PREVENZJONITA’XIRITA’PLAYERS ġ K AP. 263.    1
KAPITOLU 263
ATT DWAR IL-PREVENZJONI TA’ XIRI 
TA’ PLAYERS
Biex jipprovdi għal prevenzjoni ta’ xiri ta’ players.
8 ta’ Ġunju, 1976
L-ATT XIX ta’ l-1976, kif emendat bl_Att XXIV ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor. 
Prevenzjoni ta’ Xiri ta’ Players.
Tifsir.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"kumpens" tinkludi kull kumpens ta’ kull xorta, sew jekk fi flus
jew xort’oħra;
Kap. 438.
"logħba jew sport" tinkludi kull partita football jew logħba oħra,
li ma tkunx "logħba" kif imfissra fl-Att dwar Lotteriji u Logħob
Ieħor u kull tiġrija jew ġrajja sportiva oħra li għaliha l-pubbliku,
jew xi parti mill-pubbliku, jitħalla jidħol bi ħlas jew xort’oħra;
"organizzatur" tfisser kull manager ta’ każin, membru tal-
kumitat ta’ każin, trainer jew xi persuna oħra li torganizza jew
ikollha x’taqsam fl-amministrazzjoni u/jew organizzazzjoni ta’ xi
logħba jew sport;
"player" tinkludi kull persuna li tieħu sehem f’xi logħba jew
sport; 
"uffiċjal" tfisser kull referee, linesman, umpire, steward, jew xi
persuna oħra li tidderiġi, tmexxi jew tissorvelja xi logħba jew
sport.
Egħmil ta’ 
korruzzjoni dwar 
players, uffiċjali, 
eċċ.
3. (1) Kull player li jaċċetta jew jikseb, jew jiftiehem li
jaċċetta jew jikseb, jew jipprova jikseb, mingħand xi persuna
għalih innifsu jew għal xi persuna oħra tkun min tkun xi rigal jew
kumpens sabiex jitħajjar jagħmel jew bi tpattija talli jagħmel jew
jonqos milli jagħmel, jew talli, wara li jkun beda jseħħ dan l-Att,
ikun għamel jew naqas milli jagħmel, xi ħaġa li l-egħmil jew in-
nuqqas ta’ l-egħmil tagħha huwa kontra l-interessi tan-naħa li
jilgħab magħha, jew kontra l-interessi tal-persuna jew każin li jkun
qabbdu jew li għalih ikun jidher, ikun ħati ta’ reat.
(2) Kull uffiċjal jew organizzatur li jaċċetta jew jikseb, jew
jiftiehem li jaċċetta jew jikseb, jew jipprova jikseb, mingħand xi
persuna għalih innifsu jew għal xi persuna oħra tkun min tkun xi
rigal jew kumpens sabiex jitħajjar jagħmel, jew bi tpattija talli
jagħmel jew jonqos milli jagħmel, jew talli, wara li jkun beda jseħħ
dan l-Att, ikun għamel jew naqas milli jagħmel, xi ħaġa dwar xi
logħba jew sport li fih jew dwaru hu jkollu x’jaqsam, barra minn
dak li leġittimament imissu jieħu, jew talli juri jew jeżerċita favuri
jew imur kontra xi persuna jew naħa f’xi logħba jew sport, jew talli
xort’oħra jinfluwenza t-tmexxija jew ir-riżultat ta’ xi logħba jew
  2      KAP. 263. ħ        PREVENZJONITA’XIRITA’PLAYERS
sport, ikun ħati ta’ reat.
(3) Kull persuna li tagħti, jew tiftiehem li tagħti jew toffri jew
tipproponi lil xi persuna oħra, direttament jew indirettament, li dik
il-persuna l-oħra għandha tagħti jew tiftiehem li tagħti jew toffri xi
rigal jew kumpens lil xi player jew lil xi uffiċjal jew organizzatur
biex tħajru jagħmel jew bi tpattija talli jagħmel jew jonqos milli
jagħmel, jew talli, wara li jkun beda jseħħ dan l-Att, ikun għamel
jew naqas milli jagħmel xi ħaġa li, jekk issir jew tonqos milli ssir,
tkun bi ksur tas-subartikolu (1) jew (2), tkun ħatja ta’ reat.
Dmir li wieħed 
jirrapporta egħmil 
ta’ korruzzjoni. 
4. Kull uffiċjal, player jew organizzatur li jsir jaf, sew jekk
verbalment, bil-miktub, jew xort’oħra, li jkun sar xi reat kontra xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3, għandu jgħarraf b’dan
lill-Kummissarju tal-Pulizija u, jekk dan jonqos milli jagħmel hekk
fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkun sar jaf b’dan it-tagħrif, ikun
ħati ta’ reat:
Iżda dan l-artikolu ma japplikax għar-raġel jew il-mara, l-
axxendenti jew id-dixxendenti, ħu jew oħt, missier jew omm ir-
raġel jew il-mara, żewġ it-tifla jew mart it-tifel, iz-ziju jew iz-zija,
in-neputi jew in-neputija, u l-kunjati ta’ l-awtur jew tal-kompliċi
tad-delitt li ma jkunx ġie hekk mikxuf.
Imħatri.  5. Imħassar bl-Att XXIV. 2001.80.
Rigali bona fide.  6. Ebda rigal jew kumpens ieħor mogħti jew offert lil xi
player mill-management jew minn xi membru tal-kumitat tal-każin
li minnu dak il-player ikun jagħmel parti jew imqabbad (kemm-il
darba dak il-membru jkun awtorizzat bil-quddiem biex jagħmel
hekk mill-kumitat ta’ l-imsemmi każin) ma għandu jitqies li jkun bi
ksur ta’ xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jekk dak ir-rigal jew il-
kumpens jiġi offert jew jingħata u aċċettat għal ħidma ġenwina
mill-player li jkun biex jitmexxew ’il quddiem l-interessi ta’ dak il-
każin.
Eżenzjoni minn 
piena.
7. Meta żewġ persuni jew aktar jieħdu sehem fl-egħmil ta’ xi
reat kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-wieħed
fosthom li, qabel ma jinbdew xi proċedimenti kriminali, jagħti l-
ewwel tagħrif dwar dak ir-reat u jirrapporta lill-ieħor jew lill-
oħrajn li jkunu għamlu r-reat lill-awtoritajiet kompetenti, ikun
eżentat mill-piena.
Responsabbiltà  ta’ 
detenturi ta’ liċenzi 
ta’ ħwienet.
8. (1) Meta detentur ta’ xi ħanut isir jaf li xi reat kontra xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ikun sar fil-ħanut tiegħu u
ma javżax b’dan lill-Kummissarju tal-Pulizija fi żmien erbgħa u
għoxrin siegħa mill-ħin li fih ikun sar hekk jaf, ikun ħati ta’ reat u
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda
mhux iżjed minn ħames mitt lira.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jirtira l-liċenza ta’ kull
persuna li tkun instabet ħatja ta’ reat kontra s-subartikolu (1).
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), detentur ta’ liċenza ma
jitqiesx li jkun ta l-avviż meħtieġ lill-Kummissarju tal-Pulizija
kemm-il darba ma jagħtix lill-imsemmi Kummissarju l-
partikolaritajiet kollha li jkun jaf bihom dwar min jagħmel ir-reat.
PREVENZJONITA’XIRITA’PLAYERS ġ K AP. 263.    3
Piena.
Emendat:
XXIV. 2001.80.
9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8, kull
persuna li tinsab ħatja ta’ reat kontra -
(a) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira u mhux
iżjed minn elf lira u priġunerija għal żmien ta’ mhux
inqas minn erba’ xhur u mhux iżjed minn sentejn;
(b) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 teħel - 
(i) meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux
inqas minn mitt lira u mhux iżjed minn ħames
mitt lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux
iktar minn tliet xhur, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien, u
(ii) meta tinsab ħatja t-tieni darba u wara, multa ta’
mhux inqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn
elf lira, u priġunerija għal żmien ta’ minn erba’
xhur sa sitt xhur.
(2) Fil-każ ta’ prosekuzzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, kull persuna li b’xi mod ikun liema jkun tieħu sehem fl-egħmil
ta’ reat, u li x-xiehda tagħha tkun meħtieġa b’sustenn ta’ dik l-
akkuża, tista’ tiġi mġiegħla twieġeb kull mistoqsija dwar dik l-
akkuża, minkejja li minħabba dik it-tweġiba tista’ ssirilha
prosekuzzjoni kriminali; iżda f’kull każ bħal dan, kull persuna li
tkun xehdet dwar dik l-akkuża, u li tkun għamlet dikjarazzjoni vera
u sewwa dwar dik l-akkuża, skond l-aħjar tagħrif tagħha, għandha
ma’ dan tikseb ċertifikat mill-qorti f’dan is-sens, u għalhekk tkun
eżentata mill-pieni kollha dwar is-sehem tagħha f’dak ir-reat li jkun
is-suġġett ta’ l-akkuża li dwaru tkun xehdet.
Riserva.
Sostitwit:
XXIV. 2001.80.
Kap. 438.
10. Ebda ħaġa f’dan l-Att m’għandha tippreġudika l-operat,
jew għandha titqies li tissostitwixxi jew hi b’deroga mid-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor.
