MANOELISLAND(PROVVEDIMENTSPEĊJALI) ġKAP. 259.   1
KAPITOLU 259
ATT DWAR IL-MANOEL ISLAND 
(PROVVEDIMENT SPEĊJALI)
Biex jipprovdi li tinħall l-enfitewsi ta’ partijiet ta’ Manoel Island
mogħtija lill-Manoel Island and Malta Marina Company Limited u biex
jipprovdi għal ħwejjeġ konnessi ma’ dan jew anċillari għal hekk.
(5 ta’ Marzu, 1976)*
Sar liġi bl-ATT IV ta’ l-1976 u ġie emendat bl-Att XIII ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor. 
(Provvediment Speċjali).
Tifsir.
xort’oħra - 
"enfitewsi" tfisser l-enfitewsi temporanja mogħtija bl-att tal-5 ta
Settembru, 1970, fl-atti tan-Nutar Anthony Attard ta’ artijiet u bini
u immobbli oħra f’Manoel Island, il-Gżira, magħduda parti minn
qiegħ il-baħar li jmiss ma’ l-imsemmija gżira, deskritti fl-att
imsemmi qabel u murija fuq pjanta annessa miegħu, u fih deskritt
kollettivament bħala l-art enfitewtika;
"il-Kumpannija" tfisser il-kumpannija magħrufa bl-isem ta’
"Manoel Island and Malta Marina Company Limited" kostitwita bl-
att tal-25 ta’ Novembru, 1969, fl-atti tan-Nutar Victor Miller.
Xoljiment ta’ 
enfitewsi u 
riverżjoni ta’ l-art 
enfitewtika.
3. L-enfitewsi għandha, bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr
aktar assigurazzjoni, tinħall b’seħħ mill-1 ta’ Settembru, 1973,
minħabba nuqqasijiet tal-Kumpannija u kull ġrajja oħra li saret
qabel l-imsemmija data li jagħtu l-jedd lill-Gvern, bħala l-padrun
dirett, li jħoll l-enfitewsi, u l-artijiet u l-bini kollha u kull immobbli
nklużi fl-enfitewsi għandhom, bl-istess mod u b’seħħ mill-
imsemmija data jerġgħu lura għand il-Gvern, bħala padrun dirett,
ħielsa minn kull privileġġ, ipoteka, lokazzjoni, gravami u kull piż
ieħor ikun li jkun.
 Kumpens. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
Kap. 12.
4. (1) Jekk xi persuna jidhrilha li għandha tirċievi kumpens
minħabba li kellha pussess ta’, jew interess fi jew dritt fuq, xi
proprjetà ta’ kull xorta li tkun, u li dik il-proprjetà, interess jew
dritt ikun ittieħed il-pussess tiegħu jew ikun ġie akkwistat b’mod
obbligatorju b’dan l-Att, dik il-persuna tista’ tibda proċedimenti
quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili sabiex jiġi stabbilit l-
interess jew id-dritt tagħha fi jew fuq il-proprjetà u l-ammont ta’
kumpens li għalih jista jkollha jedd, u sabiex tikseb ħlas ta’ dak il-
kumpens; u kull deċiżjoni fuq xi proċedimenti bħal dawk tkun
suġġetta għal appell lill-Qorti ta l-Appell skond id-disposizzjonijiet
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Sabiex jiġi stabbilit il-kumpens (jekk ikun hemm) li għandu
jitħallas dwar proprjetà, interess jew dritt (jekk ikun hemm) li
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 124 tal-5 ta’ Marzu, 1976.
 2      KAP. 259.ħ    MANOELISLAND(PROVVEDIMENTSPEĊJALI)
tiegħu ttieħed pussess jew li ġie akkwistat b’mod obbligatorju
b’dan l-Att, dan il-każ għandu jitqies bħala każ speċjali li fih il-
Parlament jidhirlu xieraq, fl-interess nazzjonali, li jistabbilixxi l-
kriterji li għandhom jitħarsu, magħduda l-fatturi u ċ-ċirkostanzi l-
oħra li għandhom jitqiesu, għal dak l-għan.
(3) Il-kriterji li għandhom jitħarsu, u l-fatturi u ċ-ċirkostanzi l-
oħra li għandhom jitqiesu, sabiex jiġi stabbilit xi kumpens li jista’
jkollu jitħallas minħabba xi disposizzjoni ta’ dan l-Att ikunu dawn
li ġejjin:
(a) il-Kumpannija, fid-data msemmija fl-artikolu 3 ta’ dan
l-Att, kienet naqset li tħares u tissodisfa l-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ l-enfitewsi u dawk in-nuqqasijiet
taw jedd lill-Gvern, bħala padrun dirett, li jħoll l-
enfitewsi;
(b) huwa fl-interess nazzjonali li l-enfitewsi tinħall u li l-
art enfitewtika terġa’ lura f’idejn il-Gvern mhux biss
mingħajr id-dewmien li jieħdu l-proċedimenti
ġudizzjarji iżda wkoll b’seħħ minn data li hi iktar qrib
dik tan-nuqqas tal-Kumpannija;
(ċ) ma hemm ebda ġustifikazzjoni għall-ħlas ta’ kumpens
minħabba l-fatt biss li l-enfitewsi qed tinħall b’liġi u
b’seħħ retroattiv għal data li tiġi wara n-nuqqas tal-
Kumpannija li jagħti l-jedd lil-padrun dirett li jħoll l-
enfitewsi;
(d) kien hemm ċirkostanzi li (indipendentement minn kull
ċirkostanza istituzzjonali, proċedurali jew xort’oħra
ta’ din in-natura, magħduda vakanzi fost id-diretturi
tal-Kumpannija) għamluha impossibbli għall-
Kumpannija li tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-
enfitewsi u li wasslu għan-nuqqas tal-Kumpannija;
b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta’
dak li ntqal qabel, dawn kienu jinkludu:
(i) il-kondizzjoni ta’ l-enfitewsi li teħtieġ li jew il-
Kumpannija tibni breakwater u tikkonsenjah lill-
Gvern jew li ż-żmien ta’ l-enfitewsi jitnaqqas
minn disgħa u disgħin għal ħamsin sena, u d-
dilemma konsegwenzjali li ġejja: il-bini tal-
breakwater ma setax jiġi finanzjat mill-
Kumpannija ħlief mid-dħul li jinkiseb mill-bqija
tal-proġett; il-fatt li l-breakwater  ma setax
jinbena fi stadju bikri tal-proġett naqqas il-
garanzija li l-Kumpannija setgħet toffri għal
enfitewsi ta’ ħamsin sena, u kien impossibbli
għall-Kumpannija li tikseb xi xorta ta’
finanzjament;
(ii) ix-xorta u l-kobor ta’ l-iżvilupp li l-Kumpannija
ntrabtet li tagħmel u l-infiq (ta’ mhux inqas
minn tliet miljun lira barra mill-ispiża tal-
breakwater) li kienet obbligat ruħha li tagħmel:
dawn kienu obbligi li l-Kumpannija, wisq qabel
in-nuqqasijiet tagħha, ma kellha ebda prospetti
MANOELISLAND(PROVVEDIMENTSPEĊJALI) ġKAP. 259.   3
veri li tissodisfa u li saru iktar impossibbli bit-
tnaqqis konsiderevoli ħafna fit-talba għall-bini u
x-xiri ta’ vilel f’Malta li fuqha kien jiddependi s-
suċċess tal-proġett tal-Kumpannija.
