jirrigwarda s-saħħa u s-sigurezza, u fil-kuntest
ta’ "servizz bażiku minn ħwienet" għall-bdil tal-ħtiġiet
rigward l-inqas servizzi postali li għandhom jiġu
provduti;
(ċ) dwar l-aħjar protezzjoni ta’ l-interessi ta’ utenti tas-
servizzi postali u sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji jew il-
proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-operaturi
postali fit-trattament ta’ l-ilmenti;
(d) dwar kif tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta f’kull
pratka, ħidma u attività  għar-rigward ta’ servizzi
postali;
(e)  dwar kif għandha ssir ir-riċerka jew l-investigazzjoni
fuq kull ħaġa għar-rigward ta’ servizzi postali regolati
*Imħassar bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 58 kif oriġinarjament promulgat, liema
subartikolu qed jitħalla barra taħt l-Att ta l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji.
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    37
minn jew taħt dan l-Att u l-provdiment ta’
informazzjoni, l-ħruġ ta’ direttivi jew linji direttivi
għall-pubbliku, għall-operaturi, u għal entijiet
kummerċjali dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-
servizzi postali;
(f) dwar kif ikun hemm konformità  ma’ xi obbligazzjoni
internazzjonali li jkollu l-Gvern dwar xi aspett tas-
servizzi postali regolat minn jew taħt dan l-Att;
(g) dwar kif jiġi regolat xi aspett tas-servizzi postali fir-
rigward tas-servizzi riservati dwar il-ħin, il-mod, il-
post u l-kondizzjonijiet li bihom jew taħthom dawk is-
servizzi għandhom ikunu pprovduti;
(h) dwar kif għandha tiġi preskritta l-informazzjoni li
għandha tinżamm minn xi operatur postali taħt dan l-
Att u l-provdiment ta’ informazzjoni statistika minn
dawk l-operaturi;
(i) dwar kif għandu jsir xi depożitu jew l-għoti  ta’ xi
garanzija li tiżgura t-twettiq ta’ xi obbligazzjoni minn
kull min ikollu dik l-obbligazzjoni imposta bħala
kondizzjoni ta’ xi liċenza jew awtorizzazzjoni taħt dan
l-Att;
(j) dwar kif jiġu stabbiliti l-kriterji li abbażi tagħhom
gruppi ta’ utenti ta’ servizzi postali jistgħu jiġu
rikonoxxuti skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
Kap. 12.
(k) dwar kif l-Awtorità  ikollha l-poter li timponi penali
amministrattivi jew sanzjonijiet fuq operatur postali li
jaġixxi bi ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’
regolamenti jew direttivi magħmulin taħtu u jipprovdu
għal proċedura għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’
multi bħal dawn liema proċedura għall-infurzar tista’
tinkludi disposizzjonijiet li penalitajiet bħal dawn
jikkostitwixxu titolu eżekuttiv għal finijiet u effetti tat-
Titolu VII tat-Taqsima I fit-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili:
Iżda l-penali amministrattivi li jkun hemm
provdut dwarhom b’regolamenti jew direttivi
magħmulin taħt dan l-artikolu m’għandhomx jeċċedu
l-ammont ta’ ħamest elef lira għal kull reat u mitejn
lira għal kull ġurnata li matulha jibqa’ għaddej in-
nuqqas li jiġu osservati d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew ta’ regolamenti magħmulin taħtu jew ta’ xi
awtorizzazzjoni;
(l) dwar kif jiġi preskritt li kull min jaġixxi bi ksur ta’ xi
regolament magħmul taħt l-Att ikun ħati ta’ reat u biex
isiru l-pieni li dik il-persuna tkun tista’ teħel:
Iżda ebda piena bħal dik m’għandha tkun ikbar
minn multa ta’ iżjed minn elf lira;
(m) dwar kif jiġi preskritt il-mod li bih avviż, strument, att
jew dokument li jkunu meħtieġa jew awtorizzati minn
jew taħt dan l-Att jistgħu jiġu notifikati jew mogħtija;
  38      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
(n) dwar kif tiġi preskritta kull ħaġa li tista’ tkun jew tkun
meħtieġa li tkun preskritta b’dan l-Att.
Sostitwita: 
XVIII. 1977.17.
Emendata:
XXVII. 2002.55.
L-EWWEL SKEDA 
ġ ARTIKOLU 30ħ
Dikjarazzjoni 
Jiena, , hawn taħt iffirmat niddikjara
bil-ġurament/solennement li -
(a) Volontarjament ma niftaħx u ma ndewwimx, ma
nġiegħelx u ma nħallix lil min jiftaħ jew idewwem, kontrarjament
għad-dmirijiet tiegħi, xi oġġett postali li jiġi f’idejja jew li jkun
taħt il-kustodja tiegħi minħabba l-kariga tiegħi fis-servizz postali,
ħlief bil-kunsens ta’ min jibgħatu jew tal-persuna li lilha dan ikun
indirizzat, jew ħlief f’dawk il-każijiet li fihom inkun hekk
awtorizzat jew ordnat skond il-liġi;
(b) Illi b’ebda mod ma nieħu b’qerq jew nisraq xi oġġett
postali; 
(ċ) Illi f’ebda żmien, sew jekk għadni jew m’għadnix fis-
servizz postali, ma nagħti xi tagħrif dwar oġġetti postali li jgħaddu
mill-posta, jew miksubin minni minħabba l-impieg tiegħi, ħlief
meta nkun hekk awtorizzat jew meħtieġ skond il-liġi.
Emendata:
XXVII. 2002.5, 56.
IT-TIENI SKEDA
ġ ARTIKOLU 49(3)ħ
Bord ta’ l-Appelli dwar Stampat
Għamla, żmien tal-
kariga u 
rimunerazzjoni tal-
Bord.
1. (1) Il-Bord ikun magħmul minn mhux inqas minn ħames u
mhux iktar minn seba’ membri, li wieħed minnhom ikun maħtur
chairman, u dawk il-membri jkunu maħtura mill-Ministru minn
fost persuni li fil-fehma tiegħu jkunu kwalifikati għal hekk.
(2) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal fis-servizz pubbliku biex
jagħmilha ta’ Segretarju tal-Bord u dak l-uffiċjal (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejjaħ "is-Segretarju") għandu jattendi l-laqgħat tal-
Bord u jista’ jieħu sehem fil-proċedimenti tiegħu, iżda ma jkollux
il-jedd li jivvota fuq il-kwistjonijiet li jiġu quddiem il-Bord.
(3) Il-membri tal-Bord, barra mis-Segretarju, iżda magħduda l-
membri supplementarji maħtura taħt is-sub-paragrafu (6) ta’ dan il-
paragrafu, jistgħu f’kull żmien jirriżenjaw il-ħatra tagħhom u l-
Ministru jista’ jordna li kull membru kif intqal li fil-fehma tiegħu
Din id-dikjarazzjoni ġiet maħlufa/ġiet dikjarata
solennement quddiemi fi
ta’ 19
Ħ ..............
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    39
ma jkunx tajjeb biex ikompli il-kariga jew li ma jkunx jista’ jaqdi
d-dmirijiet tiegħu jieqaf milli jżomm il-kariga tiegħu; iżda, ħlief kif
intqal qabel, il-membri tal-Bord għandhom iżommu l-kariga għal
dak iż-żmien, li ma jkunx iktar minn sentejn mid-data tal-ħatra
tagħhom, kif jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru mal-ħatra tagħhom u
jkunu jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid.
(4) Is-Segretarju iżomm il-kariga tiegħu għal dak iż-żmien li
jidhirlu l-Ministru.
(5) Il-membri tal-Bord, barra mis-Segretarju, għandhom
jitħallsu dik ir-rimunerazzjoni, sew bħala dritt jew allowance, kif
il-Ministru jista’ jistabbilixxi bi ftehim mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi.
(6) Il-Ministru jista’ wkoll jaħtar membri supplementarji tal-
Bord biex iservu fuq il-Bord għal dawk iż-żminijiet jew f’dawk l-
okkażjonijiet li fihom uħud mill-membri jkunu nieqsa minn Malta
jew temporanjament ma jkunux jistgħu jattendu għad-dmirijiet
tagħhom, u jista’ minn żmien għal żmien jagħżel kull membru tal-
Bord biex jagħmilha ta’ chairman meta ċ-Chairman ikun nieqes
minn Malta jew temporanjament ma jkunx jista’ jattendi għad-
dmirijiet tiegħu.
(7) L-ismijiet tal-membri u tal-membri supplementarji tal-
Bord u tas-Segretarju għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-
Gvern.
(8) Fil-qadi tal-funzjonijiet mogħtija bis-sub-paragrafi (1), (3)
u (6) ta’ dan il-paragrafu l-Ministru għandu jaġixxi bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għad-Dwana.
Konsultazzjonijiet 
mal-Bord u 
interpreti. 
2. (1) Il-Bord jista’ jikkonsulta jew jieħu l-parir ta’ kull
persuna meta fil-fehma tiegħu jkun meħtieġ jew spedjenti li
jikkonsultaha, jew jieħu parir, għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet
tiegħu, u jista’ għal dan il-qadi juża s-servizzi ta’ interpreti.
(2) Il-Ministru jista’ b’konsultazzjoni mal-Bord jistab-bilixxi
d-drittijiet li għandhom jitħallsu lil kull persuna li tgħin lill-Bord
skond is-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu.
Proċedura tal-
Bord.
3. (1) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu
b’maġġoranza tal-membri preżenti u li jivvotaw.
(2) Erba’ membri tal-Bord jifformaw quorum u  ċ-Chairman
ikollu vot deċiżiv barra mill-vot oriġinali tiegħu fil-każ ta’ voti
ndaqs.
(3) Il-laqgħat tal-Bord isiru bil-magħluq f’dak il-post, f’dawk
il-ġranet u f’dawk il-ħinijiet li ċ-Chairman jista’ minn żmien għal
żmien jistabbilixxi meta jqis il-ħelsien ta’ malajr tax-xogħol.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ din l-
Iskeda, il-Bord jista’ jirregola l-proċedura tiegħu stess.
Proċedura għal 
appell.
Emendat: 
VI. 1990.2;
VI. 2001.12.
4. (1) Malli xi stampat jiġi miżmum skond l-artikolu 48, l-
Awtorità  għandha minnufih tara li l-persuna li lilha dak l-istampat
kien indirizzat jew dirett tingħata avviż bil-miktub ta’ dak il-fatt.
(2) Kull meta xi stampat ikun ġie miżmum kif intqal qabel, il-
persuna li lilha dak l-istampat kien indirizzat, jew fil-każ ta’ korp
  40      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
ta’ persuni, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ l-appellant), jista’, fi żmien għaxart ijiem minn
mindu jirċievi l-avviż fuq imsemmi, jappella lill-Bord skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda fejn juri għaliex l-istampat għandu
jiġi ikkunsinnat lilu.
(3) Dik l-applikazzjoni għandha ssir jew b’ittra indirizzata lis-
Segretarju f’dak l-indirizz li l-Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta
jistabbilixxi, jew billi tiġi mimlija, iffirmata u kunsinnata lis-
Segretarju dik il-formula stampata ta’ l-appell li s-Segretarju
għandu, bl-approvazzjoni tal-Bord, iqiegħed għad-disposizzjoni
f’dak l-indirizz li l-Ministru jista’ b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi,
mingħajr ħlas, għal hekk. Dawk l-applikazzjonijiet ma jkunux
suġġetti għat-taxxa fuq dokumenti.
(4) Bla ħsara għal kull raġuni oħra li għaliha stampat għandu
jiġi kunsinnat lilu, l-appellant jista’ jagħti bħala raġuni - 
(a) li dak l-istampat ma jkunx tax-xorta li tiġġustifika li
jiġi miżmum skond l-artikolu 48; jew 
(b) illi huwa, bħala rappreżentant awtorizzat ta’
organizzazzjoni edukattiva, professjonali, kulturali
jew xjentifika, jeħtieġ l-istampat għall-użu biss tal-
membri ta’ dik l-organizzazzjoni u illi dak l-użu huwa
fil-limiti ta’ l-għanijiet prinċipali ta’ l-organizzazzjoni
u mhux ta’ ħsara morali għall-membri tagħha;
(ċ) illi huwa jeħtieġ l-istampat li għandu x’jaqsam ma’ dik
l-attività  edukattiva, professjonali, kulturali jew
xjentifika li tkun qegħda leġittimament titwettaq
minnu, u illi huwa ma jkunx sejjer imexxi dak l-
istampat ħlief lil persuni li jkunu qegħdin iwettqu
attività  edukattiva, professjonali, kulturali jew
xjentifika simili u f’dan il-każ b’kondizzjoni simili li
ma jmexxux dak l-istampat.
(5) Il-Bord għandu, jekk mitlub, iħalli li jsirulu rappreżentaz-
zjonijiet, jew orali jew bil-miktub, minn jew f’isem l-Awtorità , l-
operatur postali involut skond il-każ u l-appellant u għandu jiżgura li
kull wieħed minnhom ikun jaf il-fatti u l-argumenti mressqin mill-
ieħor.
(6) Il-Bord, wara li jikkunsidra kull rappreżentazzjoni li ssirlu,
għandu jagħti bil-miktub id-deċiżjoni motivata tiegħu li tkun finali
u konklużiva; u kopja ta’ dik id-deċiżjoni għandha tintbagħat
minnufih bil-miktub, permezz tas-Segretarju, lill-Awtorità , lill-
operatur postali involut skond il-każ u lill-appellant:
Iżda appell fuq punt ta’ liġi biss jista’ jsir lill-Qorti ta’ l-
Appell (Kompetenza Inferjuri) b’rikors ippreżentat fi żmien tlett
ijiem tax-xogħol mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord lill-
Awtorità , lill-operatur postali skond il-każ u lid-destinatarju. Iċ-
Chairman tal-Bord f’kull każ ikun appellat fl-appell.
(7) Jekk il-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) tiddeċiedi
favur id-destinatarju, l-Awtorità  għandha minnufih tordna l-ħelsien
ta’ l-istampat miżmum. 
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    41
(8) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan il-paragrafu jistabbilixxi d-drittijiet li
jitħallsu fir-reġistru tal-qrati f’konnessjoni mal-preżentata ta’ atti
bil-miktub f’konnessjoni ma’ appelli taħt dan l-Att:
Kap. 12.
Iżda sakemm dawk id-drittijiet ikunu ġew hekk stabbiliti
mill-Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda
A li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(9) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli li
jirregolaw appelli lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri)
taħt dan l-Att.
Il-Bord jiltaqa’ 
regolarment. 
5. Il-Bord għandu jiltaqa’ mhux inqas minn darba fil-ġimgħa
sabiex jikkunsidra l-appelli skond il-paragrafu 4 ta’ din l-Iskeda u,
ħlief għal xi raġuni li f’kull każ tkun approvata mill-Ministru jew
bil-kunsens ta’ l-appellant, ma għandux idum ma jagħti d-deċiżjoni
fuq xi appell bħal dak aktar minn ħmistax-il ġurnata mid-data li
fiha jiġi ippreżentat l-appell lis-Segretarju jew minn meta jiġi
riċevut minnu.
Proċedura speċjali 
dwar gazzetti u 
perijodiċi maħruġa 
f’intervalli ta’ 
mhux iżjed minn 
ġimgħa.
6. (1) Fil-konsiderazzjoni ta’ gazzetti u perijodiċi li jinħarġu
f’intervalli ta’ mhux iżjed minn ġimgħa li hu jissospetta li jiksru l-
paragrafu (d) jew (e) ta’ l-artikolu 47, l-Awtorità  m’għandhiex
teżerċita s-setgħat tagħha meta tkun qed tordna ż-żamma tagħhom taħt
l-artikolu 48 ħlief wara li jikkonsulta ma’ membru, li ma jkunx iċ-
Chairman, tal-Bord; u meta jiddeċiedi li jżomm xi gazzetta jew
perijodiku bħal dak għandu minnufih igħarraf liċ-Chairman tal-
Bord b’dak il-fatt u jirreferi l-kwistjoni lill-Bord; u ċ-Chairman
għandu wara hekk isejjaħ laqgħa urġenti tal-Bord għall-istess
ġurnata jew, jekk iċ-ċirkostanzi ma jippermettux, għal ġurnata li
taħbat wara dik li jirċievi t-tagħrif.
(2) Meta ssir dik ir-riferta lill-Bord, il-kwistjoni għandha tiġi
trattata skond id-disposizzjoni tal-paragrafu 4 ta’ din l-Iskeda
bħallikieku kienet appell magħmul taħt dak il-paragrafu u bl-istess
mod tkun suġġetta għal appell ieħor, fuq punt ta’ liġi biss, lill-Qorti
ta’ l-Appell.
Limitazzjonijiet 
fuq setgħa biex jiġi 
meqrud stampat li 
għalih tapplika din 
l-Iskeda.
7. Stampat li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Iskeda ma jistax jiġi meqrud ħlief bl-awtorità  bil-miktub tal-
Ministru kull meta ż-żmien mogħti għal appell ikun għadda
mingħajr ma jkun sar appell, jew meta appell ikun ġie deċiż
finalment mill-Bord jew mill-Qorti ta’ l-Appell skond il-każ.
  42      KAP. 254. ħ        SERVIZZI POSTALI 
Miżjuda:
XXVII. 2002.57.
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 23)
Proċeduri ta’ kontijiet
1. Bla ħsara għall-artikolu 23 ta’ dan l-Att u skond direttivi
stipulati mill-Awtorità , l-provditur ta’ servizz universali għandu
jżomm kontijiet separati fis-sistema ta’ kontijiet li juża, għal kull
wieħed mis-servizzi fis-settur riservat min-naħa waħda u fis-settur
mhux riservat min-naħa l-oħra. Il-kontijiet għas-settur mhux
riservat għandu jkun jiddistingwi b’mod ċar bejn servizzi li huma
parti mis-servizz universali u servizzi li ma jkunux. Tali sistemi tal
kontijiet interni għandhom joperaw abbażi ta’ prinċipji ta’ kontijiet
msejsa fuq in-nefqa li jkunu applikati konsistement u ġustifikabbli
oġġettivament. 
2. Is-sistema ta’ kontijiet imsemmi fil-paragrafu 1 għandha,
mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, talloka l-ispejjeż lil kull
settur tas-servizzi riservat u mhux riservat rispettivament bil-mod li
ġej:
(a) l-ispejjeż li jistgħu ikunu direttament assenjati lil xi
servizz partikolari għandhom ikunu hekk assenjati;
(b) l-ispejjeż komuni, jiġifieri dawk l-ispejjeż li jistgħu
ma jkunux direttament assenjati lil xi servizz
partikolari, għandhom ikunu allokati kif ġej: 
(i) kull meta jkun possibbli, l-ispejjeż komuni
ikunu allokati abbażi ta’ l-analiżi diretta ta’ l-
oriġini ta’ l-ispejjeż infushom; 
(ii) meta  ma tkunx possibbli l-analiż diretta,
għandhom jiġu allokati kategoriji ta’ spejjeż
komuni abbażi ta’ rabta indiretta lil xi kategorija
ta’ spejjeż oħra jew grupp ta’ kategoriji ta’
spejjeż li dwarhom ikunu possibbli assenjament
jew allokazzjoni diretti; ir-rabta indiretta
għandha tkun imsejsa fuq strutturi ta’ spejjeż
komparabbli; 
(iii) meta  la l-miżuri diretti u lanqas dawk indiretti
ta’ allokazzjoni ta’ spejjeż ma tkun tista’ tinsab,
il-kategorija ta’ spejjeż għandha tkun allokata
abbażi ta’ allokatur ġenerali li jiġi komputat billi
jintuża l-proporzjon ta’ l-ispejjeż kollha
direttament jew indirettament assenjati jew
allokati, min-naħa waħda, għal kull wieħed mis-
servizzi riservati u , min-naħa l-oħra, għas-
servizzi l-oħra. 
3. Sistemi oħra ta’ kontijiet ta’ l-ispejjeż jistgħu jkunu
applikati biss jekk ikunu kompatibbli mal-paragrafu 1 u jkunu ġew
approvati bil-quddiem u bil-miktub mill-Awtorità . 
4.  Il-provditur ta’ servizz universali għandu jħares xi waħda
mis-sistemi ta’ kontijiet ta’ l-ispejjeż deskritti fil-paragrafi 1 u 2 li
jkunu verifikati minn awdituri mqabbda mill-provditur u l-
 SERVIZZI POSTALI  ġ K AP. 254.    43
provditur għandu jippubblika dikjarazzjoni li tkun tirrigwarda l-
konformità  f’żewġ gazzetti ta’ kuljum mill-inqas darba fis-sena
kalendarja. 
5. L-Awtorità  għandha żżomm disponibbli, sa tali livell ta’
dettall li jkun adatt, informazzjoni fuq is-sistemi ta’ kontijiet ta’ l-
ispejjeż applikati mill-provditur ta’ servizz universali. 
6. L-Awtorità  tista’ titlob lill-provditur ta’ servizz universali
li jipprovdi, b’mod konfidenzjali, informazzjoni dwar il-kontijiet
dettaljata li toriġina minn dawk is-sistemi ta’ kontijiet ta’ l-
ispejjeż.
