AWTORITÀ TAD-DJAR ġKAP. 261.   1
KAPITOLU 261
ATT DWAR L-AWTORITÀ TAD-DJAR
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ enti morali li jkun magħruf bħala l-
Awtorità tad-Djar u għall-eżerċizzju minn jew f’isem dik l-Awtorità ta’
funzjonijiet dwar id-djar, akkomodazzjoni residenzjali u kummerċjali u
faċilitajiet u amenitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan; biex jipprovdi
għat-trasferiment lil dik l-Awtorità ta’ ċerti proprjetajiet; biex jipprovdi
dwar it-trasferiment ta’ ċertu attiv ieħor; u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ
anċillari għalihom u konnessi magħhom.
(11 ta’ Ottubru, 1976)*
Sar liġi bl-ATT XV ta’ l-1976, kif emendat bl-Atti: XXV ta’ l-1977,
XXIX ta’ l-1979, XLIII ta’ l-1986, XVIII ta’ l-1988, XXIV ta’ l-1995 u
XVI ta’ l-1997.
Preliminari 
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XXIX. 1979.3. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"art" tinkludi kull bini jew strutturi oħra fuqha;
"Awtorità" tfisser l-Awtorità tad-Djar imwaqqfa bl-artikolu 3 ta’
dan l-Att;
"iċ-ċessjonarju", dwar l-artikolu 20 ta’ dan l-Att, għandha t-
tifsira mogħtija lilha b’dak l-artikolu;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman ta’ l-Awtorità u tinkludi, fiċ-
ċirkostanzi msemmija fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-
Att, id-deputat chairman jew persuna oħra maħtura biex tagħmilha
ta’ chairman;
"data operattiva", dwar l-artikolu 20 ta’ dan l-Att, għandha t-
tifsira mogħtija lilha b’dak l-artikolu;
"il-jum stabbilit", dwar l-artikolu 12 ta’ dan l-Att, għandha t-
tifsira mogħtija lilha b’dak l-artikolu;
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati;
"il-Kumpannija", għall-għanijiet ta’ l-artikolu 20 ta’ dan l-Att,
tfisser il-kumpannija issa magħrufa bħala l-Mid-Med Finance
Corporation Limited# iffurmata b’memorandum u statut ta’
assoċjazzjoni iffirmat fl-10 ta’ Jannar, 1968 taħt l-isem ta’ Barclays
Finance Corporation (Malta) Limited, u reġistrata bħala
kumpannija mar-Reġistratur tas-Soċjetajiet fl-istess data, liema
tibdil ta’ isem beda jseħħ fl-1 ta’ Ottubru, 1975, bis-saħħa ta’
riżoluzzjoni li ttieħdet mill-kumpannija fid-29 ta’ Settembru, 1975
u reġistrata ma’ l-imsemmi Reġistratur; u kull riferenza għall-
*Ara s-subartikolu  (2) ta’ l-artikolu 1 kif oriġinarjament promulgat liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji u 1-Avviż Legali 129 ta’ l-1976.
#B’riżoluzzjoni tad-9 ta’ Marzu’ 1977, l-isem ġie mibdul għal "Lohombus
Corporation Limited" b’effett mill-1 ta’ April, 1977.
 2      KAP. 261.ħ      AWTORITÀ TAD-DJAR
kumpannija sew f’dan l-Att sew x’imkien ieħor, għandha, għall-
finijiet ta’ dan l-Att, tinkludi riferenza għall-Kumpannija ikun
x’ikun l-isem minn dawk it-tnejn li bih issir ir-riferenza;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-djar; 
"proprjetà immobbli", dwar l-artikolu 12, għandha t-tifsira
mogħtija lilha b’dak l-artikolu;
"self trasferit", dwar l-artikolu 20 ta’ dan l-Att, għandha t-tifsira
mogħtija lilha b’dak l-artikolu;
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jagħlaq fit-
30 ta’ Settembru.
Twaqqif, funzjonijiet u tmexxija tax-xogħol ta’ l-Awtorità
Twaqqif ta’ l-
Awtorità tad-Djar.
3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-
Awtorità tad-Djar.
(2) L-Awtorità tkun enti morali b’personalità ġuridika distinta
u tkun tista’ tagħmel kuntratti, takkwista, iżżomm u tneħħi kull
proprjetà għall-fini tal-funzjonijiet tagħha, li tħarrek u tiġi
mħarrka, u li tagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha u dawk it-
transazzjonijiet kollha li huma inċidentali jew li jwasslu għall-qadi
tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità. 
Emendat:
XXV. 1977.2; 
XLIII. 1986.2; 
XVIII. 1988.2.
4. (1) Tkun funzjoni ta’ l-Awtorità li tiżviluppa, tippromovi
jew tiffinanzja l-iżvilupp ta’, u li tamministra, estates tad-djar u
akkomodazzjoni oħra residenzjali u kummerċjali u faċilitajiet u
amenitajiet li għandhom x’jaqsmu magħhom, li tippromovi u
tiffinanzja home ownership u b’mod ġenerali li ttejjeb il-qagħda
tad-djar f’Malta.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, l-Awtorità tista’ - 
(a) takkwista, iżżomm u tamministra, u b’kull mod tneħħi,
kull proprjetà kemm mobbli kif ukoll immobbli;
(b) tiżviluppa, jew tieħu ħsieb l-iżvilupp ta’, kull art għal
għanijiet ta’ residenza jew kummerċjali u għall-
għanijiet konnessi ma’ dan jew anċillari għalih;
(ċ) tiffinanzja l-akkwist u l-iżvilupp ta’ kull-art, sew jekk
dak l-akkwist jew l-iżvilupp ikun se jsir mill-Awtorità
jew minn ħaddieħor, magħduda individwi;
(d) tagħmel kull xorta ta’ investiment li l-Awtorità
jidhrilha xieraq jew spedjenti;
(e) tagħmel dawk il-ħlasijiet, sew bħala sussidji jew
xort’oħra, li jidhrilha xierqa għal kull wieħed mill-
imsemmija għanijiet u għal kull għan ieħor li għandu
x’jaqsam mal-funzjonijiet tagħha;
(f) taġixxi bi ftehim mal-Gvern bħala aġent biex twettaq,
jew tkompli, il-policy tal-Gvern dwar id-djar,
magħdud kull proġett jew pjan tal-Gvern dwar id-djar;
(g) tagħti pariri lill-Gvern, permezz tal-Ministru, dwar
kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-funzjonijiet tagħha
AWTORITÀ TAD-DJAR ġKAP. 261.   3
jew li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jibgħat
lill-Awtorità għall-parir;
(h) b’mod ġenerali tagħmel kull ħaġa li tkun inċidentali
jew li twassal għal xi waħda mill-funzjonijiet tagħha
jew biex teżerċita xi waħda mis-setgħat tagħha.
(3) Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom iseħħu dwar il-
funzjonijiet u s-setgħat ta’ l-Awtorità:
(a) meta l-funzjoni jew setgħa tinvolvi l-iżvilupp ta’ art
billi jittella’ jew isiru xi bini jew xogħlijiet oħra, l-
Awtorità tista’ jew tinqeda bid-Dipartiment tax-
Xogħlijiet bħala aġent tagħha, jew teżerċita dawk il-
funzjonijiet billi tagħti appalti;
(b) fl-amministrazzjoni tal-proprjetà immobbli tagħha,
barra mill-allokazzjoni ta’ dik il-proprjetà taħt kull
titolu u l-għażla u l-indikazzjoni tal-persuni li lilhom
għandha tiġi allokata, l-Awtorità għandha tinqeda bid-
Dipartiment ta’ l-Art bħala aġent tagħha dwar
proprjetà immobbli li tkun tinsab fil-Gżira ta’ Malta u
bis-Segretarjat għal Għawdex bħala aġent tagħha dwar
proprjetà immobbli li tkun tinsab fil-Gżejjer ta’
Għawdex u Kemmuna;
(ċ) kull funzjoni jew setgħa oħra ta’ l-Awtorità tista’, bl-
approvazzjoni tal-Prim Ministru, u għandha jekk il-
Prim Ministru hekk jordna, tiġi moqdija jew eżerċitata
b’xi dipartiment tal-Gvern, jew korp jew persuna oħra,
bħala aġent ta’ l-Awtorità;
(d) il-qadi jew l-eżerċizzju ta’ xi funzjoni jew setgħa ta’ l-
Awtorità kif provdut f’dan is-subartikolu għandhom
isiru taħt arranġamenti miftehma bejn l-Awtorità u l-
aġent tagħha u skond id-direttivi li l-Awtorità tista’
minn żmien għal żmien tagħti lill-aġent tagħha.
(4) Minkejja kull liġi oħra, meta xi funzjoni jew setgħa ta’ l-
Awtorità tiġi moqdija jew eżerċitata permezz ta’ aġent kif provdut
fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, l-azzjonijiet kollha u l-atti u l-
proċeduri kollha ġudizzjarji li jinħolqu minn jew għandhom
x’jaqsmu ma’ kull ħaġa li dwarha l-aġent jimxi għal u f’isem l-
Awtorità għandha tittieħed u ssir minn u kontra dak l-aġent f’isem
l-Awtorità.
(5) Biex taqdi kull funzjoni tagħha skond dan l-Att, l-Awtorità
tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru mogħtija wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, tissellef
jew tiġbor flus b’dak il-mod, mingħand dik il-persuna, korp jew
awtorità, u taħt dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li l-Ministru,
wara konsultazzjoni kif intqal qabel, jista’ japprova bil-miktub.
(6) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jagħmel avvanzi lill-Awtorità ta’
dawk is-somom li hu jaqbel li jkunu meħtieġa mill-Awtorità biex
taqdi kull funzjoni tagħha skond dan l-Att, u jista’ jagħmel dawk l-
avvanzi fuq dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li, wara l-imsemmija
konsultazzjoni, jidhirlu xierqa. Kull avvanzi bħal dawk jistgħu jsiru
 4      KAP. 261.ħ      AWTORITÀ TAD-DJAR
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u
mingħajr approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, b’warrant iffirmat
minnu li jawtorizza lill-Accountant General biex jagħmel dawk l-
avvanzi. 
Tmexxija tax-
xogħol ta’ l-
Awtorità. 
5. (1) Ix-xogħol u n-negozju ta’ l-Awtorità jkunu r-
responsabbiltà u jkunu mmexxija mill-Awtorità stess; iżda, ħlief kif
intqal qabel u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’
kull direttivi ta’ l-Awtorità, it-tmexxija eżekuttiva ta’ l-Awtorità, l-
amministrazzjoni u l-organizzazzjoni u l-kontrol amministrattiv ta’
l-uffiċjali u l-impjegati tagħha, ikunu r-responsabbiltà taċ-
Chairman ta’ l-Awtorità, li jkollu wkoll dawk is-setgħat l-oħra li
minn żmien għal żmien jiġu mogħtija lilu mill-Awtorità.
(2) L-Awtorità tkun magħmula minn dak in-numru ta’ membri,
li ma jkunx inqas minn tlieta, u li minnhom wieħed ikun maħtur
Chairman ta’ l-Awtorità, kif il-Prim Ministru jista’ jaħtar minn
żmien għal żmien. Il-Prim Ministru jista’ wkoll isemmi membru
ieħor ta’ l-Awtorità bħala deputat chairman, u l-membru hekk
imsemmi jkollu s-setgħat kollha u jaqdi dawk il-funzjonijiet kollha
taċ-Chairman matul in-nuqqas tiegħu jew meta dan ma jkunx jista’
jagħmilha ta’ chairman, jew meta jkun bil-vakanzi, jew matul xi
żmien li l-kariga ta’ chairman tkun battala; u l-Prim Ministru jista’
wkoll, f’kull waħda mill-imsemmija ċirkostanzi, jaħtar persuna
oħra bħala chairman u f’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ qabel
għandhom japplikaw dwar dik il-persuna.
Disposizzjonijiet 
dwar il-membri ta’ 
l-Awtorità.
6. (1) Il-Prim Ministru għandu jagħżel il-membri ta’ l-
Awtorità minn fost persuni li fil-fehma tiegħu jkunu kwalifikati
minħabba li jkollhom esperjenza ta’, u wrew ħila fi, ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu ma’ djar jew żvilupp ta’ proprjetà, kummerċ
bankarju, finanzi, organizzazzjoni ta’ ħaddiema jew prinċipali,
industrija, kummerċ jew amministrazzjoni, u jista’ wkoll jagħżel
wieħed jew aktar minn membru fost uffiċjali pubbliċi.
(2) Persuna tkun skwalifikata mill-ħatra ta’, u milli tibqa’
membru ta’, l-Awtorità jekk -
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b) ikollha dak l-interess finanzjarju jew dak l-interess
ieħor f’xi impriża jew attività li x’aktarx ma jħallihiex
taqdi sewwa dmirijietha bħala membru ta’ l-Awtorità.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan
l-artikolu, il-membri ta’ l-Awtorità għandhom iżommu l-kariga
għal dak iż-żmien u fuq dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-
Prim Ministru jidhirlu xierqa; u membru jista’, malli jispiċċa minn
membru, jiġi maħtur mill-ġdid.
(4) Membru ta’ l-Awtorità jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu
b’ittra indirizzata lill-Prim Ministru; u jekk waqt li jkun fil-kariga
jinbidel il-Prim Ministru, kull membru ta’ l-Awtorità għandu joffri
r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru l-ġdid.
(5) Membru ta’ l-Awtorità jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Prim
Ministru jekk, fil-fehma tal-Prim Ministru, dak il-membru ma
jkunx tajjeb biex ikompli fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaċi biex
AWTORITÀ TAD-DJAR ġKAP. 261.   5
jaqdi b’mod xieraq id-dmirijiet tiegħu bħala membru; u l-Prim
Ministru għandu jtemm il-ħatra ta’ kull membru f’kull waħda miċ-
ċirkostanzi li jiskwalifikaw lil dik il-persuna milli tibqa’ membru
ta’ l-Awtorità.
(6) Kull membru ta’ l-Awtorità li jkollu xi interess dirett jew
indirett f’xi kuntratt magħmul jew li jkun propost mill-Awtorità, li
ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, għandu juri x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa
ta’ l-Awtorità wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti; dak il-fatt
għandu mbagħad jiġi reġistrat fil-muniti ta’ l-Awtorità, u l-membru
li jkollu dak l-interess għandu jirtira minn kull laqgħa li fiha jiġi
diskuss dak il-kuntratt. Dak l-interess għandu jiġi mgħarraf lill-
Prim Ministru mingħajr dewmien. Meta l-interess tal-membru jkun
hekk li jiskwalifikah milli jibqa’ membru, dan għandu minnufih
jirrapporta l-fatt lill-Prim Ministru u jagħti r-riżenja tiegħu.
Disposizzjonijiet 
dwar laqgħat ta’ l-
Awtorità.
7. (1) Il-laqgħat ta’ l-Awtorità għandhom jissejħu miċ-
Chairman jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ tnejn
mill-membri l-oħra. Bla ħsara għall-ħtiġijiet l-oħra ta’ dan l-Att,
ebda deċiżjoni ta’ l-Awtorità ma tkun valida jekk ma jkollhiex l-
approvazzjoni ta’ għall-anqas żewġ membri ta’ l-Awtorità.
(2) Nofs in-numru tal-membri li għal dak iż-żmien ikunu
jiffurmaw l-Awtorità għandhom jagħmlu quorum f’kull laqgħa ta’
l-Awtorità. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-
voti tal-membri preżenti u li jivvotaw. Iċ-Chairman, jew membru
ieħor li jkun qed jippresjedi fil-laqgħa, ikollu vot oriġinali u, fil-
każ ta’ voti ndaqs, vot deċiżiv.
(3) Fin-nuqqas taċ-Chairman f’xi laqgħa ta’ l-Awtorità, id-
deputat chairman, jew persuna oħra maħtura biex tagħmila ta’
chairman, jew, jekk ma jkun hemm ebda membru ieħor jew persuna
oħra hekk imsemmija jew maħtura, il-membru ta’ l-Awtorità li
jingħażel għal hekk mill-membri l-oħra preżenti, għandu
jippresjedi f’dik il-laqgħa ta’ l-Awtorità.
(4) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, ebda egħmil jew proċediment ta’ l-Awtorità ma jkun
invalidat minħabba xi vakanza fost il-membri. Kull egħmil li jsir
minn xi persuna li taġixxi in bona fide bħala membru ta’ l-Awtorità
ikun validu daqslikieku kien membru minkejja xi difett fil-ħatra
jew fil-kwalifika tiegħu; u ebda egħmil jew proċediment ta’ l-
Awtorità ma jiġi attakkat minħabba l-kontravvenzjoni minn
membru ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6) ta’ l-
artikolu 6 ta’ dan l-Att.
(5) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-Awtorità
tista’ tirregola l-proċedura tagħħa stess.
Rappreżentanza 
ġuridika ta’ l-
Awtorità. 
8. (1) Bla ħsara għad-disposizzjoni tas-subartikolu (4) ta’ l-
artikolu 4 ta’ dan l-Att, ir-rappreżentanza ġuridika ta’ l-Awtorità
tkun vestita fiċ-Chairman:
Iżda l-Awtorità tista’ taħtar wieħed jew aktar mill-membri
l-oħra, jew mill-uffiċjali jew impjegati ta’ l-Awtorità, biex jidhru
f’isem jew minflok l-Awtorità f’kull proċedimenti ġudizzjarji u
 6      KAP. 261.ħ      AWTORITÀ TAD-DJAR
f’kull att, kuntratt, kitba jew dokument ieħor ikun li jkun.
(2) Kull dokument li jidher li jkun att magħmul jew maħruġ
mill-Awtorità u li jkun iffirmat miċ-Chairman f’isem l-Awtorità
jkun ammess bħala prova u għandu, sakemm ma jiġix ippruvat
kuntrarju, jitqies li hu att magħmul jew maħruġ mill-Awtorità.
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Awtorità. 
9. (1) Il-Ministru għandu minn żmien għal żmien
jikkomunika lill-Awtorità d-direttivi tal-Kabinett dwar il-policy li
għandha timxi fuqha l-Awtorità fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha u fl-
eżerċizzju tas-setgħat tagħha skond dan l-Att. Dawk id-direttivi
jistgħu jkunu ta’ xorta ġenerali dwar ħwejjeġ li fil-fehma tal-
Kabinett ikunu jolqtu l-interess pubbliku b’mod ġenerali u ta’ xorta
speċifika dwar ħwejjeġ li fil-fehma tal-Kabinett jolqtu interessi
pubbliċi speċifiċi, fi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għoti ta’
kuntratti, mat-tneħħija ta’ proprjetà u mal-għoti ta’ kirjiet u titoli
oħra fuq proprjetà, fi ħwejjeġ li jolqtu d-dħul ta’ flus u f’kull ħaġa
li għandha x’taqsam ma’ ħlasijiet u ma’ ħruġ ta’ flus in ġenerali, kif
ukoll dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni
tal-policies, pjanijiet jew proġetti tal-Gvern dwar id-djar. L-
Awtorità għandha tagħti seħħ lil dawk id-direttivi u għandha
tmexxi x-xogħol tagħha skond dawk id-direttivi:
Iżda l-kwistjoni jekk l-Awtorità tkunx f’xi każ imxiet skond
dawk id-direttivi ma għandha tiġi eżaminata f’ebda qorti.
(2) Id-direttivi kollha li jiġu komunikati mill-Ministru lill-
Awtorità taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandhom jiġu
pubblikati fil-Gazzetta u kopja tagħhom għandha titqiegħed fuq il-
Mejda tal-Kamra malajr kemm jista’ jkun.
(3) L-Awtorità għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet biex
jikseb tagħrif dwar il-proprjetà u l-attività ta’ l-Awtorità, u
tibgħatlu prospetti, kontijiet u tagħrif ieħor dwarhom, u tagħtih
faċilitajiet biex jivverifika t-tagħrif mogħti, b’dak il-mod u f’dawk
iż-żminijiet kif ikun jeħtieġ. Kopji tal-minuti ta’ l-Awtorità
għandhom jintbagħtu lill-Ministru regolarment u mingħajr
dewmien.
Uffiċjali u 
impjegati ta’ l-
Awtorità.
10. (1) L-Awtorità tista’ timpjega b’dik ir-rimunerazzjoni u
b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Awtorità tista’, bl-
approvazzjoni tal-Ministru, tistabbilixxi, lil dawk l-uffiċjali u
impjegati kif minn żmien għal żmien ikun meħtieġ għall-eżerċizzju
xieraq u effiċjenti tal-funzjonijiet tagħha. Il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tax-xogħol ikunu jaqblu ma’ dawk ta’ impjegati fis-
servizz tal-Gvern.
(2) L-uffiċjali u l-impjegati ta’ l-Awtorità ma għandu jkollhom
ebda interess dirett jew indirett f’xi kuntratt magħmul jew li jkun
maħsub li jsir mill-Awtorità jew f’xi impriża li għandha jew li jkun
se jkollha xi relazzjonijiet kummerċjali ma’ l-Awtorità, ħlief dak l-
interess li jkun permess taħt xi skema approvata debitament mill-
Ministru u applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati ta’ l-Awtorità
b’mod ġenerali.
(3) L-Awtorità tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija
wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi,
AWTORITÀ TAD-DJAR ġKAP. 261.   7
twaqqaf skema jew skemi sew b’arranġamenti kontributorji jew
mhux kontributorji jew f’parti minn wieħed u f’parti mill-ieħor,
għall-ħlas lill-uffiċjali u l-impjegati tagħha, jew lid-dipendenti
tagħhom, meta jirtiraw, imutu jew ikorru, ta’ pensjonijiet,
gratifikazzjonijiet u benefiċċji oħra bħal dawn.
Rapport annwali. 
ġimgħat wara li tispiċċa kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat
lill-Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi, rapport li
b’mod ġenerali jittratta dwar l-attivitajiet ta’ l-Awtorità matul dik
is-sena finanzjarja u li jkun fih dak it-tagħrif dwar it-tmexxija u l-
policy ta’ l-Awtorità kif kull wieħed mill-Ministri msemmija jista’
jeħtieġ minn żmien għal żmien.
(2) Il-Ministru għandu jara li kopja ta’ kull rapport bħal dak
titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati malajr kemm jista’
jkun.
Disposizzjonijiet finanzjarji
Trasferiment tal-
proprjetà 
immobbli.
12. (1) Il-proprjetà immobbli li minn żmien għal żmien tiġi
speċifikata f’ordni tal-President ta’ Malta u pubblikata fil-Gazzetta
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-proprjetà immobbli"),
għandha b’effett mill-jum li jiġi speċifikat f’xi ordni bħal dak
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-jum stabbilit"), u bis-
saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr aktar assigurazzjoni, tiġi trasferita
lill-Awtorità u tiġi vestita fiha taħt l-istess titolu li biha kienet
miżmuma mill-Gvern qabel dak il-jum.
Kap. 88.
(2) Meta dwar xi proprjetà jew dritt inklużi fil-proprjetà
immobbli, xi att, proċedimenti jew ħaġ’oħra jkunu qed isiru jew
ikunu għadhom iseħħu minnufih qabel il-jum stabbilit taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal
Skopijiet Pubbliċi, magħdud kull att ġudizzjarju jew xi
proċediment ieħor, dak l-att, proċedimenti jew ħaġ’oħra għandhom,
minkejja kull ħaġa oħra li tinsab f’dan l-Att, jitkomplew, u kull atti,
proċedimenti jew ħwejjeġ oħra jistgħu jsiru, mill-awtorità
kompetenti, skond it-tifsir ta’ dik l-Ordinanza, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dik l-Ordinanza daqslikieku l-proprjetà li
għaliha jirreferu kienet se tiġi akkwistata minn dik l-awtorità; iżda
kull akkwist bħal dak għandu jsir minn jew f’isem jew għall-
benefiċċju ta’ l-Awtorità dwar id-Djar.
(3) Kull somom meħtieġa għall-akkwist ta’ xi proprjetà
immobbli, jew xi parti minnha, jew xi dritt f’dik il-proprjetà jew
fuqha, jew fit-twettiq ta’ xi obbligu li għalih tkun suġġetta, u kull
somom meħtieġa biex titlesta, lesta għall-okkupazzjoni, kull waħda
mill-proprjetà immobbli li tkun għadha qed tinbena u mhux lesta
kif intqal qabel fil-jum stabbilit għandha, sakemm ma jkunx
provdut xort’oħra fl-estimi ta’ l-Awtorità kif approvati mill-Kamra
tad-Deputati titħallas lill-Awtorità mill-Fond Konsolidat u tkun
addebitata lil dak il-Fond bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr aktar
approprjazzjoni.
Estimi ta’ l-
Awtorità. 
13. (1) L-Awtorità għandha tieħu ħsieb tħejji kull sena
finanzjarja, u għandha mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li
 8      KAP. 261.ħ      AWTORITÀ TAD-DJAR
tgħaddi kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u nfiq ta’ l-
Awtorità għas-sena finanzjarja li taħbat minnufih wara.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Awtorità għandha
tikkunsidra kull fondi u flejjes oħra li jkollhom jitħallsu lilha mill-
Fond Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew bis-saħħa
ta’ dan l-Att jew b’att ta’ approprjazzjoni jew b’xi liġi oħra; u l-
Awtorità għandha wkoll tħejji l-imsemmija estimi hekk li tiżgura li
d-dħul totali ta’ l-Awtorità jkun għall-anqas biżżejjed biex jitħallsu
s-somom kollha li għandhom jitħallsu mill-kont tad-dħul tagħha,
magħdud, iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dik it-tifsira,
deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkun
fihom dak it-tagħrif u dawk il-paraguni mas-snin ta’ qabel kif
jordna l-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, malli jiġu adottati mill-
Awtorità, tintbagħat minnufih mill-Awtorità lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità, iżda mhux
aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
mingħand l-Awtorità (jew jekk f’dak iż-żmien il-Kamra ma tkunx
qed tiltaqa’ fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi
minnufih wara), jieħu ħsieb li dawk l-estimi jitqiegħdu quddiem il-
Kamra flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra tapprova l-imsemmija
estimi. Għandha tingħata mhux anqas minn seduta waħda biex il-
Kamra tiddiskuti dik il-mozzjoni; u kemm dik il-mozzjoni kif ukoll
l-approvazzjoni ta’ l-estimi mill-Kamra jistgħu jkunu b’emendi
għall-estimi jew mingħajr emendi.
L-infiq ikun skond 
l-estimi approvati.
14. (1) Ma jista’ jsir ebda nfiq mill-Awtorità kemm il-darba
ma jkunx approvat mill-Kamra kif provdut fl-artikolu 13 ta’ dan l-
Att.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu -
(a) sakemm igħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja, jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi għal dik is-sena mill-Kamra, skond liema
tkun l-ewwel data, l-Awtorità tista’ tagħmel infiq biex
taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att ta’ mhux
aktar b’kollox minn nofs l-ammont approvat mill-
Kamra għas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) infiq approvat dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, isir dwar kap jew sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità tista’
tagħmel infiq sakemm jiġu approvati l-estimi għal dik
is-sena mill-Kamra ta’ mhux iżjed b’kollox mill-
ammonti li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’,
wara konsul tazzjoni mal-Ministru, jippermetti;
(d) jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab li l-ammont
AWTORITÀ TAD-DJAR ġKAP. 261.   9
approvat mill-Kamra ma jkunx biżżejjed jew tinqala’
l-ħtieġa għal infiq li ma jkunx provdut għalih fl-estimi,
l-Awtorità tista’ tadotta estimi supplementari għall-
approvazzjoni tal-Kamra u, sakemm tingħata dik l-
approvazzjoni iżda bil-kondizzjoni li din tingħata, l-
Awtorità tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru respon
sabbli għall-finanzi mogħtija wara konsultazzjoni mal
Ministru, tagħmel l-infiq relattiv jew dik il-parti minnu
li l-Ministru jista’ hekk japprova; u f’kull każ bħal dak
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att applikabbli għall-
estimi japplikaw għal estimi supplementari.
Pubblikazzjoni ta’ 
estimi approvati. 
15. L-estimi u l-estimi supplementari kollha ta’ l-Awtorità
approvati mill-Kamra għandhom, malajr kemm jista’ jkun, jiġu
pubblikati fil-Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika. 
Emendat:
XVI.1997.8.
16. (1) L-Awtorità għandha tieħu ħsieb li  żżomm kontijiet
xierqa u records oħra dwar ix-xogħol tagħha, u għandha tieħu ħsieb
li tħejji prospett ta’ kontijiet dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità għandhom jiġu verifikati minn
uditur jew udituri nominati mill-Awtorità w approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet ta’ l-
Awtorità jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li għal
dan il-għan ikollu s-setgħa li jagħmel kull verifika fiżika u l-
verifiki l-oħra li jidhirlu meħtieġa.
(3) Wara li tispiċċa kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard
mid-data li fiha l-estimi ta’ l-Awtorità jintbagħtu lill-Ministri
skond l-artikolu 13 ta’ dan l-Att, l-Awtorità għandha tieħu ħsieb li
kopja tal-prospett tal-kontijiet verifikati kif imiss tintbagħat lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport magħmul mill-udituri fuq dak il-prospett jew
il-kontijiet ta’ l-Awtorità.
(4) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li kopja ta’ kull prospett u
rapport bħal dawk jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati
flimkien mal-mozzjoni mqiegħda quddiem il-Kamra skond l-
artikolu 13 ta’ dan l-Att.
Depożitu ta’ dħul u 
ħlasijiet mill-
Awtorità.
17. (1) Il-flejjes kollha miġbura mill-Awtorità għandhom
jitqiegħdu f’bank jew f’banek maħtura bħala bankiera ta’ l-
Awtorità b’riżoluzzjoni ta’ l-Awtorità. Dawk il-flejjes għandhom,
safejn dan jista’ jsir, jitħallsu f’dak il-bank minn ġurnata għall-
oħra, ħlief dik is-somma li l-Awtorità tista’ tawtorizza li tinżamm
biex jitħallsu spejjeż żgħar u ħlasijiet ta’ flus li jsiru fil-pront.
(2) Il-ħlasijiet kollha mill-fondi ta’ l-Awtorità, barra minn
spejjeż żgħar li ma jkunux aktar minn somma stabbilita mill-
Awtorità, għandhom isiru minn dak l-uffiċjal jew minn dawk l-
uffiċjali ta’ l-Awtorità li l-Awtorità tista’ taħtar jew issemmi għal
hekk.
(3) Ċekkijiet kontra u irtirar minn kull kont tal-bank ta’ l-
Awtorità għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal ta’ l-
 10      KAP. 261.ħ      AWTORITÀ TAD-DJAR
Awtorità li jista’ jiġi maħtur jew imsemmi għal hekk mill-Awtorità
u għandhom ikunu kontra firmati miċ-Chairman jew minn dak il-
membru jew uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità kif jista’ jiġi awtorizzat
mill-Awtorità għal hekk.
(4) L-Awtorità għandha wkoll tipprovdi dwar -
(a) il-mod li bih u l-uffiċjal jew l-uffiċjali li minnhom
għandhom jiġu awtorizzati jew approvati l-ħlasijiet; 
(b) l-isem ta’ kull kont miżmum mal-bank jew banek li
fihom il-flus ta’ l-Awtorità għandhom jitħallsu, u t-
trasferiment ta’ fondi minn kont għal ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jintuża fil-ħlasijiet mill-fondi ta’
l-Awtorità,
u b’mod ġenerali dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mat-tiżmim u
l-kontroll xieraq ta’ kontijiet u kotba, u l-kontroll tal-finanzi, ta’ l-
Awtorità.
Kuntratti għall-
provvista ta’ 
xogħlijiet. 
18. Bla ħsara għal kull direttivi mogħtija mill-Ministru skond
is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 9 ta’ dan l-Att, l-Awtorità
m’għandhiex ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal
raġunijiet speċjali u wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, tagħti jew tkun parti f’xi kuntratt għall-provvista ta’
oġġetti jew materjal jew għall-esekuzzjoni ta’ xogħlijiet, għall-
Awtorità jew għall-vantaġġ tagħha, li jkunu stmati mill-Awtorità li
jkunu jiswew aktar minn tlett elef lira ħlief wara li jkun ġie
pubblikat avviż tal-ħsieb ta’ l-Awtorità li tidħol fil-kuntratt u wara
li jkunu ħarġu offerti.
Eżenzjoni mit-
taxxa.
19. L-Awtorità tkun ħielsa minn kull obbligu għall-ħlas ta’
taxxa fuq l-income, taxxa fuq dokumenti u dazju tad-dwana skond
xi liġi li tkun għaż-żmien fis-seħħ.
Mixxellanji 
Self trasferit. 20. (1) Meta jsir att pubbliku bejn il-Kumpannija, u
kumpannija jew enti morali ieħor imsemmi bil-miktub mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi bħala ċ-ċessjonarju msemmi
għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu (liema kumpannija jew enti ieħor
hawnhekk iżjed ’il quddiem jissejħu "iċ-ċessjonarju") u dak l-att
jittrasferixxi jew ikun jidher li jittrasferixxi liċ-ċessjonarju xi self
jew avvanzi magħmula mill-Kumpannija, u speċifikati fl-atti li bih
ikunu jew jidhru li jkunu, trasferiti bl-indikazzjoni ta’ isem id-
debitur u d-data ta’, u l-isem tan-nutar li jagħmel il-kuntratt li bih
ikun sar is-self jew l-avvanz relattiv (liema self u avvanzi f’dan l-
Att qed jissejħu "is-self trasferit"), l-att magħmul kif intqal qabel
bejn il-Kumpannija u ċ-ċessjonarju għandu, b’seħħ mid-data li fiha
dak it-trasferiment jibda jseħħ (f’dan l-Att imsejħa "id-data
operattiva"), jittrasferixxi liċ-ċessjonarju dawk is-self u avvanzi
kollha, u -
(a) dak it-trasferiment għandu jittrasferixxi wkoll id-
drittijiet kollha, reali u personali, dwar is-self trasferit,
magħduda kull privileġġ, ipoteka, rahan jew
obbligazzjoni oħra tkun li tkun, kif ukoll kull drittijiet
kontra garanti, u dwar terzi persuni dak it-trasferiment
AWTORITÀ TAD-DJAR ġ K AP. 261.
għandu jkollu effett mar-reġistrazzjoni fir-Reġistru
Pubbliku ta’ l-att pubbliku li bih isir dak it-
trasferiment permezz ta’ nota li jkun fiha l-ismijiet tal-
partijiet fl-att u d-data u x-xorta ta’ l-att, mingħajr
aktar tħaris ta’ xi ħtieġa oħra ta’ liġi;
(b) it-trasferiment ta’ kull dritt, responsabbiltà jew
obbligu kif intqal qabel -
(i) ma joperax bħala novazzjoni f’xi dritt,
responsabbiltà jew obbligu bħal dawk u kull
dritt, responsabbiltà jew obbligu bħal dawk
għandhom ikomplu jkollhom effett daqslikieku
ma kien hemm ebda tibdil fid-detentur, kreditur
jew debitur tagħhom u daqslikieku kienu dejjem
drittijiet, responsabbiltà jew obbligu ta’, jew
favur jew dwar iċ-ċessjonarju;
(ii) ma joperax bħala ksur ta’ patt jew kondizzjoni,
sew statutarja kemm kontrattwali, u ma jagħti
lok għal ebda konfiska;
(iii) ma jagħti lok għal ebda ħlas ta’ xi premium jew
penali, u għal ebda ħlas ieħor ikun li jkun;
(iv) ma jinvalidax, ma jeħlisx u ma jilliberax xi
kuntratt jew garanzija;
(ċ) kull kuntratt dwar is-self trasferit li jkun fis-seħħ fid-
data operattiva u li fih tkun parti l-Kumpannija
għandu, f’dik id-data u wara, jibqa’ fis-seħħ u
jinftiehem daqslikieku -
(i) iċ-ċessjonarju kien parti fih minflok il-
Kumpannija;
(ii) minflok kull riferenza (tkun kif tkun miktuba u
sew jekk espressa jew mifhuma) għal
Kumpannija kien hemm sostitwita, dwar kull
ħaġa li għandha ssir fid-data operattiva jew
wara, riferenza għaċ-ċessjonarju;
(iii) minflok kull riferenza (tkun kif tkun miktuba u
sew jekk espressa jew mifhuma) għad-diretturi,
jew għal direttur, uffiċjal jew impjegat tal-
Kumpannija kien hemm sostitwita, dwar kull
ħaġa li għandha ssir fid-data operattiva jew
wara, riferenza għad-diretturi, jew għal direttur,
uffiċjal jew impjegat taċ-ċessjonarju jew
persuna b’kariga ekwivalenti, skond il-każ,
u d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi (ii) u (iii) ta’
dan il-paragrafu għandhom japplikaw għal kull
kuntratt jew dokument ieħor (magħduda kull nota
mdaħħla fir-Reġistru Pubbliku) dwar is-self trasferit li
jkun fis-seħħ fid-data operattiva dwar kuntratt li fih
tkun parti l-Kumpannija;
(d) kull kont dwar is-self trasferit bejn il-Kumpannija u
kull persuna oħra għandu, fid-data operattiva, isir kont
bejn iċ-ċessjonarju u dik il-persuna l-oħra taħt l-istess
 12      KAP. 261.ħ      AWTORITÀ TAD-DJAR
pattijiet, kondizzjonijiet u ħwejjeġ inċidentali kif
applikati qabel dik id-data, u kull kont bħal dak
għandu jitqies għall-finijiet kollha bħala kont wieħed
kontinwu;
(e) kull istruzzjoni, direzzjoni, mandat, prokura, awtorità
jew kunsens mogħtija dwar is-self trasferit, u fis-seħħ
minnufih qabel id-data operattiva għandhom ikomplu
fis-seħħ, f’dik id-data u wara, daqslikieku mogħtija
liċ-ċessjonarju;
(f) kull garanzija trasferita liċ-ċessjonarju li minnufih
qabel id-data operattiva kienet miżmuma mill-
Kumpannija bħala garanzija għall-ħlas jew ħelsien ta’
xi dejn, responsabbiltà jew obbligu għandha, fid-data
operattiva u wara, tinżamm minn u tkun għad-
disposizzjoni taċ-ċessjonarju bħala garanzija għall-
ħlas jew ħelsien ta’ dak id-dejn, responsabbiltà jew
obbligu; u kull garanzija bħal dik li testendi għal
avvanzi jew obbligi futuri għandha, fid-data operattiva
u wara, tinżamm u tkun għad-disposizzjoni taċ-
ċessjonarju bħala garanzija għal avvanzi futuri minn, u
obbligi futuri lil, ċessjonarju bl-istess mod f’kull dettal
bħala avvanzi futuri minn jew obbligi futuri ta’, il-
Kumpannija kif kienu garantiti qabel dik id-data;
(g) kull sentenza jew  award  miksuba minn jew kontra l-
Kumpannija dwar is-self trasferit qabel id-data
operattiva u li ma jkunux ġew esegwiti f’dik id-data
għandhom, f’dik id-data u wara, jiġu infurzati minn u
kontra ċ-ċessjonarju.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma żżomm
lin-nutar li jirċievi l-att li bih is-self trasferit ikun ġie trasferit liċ-
ċessjonarju milli jirreġistra f’kull reġistru xieraq fir-Reġistru
Pubbliku jew f’xi nota reġistrata jew insinwata f’dak ir-Reġistru
dik ir-riferenza jew annotazzjoni oħra li tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi.
Membru tal-
Parlament ma 
jistax ikun avukat, 
eċċ., kontra l-
Awtorità.
21. Imħassar bl-Att XXIV.1995.360.
