ĦABS ġ K AP. 260.    1
KAPITOLU 260 
ATT DWAR IL-ĦABS
Biex jipprovdi minflok l-Ordinanza dwar il-Ħabs, għal ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu mal-Ħabs.
20 ta’ April, 1976
L-ATT IX ta’ l-1976, u ġie emendat bl-Atti: XI ta’ l-1977, XLIX ta’ l-
1981, XIII ta’ l-1983, XIII ta’ l-1990, VII ta’ l-1999 u XXIV ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XI. 1977.2;
VII.1999.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-Servizzi Korrettivi u tinkludi
kull uffiċjal pubbliku ieħor li jkun awtorizzat għal hekk mill-
imsemmi Direttur;
"ħabs" tfisser il-Ħabs ta’ Kordin u tinkludi kull post jew bini
ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ħabs u tinkludi,
sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata għal
hekk għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att;
"persuna oħra mpjegata fil-ħabs" tfisser dik il-persuna l-oħra li
ma tkunx uffiċjal tal-ħabs u li minn żmien għal żmien tkun
impjegata jew mogħtija dmirijiet, f’ħabs;
"priġunier" tfisser kull persuna li tkun miżmuma f’xi ħabs; 
"uffiċjal tal-ħabs" tfisser kull uffiċjal pubbliku jkun ta’ liema
grad jew kategorija jkun, maħtur jew sekondat biex iservi fid-
Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi u tinkludi d-Direttur.
Setgħa tal-Ministru 
li jistabbilixxi 
ħabsijiet oħra. 
3. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni pubblikat fil-Gazzetta
jiddikjara li jkun ħabs kull post jew bini jew parti minn bini.
(2) Il-Ministru jista’ jistabbilixxi kull post xieraq barra mill-
konfini ta’ ħabs għall-kustodja ta’ kull priġunier, jew ta’ kull
persuna oħra li għandha tinżamm f’ħabs, u li tkun suġġetta għal
kwarantina jew li tkun qed tbati minn xi marda li tittieħed jew
infettuża skond xi liġi li tkun għal dak iż-żmien fis-seħħ; u kull
post bħal dak għandu jiġi mgħasses biss jekk u safejn id-Direttur
jidhirlu meħtieġ jew spedjenti.
(3) Priġunier jitqies li hu miżmum f’ħabs filwaqt li jkun qed
jinġarr għal jew minn ħabs għal ieħor jew filwaqt li jkun qiegħed
taħt kura jew osservazzjoni f’xi sptar.
Persuni jinżammu 
f’ħabs. 
Emendat: 
XLIX. 1981.4; 
XIII. 1990.2;
XXIV. 2002.15.
4. (1) Il-persuni li ġejjin jinżammu f’ħabs:
(a) kull persuna li tkun ġiet ikkundannata minn qorti ta’
ġurisdizzjoni kriminali f’Malta għall-piena ta’
priġunerija, jew detenzjoni, jew li, wara li tkun ġiet
  2      KAP. 260. ħ          ĦABS
ikkundannata minn awtorità  kompetenti biex tħallas
multa jew ammenda jew spejjeż, tonqos li tħallas dik
il-multa jew l-ammenda jew l-ispejjeż f’kull każ li fih,
skond il-liġi, il-multa jew l-ammenda jew l-ispejjeż
meta ma jitħallsux, għandhom jinbidlu fi priġunerija
jew detenzjoni;
(b) kull persuna li tkun ġiet ikkundannata għall-piena tal-
mewt, priġunerija jew detenzjoni minn xi qorti oħra
jew minn xi awtorità  f’Malta awtorizzata bil-liġi li
tagħti xi waħda minn dawk il-pieni, kemm-il darba dik
il-liġi ma tistabbilix xi post ieħor li fih għandha tiġi
skuntata dik il-piena;
(ċ) kull persuna li, wara li tkun ġiet ikkundannata barra
minn Malta minn qorti barranija jew internazzjonali
jew minn awtorità  kompetenti oħra għal piena li tkun
tinvolvi n-nuqqas ta’ libertà  għal perijodu ta’ żmien
definit jew indefinit minħabba f’reat kriminali,
tintbagħat f’Malta sabiex tkompli tiskonta dik il-
kundanna f’Malta skond xi trattat, konvenzjoni, ftehim
jew qbil għal dak il-għan li Malta tkun parti fih jew li
jkun f’dak iż-żmien fis-seħħ bejn Malta u l-pajjiż
barrani konċernati jew li jkun japplika għal dawk iż-
żewġ pajjiżi jew li tiegħu iż-żewġ pajjiżi jkunu parti;
(d) kull persuna li tkun tressqet b’arrest u ġiet akkużata
quddiem il-qorti kompetenti għal reat li dwaru l-qrati
jkollhom ġurisdizzjoni skond il-liġi, jew li tkun qed
tiġi eżaminata quddiem qorti istruttorja, jew li tkun
ġiet mibgħuta mill-imsemmija qorti jew minn xi
awtorità  kompetenti oħra biex tiġi proċessata, jew li
tkun qed tgħaddi proċess f’Malta, jew li tkun il-
persuna li dwarha jkunu qed jitmexxew proċedimenti
ta’ estradizzjoni, kemm-il darba dik il-persuna ma
toħroġx bi pleġġ.
(2) Tkun tista’ tinżamm f’ħabs - 
(a) kull persuna li, wara li tkun ġiet ikkundannata li tagħti
garanzija biex iżżomm il-paċi u li ġġib ruħha sewwa
jew li tissorvelja l-imġieba ta’ minuri tkun suġġetta,
jekk tonqos li tagħti dik il-garanzija, li titqiegħed u
tinżamm f’kustodja u kull persuna li tiġi arrestata
minn qorti kompetenti talli ma tkunx ħallset is-somma
li għaliha tkun obbligat ruħha;
(b) kull persuna li l-arrest jew id-detenzjoni tagħha skond
il-liġi tkun ordnata minn xi qorti jew awtorità
kompetenti oħra;
(ċ) kull persuna li, skond xi arranġament ta’ estradizzjoni,
tkun suġġetta li tingħata f’idejn pajjiż barrani;
Kap. 217.
(d) kull persuna miżmuma f’kustodja skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni, ħlief
għall-artikolu 10 jew 22 tiegħu;
(e) kull persuna li tkun arrestata għal reat.
ĦABS ġ K AP. 260.    3
(3) Meta xi ħabs ikun użat kemm għall-irġiel kif ukoll għan-
nisa, għandhom jintużaw postijiet jew bini separati jew partijiet ta’
bini separati għall-irġiel u għan-nisa rispettivament hekk sabiex
kategorija waħda ta’ priġunieri ma tkunx tista’ tara jew
tikkomunika mal-kategorija l-oħra.
5. Revokat bl-Att VII ta’ l-1999.
Setgħat tal-
Ministru li jagħmel 
regolamenti..
6. (1) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi għal: 
(a) il-bon ordni u t-treġija tal-ħabs;
(b) id-dħul, it-tneħħija u l-ħelsien ta’ priġunieri;
(ċ) id-dieta, ilbies, manteniment, dixxiplina, istruzzjoni,
impieg u korrezzjoni ta’ priġunieri, magħdud ix-
xogħol li l-priġunieri jkunu mqabbda jagħmlu bħala
dixxiplina, istruzzjoni jew impieg;
(d) il-mezzi biex tkun faċilitata l-identifikazzjoni tal-
priġunieri u l-klassifikazzjoni tagħhom f’kategoriji
skond hekk;
(e) il-mod li bih u l-kondizzjonijiet li taħthom xi parti
mis- sentenza tista’ tiġi mnaqqsa meta wieħed jaqla’
dak it- tnaqqis b’xogħol u b’imġieba tajba;
(f) l-għoti ta’ gratifikazzjonijiet lil priġunieri u r-
rimunerazzjoni ta’ priġunieri għal xogħol li jagħmlu
huma; 
(g) in-nuqqas temporanju ta’ priġunieri mill-ħabs għal xi
għan leġittimu;
(h) it-tneħħija temporanja ta’ priġunier għal xi sptar jew
istituzzjoni bħalu f’ċirkostanzi li m’hemmx maħsub
għalihom skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3;
(i) il-kondizzjonijiet li taħthom viżitaturi jitħallew fil-
konfini ta’ ħabs;
(j) id-dmirijiet u l-imġieba ta’ uffiċjali tal-ħabs u ta’
persuni oħra mpjegati fil-ħabs;
(k) il-pieni li jistgħu jingħataw għal xi reat li jsir kontra d-
disposizzjonijiet ta’ xi regolamenti bħal dawk;
(l) b’mod ġenerali, kull ħaġa oħra dwar il-ħabs u l-ħarsien
xieraq tal-priġunieri jew kull ħaġa li fil-fehma tal-
Ministru tkun meħtieġa jew spedjenti biex jiġu
nfurzati aħjar id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Kull gratifikazzjoni jew rimunerazzjoni mogħtija lil
priġunier taħt il-provvedimenti ta’ dan l-artikolu ma tistax tiġi
miżmuma b’mandat ta’ sekwestru.
Dħul ta’ oġġetti 
projbiti f’ħabs. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
7. (1) Meta xi persuna, li ma tkunx uffiċjal tal-ħabs jew
persuna oħra mpjegata fil-ħabs, mingħajr l-awtorità  leġittima,
iddaħħal jew tipprova ddaħħal f’xi parti tal-konfini ta’ ħabs xi
oġġett ikun li jkun li hu pprojbit skond xi regolamenti magħmula
skond dan l-Att, jew iġġorr jew tipprova ġġorr xi oġġett bħal dak
barra minn xi ħabs, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
  4      KAP. 260. ħ          ĦABS
multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
Kap. 9.
Kap. 101. 
Kap. 31. 
(2) Meta l-oġġett li jidħol jew li sar attentat biex jidħol f’ħabs
kif intqal qabel ikun arma regolari kif imfisser fl-artikolu 64 tal-
Kodiċi Kriminali, jew xi sustanza esplużiva kif imfisser fl-artikolu
314 tal-Kodiċi Kriminali, jew xi likwidu jew sustanza li taħraq jew
korrużiva, jew xi mediċina li tkun mediċina perikoluża skond l-
Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi, jew li tkun mediċina li hi
kontrollata b’regolamenti magħmula taħt l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonijiet li għandhom x’jaqsmu
magħha, il-piena tkun priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn
xahar u mhux iżjed minn tmintax-il xahar kemm-il darba ma jkunx
hemm provduta piena ogħla taħt xi liġi oħra.
(3) Meta xi reat skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu jsir minn uffiċjal tal-ħabs jew minn xi persuna oħra
mpjegata fil-ħabs il-piena tkun multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira fil-każ li tinsab ħatja skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), u priġunerija minn sitt xhur sa sentejn fil-każ li
tinsab ħatja skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) kemm-il
darba ma jkunx hemm provduta piena ogħla taħt xi liġi oħra.
Bord ta’ Viżitaturi. 
Emendat:
XI. 1977.2.
8. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ Viżitaturi tal-Ħabs,
magħmul minn dawk il-membri li jiġu maħtura kull sena mill-
President ta’ Malta.
(2) Il-Viżitaturi għandhom iżommu l-kariga mill-1 ta’ Jannar
ta’ kull sena li għaliha jkunu maħtura.
(3) Jekk tinqala’ xi vakanza fil-Bord matul is-sena, minħabba
mewt, riżenja jew xi raġuni oħra, il-President għandu, kemm jista’
jkun malajr, jaħtar persuna oħra biex timla l-vakanza:
Iżda l-Bord u l-membri tiegħu jistgħu jaġixxu minkejja kull
vakanza bħal dik.
(4) Il-membri tal-Bord għandhom jeżerċitaw dawk il-
funzjonijiet li jingħataw lilhom b’regolamenti magħmula skond l-
artikolu 6 ta’ dan l-Att.
(5) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja, il-Prim Imħallef,
l-imħallfin, il-maġistrati u l-Avukat Ġenerali jkunu ex officio
Viżitaturi Speċjali tal-Ħabs, u bħala hekk jistgħu f’kull żmien
jidħlu fil-ħabs biex iżuru dan il-ħabs u kull priġunier miżmum fih.
Huma għandhom iniżżlu fil-Ktieb tal-Viżitaturi Uffiċjali kull
osservazzjoni li jidhrilhom li għandhom jagħmlu dwar il-ħabs u l-
priġunieri, u l-ktieb għandu jinġieb quddiem il-membri tal-Bord
tal-Viżitaturi fl- ewwel żjara li jagħmlu wara fil-ħabs.
Tneħħija tal-lavuri 
furzati u mpieg ta’ 
priġunieri. 
9. (1) B’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, kull sentenza
ta’ priġunerija, sew b’lavuri furzati jew mingħajrhom, mogħtija lil
xi priġunier misjub ħati tobbliga lill-priġunier matul iż-żmien tas
sentenza tiegħu li jinżamm il-ħabs u li jagħmel dak ix-xogħol li d-
Direttur jista’ jordna skond regolamenti magħmula taħt dan l-Att.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, ebda persuna
ma tingħata sentenza ta’ priġunerija b’lavuri furzati minn qorti jew
minn xi awtorità  kompetenti oħra.
ĦABS ġ K AP. 260.    5
(3) Kull liġi li tagħti s-setgħa lill-qorti jew lill-awtorità
kompetenti biex tagħti sentenza ta’ priġunerija b’lavuri furzati
għandha tiftiehem li tagħti setgħa għall-għoti ta’ sentenza ta’
priġunerija għal żmien li ma jkunx itwal minn żmien li għalih
setgħet tingħata priġunerija b’lavuri furzati minnufih qabel il-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Riżerva.
kull regolamenti magħmula bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar il-Ħabs għandhom, sakemm jiġi provdut xort’oħra
taħt jew bis-saħħa ta’ dan l-Att, jibqgħu jseħħu u jkollhom effett
daqslikieku saru taħt dan l-Att, u jistgħu jiġu varjati, mibdula jew
imħassra kif provdut.
Uffiċjali tal-Ħabs
Dmirijiet u setgħat 
ta’ uffiċjali tal-
ħabs.
Miżjud:
VII. 1999.4.
11. (1) L-uffiċjali tal-ħabs għandhom jaqdu dawk id-dmirijiet
li jistgħu jingħatawlhom skond ir-regolamenti li jkunu saru bis-
saħħa ta’ dan l-Att jew b’direttiva tal-Ministru. 
(2) Fit-twettiq ta’ dmirijiethom ġewwa ħabs u meta jkunu
qegħdin iwettqu dmirijiet ta’ skorta ma’ priġunieri barra minn xi
ħabs, l-uffiċjali tal-ħabs ikollhom is-setgħa li jwettqu dawk il-
funzjonijiet, setgħat u dmirijiet kollha li huma bil-liġi vestiti
f’membru tal-Korp tal-Pulizija.
Regolamenti dwar 
pensjonijiet.
Miżjud:
VII. 1999.4.
12. (1) Il-Ministru, flimkien mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, jista’ jagħmel regolamenti biex jingħataw pensjonijiet lil
persuni li kienu fis-servizz tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi
jew lir-rappreżentanti legali jew dipendenti tagħhom.
(2) Ir-regolamenti kollha li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
jista’ jkollhom effett retroattiv sabiex jikkonferixxu benefiċċju, jew
ineħħu xi diżabilità  lil persuna jew klassi ta’ persuni jista’
jkollhom.
(3) Kull pensjoni mogħtija taħt dan l-Att għandha tiġi
komputata skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-jum li fih l-
uffiċjal jirtira.
(4) Ebda regolament li jsir bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
m’għandu jseħħ qabel ma jiġi approvat b’riżoluzzjoni tal-Kamra
tad-Deputati.
Il-pensjonijiet 
jitħallsu minn fuq 
ir-renti ta’ Malta.
Miżjud:
VII. 1999.4.
13. Dawk is-somom kollha illi minn żmien għal żmien jiġu
assenjati bħala pensjoni taħt dan l-Att jiġu addebitati lill-Fond
Konsolidat u għandhom jitħallsu minnu. 
Tneħħija mill-
kariga.
Miżjud:
VII. 1999.4.
14. Il-Ministru jkun jista’ jneħħi mill-kariga tiegħu f’kull
żmien uffiċjal fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li -
(i) ikun meqjus li aktarx ma jsirx, jew m’għadux
uffiċjal effiċjenti tad-Dipartiment tas-Servizzi
Korrettivi;
(ii) ma jkunx jista’ minħabba f’xi mard tal-moħħ
jew tal-ġisem jaqdi d-dmirijiet tal-kariga tiegħu
meta dak il-mard aktarx ikun permanenti; u
  6      KAP. 260. ħ          ĦABS
(iii) konsiderati ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u kemm
għadu utili l-uffiċjal għad-Dipartiment tas-
Servizzi Korrettivi, ma jkunx fl-interess
pubbliku li huwa jibqa’ jservi aktar bħala
membru tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.
Ċirkostanzi li 
fihom il-pensjoni 
tista’ tingħata.
Miżjud:
VII. 1999.4.
15. Ebda pensjoni ma tingħata lil ebda uffiċjal tad-Dipartiment
tas-Servizzi Korrettivi ħlief meta jirtira mid-Dipartiment f’wieħed
mill-każijiet li ġejjin:
(i) meta jew wara li jagħlaq l-età  ta’ ħamsa u
ħamsin sena, jew ikun għalaq ħamsa u għoxrin
sena servizz fid-Dipartiment tas-Servizzi
Korrettivi jekk ikun għalaq ħamsin sena;
(ii) meta titneħħa il-kariga tiegħu;
(iii) meta jiġi rtirat bil-fors biex ssir organizzazzjoni
aħjar tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi,
biex b’hekk ikun hemm effiċjenza w ekonomija
akbar;
(iv) fil-każ ta’ tmiem ta’ impieg fl-interess pubbliku
kif maħsub f’dan l-Att;
(v) meta l-Ministru jkun sodisfatt li huwa ppruvat
illi l-uffiċjal mhux kapaċi minħabba mard tal-
moħħ jew tal-ġisem li jesegwixxi d-dmirijiet tal-
kariga tiegħu u li din il-marda aktarx hija
permanenti.
Irtir minħabba 
interess pubbliku.
Miżjud:
VII. 1999.4.
16. Meta s-servizz ta’ uffiċjal tad-Dipartiment tas-Servizzi
Korrettivi jiġi mitmum minħabba f’dak li hemm imsemmi fl-
artikolu 14(iii) u pensjoni ma tkunx tista’ tingħata xort’oħra skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dak l-uffiċjal tal-Servizzi
Korrettivi jista’ jingħata pensjoni li ma tkunx iżjed minn dak l-
ammont li għalih kien ikun eliġibbli kieku rtira mid-Dipartiment
tas-Servizzi Korrettivi fiċ-ċirkostanzi msemmjia fl-artikolu 15(v).
