KARTITA’L-IDENTITÀ ġKAP. 258.   1
KAPITOLU 258
ATT DWAR IL-KARTI TA’ L-IDENTITÀ
Biex jipprovdi għal u dwar karti ta’ l-identita u biex jipprovdi għal
ħwejjeġ anċillari għalihom jew li għandhom x’jaqsmu magħhom.
(1 ta’ Ġunju, 1976)*
Sar liġi bl-ATT LI ta’ l-1975, kif emendat bl-Atti: XXVI u XLIX ta’ l-
1981, XIII ta’ l-1983 u XI ta’ l-1993.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra - 
"detentur", dwar karta ta’ l-identità, tfisser il-persuna li dwarha
tkun ġiet maħruġa;
"karta ta’ l-identità" tfisser dokument maħruġ dwar persuna taħt
u skond dan l-Att sabiex dik il-persuna tiġi identifikata;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula skond dan l-
Att;
"uffiċjal awtorizzat" tfisser l-uffiċjal pubbliku msemmi mill-
Prim Ministru bħala l-persuna awtorizzata li toħroġ karti ta’ l-
identità, u, safejn tingħata setgħa kif hawnhekk iżjed ’il quddiem
provdut, tinkludi kull persuna delegata għal hekk mill-uffiċjal
pubbliku msemmi bħala l-uffiċjal awtorizzat.
Pussess ta’ karta 
ta’ l-identità. 
Emendat: 
XI. 1993.2.
3. (1) Kull persuna ’il fuq minn erbatax-il sena li -
(a) tkun irresjediet f’Malta għal mhux anqas minn sitt
xhur minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu
u li tibqa’ hekk tirresjedi għal xahar wara; jew
(b) f’xi żmien tirresjedi f’Malta għal żmien ta’ sitt xhur li
jispiċċa wara li jgħaddi xahar mill-bidu fis-seħħ ta’
dan l-artikolu,
irid ikollha fil-pussess tagħha, mhux aktar tard minn xahrejn wara
l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu fil-każ ta’ persuna msemmija fil-
paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu, jew mhux aktar tard minn sitt
ġimgħat wara li tkun irresjediet f’Malta għal sitt xhur fil-każ ta’
persuna msemmija fil-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu, karta ta’
l-identità valida, u jrid ikollha fil-pussess tagħha karta ta’ identità
valida f’kull żmien wara li matulu tkun tirresjedi f’Malta; u għal
dan l-għan għandha tagħmel applikazzjoni għaliha skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att mhux iktar tard minn xahar wara li
jibda ż-żmien applikabbli ta’ xahrejn jew ta’ sitt ġimgħat kif
imsemmi qabel.
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif originarjament promulgat li ġie
mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali 71 ta’ l-1976.
 2      KAP. 258.ħ      KARTITA’L-IDENTITÀ
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att nuqqas minn Malta temporanju
ma jtellifx ir-residenza.
(3) Karti ta’ l-identità jistgħu wkoll jinħarġu għal dik il-klassi
jew għal dawk il-klassijiet ta’ persuni kif l-uffiċjal awtorizzat
jidhirlu xieraq jew kif jista’ jiġi preskritt.
Applikazzjoni għal 
karta ta l-identità.
4. (1) Applikazzjoni għall-ħruġ ta’ karta ta’ l-identità
għandha ssir fuq dik il-formula li tiġi provduta mill-uffiċjal
awtorizzat jew kif jista’ jiġi preskritt u għandu jkun fiha dak it-
tagħrif u partikolaritajiet u għandu jkollha magħha dawk ir-ritratti u
dokumenti oħra li jkunu meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzat jew kif
jista’ jiġi preskritt; u kull ħtieġa li toħroġ minn kull formula
msemmija f’dan l-artikolu għandha titqies li hi ħtieġa ta’ l-uffiċjal
awtorizzat skond dan l-artikolu.
(2) Applikazzjoni tista’ tkun mitluba li ssir mill-uffiċjal
awtorizzat f’post jew f’postijiet mogħtija minnu, jew kif jista jiġi
preskritt, u tista’ tkun mitluba wkoll li ssir personalment.
Ħruġ u x’ikun 
fihom karti ta’ l-
identità. 
Emendat: 
XXVI. 1981.2; 
XI. 1993.3. 
5. (1) Il-karti ta’ l-identità għandhom jinħarġu mill-uffiċjal
awtorizzat u għandhom jiġu ttimbrati bit-timbru ta’ dak l-uffiċjal
jew ikun awtentikat b’dak il-mod kif jista’ jiġi preskritt.
(2) Karta ta’ l-identità għandu jkun fiha ritratt tal-persuna li
dwarha tkun ġiet maħruġa li fil-fehma ta’ l-uffiċjal awtorizzat ikun
jixbaħ tassew lil dik il-persuna fiż-żmien li ssir applikazzjoni għall-
karta ta’ l-identità u għandha turi d-data li fiha għandha tibqa’
tiswa u dik li fiha ma tibqax tiswa iżjed, kif ukoll numru ta’
identifikazzjoni tad-detentur li jista’ jkun sew in-numru ta’ l-att ta’
twelid tiegħu kif mogħti mir-Reġistru Pubbliku jew xi numru ieħor
li jista’ jingħatalu mill-uffiċjal awtorizzat; għandu jkollha iktar,
safejn prattikabbli, il-firma tad-detentur jew riproduzzjoni ta’ firma
riċenti tiegħu, u ukoll dawn il-partikolaritajiet li ġejjin dwar dik il-
persuna:
(a) isem u kunjom;
(b) indirizz tal-lok ewlieni ta’ residenza fejn dik il-
persuna abitwalment torqod;
(ċ) sess;
(d) nazzjonalità;
(e) post u data tat-twelid,
u tista’ tinkludi wkoll dawk il-partikolaritajiet l-oħra jew tagħrif
ieħor li l-uffiċjal awtorizzat jidhirlu xieraq.
(3) Karta ta’ l-identità tintgħamel minn dak il-materjal u b’dak
il-mod li fil-fehma ta’ l-uffiċjal awtorizzat jipprovdu ħarsien
biżżejjed kontra l-falsifikazzjoni, tbagħbis jew bdil tagħha, u
għandha, f’kull każ, tinkludi spazju limitat li fih jista’ jiddaħħal
tagħrif kodifikat li jinqara permezz ta’ makna:
Iżda ebda tagħrif li mhux inkluż taħt is-subartikolu (2) ma
jista’ jiġi hekk inkluż.
KARTITA’L-IDENTITÀ ġKAP. 258.   3
Validità ta’ karti 
ta’ l-identità u 
applikazzjoni għal 
karti ġodda. 
Sostitwit:
XXVI. 1981.3. 
Emendat: 
XLIX. 1981.6;
XI.1993.4.
6. (1) Karta ta’ l-identità tibqa’ tiswa għal għaxar snin jew
dak il-perijodu li jista’ jiġi preskritt, u ma tistax tiġġedded:
Iżda l-Prim Ministru jista’ f’kull żmien (barra mill-perijodu
li jaħbat bejn ix-xoljiment tal-Parlament u t-tmiem ta’ l-ewwel
elezzjoni ġenerali li ssir wara dak ix-xoljiment), b’avviż fil-
Gazzetta jittermina, b’dak il-mod u f’dik id-data jew f’dawk id-dati
li jidhirlu xierqa, l-validità tal-karti ta’ l-identità kollha jew ta’ xi
klassi jew xi klassijiet ta’ karti ta’ l-identità:
Iżda ukoll kull fejn karta ta’ l-identità tkun maħruġa dwar
persuna taħt l-età ta’ tmintax-il sena dik il-karta ta’ l-identità ma
tibqax valida malli d-detentur tagħha jagħlaq it-tmintax-il sena.
(2) Meta d-detentur ta’ karta ta’ l-identità jkun persuna li
għaliha japplika s-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, dik
il-persuna għandha, mhux iktar tard minn xahar qabel ma tispiċċa l-
validità tal-karta ta’ l-identità, jew mhux iktar tard minn xahar wara
li tispiċċa l-validità tal-karta ta’ l-identità, skond il-każ, tapplika
għal karta ta’ l-identità ġdida skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att u għandha tikkonsenja l-karta li ma tibqax valida biex tieħu
waħda ġdida.
Kustodja tajba u 
produzzjoni ta’ 
karta.
7. (1) Kull persuna li lilha tkun ġiet maħruġa karta ta’ l-
identità għandha tħarisha sewwa u għandha turiha meta tiġi
mitluba, jew kif jiġi preskritt, jew kif ikun meħtieġ b’xi liġi, u meta
hekk meħtieġ b’xi liġi, għandħa tikkonsenjaha lil kull awtorità
leġittima:
Iżda persuna ma tkunx meħtieġa li tikkonsenja karta ta’ l-
identità valida kemm-il darba ma tkunx ġiet mogħtija riċevuta mill-
persuna li tkun teħtieġ il-konsenja tagħha.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "awtorità leġittima" tfisser
kull persuna jew awtorità awtorizzata b’liġi biex toħroġ il-
produzzjoni jew il-konsenja ta’ karta ta’ l-identità.
(3) Kull membru tal-korp tal-Pulizija jista’ jeħtieġ lil kull
persuna li lilha tkun inħarġet karta ta’ l-identità biex tipproduċi dik
il-karta malli tiġi hekk mitluba jew, jekk ma jkunx prattikabbli għal
din il-persuna li tipproduċiha malli tiġi hekk mitluba, mhux iktar
tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara t-talba.
(4) Meta persuna tkun ikkonsenjat karta ta’ l-identità valida lil
awtorità leġittima kif provdut f’dan l-artikolu, ir-riċevuta mogħtija
lilha dwarha għandha, sakemm terġa’ tiġi fil-pussess tagħha l-karta
ta’ l-identità, tkun prova biżżejjed li għandha karta ta’ l-identità
valida.
Il-karta tkun prova 
ta’ l-identità tad-
detentur. 
Emendat: 
XXVI. 1981.4. 
8. Karta ta’ l-identità li ma tkunx ġiet imbagħbsa għandha,
sakemm tispiċċa jew tintemm il-validità tagħha, tkun prova ta’ l-
identità tad-detentur kif ikun jidher fuq il-karta, u għandha tkun
hekk aċċettata minn kull uffiċjal pubbliku jew awtorità u minn kull
persuna oħra.
Partikolaritajiet 
mhux korretti fuq 
il-karta.
9. Meta għal xi raġuni xi waħda mill-partikolaritajiet jew xi
tagħrif ieħor li jkun jinsab f’karta ta’ l-identità ma jkunx jew ma
jibqax aktar korrett, id-detentur tal-karta għandu, mingħajr
 4      KAP. 258.ħ      KARTITA’L-IDENTITÀ
dewmien, jirrapporta l-fatt lill-uffiċjal awtorizzat u għandu
jikkonsenja l-karta mhux korretta lil, u jagħti dak it-tagħrif kollu li
jkun meħtieġ minn, dak l-uffiċjal; u dak l-uffiċjal għandu jimmarka
l-karta b’mod li ma jitħassarx bħala "rtirata għax mhux korretta" u
għandu joħroġ karta oħra minflokha.
Telf, distruzzjoni, 
eċċ., ta’ karta. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
10. (1) Jekk xi karta ta’ l-identità tintilef, tiġi distrutta jew
imħassra, id-detentur ta’ dik il-karta għandu, mingħajr dewmien,
jirrapporta l-fatt lill-uffiċjal awtorizzat u, fil-każ ta’ karta mħassra,
jikkonsenja l-karta mħassra lil dak l-uffiċjal.
(2) Fuq applikazzjoni għall-ħruġ ta’ karta ta’ l-identità minflok
karta mitlufa, distrutta jew imħassra, u mal-ħlas ta’ dritt ta’ lira,
jew ta’ xi dritt ieħor kif jista’ jiġi preskritt, l-uffiċjal awtorizzat,
jekk sodisfatt li l-karta tkun ġiet mitlufa, distrutta jew mħassra u,
fil-każ ta’ karta mħassra, tkun ġiet konsenjata kif meħtieġ b’dan l-
Att, għandu joħroġ karta ġdida.
(3) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, jew
kemm-il darba l-uffiċjal awtorizzat ma jkunx tal-fehma illi għandu,
suġġett għal kull kondizzjonijiet li jidhirlu xieraq jaġixxi mod ieħor
fiċ-ċirkostanzi, ebda karta ta’ l-identità ma għandha tiġi maħruġa
dwar l-istess persuna kemm-il darba l-karti kollha maħruġa qabel
dwar dik il-persuna, magħduda karta li l-validità tagħha tkun
spiċċat, ma jkunux ġew konsenjati lil dak l-uffiċjal.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu karta ta’ l-identità titqies
bħala mitlufa jekk l-uffiċjal awtorizzat ikun sodisfatt li ma tkunx
tista’ tinstab.
Dħul fuq il-karta.  11. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 5 ta’ dan l-Att dwar il-firma tad-detentur, ebda persuna
barra mill-uffiċjal awtorizzat ma għandha tagħmel xi marka jew
dħul fuq, jew tħassar, tikkanċella, tibdel jew tissostitwixxi xi marka
jew dħul magħmul fuqha, jew xort’oħra tħassar jew tiddistruġġi,
karta ta’ l-identità.
Użu u pussess ta’ 
karta ristretti għad-
detenturi, eċċ.
12. (1) Ebda persuna barra mid-detentur tagħha, jew l-aġent
tad-detentur fil-qadi ta’ xi ħtieġa ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra
f’isem id-detentur, ma għandu jkollha fil-pussess tagħha, jew
tagħmel xi użu jkun li jkun minn, xi karta ta’ l-identità.
(2) Kull persuna li tiġi fil-pussess tagħha xi karta ta’ l-identità
maħruġa lil xi persuna oħra għandha minnufih tikkonsenjaha jew
tibgħatha lid-detentur tagħha jew lill-uffiċjal awtorizzat.
(3) Kull persuna li jkollha fil-pussess tagħha iktar minn karta
ta’ l-identità waħda maħruġa dwarha għandha mingħajr dewmien u
personalment tipproduċi dawk il-karti lill-uffiċjal awtorizzat u
għandha tikkonsenjalha karta waħda jew iktar kif dak l-uffiċjal
jeħtieġ.
Regolamenti.  13. Il-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex
jippreskrivi kull ħaġa li hi meħtieġa jew awtorizzata li tiġi
preskritta b’dan l-Att u sabiex ikollhom effett sħiħ id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
KARTITA’L-IDENTITÀ ġKAP. 258.   5
Reati.
dan l-artikolu u tal-piena ogħla hemmhekk provduti, kull persuna li
tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, jew xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew xi ħtieġa
ta’ l-uffiċjal awtorizzat, teħel, dwar kull reat, multa ta’ mhux iżjed
minn mitt lira u, fil-każ ta’ reat kontinwu, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
(2) Kull persuna li - 
(a) bil-ħsieb li tqarraq tikser xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 jew tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 12 ta’ dan l-Att; jew
(b) li tagħmel xi dikjarazzjoni falza, jew tagħti xi tagħrif
falz, jew tipproduċi xi dokument falz, għal xi wieħed
mill-għanijiet ta’ dan l-Att, meta tkun taf li dan huwa
falz; jew
(ċ) tiffalsifika karta ta’ l-identità jew xi dokument ieħor
ikun li jkun meħtieġ minn, jew maħsub għal, xi wieħed
mill-għanijiet ta’ dan l-Att; jew
(d) tgħin jew tħajjar l-egħmil ta’ xi reat kontra l-paragrafi
ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu,
teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas
minn sentejn u mhux iżjed minn ħames snin.
