TRASFERIMENTTAN-NEGOZJUTA’BARCLAYSBANK ġKAP. 257.   1
KAPITOLU 257
ATT DWAR IT-TRASFERIMENT TAN-
NEGOZJU TA’ BARCLAYS BANK
Biex jipprovdi għal ħwejjeġ dwar jew li huma konsegwenzjali jew
inċidentali għal, it-trasferiment b’att pubbliku tan-negozju f’Malta tal-
Barclays Bank International Limited, magħdud l-attiv u l-passiv kollu
tiegħu, u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ jew li
huma inċidentali għa,l xi waħda mill-ħwejjeġ imsemmija.
(12 ta’ Awissu, 1975)*
Sar liġi bl-ATT XXXIX ta’ l-1975.
Titolu fil-qosor. 
Negozju ta’ Barclays Bank.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 215. 
"Barclays Bank" tfisser il-kumpannija magħrufa bħala Barclays
Bank International Limited u li taħdem f’Malta taħt liċenza
maħruġa bis-saħħa ta’ l-Att dwar il-Kummerċ Bankarju# fil-15 ta’
Frar, 1971;
"data tas-seħħ" tfisser id-data li fiha jibda jseħħ it-trasferiment
tan-negozju rilevanti;
"garanzija" tinkludi kull privileġġ, ipoteka, mortgage, rahan,
obbligazzjonijiet, garanzija, indennizz, obbligazzjoni u kull mezz
ieħor li bih jiġi żgurat il-ħlas jew l-ħelsien minn dejn,
responsabbiltà jew obbligazzjoni;
"kumpannija li lilha jsir it-trasferiment" tfisser il-kumpannija
indikata mill-Ministru bħala l-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"negozju rilevanti" tfisser in-negozju ta’ Barclays Bank f’Malta
kif ikun fid-data tas-seħħ.
(2) B’dak kollu li jinsab f’kull liġi oħra, jew f’kull att, kuntratt,
kitba jew dokument ieħor ikun li jkun, id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att għandhom iseħħu, u fil-każ ta’ xi konflitt bejn id-
disposizzjoni ta’ dan l-Att u disposizzjoni ta’ xi liġi oħra jew xi
ħaġa li tinsab f’xi att, kuntratt, kitba jew dokument ieħor ikun li
jkun, għandhom jipprevalu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Effett ta’ l-att li 
jittrasferixxi n-
negozju rilevanti.
3. (1) Meta att pubbliku li jsir bejn il-Barclays Bank u l-
kumpannija li lilha jsir it-trasferiment u li miegħu jkollu anness l-
indikazzjoni mill-Ministru ta’ dik il-kumpannija bħala l-
kumpannija li lilha jsir it-trasferiment jittrasferixxi jew ikun jidher
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 521 tat-12 ta’ Awissu, 1975.
#Imħassar bl-artikolu 37 ta’ l-Att XV ta’ l-1994.  Ara l-Att dwar Kummerċ
Bankarju (Kapitolu 371).
 2      KAP. 257.ħ    TRASFERIMENTTAN-
li qed jittrasferixxi n-negozju rilevanti, dak l-att għandu, mid-data
tas-seħħ, jittrasferixxi dak in-negozju kollu u - 
(a) l-inklużjoni f’dak it-trasferiment ta’ l-attiv u l-passiv
tan-negozju tal-Barclays Bank f’Malta għandu jinkludi
f’ dak it-trasferiment il-proprjetà kollha ta’ kull xorta,
mobbli w immobbli, li huma proprjetà ta’ l-imsemmi
bank u li jkunu qegħdin f’Malta jew li jkollhom
x’jaqsmu man-negozju tiegħu f’Malta fid-data tas-
seħħ, u d-drittijiet kollha, reali jew personali, u r-
responsabbiltajiet u l-obbligi kollha ta’ dak il-bank
dwar in-negozju tiegħu f’Malta kif ikunu fid-data tas-
seħħ, kif ukoll kull dritt aċċessorju jew anċillari,
magħduda ipoteki, privileġġi, rahan, pleġġerija u
drittijiet oħra li jiggarantixxu xi dritt jew obbligu
ieħor;
(b) dwar kull proprjetà immobbli jew ħaġa oħra immobbli
u dwar kull drittijiet f’dik il-proprjetà jew fuqha,
magħdud kull privileġġ jew ipoteka, li jkunu parti
minn dak it-trasferiment kif issemma’ qabel, dak it-
trasferiment għandu jkollu effett dwar terzi persuni
mar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku ta’ l-att
pubbliku li jagħmel dak it-trasferiment permezz ta’
nota li jkun fiha indikazzjoni tal-partijiet fl-att u d-data
u x-xorta ta’ dak l-att, mingħajr tħaris ieħor ta’ xi
ħtieġa tal-liġi dwar il-partikolaritajiet u indikazzjoni
oħra tal-ħaġa, proprjetà jew dritt ieħor, inkluż f’dak l-
att jew ta’ xi ħtieġa jew formalità oħra; u
(ċ) it-trasferiment ta’ kull dritt, dejn jew obbligu ieħor,
jew ta’ xi proprjetà jew ħaġa oħra, kif intqal qabel -
(i) ma jġib ebda novazzjoni f’xi dritt, dejn jew
obbligu bħal dak, u kull dritt, dejn jew obbligu
bħal dak għandu jibqa’ kollu effett daqslikieku
ma kienx hemm tibdil fid-detentur, fil-kreditur,
jew fid-debitur tagħhom u daqslikieku minn
dejjem kienu drittijiet, djun jew obbligi tal-
kumpannija li lilha jsir it-trasferiment;
(ii) ma jġib ebda ksur ta’ patt jew kondizzjoni, sew
statutarja jew kuntrattwali u ma jagħtix lok għal
xi konfiska;
(iii) ma jinvalidax, ma jeħlisx u ma jilliberax xi
kuntratt jew garanzija;
(iv) ma jagħtix lok għal ħlas ta’ xi lawdemju,
premju, penali jew xi ħlas ieħor ikun li jkun.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma żżomm
lin-nutar li jirċievi l-att li bih isir it-trasferiment tan-negozju
rilevanti milli jdaħħal f’kull reġistru xieraq fir-Reġistru Pubbliku
jew f’xi nota reġistrata jew insinwata f’dak ir-Reġistru, dik ir-
riferenza jew annotazzjoni oħra li tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi.
TRASFERIMENTTAN-NEGOZJUTA’BARCLAYSBANK ġKAP. 257.   3
Effetti addizzjonali 
tat-trasferiment 
tan-negozju 
rilevanti.
4. (1) Bla ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att meta n-negozju rilevanti jkun trasferit kif
provdut f’dak l-artikolu -
(a) kull kuntratt dwar in-negozju li jkollu effett fid-data
tas-seħħ u li fih il-Barclays Bank ikun parti għandu,
f’dik id-data u wara, jibqa’ ikollu effett u għandu
jiftiehem daqslikieku -
(i) il-kumpannija li lilha jsir it-trasferiment kienet
parti fih minflok il-Barclays Bank;
(ii) minflok kull riferenza (tkun kif tkun miktuba u
sew jekk espressa jew mifhuma) għall-Barclays
Bank kien hemm sostitwita, dwar kull ħaġa li
jkollha ssir fid-data jew wara d-data tas-seħħ,
riferenza għall-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment; u
(iii) minflok kull riferenza (tkun kif tkun miktuba u
sew jekk espressa jew mifhuma) għad-diretturi
jew għal direttur, uffiċjal jew impjegat tal-
Barclays Bank kien hemm sostitwit, dwar kull
ħaġa li għandha ssir fid-data jew wara d-data
tas-seħħ, riferenza għad-diretturi jew għal
direttur, uffiċjal jew impjegat (skond il-każ) tal-
kumpannija li lilha jsir it-trasferiment;
u d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi (ii) u (iii) ta’
dan il-paragrafu għandhom japplikaw għal kull
kuntratt ieħor jew dokument ieħor dwar in-negozju
rilevanti u li jkollu effett fid-data tas-seħħ kif
japplikaw dwar kuntratt li fih il-Barclays Bank ikun
parti;
(b) kull kont dwar in-negozju rilevanti bejn Barclays Bank
u xi persuna oħra għandu fid-data u wara d-data tas-
seħħ isir kont bejn il-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment u dik il-persuna l-oħra taħt l-istess
pattijiet, kondizzjonijiet u ħwejjeġ inċidentali kif
kienu japplikaw qabel dik id-data, u kull kont bħal dak
għandu jitqies għal-finijiet kollha bħala kont wieħed li
tkompla;
(ċ) kull ordni, direttiva, mandat, prokura, awtorità jew
kunsens mogħtija lil Barclays Bank dwar in-negozju
rilevanti u li jkollhom effett fid-data tas-seħħ għandu
jibqa’ jkollhom effett, f’dik u wara dik id-data,
daqslikieku mogħtija lill-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment;
(d) kull dokument negozjabbli u kull ordni għall-ħlas ta’
flus, maħruġ, mogħti, aċċettat jew ġirat sew qabel jew
fid-data tas-seħħ, jew wara dik id-data, li jkun dwar in-
negozju rilevanti u li jkun espress bħala li ħu maħruġ
fuq, mogħti lil, jew aċċettat jew ġirat minn, Barclays
Bank, jew li jkollu jitħallas f’xi post ta’ negozju ta’
Barclays Bank, għandu jkollu effett fid-data u wara d-
data tas-seħħ, daqslikieku kien maħruġ fuq, mogħti lil,
 4      KAP. 257.ħ    TRASFERIMENTTAN-
jew aċċettat jew ġirat minn, il-kumpannija li lilha jsir
it-trasferiment, jew li għandu jitħallas fl-istess post
tan-negozju tal-kumpannija li lilha jsir it-trasferiment,
skond il-każ;
(e) kull garanzija trasferita lill-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment li minnufih qabel id-data tas-seħħ kienet
miżmuma mill-Barclays Bank bħala garanzija għall-
ħlas ta’ jew għall-ħelsien minn xi dejn, responsabbiltà
jew obbligazzjoni għandha, fid-data u wara d-data tas-
seħħ, tinżamm mill-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment u tkun għad-disposizzjoni tagħha bħala
garanzija għall-ħlas ta’ jew għall-ħelsien minn dak id-
dejn, responsabbiltà jew obbligazzjoni; u kull
garanzija bħal dik li testendi għal avvanzi jew dejn
futur għandha, fid-data tas-seħħ u wara, tinżamm mill-
kumpannija li lilha jsir it-trasferiment u tkun għad-
disposizzjonijiet tagħha bħala garanzija għal avvanzi u
djun futuri mogħtija mill-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment bl-istess mod għal kollox kif avvanzi u
djun futuri mogħtija mill-Barclays Bank kienu
assigurati biha qabel dik id-data;
(f) f’kull sentenza jew deċiżjoni mogħtija favur jew
kontra l-Barclays Bank dwar in-negozju rilevanti qabel
id-data tas-seħħ u li ma tkunx tħarset għal kollox f’dik
id-data għandha, f’dik id-data u wara, tkun eżegwibbli
minn jew kontra l-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment.
(2) Meta bis-saħħa ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att xi dritt, dejn jew obbligu jsir dritt, dejn jew obbligu tal-
kumpannija li lilha jsir it-trasferiment, dik il-kumpannija u kull
persuna oħra għandha, fid-data u wara d-data tas-seħħ, ikollha l-
istess drittijiet, setgħat u rimedji biex jiġi żgurat jew eżegwit dak
id-dritt, dejn jew obbligu daqslikieku kien minn dejjem dritt, dejn
jew obbligu tal-kumpannija li lilha jsir it-trasferiment, u kull
proċediment legali jew ta’ arbitraġġ, jew rikors lil xi awtorità, li
jkun pendenti minnufih qabel id-data tas-seħħ u li jkunu saru minn
jew kontra l-Barclays Bank, għandhom, f’dik id-data u wara,
jitkomplew minn jew kontra l-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment:
(3) Meta fid-data jew wara d-data tas-seħħ xi persuna tmut u
tħalli proprjetà f’Malta u b’testment eżegwit qabel dik id-data
tinnomina jew tkun tidher li qed tinnomina lill-Barclays Bank bħala
eżekutur tagħha, dak it-testment għandu jiftiehem li għandu effett
daqslikieku minflok kull riferenza li kien hemm fih għall-Barclays
Bank kien hemm sostitwit riferenza għall-kumpannija li lilha jsir it-
trasferiment.
Setgħat tal-
Ministru u ħelsien 
mit-taxxa fuq 
dokumenti.
5. (1) Meta n-negozju rilevanti jkun trasferit kif provdut fl-
artikolu 3 ta’ dan l-Att il-Ministru jista’, b’ordni fil-Gazzetta,
jestendi għall-kumpannija li lilha jsir it-trasferiment kull
disposizzjoni ta’ liġi li qabel dak it-trasferiment kienet tapplika
għall-Barclays Bank taħt dawk il-kundizzjonijiet u b’dawk il-
TRASFERIMENTTAN-NEGOZJUTA’BARCLAYSBANK ġKAP. 257.   5
modifiki u riżervi u b’dak il-mod u għal dak iż-żmien li jidhirlu
xieraq; u l-Ministru jista’ wkoll b’ordni sussegwenti fil-Gazzetta
jżid ma’, jibdel, ivarja jew jirrevoka kull ordni ta’ qabel, mingħajr
ħsara għall-egħmil ta’ ordni ġdid taħt dan is-subartikolu.
(2) It-trasferiment tan-negozju rilevanti tal-kumpannija li lilha
jsir it-trasferiment ikun eżentat mill-ħlas tat-taxxa fuq dokumenti.
