SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    1
KAPITOLU 262
ATT DWAR IS-SAĦĦA MENTALI
Biex jipprovdi dwar il-kura u l-ħarsien ta’ persuni b’diżordni mentali u għal għanijiet li
għandhom x’jaqsmu magħhom jew anċillari għalihom.
14 ta’ Settembru, 1981
L-ATT XVIII ta’ l-1976 kif emendat bl-Att VI ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Titolu fil-qosor  1 
Taqsima I.  Preliminari  2-3 
Taqsima II. Provvediment ta’ Servizzi għal min ikollu Diżordni 
Mentali  4-13 
Taqsima III.  Dħul Obbligatorju fi Sptar  14-41 
Taqsima IV.  Pazjenti li jkollhom x’jaqsmu fi Proċedimenti 
Kriminali  42-45 
Taqsima V.  Mixxellanji u Supplementari  46-51 
  2      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar is-Saħħa
Mentali.
TAQSIMA I
PRELIMINARI 
Tifsir. 2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra  - 
"dar residenzjali għal persuni b’diżordni mentali" tfisser
stabbiliment li l-għan waħdieni jew prinċipali tiegħu hu, jew jitqies
li hu, il-provvediment ta’ alloġġ, sew jekk għal kumpens sew jekk
le, ta’ persuni li jkunu jbatu b’diżordni mentali, liema stabbiliment
la jkun dar ta’ kura mentali u lanqas sptar;
"dar ta’ kura mentali" tfisser kull post, li ma jkunx sptar, użat jew
maħsub li jintuża biex fih jiġu milqugħa, u biex jiġu provduti
servizzi ta’ infermier jew kura medika oħra lil, pazjent wieħed jew
aktar b’diżordni mentali (sew jekk wieħed għalih waħdu jew
flimkien ma’ persuni oħra);
"diżordni mentali" tfisser mard tal-moħħ, żvilupp imwaqqaf jew
mhux komplet tal-moħħ, diżordni psikopatiku, u kull diżordni jew
inkapaċità  oħra tal-moħħ;
"diżordni psikopatiku" tfisser diżordni jew inkapaċità  persistenti
tal-moħħ (sew jekk tinkludi intelliġenza taħt in-normal sew jekk le)
li minnha tirriżulta mġieba aggressiva mhux normali jew imġieba
irresponsabbli serjament min-naħa tal-pazjent, u li teħtieġ jew li
tista’ ssirilha kura medika;
Kap. 94.
"Kunsill Mediku" tfisser il-Kunsill Mediku mwaqqaf taħt l-
artikolu 20 ta’ l-Ordinanza dwar l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment
tas-Saħħa;
"kura medika" tinkludi servizzi ta’ infermier, u wkoll il-ħarsien u
t-taħriġ taħt sorveljanza medika;
"manager" tfisser -
(i) dwar l-Isptar Monte Karmelu jew l-Isptar
Chambrai, it-Tabib Suprintendent ta’ dak l-
isptar, jew it-tabib li jagħmilha minfloku f’dik
il-kariga;
(ii) dwar kull sptar ieħor jew dwar dar ta’ kura
mentali, il-persuna jew il-persuni responsabbli
għat-tmexxija ta’ dak l-isptar jew dar ta’ kura;
"mental welfare officer" tfisser persuna li, tkun xi tkun in-
nomina, jew it-titolu tagħha jew tkun kif tkun imsejħa, tkun
inkarigata mill-Ministru jew bil-qadi tal-funzjonijiet ta’ mental
welfare officer għall-finijiet ta’ dan l-Att jew tkun xort’oħra
mqabbda taqdi dawk il-funzjonijiet;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika; 
"nieqes mingħajr permess" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha
bl-artikolu 25;
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    3
"pazjent" tfisser persuna li tkun tbati, jew li tidher li tkun tbati,
minn diżordni mentali;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti skond dan l-Att;
"qarib l-aktar viċin" u "qarib" dwar pazjent għandha l-istess tifsir
kif mogħti lilha fit-Taqsima III ta’ dan l-Att;
"subnormalità " tfisser stat ta’ żvilupp imwaqqaf jew mhux
komplet tal-moħħ (li ma jkunx subnormalità  qawwija) li jinkludi
subnormalità  ta’ intelliġenza u li jkun ta’ xorta jew grad li jkun
jeħtieġ jew jista’ jsirlu kura medika jew ħarsien jew taħriġ ieħor
speċjali tal-pazjent;
"subnormalità  qawwija" tfisser stat ta’ żvilupp imwaqqaf jew
mhux komplet tal-moħħ li jinkludi intelliġenza taħt in-normal u li
jkun ta’ xorta jew grad li l-pazjent ma jkunx jista’ jgħix ħajja
indipendenti jew li ma jkunx jista’ jħares lilu nnifsu minn
sfruttament serju, jew ma jkunx hekk jista’ meta jkun ta’ l-età  li
jagħmel hekk;
"sptar" tfisser l-Isptar Monte Karmelu, l-Isptar Chambrai, u kull
post ieħor dikjarat mill-Ministru, b’avviż fil-Gazzetta*, bħala sptar
għall-finijiet ta’ dan l-Att, u (mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ l-
artikolu 36), dwar persuna suġġetta li tiġi miżmuma fi sptar,
tinkludi dar ta’ kura mentali;
"tabib" tfisser kull persuna li isimha jkun imniżżel fir-Reġistru
Mediku miżmum mill-Kunsill Mediku;
"tabib responsabbli", dwar pazjent suġġett li jiġi miżmum fi
sptar, tfisser it-tabib inkarigat mill-kura tal-pazjent;
"Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali" tfisser it-Tribunal
ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali mwaqqaf bl-artikolu 38.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li tfisser li
persuna tista’ tiġi meqjusa taħt dan l-Att bħala li tbati minn xi
forma ta’ diżordni mentali mfisser f’dan l-artikolu minħabba biss
promiskwità  jew imġieba immorali oħra.
Dħul mhux formali 
ta’ pazjenti.
3. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li ma
tħallix pazjent li jkun jeħtieġ kura għal diżordni mentali milli jidħol
f’xi sptar jew dar ta’ kura mentali skond arranġamenti magħmula
għal hekk u mingħajr ebda applikazzjoni, ordni jew direttiva li
tagħmel lil dak il-pazjent suġġett li jiġi miżmum hemm skond dan
l-Att, jew milli jibqa’ f’xi sptar jew dar ta’ kura mentali skond
dawk l-arranġamenti wara li ma jkunx baqa’ iktar hekk suġġett li
jiġi miżmum.
(2) Fil-każ ta’ minuri li jkun għalaq is-sittax-il sena, u li jkun
jaf jesprimi x-xewqat tiegħu, kull arranġamenti kif imsemmija fis-
subartikolu (1) jistgħu jsiru, jiġu esegwiti u jiġu deċiżi minkejja
kull dritt ta’ kustodja jew kontroll vestit b’liġi fil-ġenitur jew fit-
tutur tiegħu.
*Ara l-Avviż Legali 169 ta’ l-1994.
  4      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
TAQSIMA II
PROVVEDIMENT TA’ SERVIZZI GĦAL MIN IKOLLU 
DIŻORDNI MENTALI 
Provvediment ta’ 
servizzi ta’ sptar, 
eċċ.
4. Il-Ministru jista’, dwar jew relattivament għal persuni li
jbatu jew li kienu jbatu b’diżordni mentali, jipprovdi jew jagħmel
arranġamenti għal, jew ikompli l-provvediment jew l-arranġamenti
magħmula għal, xi waħda jew kull waħda minn dawn li ġejjin:
(a) servizzi għall-ħarsien u l-kura ta’ dawk il-persuni fi
sptarijiet;
(b)ċentri jew faċilitajiet oħra għal taħriġ jew
okkupazzjoni, u t-tagħmir u l-manutenzjoni ta’ dawk
iċ-ċentri; 
(ċ) kull servizzi anċillari jew supplementari għal dawk il-
persuni jew għall-benefiċċju tagħhom.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti dwar 
sptarijiet, eċċ.
5. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti dwar l-
organizzazzjoni, id-direzzjoni u t-tmexxija ta’ kull sptar u ta’ kull
post ieħor fejn jiġu provduti faċilitajiet għal taħriġ jew
okkupazzjoni dwar jew relattivament għall-persuni msemmija fl-
artikolu 4.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, kull
regolamenti bħal dawk jistgħu b’mod partikolari jagħtu lil kull
uffiċjal tad-Dipartiment tas-Saħħa jew lil kull persuna oħra hekk
kif jista’ jiġi preskritt, dawk is-setgħat ta’ spezzjon li jistgħu jiġu
preskritti bir-regolamenti.
Liċenza għad-
direzzjoni ta’ djar 
ta’ kura mentali.
6. (1) Ebda persuna ma għandha żżomm jew tidderiġi dar ta’
kura mentali mingħajr liċenza maħruġa mis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika, u ebda liċenza bħal dik ma tiġi maħruġa kemm-il
darba l-post relattiv ma jkunx ġie reġistrat ma’ l-imsemmi
Suprintendent bħala dar ta’ kura mentali.
(2) Kull persuna li żżomm jew tidderiġi dar ta’ kura mentali
mingħajr liċenza maħruġa taħt dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira
u multa ta’ mhux iżjed minn ħames liri kull jum li matulu jkompli
r-reat.
Kondizzjonijiet 
għar-reġistrazzjoni 
u għad-direzzjoni u 
tmexxija ta’ djar 
ta’ kura mentali.
7. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jipprovdu
għall-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u għad-direzzjoni u
tmexxija ta’ djar ta’ kura mentali.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, dawk ir-
regolamenti jistgħu b’mod partikolari jagħmlu dawk id-
disposizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xierqa dwar - 
(a) ix-xorta ta’ servizzi ta’ infermier jew kura oħra medika
li għandhom ikunu provduti f’dawk id-djar;
(b) il-forma u l-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet għar-
reġistrazzjoni;
(ċ) il-ħruġ, il-forma u l-kontenut ta’ ċertifikati ta’
reġistrazzjoni;
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    5
(d) il-faċilitajiet u servizzi li għandhom jiġu provduti
f’dawk id-djar; u
(e) kull ħaġa oħra anċillari jew li għandha x’taqsam ma’ xi
ħaġa msemmija qabel.
Disposizzjonijiet 
speċjali dwar 
reġistrazzjoni ta’ 
djar ta’ kura 
mentali.
8. (1) Kull applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ dar ta’ kura
mentali għandha tispeċifika jekk hux maħsub jew le li hemmhekk
jiġu milqugħa pazjenti suġġetti li jiġu miżmuma skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Tkun kondizzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ kull dar ta’ kura
mentali li n-numru ta’ persuni li jinżammu f’kull żmien fid-dar
(barra mill-persuni li jidderiġu d-dar jew li jkunu hemmhekk
impjegati u l-familji tagħhom) ma jkunx iktar minn dak in-numru li
jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ qabel, ir-reġistrazzjoni tista’ ssir suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet (li jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat) li s-
Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jidhirlu xierqa biex jirregola l-
età , is-sess jew kategorija oħra ta’ persuni li jistgħu jiġu milqugħa
fid-dar.
Reati kontra l-
artikoli 7 u 8.
9. (1) Kull persuna li tonqos li tħares xi disposizzjoni ta’ xi
regolament magħmul taħt l-artikolu 7 (barra minn regolament
magħmul dwar ħwejjeġ imsemmija fil-paragrafu (b) jew (ċ) tas-
subartikolu (2) tiegħu) jew xi kondizzjoni imposta bl-artikolu 8 jew
taħt l-artikolu 8 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja għall-
ewwel darba, multa ta’ mhux iżjed minn ħames liri u, meta tinsab
ħatja t-tieni darba jew wara, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira
u fil-każ ta’ reat kontinwu multa ta’ mhux iżjed minn żewġ liri għal
kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
(2) Meta persuna tinsab ħatja iktar minn darba taħt dan l-
artikolu, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jista’ jħassar kull
liċenza maħruġa minnu taħt dan l-Att favur dik il-persuna.
Spezzjon ta’ djar 
ta’ kura mentali.
10. (1) Kull persuna awtorizzata għal hekk mis-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika tista’ f’kull żmien, wara li tipproduċi (jekk
hekk mitluba) xi dokument awtentikat kif imiss li juri li hi tkun
hekk awtorizzata, tidħol u tispezzjona kull post li jkun użat, jew li
hi raġonevolment taħseb li tkun qed jintuża, bħala dar ta’ kura
mentali, u tista’ titlob il-produzzjoni ta’ u tispezzjona kull records
miżmuma hemmhekk, barra minn records dwar il-kura ta’ pazjenti
partikolari.
(2) Persuna awtorizzata taħt is-subartikolu (1) li tispezzjona
dar ta’ kura mentali tista’ żżur u tintervista fil-privat kull pazjent
b’diżordni mentali fid-dar -
(a) sabiex jiġi mistħarreġ kull ilment dwar il-kura tiegħu li
jsir mill-pazjent jew f’ismu; jew
(b) f’kull każ meta l-persuna hekk awtorizzata jkollha
raġuni xierqa taħseb li l-pazjent ma jkunx qed jirċievi
l-kura xierqa;
u meta l-persuna hekk awtorizzata tkun tabib, din tista’ teżamina
lill-pazjent fil-privat u titlob il-produzzjoni ta’ u tispezzjona kull
  6      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
records mediċi dwar il-kura tal-pazjent fid-dar ta’ kura.
Liċenza tkompli 
isseħħ ma’ tħassir 
jew  mewt.
11. (1) Meta xi liċenza maħruġa favur xi persuna dwar xi dar
ta’ kura mentali tkun imħassra taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 9 u, fil-ħin tat-tħassir, ikun hemm f’dik id-dar xi pazjent li
jkun suġġett li jiġi miżmum f’dik id-dar taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-liċenza għandha, minkejja t-
tħassir tagħha, tkompli sseħħ għal żmien ta’ xahrejn mid-data tat-
tħassir jew sakemm ebda wieħed minn dawk il-pazjenti ma jibqa’
iktar hekk suġġett, liema minnhom jiġri l-ewwel.
(2) Meta xi persuna li għandha liċenza skond l-artikolu 6 (li ma
tkunx persuna waħda minn tnejn jew iktar li għandhom liċenza
dwar l-istess dar ta’ kura mentali) tmut u, fil-ħin ta’ mewtha, ikun
hemm fid-dar ta’ kura mentali relattiva xi pazjent li jkun suġġett li
jiġi miżmum hemmhekk skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, il-liċenza relattiva għandha tkompli sseħħ għall-
benefiċċju ta’ kull persuna approvata mis-Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika sakemm igħaddu xahrejn minn dik il-mewt, jew sakemm
ebda pazjent bħal dak ma jibqa’ iktar hekk suġġett, jew sakemm
persuna oħra barra mill-mejta tkun ġiet hekk liċenzjata, liema
minnhom jiġri l-ewwel.
Applikabbiltà  ta’ 
ċerti artikoli għal 
djar residenzjali. 
12. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(1), l-artikolu 7(2)(b),
(ċ), (d) u (e),  l-artikolu 8(2) , ta’ l-artikolu 9 u ta’ l-artikolu 10(1)
għandhom japplikaw mutatis mutandis għal djar residenzjali għal
persuni b’diżordni mentali.
Setgħat ta’ dħul 
għal spezzjon minn 
mental welfare 
officer.
13. Mental welfare officer jista’, f’kull żmien raġonevoli, wara
li jipproduċi (jekk hekk mitlub) xi dokument awtentikat kif imiss li
juri li hu jkun uffiċjal bħal dak, jidħol u jispezzjona kull post (li ma
jkunx sptar) li fih tkun qed tgħix persuna b’diżordni mentali, jekk
ikollu raġuni xierqa jaħseb li dak il-pazjent ma jkunx qiegħed taħt
kura xierqa.
TAQSIMA III
DĦUL OBBLIGATORJU FI SPTAR
Dħul obbligatorju 
għall-osservazzjoni 
jew għall-kura.
14. (1) Pazjent jista’ jidħol fi sptar, u jinżamm hemmhekk
għal dak iż-żmien jew żminijiet hekk kif speċifikati f’dan l-Att - 
(a) għall-osservazzjoni, skond applikazzjoni għal hekk
(f’dan l-Att imsejħa applikazzjoni għal dħul għall-
osservazzjoni), jew
(b) għal kura, skond applikazzjoni għal hekk (f’dan l-Att
imsejħa applikazzjoni għal dħul għall-kura), 
magħmula f’kull każ skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu.
(2) Applikazzjoni għal dħul skond dan l-artikolu għandha ssir
dwar pazjent minħabba -
(a) li jkun ibati b’diżordni mentali ta’ xorta jew grad li
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    7
tkun teħtieġ it-tiżmim tal-pazjent fi sptar;
(b) li jkun hekk meħtieġ li jinżamm fl-interessi ta’ saħħtu
jew tal-ħarsien tiegħu nnifsu jew bil-ħsieb li jkunu
mħarsa persuni oħra.
(3) Applikazzjoni għal dħul skond dan l-artikolu għandha tkun
ibbażata fuq rakkomandazzjonijiet bil-miktub fil-formola
preskritta, mogħtija jew flimkien jew separatament minn żewġ
tobba, magħduda f’kull każ dikjarazzjoni li fil-fehma tat-tabib il-
kondizzjonijiet murija fis-subartikolu (2)(a) u (b) jkunu ġew
imħarsa:
Iżda, fil-każ ta’ applikazzjoni għal dħul għall-kura, iż-żewġ
tobba għandhom jagħtu raġunijiet dettaljati tal-fehma tagħhom u
għandhom jispeċifikaw jekk hemmx metodi oħra li jistgħu jintużaw
dwar il-pazjent u, jekk hekk, għaliex dawk il-metodi ma jkunux
xierqa.
(4) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma tipprekludi li
pazjent li jidħol fi sptar skond applikazzjoni għal dħul għall-
osservazzjoni jirċievi dik il-kura medika li t-tabib responsabbli
jidhirlu xierqa.
Dħul obbligatorju 
għall-osservazzjoni 
f’każ ta’ 
emerġenza. 
15. (1) F’kull każ meta jkun hemm ħtieġa urġenti, pazjent
jista’ jidħol fi sptar għall-osservazzjoni u jiġi hemmhekk miżmum
għal dak iż-żmien u taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma speċifikati
f’dan l-artikolu, skond applikazzjoni magħmula skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, u kull applikazzjoni
bħal dik f’dan l-Att qed tissejjaħ applikazzjoni ta’ emerġenza.
(2) Applikazzjoni ta’ emerġenza għandha tinkludi dikjarazzjoni
mill-applikant (li tiġi verifikata mir-rakkomandazzjoni medika l-
ewwel imsemmija fis-subartikolu (3)) li jkun ta’ ħtieġa urġenti li l-
pazjent jidħol u jiġi miżmum għall-osservazzjoni skond l-artikolu
14, u li t-tħaris tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att dwar applikazzjonijiet għal dħul għall-osservazzjoni jġibu
dewmien żejjed.
(3) Applikazzjoni ta’ emerġenza tkun biżżejjed jekk tkun
ibbażata fuq waħda mir-rakkomandazzjonijiet mediċi meħtieġa bl-
artikolu 14, mogħtija, jekk jista’ jkun, minn tabib li jkun jaf minn
qabel lill-pazjent u li xort’oħra tkun skond il-ħtiġiet ta’ l-artikolu
17 safejn japplikaw għal rakkomandazzjoni waħda, iżda ma
tkomplix isseħħ meta jgħaddu tnejn u sebgħin siegħa mill-ħin li fih
il-pazjent ikun daħal fl-isptar kemm-il darba -
(a) it-tieni rakkomandazzjoni medika meħtieġa bl-artikolu
14 ma tingħatax u ma tiġix riċevuta mill-manager
f’dak iż-żmien; u
(b) dik ir-rakkomandazzjoni u r-rakkomandazzjoni l-
ewwel imsemmija f’dan is-subartikolu flimkien ma
jkunux skond il-ħtiġiet kollha ta’ l-artikolu 17.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar 
applikazzjonijiet.
16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
applikazzjoni għad-dħul ta’ pazjent fi sptar tista’ ssir jew mill-qarib
l-aktar viċin tal-pazjent jew minn mental welfare officer, u
  8      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
applikazzjoni taħt l-artikolu 15 dwar pazjent li jkun qiegħed
jiskonta sentenza ta’ priġunerija kif imfisser fl-artikolu 44(4) tista’
ssir ukoll mid-Direttur tal-Ħabs; u kull applikazzjoni bħal dik
għandha tkun indirizzata lill-manager ta’ l-isptar fejn ikun se jsir
id-dħul u għandha tispeċifika l-kwalifika ta’ l-applikant biex
jagħmel l-applikazzjoni.
(2) Applikazzjoni għad-dħul għall-kura ma għandhiex issir
minn mental welfare officer jekk il-qarib l-aktar viċin tal-pazjent
ikun avża bil-miktub lil dak l-uffiċjal jew lis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika li hu joġġezzjona li ssir dik l-applikazzjoni, u, bla
ħsara għad-disposizzjoni ta’ qabel, ma għandhiex issir minn dak l-
uffiċjal ħlief wara konsultazzjoni mal-persuna (jekk ikun hemm) li
tkun tidher li hi l-qarib l-aktar viċin tal-pazjent ħlief jekk dak l-
uffiċjal ma jkunx tal-fehma li fiċ-ċirkostanzi dik il-konsultazzjoni
ma tkunx raġonevolment prattikabbli jew toħloq dewmien żejjed.
(3) Ma għandha ssir ebda applikazzjoni għad-dħul ta’ pazjent
minn xi persuna kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx
personalment rat lill-pazjent fi żmien erbatax-il jum, jew, fil-każ ta’
applikazzjoni ta’ emerġenza, fi żmien tlett ijiem, li f’kull każ
jispiċċaw bid-data ta’ l-applikazzjoni.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar 
rakkomandazzjo-
nijiet mediċi.
17. (1) Ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għall-finijiet ta’
applikazzjoni għad-dħul ta’ pazjent taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att
(f’dan l-Att imsejħa "ir-rakkomandazzjonijiet mediċi") għandhom
jingħataw minn tobba li jkunu eżaminaw personalment lill-pazjent
jew flimkien jew f’intervall ta’ mhux iżjed minn tlett ijiem.
(2) Mir-rakkomandazzjonijiet mediċi mogħtija għall-finijiet ta’
kull applikazzjoni bħal dik, waħda għandha tingħata minn tabib li
ismu jkun jidher fuq lista, approvata mill-Ministru wara
konsultazzjoni mal-Kunsill Mediku, ta’ tobba li jkollhom
esperjenza speċjali fid-dijanjosi jew fil-kura ta’ diżordni mentali;
u, jekk dak it-tabib qatt qabel ma kellu kuntatt mal-pazjent, ir-
rakkomandazzjoni l-oħra għandha, jekk jista’ jkun, tingħata minn
tabib li qabel kellu dak il-kuntatt mal-pazjent.
(3)Rakkomandazzjoni medika għall-finijiet ta’ applikazzjoni
għad-dħul ta’ pazjent taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma għandha
tingħata minn ebda waħda mill-persuni li ġejjin, jiġifieri:
(a) l-applikant;
(b) soċju ta’ l-applikant jew ta’ tabib li minnu tingħata
rakkomandazzjoni medika oħra għall-finijiet ta’ l-
istess applikazzjoni;
(ċ) persuna impjegata mill-applikant jew minn xi tabib
hekk kif intqal qabel;
(d) persuna li tirċievi jew li jkollha interess li tirċievi xi
ħlasijiet magħmula akkont tal-manteniment tal-
pazjent; jew
(e) żewġ jew mart, jew qarib f’konsangwinità  jew
b’affinità   sat-tieni grad tal-pazjent, ta’ xi persuna
hekk kif intqal qabel, jew ta’ tabib li minnu tingħata
rakkomandazzjoni medika oħra għall-fini ta’ l-istess
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    9
applikazzjoni.
Applikazzjonijiet 
dwar pazjenti li 
jkunu diġà  fi sptar.
18. (1) Meta pazjent ikun diġà  pazjent ġewwa sptar, iżda ma
jkunx suġġett li jiġi miżmum hemmhekk skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, tista’ ssir, minkejja dan,
applikazzjoni biex jidħol f’dak l-isptar għall-osservazzjoni jew
għall-kura.
(2) Meta pazjent ikun diġà  pazjent ġewwa sptar, u jkun suġġett
li jiġi miżmum hemmhekk wara li jkun daħal f’dak l-isptar għall-
osservazzjoni, tista’ ssir applikazzjoni, minkejja dan, biex jidħol
hemmhekk għall-kura.
(3) Meta ssir applikazzjoni skond id-disposizzjoni tas-
subartikolu (1) jew tas-subartikolu (2), il-pazjent għandu jitqies,
għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, bħallikieku daħal fl-
isptar fil-ħin li dik l-applikazzjoni ġiet riċevuta mill-manager.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), meta
pazjent ikun diġà  pazjent ġewwa sptar, iżda ma jkunx suġġett li jiġi
miżmum hemmhekk taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, jekk fil-
fehma tat-tabib inkarigat mill-kura tal-pazjent imissha ssir
applikazzjoni taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att għad-dħul tal-
pazjent fl-isptar għall-osservazzjoni jew għall-kura, dan jista’
jagħti lill-manager rapport bil-miktub f’dan is-sens; u f’kull każ
bħal dak il-pazjent jista’ jiġi miżmum fl-isptar għal żmien ta’ mhux
iżjed minn tlett ijiem li jibdew mill-ġurnata li fiha jingħata r-
rapport.
Effett ta’ 
applikazzjoni 
għad-dħul.
19. (1) Applikazzjoni għad-dħul ta’ pazjent fi sptar taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, mimlija kif imiss skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, tkun awtorità  biżżejjed
għall-applikant, jew kull persuna awtorizzata minnu bil-miktub,
biex jieħu l-pazjent u jittrasportah l-isptar f’kull ħin matul iż-żmien
ta’ erbatax-il jum li jibdew mid-data li tkun tidher fuq ir-
rakkomandazzjoni medika l-aħħar mogħtija għall-finijiet ta’ l-
applikazzjoni, bħala d-data li fiha l-pazjent kien l-aħħar eżaminat
mit-tabib qabel ma jkun ta dik ir-rakkomandazzjoni:
Iżda, f’każ ta’ applikazzjoni ta’ emerġenza, dak iż-żmien
ikun ta’ jumejn li jibdew mid-data li tkun tidher fuq ir-
rakkomandazzjoni medika l-ewwel imsemmija fl-artikolu 15(3)
bħala d-data li fiha l-pazjent kien l-aħħar eżaminat mit-tabib qabel
ma jkun ta dik ir-rakkomandazzjoni.
(2) Meta pazjent jidħol fiż-żmien imsemmi fl-isptar speċifikat
f’dik l-applikazzjoni jew, jekk ikun diġà  pazjent ġewwa dak l-
isptar, jitqies bis-saħħa ta’ l-artikolu 18 bħala li jkun hekk daħal, l-
applikazzjoni tkun awtorità  biżżejjed għall-manager biex iżomm
lill-pazjent fl-isptar skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Pazjent li jkun daħal fi sptar skond applikazzjoni għal dħul
għall-kura jista’ japplika lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa
Mentali fi żmien sitt xhur li jibdew - 
(a) mill-ġurnata li fiha hekk jidħol, jew
(b) fil-każ ta’ tifel jew tifla li tkun hekk daħlet qabel l-età
  10      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
ta’ sittax-il sena, mill-ġurnata li fiha tkun laħqet dik l-
età , 
liema minnhom tkun l-aħħar.
(4) Meta pazjent ikun daħal fi sptar skond applikazzjoni għal
dħul għall-kura, kull applikazzjoni ta’ qabel taħt din it-Taqsima ta’
dan l-Att li bis-saħħa tagħha kien hekk suġġett li jiġi miżmum fi
sptar skond dan l-Att ma tibqax isseħħ.
Korrezzjoni ta’ 
applikazzjoni u 
rakkomandazzjo-
nijiet.
20. (1) Kull applikazzjoni għal dħul għall-osservazzjoni jew
għall-kura, jew kull rakkomandazzjoni medika mogħtija għall-
finijiet ta’ xi applikazzjoni bħal dik, tista’, fi żmien erbatax-il jum
li jibdew mill-jum li fih pazjent ikun daħal fi sptar skond xi
applikazzjoni bħal dik, u bil-kunsens tal-manager ta’ dak l-isptar,
tiġi emendata mill-persuna li minnha tkun iffirmata jekk tinsab li
ma tkunx korretta jew li tkun difettuża; u applikazzjoni jew
rakkomandazzjoni medika bħal dik ikollha effett u għandha titqies
li kellha effett daqslikieku oriġinarjament kienet saret jew kienet
ġiet mogħtija kif hekk emendata.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), jekk
fiż-żmien imsemmi hemmhekk fil-fehma tal-manager ta’ l-isptar
waħda miż-żewġ rakkomandaz-zjonijiet mediċi li fuqhom tkun
ibbażata applikazzjoni għad-dħul ta’ pazjent ma tkunx biżżejjed
biex tiġġustifika t-tiżmim tal-pazjent skond l-applikazzjoni, dan
jista’, f’dak iż-żmien, jagħti avviż bil-miktub f’dak is-sens lill-
applikant u wara hekk dik ir-rakkomandazzjoni medika ma jittiħedx
kont tagħha:
Iżda jekk, matul l-imsemmi żmien, - 
(a) tingħata lill-manager rakkomandazzjoni medika ġdida
li tkun taqbel mad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att (barra mid-disposizzjonijiet
dwar l-intervall bejn eżamijiet); u
(b) dik ir-rakkomandazzjoni u r-rakkomandazzjoni l-oħra
li fuqha tkun ibbażata l-applikazzjoni, flimkien ikunu
skond dawk id-disposizzjonijiet,
l-applikazzjoni tkun, u għandha titqies li dejjem kienet, biżżejjed.
 (3) Meta r-rakkomandazzjonijiet mediċi li fuqhom tkun
ibbażata applikazzjoni għad-dħul ikunu, meħudin flimkien, mhux
biżżejjed biex ikun ġustifikat it-tiżmim tal-pazjent skond l-
applikazzjoni, avviż taħt is-subartikolu (2) jista’ jingħata lill-
applikant dwar waħda minn dawk ir-rakkomandazzjonijiet u d-
disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu għandhom japplikaw
daqslikieku dik ir-rakkomandazzjoni kienet mhux biżżejjed għall-
fini qabel imsemmi.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li tawtorizza
l-għoti ta’ avviż dwar applikazzjoni ta’ emerġenza, jew it-tiżmim
ta’ pazjent li jidħol skond applikazzjoni bħal dik, wara li jgħaddu t-
tnejn u sebgħin siegħa msemmija fl-artikolu 15(3), kemm-il darba
l-kondizzjonijiet murija fil-paragrafi (a) u (b) ta’ dak is-subartikolu
ma jkunux ġew imħarsa jew kienu jiġu mħarsa li ma kienx għal xi
żball jew difett li għalih japplika dan l-artikolu.
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    11
Żmien ta’ awtorità  
għal tiżmim. 
21. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att, pazjent li jidħol fi sptar skond applikazzjoni
għal dħul għall-osservazzjoni jista’ jinżamm għal żmien ta’ mhux
iżjed minn tmienja u għoxrin jum li jibdew mill-jum li fih ikun
hekk daħal, iżda ma jinżammx iktar hemmhekk wara dak iż-żmien
kemm-il darba, qabel ma jgħaddi dak iż-żmien, ma jkunx sar
suġġett li jiġi miżmum hemmhekk b’applikazzjoni, b’ordni jew
b’direttiva sussegwenti skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, li ma tkunx applikazzjoni għal dħul għall-osservazzjoni.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-Taqsima
ta’ dan l-Att, pazjent li jidħol fi sptar skond applikazzjoni għal dħul
għall-kura jista’ jinżamm fi sptar għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sena li tibda mill-jum li fih ikun hekk daħal, iżda ma jiġix hekk
miżmum għal aktar żmien kemm-il darba l-awtorità  għat-tiżmim
tiegħu ma tiġix imġedda skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan
l-artikolu.
(3) Awtorità  għat-tiżmim ta’ pazjent kif imsemmi fis-
subartikolu (2) tista’, kemm-il darba l-pazjent ma jkunx ġie meħlus
qabel, tiġġedded skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu għal żmien ta’ sena oħra minn meta jispiċċa ż-żmien
imsemmi f’dak is-subartikolu u, wara, għal żminijiet oħra ta’
sentejn kull darba.
(4) Fi żmien xahrejn li jagħlqu fil-jum li fih pazjent li jkun
suġġett li jiġi miżmum skond applikazzjoni għal dħul għall-kura ma
jibqax skond dan l-artikolu li jkun aktar hekk suġġett fin-nuqqas
tat-tiġdid ta’ l-awtorità  għat-tiżmim tiegħu, ikun id-dmir tat-tabib
responsabbli li jeżamina lill-pazjent; u, jekk fil-fehma ta’ l-
imsemmi tabib, fl-interessi tas-saħħa jew tas-sigurtà  tal-pazjent jew
għat-tħaris ta’ persuni oħra, ikun meħtieġ li l-pazjent jibqa’ jkun
suġġett li hekk jinżamm, dan għandu jagħti lill-manager ta’ l-isptar
fejn il-pazjent ikun suġġett li jiġi miżmum rapport f’dak is-sens fil-
formula preskritta.
(5) Meta jingħata rapport kif imiss skond is-subartikolu (4), l-
awtorità  għat-tiżmim tal-pazjent tkun b’hekk imġedda għaż-żmien
preskritt f’dak il-każ bis-subartikolu (3).
(6) Meta rapport skond is-subartikolu (4) jingħata dwar pazjent
li jkun għalaq is-sittax-il sena, il-manager għandu, kemm-il darba
ma jibgħatx lill-pazjent ’il barra, jieħu ħsieb li javża malajr kemm
jista’ jkun, u l-pazjent jista’, fiż-żmien li għalih l-awtorità  għat-
tiżmim tiegħu tkun ġiet imġedda bis-saħħa ta’ dak ir-rapport,
japplika lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali.
Korrispondenza 
tal-pazjenti.
22. (1) Kull oġġett postali indirizzat lil pazjent miżmum fi
sptar taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att jista’ jiġi miżmum milli
jingħata lill-pazjent jekk, fil-fehma tat-tabib responsabbli, meta
jirċievi l-oġġett il-pazjent x’aktarx jiġi mfixkel fil-kura tiegħu jew
iġiblu inkwiet żejjed; u kull oġġett hekk miżmum għandu, jekk l-
isem u l-indirizz ta’ min jibagħtu jkun jingħaraf sewwa fuqu,
jintbagħat lura lilu.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu,
kull oġġett postali indirizzat minn pazjent hekk miżmum u mogħti
  12      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
minnu biex jintbagħat jista’ jiġi miżmum mill-manager ta’ l-isptar -
(a) jekk lil min ikun indirizzat ikun ta avviż bil-miktub
lill-manager ta’ l-isptar jew lit-tabib responsabbli fejn
jitlob li l-komunikazzjonijiet indirizzati lilu mill-
pazjent għandhom jiġu miżmuma; jew
(b) jekk fil-fehma ta’ dak il-manager jew tabib l-oġġett
postali jkun offensiv b’mod mhux raġonevoli għal min
ikun indirizzat, jew jekk ikun inġurjuż għal persuni
oħra (barra minn persuni tal-persunal ta’ l-isptar) jew
x’aktarx ikun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-
pazjent:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx għal oġġett postali indirizzat lil - 
(i) xi membru tal-Kamra tad-Deputati; 
(ii) il-manager ta’ l-isptar;
(iii) xi awtorità  jew persuna oħra li jkollha setgħa li
teħles lill-pazjent mill-isptar skond din it-
Taqsima ta’ dan l-Att; jew
(iv) it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali,
f’xi żmien meta l-pazjent ikollu jedd jagħmel
applikazzjoni lill-imsemmi Tribunal:
Iżda wkoll il-Ministru jista’, b’regolamenti, jeċċettwa mid-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, suġġett għal dawk il-
kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti bir-
regolamenti, oġġetti postali indirizzati lil dawk il-klassijiet l-oħra
ta’ persuni kif jista’ jiġi preskritt.
(3) La l-manager u lanqas tabib responsabbli ma għandu jiftaħ
jew jeżamina dak li jkun fih xi oġġett postali għall-fini tas-
subartikolu (2)(b) kemm-il darba t-tabib responsabbli ma jkunx tal-
fehma li l-pazjent ikun qed ibati minn diżordni mentali ta’ xorta li
twasslu biex jibgħat dawk il-komunikazzjonijiet kif imsemmija
f’dak il-paragrafu.
(4) F’dan l-artikolu, "oġġett postali" tfisser kull ittra, kartolina,
pakkett, gazzetta, materjal stampat, pakk jew oġġett jew ħaġa oħra
tkun li tkun li tista’ tintbagħat bil-posta, f’kull każ sew jekk
tintbagħat bil-posta kif ukoll bl-idejn, u tinkludi telegramm u telex.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
minkejja kull disposizzjoni kuntrarja li tinsab f’xi liġi oħra.
Żjara u eżami ta’ 
pazjenti.
23. Sabiex jingħata parir jekk applikazzjoni lit-Tribunal ta’
Reviżjoni dwar Saħħa Mentali għandhiex issir minn jew dwar
pazjent li jkun suġġett li jiġi miżmum fi sptar taħt din it-Taqsima
ta’ dan l-Att, jew sabiex jingħata tagħrif dwar il-kondizzjoni ta’
pazjent għall-finijiet ta’ applikazzjoni bħal dik, jew sabiex jingħata
parir dwar l-eżerċizzju mill-qarib l-aktar viċin ta’ xi pazjent bħal
dak ta’ kull setgħa biex jordna l-ħelsien tiegħu, kull tabib
awtorizzat minn jew f’isem il-pazjent jew persuna oħra li jkollha l-
jedd tagħmel jew tkun għamlet l-applikazzjoni, jew mill-qarib l-
aktar viċin tal-pazjent, skond il-każ, jista’, f’kull ħin raġonevoli,
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    13
iżur, jintervista u jeżamina lill-pazjent fil-privat u, għal dak il-
għan, jista’ jitlob li jinġiebulu u jista’ jispezzjona kull dokumenti
dwar it-tiżmim tal-pazjent u kull records mediċi dwar il-kura ta’ l-
imsemmi pazjent.
Permess għal 
nuqqas mill-isptar.
24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu, it-tabib responsabbli jista’ jagħti lil kull pazjent li jkun
f’dak iż-żmien suġġett li jiġi miżmum f’dak l-isptar taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att permess li jkun nieqes mill-isptar taħt dawk
il-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li fil-fehma tiegħu jkunu
meħtieġa fl-interessi tal-pazjent jew għat-tħaris ta’ persuni oħra.
(2) Dak il-permess jista’ jingħata lil pazjent taħt dan l-artikolu
jew għal żmien mhux speċifikat jew għal żmien speċifikat jew
f’okkażjonijiet speċifikati u, meta dak il-permess hekk jingħata
għal żmien speċifikat, dak iż-żmien jista’ jiġi mtawwal b’permess
ieħor.
(3) Meta fil-fehma tat-tabib responsabbli jkun meħtieġ li hekk
jagħmel fl-interessi tal-pazjent, jew għat-tħaris ta’ persuni oħra,
huwa jista’, meta jagħti l-permess għal nuqqas skond dan l-artikolu,
jordna li l-pazjent jibqa’ taħt kustodja matul in-nuqqas tiegħu; u
f’kull każ bħal dan il-pazjent għandu jibqa’ taħt il-kustodja tal-
qarib l-aktar viċin, jew ta’ dik il-persuna l-oħra msemmija bil-
miktub mill-manager ta’ l-isptar, kif jista’ jordna l-istess manager.
(4) Meta pazjent ikun nieqes minn sptar b’permess għal nuqqas
mogħti skond dan l-artikolu, u fil-fehma tat-tabib responsabbli jkun
hekk meħtieġ li jsir fl-interessi tas-saħħa tal-pazjent jew għat-tħaris
tiegħu jew għall-protezzjoni ta’ persuni oħra, dak it-tabib jista’, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), b’avviż bil-miktub
mogħti lill-pazjent u lill-persuna li f’dak iż-żmien tkun inkarigata
mill-pazjent (jekk ikun hemm), iħassar il-permess għal nuqqas u
jsejjaħ lura fl-isptar lill-pazjent.
(5) Pazjent li lilu jkun ingħata permess għal nuqqas skond dan
l-artikolu ma jistax jissejjaħ lura fl-isptar skond is-subartikolu (4)
wara li jkun spiċċa milli jibqa’ hekk suġġett li jiġi miżmum taħt din
it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(6) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jipprovdu għall-
eżerċizzju mill-qarib l-aktar viċin jew mill-persuna l-oħra li tkun
inkarigata mill-kustodja tal-pazjent sakemm dan ikun bil-permess
għal nuqqas (f’dan l-Att imsejħa l-persuna li għal dak iż-żmien
tkun inkarigata mill-pazjent), ta’ dawk is-setgħat li jidhirlu xierqa u
biex jimponi fuq dawk il-persuni dawk id-dmirijiet li jidhirlu
xierqa jew spedjenti fl-interess tal-pazjent, u dawk ir-regolamenti
jistgħu b’mod partikolari jipprovdu għall-ħtieġa li lill-pazjent
isirulu żjajjar mill-mental welfare officers jew minn persuna oħra
f’dawk l-okkażjonijiet jew kull tant żmien kif jista’ jiġi preskritt
bir-regolamenti:
Iżda ebda ħaġa f’xi regolament bħal dak ma għandha
tiftiehem li tolqot is-setgħat tal-manager ta’ l-isptar jew tat-tabib
responsabbli skond dan l-Att.
  14      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
Ritorn ta’ pazjenti 
nieqsa mingħajr 
permess.
25. (1) Meta pazjent li f’dak iż-żmien ikun suġġett li jiġi
miżmum taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att fi sptar - 
(a) ikun nieqes mill-isptar mingħajr permess mogħti taħt
l-artikolu 24; jew
(b) jonqos milli jerġa’ lura l-isptar f’xi okkażjoni meta,
jew meta jispiċċa xi żmien li għalih, ikun ingħata lilu
permess għal nuqqas taħt dak l-artikolu, jew meta jkun
imsejjaħ biex jerġa’ lura bis-saħħa ta’ dak l-artikolu;
jew
(ċ) ikun nieqes mingħajr permess minn xi post fejn ikun
meħtieġ li jirrisjedi skond il-kondizzjonijiet imposti fl-
għoti ta’ permess għal nuqqas taħt dak l-artikolu,
il-pazjent jista’ jittieħed taħt kustodja u jitreġġa’ lura l-isptar jew
fil-post minn xi mental welfare officer,  minn uffiċjal tal-persunal
ta’ l-isptar, minn uffiċjal tal-Pulizija, jew minn xi persuna
awtorizzata bil-miktub mill-manager ta’ l-isptar.
(2) F’dan l-Att "nieqes mingħajr permess" tfisser nieqes minn
sptar jew post ieħor u suġġett li jittieħed f’kustodja u jitreġġa’ lura
skond dan l-artikolu, u espressjonijiet li jixbhuhom għandhom
jiftiehmu skond hekk.
Disposizzjonijict 
speċjali dwar 
pazjenti neqsin 
mingħajr permess. 
26. (1) Jekk, f’xi żmien matul il-perijodu ta’ ġimgħa li
tispiċċa fil-ġurnata li fiha, kieku ma kienx għal dan l-artikolu,
pazjent ma jibqax suġġett li jiġi miżmum taħt din it-Taqsima ta’
dan l-Att, il-pazjent ikun nieqes mingħajr permess, dan ma
jispiċċax milli jkun hekk suġġett sakemm ma jgħaddux sittin jum li
jibdew mill-ewwel ġurnata tan-nuqqas tiegħu mingħajr permess
jew, jekk jiġi mreġġa’ lura jew hu stess jerġa’ lura fl-isptar jew post
fejn imissu jkun qabel ma jgħaddi dak iż-żmien, sakemm tgħaddi
ġimgħa li tibda mill-ewwel jum li fih ikun reġa’ lura.
(2) Meta ż-żmien li għalih pazjent ikun suġġett li jiġi miżmum
jiġi mtawwal bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, kull eżami u rapport li
għandu jsir u li għandu jingħata skond l-artikolu 21(4) jista’ jsir u
jingħata f’dak iż-żmien kif hekk imtawwal.
(3) Meta l-awtorità  għat-tiżmim ta’ pazjent tiġi mġedda bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu wara l-jum li fih, kieku ma kienx għal dan
l-artikolu, dik l-awtorità  kienet tispiċċa skond l-artikolu 21, it-
tiġdid għandu jibda jseħħ minn dak il-jum.
Regolamenti dwar 
trasferiment ta’ 
pazjenti.
27. (1) F’dawk iċ-ċirkostanzi u suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti b’regolamenti magħmula
mill-Ministru taħt dan l-artikolu, pazjent li f’dak iż-żmien ikun
suġġett li jiġi miżmum fi sptar bis-saħħa ta’ applikazzjoni taħt din
it-Taqsima ta’ dan l-Att jista’ jiġi trasferit għal sptar ieħor.
(2) Meta pazjent, li jkun suġġett li jiġi miżmum fi sptar bis-
saħħa ta’ applikazzjoni għal dħul għall-osservazzjoni jew għall-
kura, jiġi trasferit għal sptar ieħor skond regolamenti magħmula
taħt dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att għandhom japplikaw għalih daqslikieku l-applikazzjoni kienet
applikazzjoni għad-dħul għal dak l-isptar l-ieħor u daqslikieku l-
pazjent kien daħal f’dak l-isptar l-ieħor fiż-żmien li fih kien
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    15
oriġinarjament daħal skond l-applikazzjoni.
(3) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu
jipprovdu dwar kif jiġi regolat it-trasport ta’ pazjenti għad-
destinazzjoni tagħhom li jkunu awtorizzati li jiġu trasferiti skond
ir-regolamenti.
Ħelsien ta’ 
pazjenti. 
28. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’
l-artikolu 29, pazjent li għal dak iż-żmien ikun suġġett li jiġi
miżmum taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att ma jibqax iktar hekk
suġġett jekk isir ordni bil-miktub li jeħilsu minn dak it-tiżmim
(f’dan l-Att imsejjaħ ordni għal ħelsien) skond id-disposizzjonijiet
li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
(2) Ordni għal ħelsien jista’ jsir dwar pazjent -
(a) meta l-pazjent ikun suġġett li jiġi miżmum fi sptar
skond applikazzjoni għad-dħul għall-osservazzjoni,
mit-tabib responsabbli jew mill-manager ta’ l-isptar; u
(b) meta l-pazjent ikun suġġett li jiġi miżmum fi sptar
skond applikazzjoni għad-dħul għall-kura, mit-tabib
responsabbli, mill-manager ta’ l-isptar jew mill-qarib
l-aktar viċin tal-pazjent.
(3) Meta l-pazjent ikun suġġett li jiġi miżmum f’dar ta’ kura
mentali skond applikazzjoni għad-dħul għall-osservazzjoni jew
għall-kura, ordni għal ħelsien tiegħu jista’, mingħajr ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), isir mis-Suprintendent tas-
Saħħa Pubblika.
Restrizzjonijiet 
dwar ħelsien mill-
qarib l-aktar viċin.
29. (1) Ordni għall-ħelsien ta’ pazjent li jkun suġġett li jiġi
miżmum fi sptar għall-kura ma jistax isir mill-qarib l-aktar viċin
tiegħu ħlief wara li jkun ta avviż bil-miktub ta’ mhux inqas minn
tnejn u sebgħin siegħa lill-manager ta’ l-isptar; u jekk, fi żmien
tnejn u sebgħin siegħa wara li jkun ingħata dak l-avviż, it-tabib
responsabbli jagħti lill-manager rapport li fil-fehma tiegħu l-
pazjent, jekk jiġi meħlus, x’aktarx jaġixxi b’mod perikoluż għalih
innifsu jew għal persuni oħra - 
(a) kull ordni għall-ħelsien tal-pazjent magħmul minn dak
il-qarib skond l-avviż ikun mingħajr effett; u
(b) ebda ordni ieħor għall-ħelsien tal-pazjent ma għandu
jsir minn dak il-qarib matul il-perijodu ta’ sitt xhur li
jibda mid-data tar-rapport.
(2) F’kull każ meta rapport taħt is-subartikolu (1) jingħata
dwar pazjent, il-manager ta’ l-isptar għandu jara li l-qarib l-aktar
viċin tal-pazjent jiġi mgħarraf, u dak il-qarib jista’, fi żmien
tmienja u għoxrin jum li jibdew mill-ġurnata li fiha jkun ġie hekk
mgħarraf, japplika lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali
dwar il-pazjent.
Tifsir ta’ qarib u ta’ 
qarib l-aktar viċin.
30. (1) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att, "qarib" tfisser kull
wieħed minn dawn li ġejjin, jiġifieri:
(a) ir-raġel jew il-mara; 
(b) iben jew bint;
  16      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
(ċ) il-missier; 
(d) l-omm;
(e) ħu jew oħt;
(f) in-nannu jew in-nanna; 
(g) it-tfal ta’ l-ulied;
(h) iz-ziju jew iz-zija;
(i) in-neputi jew in-neputija.
Kap. 16.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-qrubija ta’ persuna
adottata tkun l-istess kif provdut fl-artikolu 121 tal-Kodiċi Ċivili u,
bla ħsara ta’ dak li ntqal qabel, kull qrubija mill-omm biss jew mill-
missier biss titqies li hi qrubija totali u persuna illeġittima għandha
titqies li hi l-wild leġittimu tal-ġenitur li minnu tkun ġiet
rikonoxxuta u, jekk dik il-persuna tkun rikonoxxuta miż-żewġ
ġenituri, bħala wild il-missier.
(3) F’din it-Taqsima ta’ dan l-Att, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u għad-disposizzjonijiet li ġejjin
ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, "il-qarib l-aktar viċin" tfisser il-
persuna l-ewwel imsemmija fis-subartikolu (1) li f’dak iż-żmien
tkun għadha ħajja, u qraba totali jiġu qabel qraba mill-missier biss
jew mill-omm biss ta’ l-istess deskrizzjoni u l-ikbar wieħed fost iż-
żewġ qraba jew iżjed deskritti f’xi wieħed mill-paragrafi ta’ dak is-
subartikolu jiġu qabel il-qarib l-ieħor jew il-qraba l-oħra, f’kull każ
ikun x’ikun is-sess.
(4) Meta l-persuna li, skond is-subartikolu (3), kienet tkun il-
qarib l-aktar viċin tal-pazjent -
(a) ma tkunx ordinarjament tirrisjedi f’Malta; jew
(b) waqt li tkun żewġ jew mart il-pazjent, tkun
permanentement mifruda mill-pazjent, jew b’sentenza
jew bil-kunsens tat-tnejn awtorizzati b’digriet, f’kull
każ mogħtija mill-qorti kompetenti, jew tkun telqet
jew tkun ġiet mitluqa mill-pazjent għal xi żmien li ma
jkunx spiċċa; jew
(ċ) waqt li ma tkunx żewġ, mart, missier jew omm il-
pazjent, f’dak iż-żmien tkun taħt it-tmintax-il sena;
jew 
(d) tkun persuna li tkun tneħħitilha minn xi qorti f’Malta
l-awtorità  fuq il-pazjent u din l-awtorità  ma tkunx
reġgħet ingħatatilha; jew
(e) tkun ġiet misjuba ħatja minn qorti f’Malta ta’ reat
sesswali ma’ pazjent jew ta’ inċest,
il-qarib l-aktar viċin tal-pazjent għandu jiġi stabbilit daqslikieku
dik il-persuna kienet mejta.
Kap. 16. 
(5) Meta persuna ta’ età  minuri tkun taħt it-tutela ta’ xi persuna
b’digriet tal-qorti kompetenti, il-persuna nominata jew konfermata
bħala tutur, skond il-każ, titqies li hi l-qarib l-aktar viċin tal-pazjent
bi preferenza għal kull persuna oħra barra minn omm il-pazjent,
iżda mhux jekk l-omm ma tkunx ġiet nominata tutriċi minħabba l-
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    17
artikolu 163(ċ), (e) jew (f) tal-Kodiċi Ċivili:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
japplikawx meta l-minuri jkun iżżewweġ minkejja li l-qorti ma
tkunx ħelset lill-minuri mit-tutela skond id-disposizzjoni ta’ l-
artikolu 158 ta’ l-imsemmi Kodiċi.
Nomina mill-qorti 
ta’ persuna biex 
taġixxi bħala l-
aktar qarib viċin.
31. (1) Is-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili tista’, fuq rikors
magħmul lilha skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu dwar
pazjent, b’digriet tordna li l-funzjonijiet taħt din it-Taqsima ta’ dan
l-Att tal-qarib l-aktar viċin tal-pazjent jiġu eżerċitati, sakemm id-
digriet ikun fis-seħħ, mir-rikorrent, jew minn xi persuna oħra sew
jekk speċifikata fir-rikors sew jekk le, f’kull każ liema persuna
tkun, fil-fehma tal-qorti, persuna xierqa biex taġixxi bħala l-qarib l-
aktar viċin tal-pazjent u tkun trid hekk taġixxi.
(2) Digriet skond dan l-artikolu jista’ jsir mill-qorti fuq ir-
rikors ta’ - 
(a) xi qarib tal-pazjent;
(b) xi persuna oħra li magħha l-pazjent ikun qiegħed
jirrisjedi (jew, jekk il-pazjent ikun f’dak iż-żmien
pazjent ġewwa sptar, kien l-aħħar qed jirrisjedi qabel
ma daħal hemmhekk); jew
(ċ) mental welfare officer.
(3) Rikors skond dan l-artikolu jista’ jsir għal kull waħda mir-
raġunijiet li ġejjin, jiġifieri:
(a) li l-pazjent ma jkollu ebda qarib l-aktar viċin, jew ma
jkunx jista’ raġonevolment jiġi żgurat jekk għandux
qarib bħal dak jew min ikun dak il-qarib;
(b) li l-qarib l-aktar viċin tal-pazjent ma jkunx jista’ hekk
jaġixxi minħabba li jkollu diżordni mentali jew xi
mard ieħor;
(ċ) li l-qarib l-aktar viċin tal-pazjent joġġezzjona
mingħajr raġuni għall-egħmil ta’ applikazzjoni għal
dħul għall-kura dwar il-pazjent; jew
(d) li l-qarib l-aktar viċin tal-pazjent ikun eżerċita bla
ħsieb xieraq dwar il-ġid tal-pazjent jew l-interessi tal-
pubbliku s-setgħa tiegħu li jeħles lill-pazjent mill-
isptar skond din it-Taqsima ta’ dan l-Att, jew ikun
jidher li x’aktarx hekk jagħmel.
(4) Jekk minnufih qabel ma jgħaddi ż-żmien li għalih il-pazjent
ikun suġġett li jiġi miżmum bis-saħħa ta’ applikazzjoni għal dħul
għall-osservazzjoni, ikun hemm pendenti rikors skond dan l-
artikolu dwar il-pazjent, li jkun rikors magħmul fuq ir-raġuni
speċifikati fil-paragrafu (ċ) jew (d) ta’ l-aħħar subartikolu qabel
dan, dak iż-żmien għandu jiġi mtawwal - 
(a) f’kull każ, sakemm ir-rikors skond dan l-artikolu jkun
ġie deċiż mill-imsemmija qorti; u
(b) jekk ir-rikors jiġi milqugħ mill-qorti, għal żmien ieħor
ta’ sebat ijiem.
  18      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
(5) Fil-waqt li jkun hemm fis-seħħ digriet skond dan l-artikolu,
id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att (barra minn dan
l-artikolu u mill-artikolu 32) għandhom japplikaw dwar il-pazjent
daqslikieku minflok kull riferenza għall-qarib l-aktar viċin tal-
pazjent kien hemm sostitwita riferenza għall-persuna li jkollha l-
funzjonijiet ta’ dak il-qarib u (bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 33) għandhom hekk japplikaw minkejja li l-persuna li
kienet il-qarib l-aktar viċin tal-pazjent meta ingħata d-digriet ma
tibqax hekk il-qarib l-aktar viċin.
(6) Meta jingħata digriet skond dan l-artikolu dwar pazjent li
jkun jew wara jsir suġġett li jiġi miżmum taħt din it-Taqsima ta’
dan l-Att, il-qarib l-aktar viċin tal-pazjent jista’ jagħmel
applikazzjoni lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali dwar
il-pazjent fi żmien tnax-il xahar li jibdew mid-data tad-digriet u
f’kull żmien sussegwenti ta’ tnax-il xahar li matulhom id-digriet
jibqa’ jseħħ.
Revoka u tibdil ta’ 
ordnijiet mogħtija 
skond l-artikolu 
31.
32. (1) Digriet mogħti mill-qorti skond l-artikolu 31 dwar
pazjent jista’ jiġi revokat mill-qorti fuq rikors magħmul -
(a) f’kull każ, mill-persuna li jkollha l-funzjonijiet tal-
qarib l-aktar viċin tal-pazjent bis-saħħa ta’ dak id-
digriet; jew 
(b) meta d-digriet ikun ġie ibbażat fuq ir-raġuni
speċifikata fis-subartikolu (3)(a) jew (b) ta’ l-imsemmi
artikolu 31, jew meta l-persuna li kienet il-qarib l-
aktar viċin tal-pazjent meta jkun ingħata d-digriet ma
tkunx baqgħet il-qarib l-aktar viċin tiegħu, mill-qarib
l-aktar viċin tal-pazjent.
(2) Digriet mogħti skond l-imsemmi artikolu 31 dwar pazjent
jista’ jiġi mibdul mill-imsemmija qorti, fuq ir-rikors jew tal-
persuna li jkollha l-funzjonijiet tal-qarib l-aktar viċin bis-saħħa
tad-digriet jew ta’ mental welfare officer, billi tiġi sostitwita
minflok il-persuna li jkollha msemmija funzjonijiet tal-qarib l-aktar
viċin kull persuna oħra li fil-fehma tal-qorti tkun persuna xierqa li
teżerċita dawk il-funzjonijiet u li tkun trid hekk tagħmel.
(3) Jekk xi persuna li jkollha l-funzjonijiet ta’ l-aktar qarib
viċin ta’ pazjent bis-saħħa ta’ digriet mogħti skond l-artikolu 31
tmut, dawk il-funzjonijiet għandhom minn dak il-ħin jiġu vestiti
fil-mental welfare officer responsabbli għad-distrett li fih ikun
igħix il-pazjent, u dak l-uffiċjal għandu, fi żmien jumejn mill-mewt
ta’ dik il-persuna jew mill-jum li fih isir jaf b’dik il-mewt, liema
minnhom tkun l-aħħar data, jippreżenta rikors quddiem l-
imsemmija qorti skond is-subartikolu (2).
(4) Digriet mogħti skond l-imsemmi artikolu 31 għandu, kemm
il-darba ma jkunx ġie qabel revokat taħt is-subartikolu (1), jieqaf
mis-seħħ - 
(a) jekk il-pazjent kien fid-data tad-digriet suġġett li jiġi
miżmum bis-saħħa ta’ applikazzjoni għad-dħul għall-
kura taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, jew jekk kien
hekk suġġett fi żmien tliet xhur li jibdew b’dik id-data,
meta hu ma jibqax hekk suġġett (ħlief minn meta jiġi
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    19
trasferit bis-saħħa ta’ l-artikolu 27); jew
(b) jekk il-pazjent ma kienx fid-data ta’ l-ordni, u ma sarx
fl-imsemmi żmien, hekk suġġett, meta jispiċċa dak iż-
żmien.
Dmir ta’ mental 
welfare officer li 
jagħmel 
applikazzjonijiet. 
33. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16(2),
ikun id-dmir ta’ mental welfare officer li jagħmel applikazzjoni
għal dħul fi sptar dwar pazjent f’kull każ meta jkun sodisfatt li dik
l-applikazzjoni għandha ssir u jkun tal-fehma, meta jqis ix-xewqat
tal-qraba tal-pazjent jew kull ċirkostanzi oħra rilevanti, li jkun
meħtieġ jew xieraq li hu jagħmel l-applikazzjoni.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li tnaqqas
is-setgħa ta’ mental welfare officer milli jagħmel xi applikazzjoni
taħt dan l-Att.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti għall-
finijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-
Att.
34. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jippreskrivu
kull ħaġa li, taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, hi meħtieġa jew
awtorizzata li tiġi preskritta, u xort’oħra biex jagħti effett sħiħ lil
din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, kull
regolamenti magħmula skond dan l-artikolu jistgħu b’mod
partikolari -
(a) jippreskrivu l-forma ta’ kull applikazzjoni,
rakkomandazzjoni, rapport, ordni, avviż jew dokument
ieħor li għandhom isiru jew jingħataw taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att;
(b) jippreskrivu l-mod li bih xi applikazzjoni,
rakkomandazzjoni, rapport, ordni, avviż jew dokument
ieħor bħal dak jistgħu jiġu ippruvati, u jipprovdu kif
tiġi regolata n-notifika ta’ kull applikazzjoni, rapport,
ordni, avviż jew dokument ieħor bħal dawk;
(ċ) jipprovdu għall-ħtieġa tal-manager ta’ sptarijiet li
jżommu dawk ir-reġistri u records oħra li jistgħu jiġu
preskritti bl-imsemmija regolamenti dwar pazjenti li
huma suġġetti li jiġu miżmuma skond din it-Taqsima
ta’ dan l-Att, u li jagħtu jew iħallu għad-disposizzjoni
ta’ dawk il-pazjenti u tal-qraba tagħhom dawk id-
dikjarazzjonijiet bil-miktub tal-jeddijiet u setgħat
tagħhom skond dan l-Att hekk kif jista’ jiġi hekk
preskritt; u
(d) jipprovdu dwar kif tiġi stabbilita l-età  ta’ xi persuna li
l-età  preċiża tagħha ma tistax tiġi żgurata b’riferenza
għar-reġistri ta’ l-atti tat-twelid miżmuma mid-
Direttur tar-Reġistru Pubbliku.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
regolamenti magħmula skond dan l-artikolu jistgħu jistabbilixxu l-
mod li bih funzjonijiet taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att tal-
managers ta’ l-isptarijiet għandhom jiġu eżerċitati u dawk ir-
regolamenti jistgħu b’mod partikolari jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li
fihom, u l-kondizzjonijiet li suġġetti għalihom, kull funzjonijiet
bħal dawk jistgħu jsiru mill-uffiċjali ta’ jew minn persuni oħra li
  20      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
jaġixxu f’isem dawk il-managers.
Setgħa tal-Ministru 
li jirreferi każ lit-
Tribunal. 
35. Il-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, f’kull żmien jirreferi
lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali l-każ ta’ pazjent li
jkun suġġett li jiġi miżmum taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Applikabbiltà  tad-
disposizzjonijiet 
ta’ din it-Taqsima 
għal djar ta’ kura 
mentali.
36. Ħlief kif espressament provdut xort’oħra, din it-Taqsima
ta’ dan l-Att tapplika dwar dar ta’ kura mentali, li tkun dar
reġistrata biex tirċievi pazjenti li jkunu suġġetti li jiġu miżmuma
hemmhekk skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kif tapplika
dwar sptar, u riferenzi f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att għal sptar, u
kull riferenza f’dan l-Att għal sptar li għalih tapplika din it-
Taqsima ta’ dan l-Att għandhom jiftiehmu skond hekk.
Estensjoni tad-
disposizzjonijiet 
ta’ l-Att għal 
persuni interdetti 
jew inkapaċitati 
minn qorti. 
37. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jestendu għal
kull persuna interdetta jew inkapaċitata minn qorti f’Malta
minħabba xi raġuni li ma tkunx prodigalità  ta’ xi waħda jew iżjed
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att daqslikieku dik il-persuna kienet
persuna suġġetta li tiġi miżmuma fi sptar taħt din it-Taqsima ta’
dan l-Att, u jista’ wkoll hekk jestendi kull disposizzjoni bħal dik
b’dak il-mod, suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet,
limitazzjonijiet u kwalifiki u b’dawk il-modifikazzjonijiet u
adattamenti kif hu jidhirlu xieraq; u meta disposizzjoni bħal dik
tingħata dik l-estensjoni din għandha, suġġetta kif intqal qabel,
tapplika għal persuna interdetta jew inkapaċitata daqslikieku kienet
persuna suġġetta li tiġi miżmuma fi sptar taħt din it-Taqsima ta’
dan l-Att.
(2) Regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu jagħmlu
disposizzjonijiet differenti dwar persuni interdetti u dwar persuni
inkapaċitati u dwar każijiet differenti jew għanijiet differenti.
Tribunal ta’ 
Reviżjoni dwar 
Saħħa Mentali.
Emendat:
VI. 2001.13.
38. (1) Għandu jkun hemm Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa
Mentali (f’dan l-Att imsejjaħ ukoll Tribunal) li jkun magħmul minn
chairman, li jkun persuna li hi kwalifikata li jkollha jew kellha l-
kariga ta’ imħallef tal-qorti superjuri, u minn żewġ membri oħra li
minnhom waħda tkun persuna li jkollha dawk il-kwalifiki mediċi u
esperjenza kif il-Ministru jidhirlu xieraq għal dan l-għan.
(2) Il-membri tat-Tribunal ikunu maħtura mill-Ministru, u
għandhom iżommu u jħallu l-kariga tagħhom skond il-pattijiet tad-
dokument li bih jiġu maħtura, iżda jistgħu jirriżenjaw b’avviż bil-
miktub lill-Ministru; u kull membru li ma jibqax iżomm il-kariga
jista’ jiġi maħtur mill-ġdid.
(3) Għandu jkun hemm segretarju tat-Tribunal, li jkun uffiċjal
pubbliku speċifikat għal hekk mill-Ministru.
(4) Kull meta membru tat-Tribunal ikun nieqes jew ma jkunx
jista’ għal xi raġuni joqgħod fit-Tribunal, jew meta ma jkunx xieraq
li hu hekk joqgħod, il-Ministru jista’ jaħtar persuna oħra biex
taġixxi minfloku.
Funzjonijiet u 
setgħat tat-
Tribunal. 
39. (1) Tkun funzjoni tat-Tribunal li jikkunsidra u jiddeċiedi
jew xort’oħra jittratta applikazzjonijiet li jsirulu taħt din it-Taqsima
ta’ dan l-Att u li jittratta każijiet mibgħuta lilu skond dan l-Att
b’dak il-mod kif jeħtieġ il-każ.
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    21
(2) Meta ssir applikazzjoni lit-Tribunal minn jew dwar pazjent
li jkun suġġett li jiġi miżmum taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, it-
Tribunal jista’ f’kull każ jordna li l-pazjent jiġi meħlus, u għandu
wkoll hekk jordna jekk ikun sodisfatt -
(a) li f’dak iż-żmien ma jkunx qed ibati minn diżordni
mentali; jew
(b) li ma jkunx meħtieġ fl-interessi tas-saħħa jew tas-
sigurtà  tal-pazjent jew tal-ħarsien ta’ persuni oħra li l-
pazjent jibqa’ suġġett li jiġi miżmum; jew
(ċ) fil-każ ta’ applikazzjoni magħmula skond is-l-artikolu
29(2), li l-pazjent, jekk meħlus, x’aktarx ma jaġixxix
b’mod li jkun ta’ periklu għal persuni oħra jew għalih
innifsu;
u meta jingħata ordni mit-Tribunal biex pazjent jiġi meħlus, dik il-
persuna ma tibqax suġġetta li tiġi miżmuma taħt din it-Taqsima ta’
dan l-Att.
(3) Dan l-artikolu japplika dwar kull ħaġa li tintbagħat
quddiem it-Tribunal mill-Ministru taħt l-artikolu 35 kif japplika
dwar applikazzjoni li ssir lit-Tribunal minn jew dwar pazjent, iżda
s-subartikolu (2) ma għandux japplika dwar xi ħaġa oħra li
tintbagħat taħt dan l-Att.
Applikazzjonijiet 
lit-Tribunal. 
40. (1) Meta, skond xi disposizzjoni ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att, applikazzjoni lit-Tribunal tista’ ssir minn jew dwar pazjent, l-
applikazzjoni għandha ssir b’avviż bil-miktub indirizzat lis-
Segretarju tat-Tribunal.
(2) Ebda applikazzjoni ma tista’ ssir lit-Tribunal minn jew
dwar pazjent ħlief fil-każijiet u fiż-żminijiet espressament
speċifikati f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att; u meta skond xi
disposizzjoni ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att tkun tista’ ssir
applikazzjoni lit-Tribunal minn jew dwar pazjent fi żmien
speċifikat ma tistax issir iktar minn applikazzjoni waħda minn jew
dwar dak il-pazjent matul dak iż-żmien.
Regoli ta’ 
proċedura.
41. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regoli dwar l-egħmil ta’ applikazzjonijiet lit-Tribunal u dwar il-
proċedimenti tat-Tribunal u l-ħwejjeġ inċidentali jew
konsegwenzjali għal dawk il-proċedimenti.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, regoli magħmula skond dan l-artikolu jistgħu b’mod
partikolari jipprovdu -
(a) sabiex it-Tribunal ikun jista’ jħalli għal żmien ieħor l-
eżami ta’ kull applikazzjoni minn jew dwar pazjent,
jew ta’ kull applikazzjoni ta’ xi klassi speċifikata,
sakemm igħaddi dak iż-żmien (li ma jkunx iktar minn
tnax-il xahar) kif jista’ jiġi speċifikat fir-regoli mid-
data li fiha applikazzjoni minn jew dwar l-istess
pazjent tkun l-aħħar ġiet eżaminata u deċiża mit-
Tribunal;
(b) sabiex it-Tribunal ikun jista’ jiddisponi minn
  22      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
applikazzjoni mingħajr smigħ formali meta dak is-
smigħ ma jkunx intalab mill-applikant jew fil-fehma
tat-Tribunal dak is-smigħ ikun ħażin għas-saħħa tal-
pazjent;
(ċ) sabiex it-Tribunal ikun jista’ jeskludi membri tal-
pubbliku, jew xi klassi speċifikata ta’ membri tal-
pubbliku, minn kull proċedimenti tat-Tribunal jew
biex ikun jista’ jipprojbixxi l-pubblikazzjoni ta’
rapporti minn kull proċedimenti bħal dawk jew ta’ l-
ismijiet ta’ xi persuni li jkollhom x’jaqsmu f’dawk il-
proċedimenti;
(d) sabiex jiġu regolati ċ-ċirkostanzi li fihom, u l-persuni
li minnhom, applikanti u pazjenti li dwarhom jistgħu
jsiru applikazzjonijiet lit-Tribunal jistgħu, jekk ma
jkunux jixtiequ jmexxu l-każ tagħhom huma stess, jiġu
rappreżentati għall-finijiet ta’ dawk l-
applikazzjonijiet;
(e) sabiex jiġu regolati kif tagħrif li għandu x’jaqsam ma’
applikazzjoni jista’ jinkiseb minn jew jingħata lit-
Tribunal, u b’mod partikolari sabiex tingħata awtorità
lill-membri tat-Tribunal, jew lil wieħed jew uħud
minnhom biex iżuru u jintervistaw fil-privat kull
pazjent li minnu jew dwaru tkun saret applikazzjoni;
(f) sabiex jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta’ kull
applikant, u ta’ kull pazjent li dwaru ssir applikazzjoni
lit-Tribunal, kopji ta’ kull dokumenti li jinkisbu minn
jew jiġu mogħtija lit-Tribunal dwar dik l-
applikazzjoni, u dikjarazzjoni tas-sustanza ta’ kull
tagħrif orali hekk miksuba jew mogħtija ħlief meta t-
Tribunal jikkunsidra li mhux mixtieq fl-interessi tal-
pazjent jew għal raġunijiet speċjali oħra;
(g) sabiex it-Tribunal ikun meħtieġ, jekk hekk mitlub
skond ir-regoli, li jagħti dawk id-dikjarazzjonijiet
dwar ir-raġuni għal kull deċiżjoni meħuda mit-
Tribunal kif jista’ jiġi preskritt bir-regoli, bla ħsara
għal kull disposizzjoni magħmula bir-regoli sabiex dik
id-dikjarazzjoni ma tiġix mgħarrfa lill-pazjent jew lil
xi persuna oħra f’każijiet meta t-Tribunal ikun jidhirlu
li dak l-għoti ma jkunx ta’ min jixtiequ fl-interessi tal-
pazjent jew għal raġunijiet speċjali oħra;
(h) sabiex tingħata lit-Tribunal dawk is-setgħat l-oħra
anċillari li jkunu jidhru meħtieġa għall-finijiet ta’ l-
eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skond dan l-Att.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu japplikaw
dwar dak li jintbagħat lit-Tribunal kif japplikaw dwar
applikazzjonijiet lit-Tribunal minn jew dwar pazjenti.
(4) Kull regoli magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu jsiru hekk
li japplikaw għall-applikazzjonijiet kollha jew għal dak li
jintbagħat kollu jew għal xi klassi speċifikata jew klassijiet
speċifikati ta’ applikazzjonijiet jew ta’ dak li jintbagħat u jistgħu
jipprovdu b’mod differenti dwar applikazzjonijiet u dwar dak li
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    23
jintbagħat jew dwar każijiet differenti ta’ dak li jintbagħat jew għal
każijiet oħra differenti jew għal għanijiet differenti.
TAQSIMA IV
PAZJENTI LI JKOLLHOM X’JAQSMU FI PROĊEDIMENTI 
KRIMINALI
Tiżmim għall-
osservazzjoni ta’ 
persuni akkużati 
b’reat kriminali. 
42. (1) Meta waqt xi proċedimenti fuq akkuża ta’ reat
kriminali titqanqal il-kwistjoni ta’ ġenn ta’ l-akkużat, sew jekk
waqt ir-reat jew waqt il-proċedimenti, il-qorti tista’, jekk tkun tal-
fehma li hekk ikun meħtieġ jew spedjenti li tagħmel, tordna li l-
akkużat jittieħed fi sptar għall-osservazzjoni, u tista’ wkoll tagħti
dawk id-direttivi l-oħra li jidhrilha xierqa.
(2) Meta jingħata ordni kif provdut fis-subartikolu (1), iż-
żmien tat-tiżmim ta’ l-akkużat jiġi regolat mill-qorti li tkun tat l-
ordni, u dak l-ordni jkun awtorità  biżżejjed għat-tiżmim ta’ l-
akkużat fi sptar għaż-żmien mogħti mill-qorti.
Kap. 220. 
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-frażi "reat kriminali"
tinkludi kull reat militari taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta. 
Persuni ordnati li 
jinżammu 
f’kustodja fuq 
eċċezzjoni ta’ 
ġenn.
Kap. 9. 
Kap. 220.
43. (1) Meta jkun ingħata ordni minn qorti ta’ ġurisdizzjoni
kriminali skond l-artikolu 402(4), jew l-artikolu 525(3) jew ta’ l-
artikolu 623 tal-Kodiċi Kriminali jew minn Qorti Marzjali skond l-
artikolu 122 ta’ l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta, meta jinstab li
l-akkużat kien miġnun fil-ħin tar-reat, sew jekk ikun miġnun fil-ħin
tal-proċedimenti kriminali sew jekk le, jew minn xi qorti oħra
skond xi disposizzjoni oħra tal-liġi għal raġunijiet bħal dawn, li
jordna li l-akkużat għandu jinżamm f’kustodja fi sptar, l-akkużat
għandu jiġi trasportat, jiġi miżmum u jitqiegħed f’kustodja f’dak l-
isptar bis-saħħa ta’ l-ordni tal-qorti u għandu jitqies bħallikieku
kien pazjent suġġett li jiġi miżmum fi sptar taħt it-Taqsima III ta’
dan l-Att, iżda d-disposizzjonijiet ta’ dik it-Taqsima ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw dwar kull persuna bħal dik suġġetti għal
restrizzjonijiet speċjali u disposizzjonijiet oħra ta’ dan l-artikolu.
(2) Ir-restrizzjonijiet speċjali u d-disposizzjonijiet l-oħra
msemmija fis-subartikolu (1) huma:
(a) ebda waħda mid-disposizzjonijiet tat-Taqsima III ta’
dan l-Att dwar id-dewmien, it-tiġdid u t-temm ta’
awtorità  għal tiżmim ta’ pazjent ma għandha tapplika,
u l-pazjent jibqa’ suġġett li jiġi miżmum bis-saħħa ta’
l-ordni tal-qorti sakemm jiġi meħlus skond id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu;
(b) ma tista’ ssir ebda applikazzjoni jew jintbagħat xi ħaġa
lit-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar Saħħa Mentali dwar il-
pazjent skond xi disposizzjoni ta’ l-imsemmija
Taqsima III, u l-każ tal-pazjent jista’ jiġi eżaminat biss
minn dak it-Tribunal jekk il-Ministru responsabbli
għall-ġustizzja jibgħat il-każ lilhom għall-parir;
  24      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
(ċ) is-setgħat li ġejjin, jiġifieri -
(i) is-setgħa li jingħata permess għal nuqqas lill-
pazjent skond l-artikolu 24;
(ii) is-setgħa li l-pazjent jiġi trasferit skond ir-
regolamenti magħmula taħt l-artikolu 27;
(iii) u s-setgħa li jiġi ordnat il-ħelsien tal-pazjent
skond l-artikolu 28,
jistgħu jiġu eżerċitati biss mill-Ministru responsabbli
għall-ġustizzja wara dik il-konsultazzjoni mat-tabib
responsabbli u l-manager ta’ l-isptar kif jidhirlu xieraq
u, jekk il-każ jintbagħat minnu lit-Tribunal, wara li
jirċievi l-parir tat-Tribunal, u meta jingħata permess
għal nuqqas kif intqal qabel skond l-artikolu 24 is-
setgħa li jissejjaħ lura dak il-pazjent taħt dak l-artikolu
tkun vestita fl-imsemmi Ministru, kif ukoll fit-tabib
responsabbli; u
(d) is-setgħa tal-Ministru responsabbli għall-ġustizzja
biex jissejjaħ lura l-pazjent taħt l-imsemmi artikolu 24
u s-setgħa li jieħu lil dak il-pazjent f’kustodja u
jibgħatu lura taħt l-artikolu 25 tista’ tiġi eżerċitata
f’kull żmien;
u dwar kull pazjent bħal dak, id-disposizzjonijiet tat-Taqsima III ta’
dan l-Att għandhom, skond kif jeħtieġ il-każ, jew ma japplikawx
jew ikollhom effett suġġetti għal dawk l-eċċezzjonijiet u l-modifiki
li jkunu meħtieġa biex iseħħu id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu.
(3) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, dwar persuna suġġetta li tiġi miżmuma bis-saħħa ta’
ordni ta’ qorti kif imsemmi fis-subartikolu (1) -
(a) l-artikoli 14, 15, 16, 17, 21, 23, 26, 29, 30, 31, 32, 33,
35 u 37 ma għandhomx japplikaw; u
(b) fid-disposizzjonijiet l-oħra tat-Taqsima III ta’ dan l-
Att- 
(i) riferenzi għall-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja għandhom jiġu sostitwiti minflok, jew
miżjuda ma’, riferenzi għal persuni jew
awtorita jiet vestiti b’setgħat li huma magħmula
eżerċitabbli mill-imsemmi Ministru b’dan l-
artikolu; u
(ii) riferenzi għall-ordni tal-qorti li bis-saħħa tiegħu
l-pazjent ikun suġġett li jiġi miżmum għandhom
jiġu sostitwiti minflok riferenzi għal atti oħra li
bis-saħħa tagħhom pazjent ikun suġġett li jiġi
miżmum taħt it-Taqsima III ta’ dan l-Att.
(4) Meta l-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jkun għamel
ordni li bih jeħles lill-pazjent, dak il-pazjent minn dak il-ħin ma
jibqax suġġett li jinżamm f’kustodja jew li jinżamm fi sptar.
(5) Jekk l-ordni magħmul mill-qorti taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (1) jsir wara li jinsab li
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    25
l-akkużat kien miġnun biss fil-ħin tal-proċedimenti, l-ordni jkollu
l-istess effett kif imsemmi fid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu u dawk id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw
daqslikieku l-ordni kien wieħed kif imsemmi fis-subartikolu (1):
Kap. 9.
Iżda meta l-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jkun
mgħarraf mit-tabib responsabbli jew mill-manager ta’ l-isptar li l-
akkużat ikun fieq biżżejjed biex isirulu l-proċedimenti, l-imsemmi
Ministru jista’ jibgħat lill-akkużat il-ħabs sabiex jitkomplew il-
proċedimenti fuq l-akkuża miġjuba kontrih, suġġett li wara jiġu
applikati d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar il-ħruġ bi
pleġġ.
(6) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, il-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja jista’, jekk ikun sodisfatt li l-
attendenza f’xi post f’Malta ta’ pazjent li jkun suġġett li jiġi
miżmum bis-saħħa ta’ ordni ta’ qorti tkun meħtieġa fl-interessi tal-
ġustizzja jew għall-għan ta’ xi inkjesta pubblika jew għal xi
interess pubbliku ieħor, jordna li hu jittieħed f’dak il-post; u meta
jingħata ordni bħal dak il-pazjent għandu hekk jittieħed u, kemm-il
darba l-imsemmi Ministru ma jordnax xort’oħra, għandu jinżamm
f’kustodja fil-waqt li jkun qed jittieħed, fil-waqt li jkun qiegħed
f’dak il-post u fil-waqt li jkun qed jittieħed lura l-isptar fejn ikun
suġġett li jiġi miżmum.
Teħid l-isptar ta’ 
persuni li jkunu 
qed jiskontaw 
sentenzi ta’ 
priġunerija.
44. (1) Jekk, fil-każ ta’ persuna li tkun qed tiskonta sentenza
ta’ priġunerija, il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jkun
sodisfatt, minn rapporti ta’ għall-anqas żewġ tobba li minnhom
wieħed ikun tabib li ismu jidher fuq il-lista msemmija fl-artikolu
17(2), li l-imsemmija persuna tkun qed tbati minn diżordni mentali
ta’ xorta jew grad li tkun teħtieġ it-tiżmim tal-pazjent fi sptar għall-
kura medika, l-imsemmi Ministru jista’, jekk ikun tal-fehma li jkun
spedjenti li hekk jagħmel, jordna li dik il-persuna tittieħed u tiġi
miżmuma fi sptar.
(2) Ordni skond is-subartikolu (1) jkun awtorità  biżżejjed biex
il-pazjent jittieħed u jinżamm fi sptar u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, dik il-persuna għandha,
b’effett mid-data ta’ l-ordni tal-Ministru, titqies għall-finijiet
kollha ta’ dan l-Att, bħallikieku kienet ordnata li tinżamm
f’kustodja fi sptar minn qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali kif
imsemmi fl-artikolu 43(1).
(3) Ordni skond is-subartikolu (1) għandu jieqaf mis-seħħ, u l-
pazjent ma jibqax iktar hekk suġġett li jiġi miżmum taħt dak l-
ordni- 
(a) meta tispiċċa s-sentenza ta’ priġunerija jew, skond ma
jeħtieġ il-każ, fil-jum li fih, kieku dik il-persuna kienet
miżmuma jew imqiegħda taħt kustodja f’post ieħor,
kienet tispiċċa li tiġi miżmuma jew li tibqa’ taħt
kustodja f’dak il-post l-ieħor, jew
(b) meta dik il-persuna tkun ċertifikata minn żewġ tobba,
li minnhom wieħed ikun tabib speċifikat mill-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja, li ma għadhiex aktar tbati
minn dik id-diżordni mentali hekk li jagħmlu suġġett li
  26      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
jiġi miżmum fi sptar għall-kura,
skond liema minnhom tkun l-ewwel.
(4) Riferenzi f’dan l-artikolu għal persuna li tkun qed tiskonta
sentenza ta’ priġunerija jinkludu riferenzi - 
(a) għal persuna miżmuma skond xi sentenza li tirrestrinġi
l-libertà  personali mogħtija minn qorti fi proċedimenti
kriminali;
(b) għal persuna li tkun qed tiskonta sentenza ta’
priġunerija jew detenzjoni jew tkun xort’oħra
miżmuma b’detenzjoni jew miżmuma f’kustodja
b’ordni ta’ qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali;
(ċ) għal persuna li titqiegħed f’kustodja biex tistenna l-
proċedimenti;
(d) għal persuna li tkun mibgħuta minn qorti ta’
ġurisdizzjoni ċivili jew kummerċjali għal priġunerija
minħabba dejn.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti għal 
din it-Taqsima ta l-
Att.
45. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti biex tiġi preskritta kull ħaġa li hi meħtieġa jew
awtorizzata li tiġi preskritta taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att u
xort’oħra sabiex jingħata effett sħiħ lil din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
TAQSIMA V 
MIXXELLANJI U SUPPLEMENTARI
Meta persuna li 
tkun suġġetta li tiġi 
miżmuma tkun 
diġà  l-isptar.
46. Meta skond xi disposizzjoni ta’ dan l-Att persuna tkun
suġġetta li tiġi trasportata, tittieħed, tiġi trasferita jew titqiegħed fi
sptar u dik il-persuna tkun diġà  qiegħda f’dak l-isptar, sew jekk
tkun qed tiġi miżmuma hemmhekk sew jekk le, dik il-persuna tista’
tiġi miżmuma u titqiegħed f’kustodja f’dak l-isptar daqslikieku ġiet
trasportata, ittieħdet, ġiet trasferita jew tqiegħdet hemmhekk skond
dan l-Att.
Korrispondenza ta’ 
pazjenti li 
m’humiex suġġetti 
li jiġu miżmuma. 
47. L-artikolu 22 għandu japplika dwar kull pazjent li jkun qed
jirċievi kura għal diżordni mentali fi sptar, li jkun daħal hemmhekk
għal dak l-għan iżda li ma jkunx suġġett li jiġi miżmum hemmhekk,
kif japplika dwar pazjent miżmum fi sptar taħt it-Taqsima III ta’
dan l-Att.
Disposizzjonijiet 
dwar il-kustodja, 
trasport u 
detenzjoni. 
48. (1) Kull persuna mehtieġa jew awtorizzata b’dan l-Att jew
bis-saħħa tiegħu li tiġi trasportata għal xi post jew li tinżamm
f’kustodja jew miżmuma f’post ta’ sigurtà  jew f’xi post li fih tkun
ittieħdet skond l-artikolu 43(6) għandha, waqt li tkun hekk qed tiġi
trasportata, tkun detenuta jew miżmuma, skond il-każ, titqies li
qiegħda taħt kustodja legali.
(2) F’dan l-Att "tittrasporta" tinkludi kull espressjoni li turi t-
teħid minn post għal ieħor.
SAĦĦAMENTALI ġ K AP. 262.    27
Arranġamenti dwar 
it-teħid ta’ pazjenti 
għal jew minn 
pajjiżi barranin.
49. (1) Jekk il-Ministru jkun tal-fehma, fil-każ ta’ pazjent, li
ma jkunx ċittadin ta’ Malta, li jkun miżmum fi sptar u jkun suġġett
li hekk jiġi miżmum taħt it-Taqsima III ta’ dan l-Att, li jkunu saru
arranġamenti xierqa għat-teħid ta’ pazjent għal pajjiż barra minn
Malta u għall-ħarsien u għall-kura tiegħu hemmhekk, il-Ministru
jista’ bil-miktub jawtorizza it-teħid tal-pazjent mill-isptar u jista’
jagħti dawk l-ordnijiet li l-Ministru jidhirlu xierqa għat-trasport tal-
pazjent għad-destinazzjoni tiegħu u għat-tiżmim tiegħu f’dak il-
pajjiż jew territorju u għat-tiżmim tiegħu f’kull post jew abbord
bastiment jew inġenju ta’ l-ajru sakemm jasal f’xi port jew post
speċifikat f’xi pajjiż jew territorju bħal dak.
(2) Jekk il-Ministru jkun tal-fehma, fil-każ ta’ pazjent li jkun
qed jirċievi kura għal diżordni mentali barra minn Malta li ma
jkunx pazjent ordnat minn qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali li jiġi
miżmum fi sptar mentali fuq eċċezzjoni ta’ ġenn, li jkunu saru
arranġamenti xierqa għat-teħid ta’ dak il-pazjent lejn Malta għall-
ħarsien u kura tiegħu f’Malta, u għat-trasport tiegħu lejn Malta, il-
Ministru jista’ jordna li l-pazjent jiġi riċevut f’Malta u mbagħad
jiġi trasportat fi sptar, u jista’ jagħti dawk l-ordnijiet l-oħra dwar it-
tiżmim u t-trasport tiegħu kif il-Ministru jidhirlu xieraq.
(3) Ordni taħt is-subartikolu (2) jkun awtorità  biżżejjed għat-
trasport, dħul u tiżmim tal-pazjent imsemmi fl-ordni, u meta
jingħata xi ordni bħal dak il-pazjent għandu għall-finijiet kollha
jkun suġġett li jiġi miżmum taħt it-Taqsima III ta’ dan l-Att u d-
disposizzjonijiet ta’ dik it-Taqsima ta’ dan l-Att għandhom
japplikaw għalih skond hekk.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw għal persuni miżmuma f’kustodja fi sptar skond ordni ta’
qorti fuq eċċezzjoni ta’ ġenn kif japplikaw għal pazjenti oħra bla
ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin, jiġifieri -
(a) l-awtorità  li tista’ tawtorizza t-teħid minn Malta, jew
id-dħul f’Malta, ta’ pazjent tkun il-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja, u skond hekk id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw daqslikieku r-riferenzi kollha fis-subartikoli
(1), (2) u (3) għall-Ministru kienu sostitwiti b’riferenzi
għall-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; u
(b) pazjent li jittieħed lejn Malta u li jidħol fi sptar
f’Malta bis-saħħa ta’ dan is-subartikolu għandu jiġu
meqjus bħala persuna li dwarha jkun sar ordni tal-qorti
ta’ ġurisdizzjoni kriminali f’Malta, u d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw
għalih skond hekk.
(5) Meta pazjent jittieħed minn Malta skond xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-pazjent ma jibqax iktar
suġġett li jiġi miżmum fi sptar f’Malta meta jiġi riċevut kif imiss fi
sptar jew f’istituzzjoni jew f’post ieħor skond arranġamenti
magħmula għal hekk.
Setgħa oħra għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
50. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi
kull ħaġa li hi meħtieġa jew awtorizzata li tiġi preskritta skond xi
  28      KAP. 262. ħ        SAĦĦAMENTALI
disposizzjoni ta’ dan l-Att jew xort’oħra biex jagħti effett sħiħ lil xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att, li f’kull każ tkun disposizzjoni li
dwarha ma jkunx hemm fis-seħħ xi setgħa bħal din għall-egħmil ta’
regolamenti taħt xi disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att; u bla ħsara
għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel u ta’ xi setgħat oħra skond
dan l-Att, regolamenti skond dan l-artikolu jistgħu jipprovdu għall-
proċedura li għandha tittieħed, u regoli u disposizzjonijiet oħra ta’
kull xorta li għandhom jitħarsu, minn kull korp ta’ persuni stabbilit
b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu jew li jkollu setgħat eżerċitabbli
taħt dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu.
Disposizzjonijiet 
tranżitorji.
51. (1) Kull pazjent li, minnufih qabel il-bidu fis-seħħ tat-
Taqsima III ta’ dan l-Att kien miżmum jew suġġett li jiġi miżmum
fi sptar skond xi proċedura li kienet f’dak iż-żmien fis-seħħ għandu
jibqa’ hekk suġġett li jiġi miżmum fl-isptar daqslikieku kien daħal
wara applikazzjoni għal dħul għall-kura fid-data tal-bidu fis-seħħ
ta’ l-imsemmija Taqsima III u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw għal dak il-pazjent skond hekk.
(2) Meta pazjent li għalih japplika s-subartikolu (1) kien,
minnufih qabel il-bidu fis-seħħ tat-Taqsima III ta’ dan l-Att, nieqes
mill-isptar, b’permess mogħti skond il-proċedura li f’dak iż-żmien
kienet qed tiġi wżata għal hekk, l-artikoli 24 u 25 għandhom
japplikaw għal dawk il-pazjenti daqslikieku permess għal nuqqas
kien ingħata skond l-artikolu 24 għal żmien mhux determinat u
skond hekk, iżda bla ħsara għas-subartikolu  ta’ l-artikolu 24(5) kif
applikat għal dak il-pazjent bis-subartikolu (1), il-pazjent jista’
jissejjaħ lura f’kull żmien.
Kap. 9.
(3) Pazjent li, minnufih qabel il-bidu fis-seħħ tat-Taqsima IV
ta’ dan l-Att, kien detenut jew miżmum jew kien suġġett li jkun
detenut jew jiġi miżmum jew imqiegħed f’kustodja fi sptar skond
ordni ta’ qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali, għandu jibqa’ hekk
detenut u miżmum u taħt il-kustodja, u jibqa’ hekk suġġett, skond u
suġġett għad-disposizzjonijiet xierqa ta’ dan l-Att, daqslikieku l-
ordni kien magħmul wara l-bidu fis-seħħ ta’ l-imsemmija Taqsima,
u d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għal dak il-
pazjent skond hekk; u dan is-subartikolu għandu jkollu effett kif
intqal qabel minkejja kull emenda għal Kodiċi Kriminali magħmula
b’dan l-Att*.
*L-artikolu 52 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li emenda l-Kodiċi
Kriminali, ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji.
