AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI ġ K AP. 264.     1
KAPITOLU 264
ATT DWAR L-AĠENZIJI TA’ L-IVJAĠĠAR U 
SERVIZZI TAL-LUKANDI
Biex jirregola u jikkontrolla n-negozju ta’ l-aġenti ta’ l-ivvjaġġar u l-allokazzjoni ta’
servizzi f’lukandi u f’postijiet bħal dawn, u biex jipprovdi għal ħwejjeġ oħra konnessi
magħhom jew inċidentali għalihom.
17 ta’ April, 1978;
1 ta’ Jannar, 1980
L-ATT XXIII ta’ l-1976, kif emendat bl-Atti XXXVI ta’ l-1977, XLVIII ta’ l-1981, XII ta’ l-
1982, XIII ta’ l-1983, XV ta’ l-1984 u IV ta’ l-1986. 
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2
Taqsima II.  Aġenti ta’ l-Ivvjaġġar  3-15
Taqsima III.  Lukandieri u Servizzi Miftehma  16-18
Taqsima IV.  Mixxellanji  19-23 
    AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
2      KAP. 264. ħ      TAL-LUKANDI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Aġenziji ta’
l-Ivvjaġġar u Servizzi tal-Lukandi.
Tifsir.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XLVIII. 1981.2;
XV.1984.2; 
IV. 1986.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"aġent ta’ l-ivvjaġġar" tfisser persuna li jkollha liċenza biex
tieħu ħsieb tipprovdi, għal rimunerazzjoni, lil turisti u lil membri
oħra tal-pubbliku, sew individwalment kif ukoll fi gruppi u sew
f’Malta kif ukoll barra minn Malta, alloġġ f’lukanda, jew f’guest
house, jew f’hostel jew f’post għall-btala u dawk is-servizzi l-oħra,
magħduda faċilitajiet għall-ivvjaġġar bil-baħar, bl-ajru jew bl-art,
pariri professjonali fuq turiżmu u l-ħwejjeġ l-oħra kollha li
normalment ikollhom x’jaqsmu ma’ l-industrja tat-turiżmu u
tinkludi kull persuna li b’xi mod ikun li jkun torganizza tours
organizzati għal turisti, iżda ma tinkludix lukandier, diriġent ta’
guest house, diriġent ta’ hostel jew diriġent ta’ post għall-btala li
jipprovdi alloġġ fil-post tiegħu stess;
"detentur ta’ liċenza" tfisser persuna li lilha toħorġilha liċenza; 
"formula ta’ allokazzjoni" tfisser il-formula miktuba preskritta li
turi l-alloġġ u kull servizzi anċillari li jistgħu jinkisbu, għal
rimunerazzjoni, f’lukanda, guest house, hostel jew post għall-btala
fi żmien jew f’perijodu partikolari u l-kondizzjonijiet li taħthom xi
riserva għall-alloġġ f’data futura tista’ tiġi mħassra mill-persuna li
tkun għamlet dik ir-riserva;
Kap. 240. 
"guest house", "diriġent ta’ guest house", "post għall-btala" u
"diriġent ta’ post għall-btala" għandu jkollhom l-istess tifsir kif
mogħti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Guest Houses u
Postijiet Furnished għall-Btala;
"ikkomunikat" kemm-il darba mhux provdut kuntrarju, tfisser
mibgħut bil-miktub bil-posta reġistrata, indirizzat kif imiss lill-post
ta’ residenza, jew lill-uffiċċju, jew lill-post tan-negozju ta’ l-
indirizzat;
"liċenza" tfisser liċenza maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att lil persuna biex tagħmilha ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar; 
Kap. 197.
"lukanda", "lukandier", "hostel" u "diriġent ta’ hostel" għandu
jkollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar
il-Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-turiżmu, u
tinkludi kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tal-Ministru; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula taħt dan l-
Att;
"prezz miftiehem" tfisser ir-rimunerazzjoni li titħallas lil
lukandier, diriġent ta’ guest house, diriġent ta’ hostel jew lil
diriġent ta’ post għall-btala għal servizzi miftehma fil-lukanda,
guest house, hostel jew post għall-btala tagħhom, skond il-każ;
"rimunerazzjoni" tfisser kull rimunerazzjoni, sew jekk dik ir-
AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI ġ K AP. 264.     3
rimunerazzjoni tkun bi flus, jew in natura, jew b’servizzi jew
faċilitajiet mogħtija minflokha;
"servizzi miftehma" tfisser l-alloġġ provdut, għal
rimunerazzjoni, f’lukanda, guest house, hostel jew post għall-btala
u kull servizzi anċillari li jistgħu jiġu speċifikati fil-formula ta’ l-
allokazzjoni;
"talloka" tfisser li tintrabat li tipprovdi servizzi miftehma għal
data futura;
Kap. 298. 
"tour organizzat" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar Mużewijiet u Monumenti Nazzjonali
(Biljetti ta’ Dħul Komplessivi) iżda ma tinkludix xi servizz li jkun
maħsub biss biex jipprovdi trasport;
"turist" tfisser persuna li minn jeddha tmur għal żmien f’pajjiż
ieħor li ma jkunx il-pajjiż tar-residenza tagħha għal kull għan ikun
li jkun barra minn dak li jistabbilixxi residenza f’dak il-pajjiż
barrani.
TAQSIMA II 
AĠENTI TA’ L-IVVJAĠĠAR
Aġent ta’ l-
ivvjaġġar għandu 
jkollu liċenza. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XII. 1982.2; 
XIII. 1983.4; 
XV. 1984.3. 
3. (1) Ebda persuna ma għandha tmexxi, jew turi li qed
tmexxi, in-negozju ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar, jew tieħu jew tuża t-
titolu ta’, jew tiddeskrivi lilha nnifisha bħala, aġent ta’ l-ivvjaġġar
kemm-il darba ma jkollhiex liċenza valida maħruġa lilha għal hekk
mill-Ministru.
(lA) Ebda aġent ta’ l-ivvjaġġar ma għandu jorganizza tour
organizzat kemm-il darba ma jiġux provduti s-servizzi ta’ gwida
tat-turisti liċenzjat għal dak it-tour.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija
għal mhux iżjed minn sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Applikazzjoni 
għall-għoti jew 
tiġdid ta’ liċenza. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8. 
4. Applikazzjoni għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ liċenza
għandha ssir lill-Ministru fuq il-formula preskritta, fejn jingħata
dak it-tagħrif li jkun meħtieġ, u tkun iffirmata mill-applikant.
Forma u validità  
ta’ liċenza.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XIII. 1983.4.
5. (1) Liċenza tiġi maħruġa jew imġedda mill-Ministru biss,
mal-ħlas tad-dritt preskritt, u tingħata fuq il-formula preskritta. 
(2) Liċenza tiskadi fil-wieħed u tletin ta’ Diċembru li jiġi wara
d-data tal-ħruġ iżda tista’, wara, tiġġedded minn sena għal sena.
(3) Liċenza għandha tispeċifika isem id-detentur tal-liċenza u
l-indirizz tal-post tan-negozju tiegħu. Din tkun suġġetta għall-
kondizzjonijiet li taħthom tkun maħruġa u ma tistax tiġi trasferita
jew ċeduta.
(4) Jekk id-detentur tal-liċenza jkun jaħdem minn iktar minn
    AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
4      KAP. 264. ħ      TAL-LUKANDI
post ta’ negozju wieħed għandu jiġi muri fuq il-liċenza l-indirizz
tal-post fejn id-detentur tal-liċenza jispeċifika bħala l-post
prinċipali tan-negozju tiegħu.
(5) Kull persuna li, sabiex tikseb liċenza jew sabiex iġġedded
dik il-liċenza, tagħmel jew iġġiegħel li ssir xi dikjarazzjoni jew
sottomissjoni li tkun taf jew ikollha raġuni xierqa biex taħseb li
tkun żbaljata jew falza, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sena, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
Kwalifiki għal 
detentur ta’ 
liċenza. 
Emendat: 
XXXVI.1977.8. 
6. (1) Il-Ministru għandu jagħti jew iġedded liċenza jekk
ikun sodisfatt li l-persuna li tapplika għal dik il-liċenza -
(a) tkun ċittadin ta’ Malta u tirrisjedi f’Malta, jew fil-każ
ta’ kumpannija, tkun reġistrata f’Malta;
(b) tkun għalqet l-età  ta’ wieħed u għoxrin sena fil-ġurnata
ta’ l-applikazzjoni;
(ċ) tkun ta’ karattru tajjeb u tkun persuna addattata u
xierqa biex tagħmilha ta’ aġent ta’ l-ivjaġġar;
(d) qatt ma tkun ġiet dikjarata falluta doluża u ma hijiex
falluta mhux rijabilitata, lanqas kumpannija li tkun qed
tillikwida;
(e) ikollha ħila biżżejjed fix-xogħol u fin-negozju ta’
aġenzija ta’ ivvjaġġar u fl-ilsna Malti u Ingliż;
(f) ikollha post xieraq u l-mezzi għad-disposizzjoni
tagħha għat-tmexxija xierqa u effiċjenti tas-servizzi li
għalihom tirreferi l-applikazzjoni;
(g) tkun tħares id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14.
(2) Il-Ministru jista’ jagħti jew iġedded liċenza jekk ikun
sodisfatt illi l-applikant, għalkemm ma jkollux il-kwalifiki
meħtieġa bis-subartikolu (1)(e), ikun għamel arranġamenti xierqa
biex jimpjega regolarment persuna li jkollha dawk il-kwalifiki.
Permessi għal 
sotto-aġenti. 
Miżjud:
XV.1984.4. 
6A. (1) Il-Ministru jista’ jagħti permess lil persuni biex
jagħmluha ta’ sotto-aġenti għall-fini tal-bejgħ ta’ biljetti għal tours
organizzati għat-turisti, taħt dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu
xierqa.
(2) Dak il-permess għandu, kemm-il darba ma jkunx ġie
revokat qabel, ikun validu sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha
jingħata jew jiġġedded.
Tħaddim ta’ gwidi 
liċenzjati. 
Miżjud: 
XV. 1984.4. 
Kap. 190. 
6B. (1) Ebda aġent ta’ l-ivvjaġġar ma għandu jqabbad xi
persuna biex tagħmel servizzi bħala gwida tat-turisti kemm-il darba
dik il-persuna ma jkollhiex liċenza valida maħruġa taħt l-artikolu 3
ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ Gwida tat-Turisti.
(2) Kull aġent ta’ l-ivvjaġġar li jikser is-subartikolu (1) ikun
ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn
mitejn lira.
AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI ġ K AP. 264.     5
Liċenza titħalla 
għall-wiri. 
Emendat: 
XXXVI.1977.8; 
XII. 1982.3; 
XIII. 1983.4. 
7. (1) Aġent ta’ l-ivvjaġġar għandu jħalli għall-wiri l-liċenza
tiegħu f’post u b’mod prominenti fil-post tan-negozju tiegħu.
(2) Jekk l-aġent ta’ l-ivvjaġġar ikun jaħdem minn iktar minn
post wieħed ta’ negozju, kopja tal-liċenza tiegħu, maħruġa u hekk
ċertifikata mill-Ministru mal-ħlas tad-dritt preskritt, għandha bl-
istess mod titħalla għall-wiri f’kull post ieħor addizzjonali.
(3) Kull aġent ta’ l-ivvjaġġar li jonqos li jħares id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed
minn ħames mitt lira u multa ta’ għaxar liri għal kull jum li matulu
jkompli dak in-nuqqas.
Tħassir ta’ liċenza.
Emendat: 
XXXVI.1977.8. 
8. Meta l-Ministru ikun sodisfatt li aġent ta’ l-ivvjaġġar -
(a) ikun instab ħati ta’ reat kontra dan l-Att; jew
(b) ikun fl-aħħar ħames snin instab ħati ta’ reat kriminali
f’Malta jew barra minn Malta li għalih hemm piena ta’
mhux inqas minn sitt xhur priġunerija; jew
(ċ) ikun ġie dikjarat fallut jew ikun għamel akkordju mal-
kredituri tiegħu jew ikun xolja n-negozju tiegħu bħala
aġent ta’ l-ivvjaġġar għal xi raġuni tkun li tkun barra
milli biex jerġa’ jibnih mill-ġdid jew biex jamalgama;
jew
(d) ikun, fuq il-provi prodotti minn xi għaqda ta’ l-aġenti
ta’ l-ivvjaġġar magħrufa kif imiss mill-Ministru, kiser
serjament xi disposizzjoni tal-kodiċi ta’ l-etika kif
provdut taħt l-artikolu 15(2); jew
(e) ikun irrenda ruħu mhux aktar tajjeb biex ikompli
jagħmilha ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar jew ma għadx ikun
fadallu għad-disposizzjoni tiegħu l-mezzi meħtieġa
għat-tmexxija xierqa u effiċjenti tas-servizzi li
għalihom tirreferi l-liċenza; jew
(f) ikun naqas milli jħares xi kondizzjoni imposta bil-
liċenza tiegħu; jew
(g) ikun naqas milli jħares il-ħtiġiet preskritti bl-artikolu
13(2) jew bl-artikolu 14,
il-Ministru, meta jkun qies iċ-ċirkostanzi kollha, għandu jħassar il-
liċenza ta’ dak l-aġent ta’ l-ivvjaġġar.
Rappreżentazzjo-
nijiet mill-
applikant, eċċ. 
Sostitwit:
XXXVI. 1977.8.
9. Qabel ma jiċħad milli jagħti jew iġedded liċenza taħt dan l-
Att, u qabel ma jħassar xi liċenza bħal dik, il-Ministru għandu
javża lill-applikant jew lid-detentur tal-liċenza bil-ħsieb tiegħu u
għandu jagħtih opportunità  li jagħmel rappreżentazzjonijiet.
L-aġenti ta’ l-
ivvjaġġar iżommu 
kotba tal-kontijiet 
xierqa.
10. Aġent ta’ l-ivvjaġġar għandu jżomm kotba tal-kontijiet
xierqa u dawk ir-records l-oħra li jistgħu jiġu preskritti dwar il-
funzjonijiet ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar.
Setgħat tal-
Ministru. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8.
11. (1) Kull persuna awtorizzata bil-miktub mill-Ministru
tista’ - 
(a) tidħol u tispezzjona, f’kull ħin xieraq, kull post jew
fond fejn ikollha raġuni biżżejjed taħseb li n-negozju
    AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
6      KAP. 264. ħ      TAL-LUKANDI
ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar ikun qed jitmexxa bi ksur ta’
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
(i) tista’ teżamina u tieħu kopji ta’ kull kotba,
kontijiet jew dokumenti misjuba hemmhekk li
jkunu dwar jew ikunu jidhru li jkunu dwar in-
negozju ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar;
(ii) tista’ taqbad kull kotba, kontijiet jew dokumenti
misjuba hemmhekk u li jkollha raġuni biżżejjed
taħseb li jista’ jkun fihom provi ta’ reat li jkun
sar kontra dan l-Att;
(iii) tista’ tagħmel mistoqsijiet lil kull persuna li fil-
fehma tagħha tkun imqabbda fi, jew tmexxi, jew
impjegata fi, negozju ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar
f’dak il-post, fuq kull kwistjoni li għandha
x’taqsam ma’ l-applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew mat-tħaris
tagħhom;
(b) teħtieġ, b’avviż bil-miktub, lil xi persuna li fil-fehma
tagħha tkun imqabbda fi, jew tmexxi, jew impjegata fi,
negozju ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar biex iġġibilha f’dak
il-ħin u l-post li tista’ tispeċifika f’dak l-avviż dawk il-
kotba, kontijiet jew dokumenti kollha jew uħud
minnhom dwar in-negozju ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar.
(2) Ebda post jew fond ma jista’ jsir dħul furzat fih taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu kemm-il darba il-persuna
awtorizzata kif fuq jingħad ma jkollhiex magħha uffiċjal tal-
Pulizija mhux taħt il-grad ta’ spettur:
Iżda meta xi persuna bħal dik ikollha raġuni biżżejjed
taħseb li d-dewmien sakemm jinġieb l-uffiċjal tal-Pulizija ma
jwassalx, jew x’aktarx ma jwassalx għall-għanijiet ta’ dan l-
artikolu, dik il-persuna tista’ teżerċita s-setgħat tagħha skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu mingħajr ma jkollha magħha l-
uffiċjal tal-Pulizija.
(3) Kull persuna awtorizzata kif fuq jingħad għandha minnufih
tagħti riċevuta bil-miktub ta’ kull ħaġa hekk maqbuda minnha
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, lill-persuna li mill-
pussess tagħha jkun sar il-qbid.
(4) Kull persuna li tfixkel jew tostakola lil xi persuna
awtorizzata kif fuq jingħad fil-waqt li tkun qed timxi skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, jew li tonqos li tħares il-ħtiġiet
tagħha skond dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
Aġent ta’ l-
ivvjaġġar ikollu 
fondi għad-
disposizzjoni 
tiegħu.
Emendat: 
XXXVI. 1977.8. 
12.* (1) Aġent ta’ l-ivvjaġġar għandu jkollu f’kull żmien, għas-
sodisfazzjon tal-Ministru, dawk il-fondi li jitqiesu meħtieġa biex
jissodisfa l-obbligi professjonali tiegħu u għal dan l-għan dan
għandu wkoll jiddepożita mal-Ministru garanzija bankarja maħruġa
minn bank lokali għal dak l-ammont li l-Ministru jista’ jeħtieġ.
AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI ġ K AP. 264.     7
(2) Il-Ministru għandu jistabbilixxi jew jibdel minn żmien għal
żmien dwar l-aġenti ta’ l-ivvjaġġar jew uħud minnhom l-ammont
ta’ fondi u l-garanzija bankarja meħtieġa skond is-subartikolu (1),
meta jqis l-obbligi ta’ l-aġent ta’ l-ivvjaġġar li jkun u ċ-ċirkostanzi
l-oħra kollha li jkunu jseħħu f’dak iż-żmien.
(3) Qabel ma jieħu deċiżjoni finali dwar aġent ta’ l-ivvjaġġar
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-Ministru għandu
javża l-ħsieb tiegħu lill-aġent ta’ l-ivvjaġġar u għandu jagħtih
opportunità  li jagħmel rappreżentazzjonijiet.
(4) Il-Ministru għandu javża lill-aġent ta’ l-ivvjaġġar b’kull
deċiżjoni finali meħuda minnu skond id-disposizzjonijiet fuq
imsemmija ta’ dan l-artikolu, u jagħtih ħin biżżejjed, li f’ebda każ
ma jkun anqas minn għaxart ijiem, biex iħares dik id-deċiżjoni.
(5) Liċenza ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar titqies li tħassret
awtomatikament kull meta d-detentur tal-liċenza jonqos li jħares
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’ kull deċiżjoni meħuda
skond hekk, jew tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13(2).
Il-Ministru ikun 
jista’ jiżbanka 
minn garanzija 
bankarja ta’ aġent 
ta’ l-ivvjaġġar. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8. 
13.* (1) Il-Ministru jista’ jiżbanka mill-garanzija bankarja
mogħtija minn aġent ta’ l-ivvjaġġar skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 12 kull ammont li fil-fehma tiegħu tkun meħtieġa biex
tagħmel tajjeb għal kull telf imġarrab minn xi persuna kull meta l-
aġent ta’ l-ivvjaġġar ikun kiser l-obbligi kuntrattwali tiegħu ma’
dik il-persuna jew ikun xort’oħra għamel danni lil dik il-persuna.
(2) Aġent ta’ l-ivvjaġġar li l-garanzija bankarja tiegħu tkun ġiet
żbankata skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) jingħata
kont bil-miktub ta’ l-ammont hekk żbankat mill-garanzija tiegħu, u
meta jkun hekk meħtieġ mill-Ministru għandu jġib dik il-garanzija
għall-ammont oriġinali fiż-żmien speċifikat fit-talba.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li tillimita
b’xi mod ir-responsabbiltà  ta’ aġent ta’ l-ivvjaġġar.
Setgħat għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Emendat: 
XXXVI. 1977.8; 
XIII. 1983.4.
14. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti seħħ lil
kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod partikolari,
iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, għal kull
wieħed mill-għanijiet li ġejjin:
(a) biex jippreskrivi l-formuli li għandhom jintużaw għall-
għanijiet ta’ dan l-Att, id-drittijiet li għandhom
jinġabru għall-għoti jew għat-tiġdid ta’ liċenza jew
għal kopja ta’ dik il-liċenza;
(b) biex jippreskrivi l-kondizzjonijiet ta’, jew għall-għoti
ta’, liċenza;
(ċ) biex jippreskrivi l-formuli ta’ prospetti, rapporti jew
informazzjoni li d-detentur tal-liċenza jkun meħtieġ
jagħti lill-Ministru;
(d) biex jirregola kull xorta ta’ materjal ta’ pubbliċità  li
jista’ jintuża minn aġent ta’ l-ivvjaġġar dwar ix-xogħol
tiegħu, sew jekk dak il-materjal ta’ pubbliċità  jkun se
*Għadu mhux fis-seħħ.
    AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
8      KAP. 264. ħ      TAL-LUKANDI
jintuża f’Malta sew barra minn Malta;
(e) biex jistabbilixxi r-rimunerazzjoni li jkollha titħallas
lil aġent ta’ l-ivvjaġġar meta dik ir-rimunerazzjoni ma
tkunx diġà  stabbilita skond din il-liġi jew xi liġi jew
regolament ieħor;
(f) biex jirregola t-twaqqif, il-funzjonijiet, id-drittijiet u
d-dmirijiet ta’ għaqdiet ta’ aġenti ta’ l-ivvjaġġar;
(g) biex jirregola l-imġieba professjonali ta’ l-aġenti ta’ l-
ivvjaġġar;
(h) biex jistabbilixxi l-piena, li ma tkunx iżjed minn multa
ta’ ħames mitt lira jew priġunerija għal mhux iktar
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien,
għal xi ksur ta’ xi regolament magħmul skond dan l-
Att, jew għal nuqqas ta’ tħaris ta’ xi disposizzjoni bħal
dik jew ta’ xi ħtieġa li ssir bis-saħħa tagħha;
(i) biex jippreskrivi kull ħaġa li għandha jew li tista’ tiġi
preskritta skond dan l-Att u biex jipprovdi aktar dwar
kull ħaġa bħal dik kif jidhirlu xieraq.
Kodiċi ta’ l-etika 
ta’ aġenti ta’ l-
ivvjaġġar.
15. (1) Il-Ministru jista’ jagħti għarfien lil għaqda jew
għaqdiet magħmula minn numru ta’ aġenti ta’ l-ivvjaġġar.
(2) Kull meta n-numru tal-membri ta’ kull għaqda bħal dik ma
jkunx inqas minn żewġ terzi tan-numru totali ta’ l-aġenti ta’ l-
ivvjaġġar il-Ministru jista’ jagħti għarfien lil kodiċi ta’ l-etika
mogħtija lilu minn dik l-għaqda u dak il-kodiċi ta’ l-etika għandu
jirregola l-imġieba professjonali ta’ l-aġenti ta’ l-ivvjaġġar li ma
tkunx diġà  preskritta.
(3) Il-Ministru jista’ f’kull żmien jemenda kull parti minn, jew
jirtira t-tagħrif tiegħu ta’, dak il-kodiċi ta’ l-etika wara li jagħti
avviż xieraq dwar dan.
TAQSIMA III 
LUKANDIERI U SERVIZZI MIFTEHMA
Servizzi miftehma. 
Emendat: 
XXXVI.1977.8; 
XIII. 1983.4. 
16. (1) Lukandier għandu jipprovdi servizzi miftehma fil-
lukandi tiegħu, biss -
(a) lil persuna jew grupp ta’ persuni għall-użu tagħhom
stess; jew
(b) lil aġent ta’ l-ivvjaġġar fil-kariga professjonali tiegħu;
jew
(ċ) lil kull lukandier ieħor kif provdut skond l-artikolu
17(2).
(2) Kull meta lukandier jintrabat li jalloka servizzi miftehma
fil-lukanda tiegħu lil xi ħadd mill-persuni msemmija fis-subartikolu
(1)(a) jew (b), hu u l-persuni l-oħra għandhom jiffirmaw formula
ta’ allokazzjoni.
AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI ġ K AP. 264.     9
(3) Lukandier għandu, mhux iktar tard mit-tielet jum ta’ kull
xahar, jagħti lill-Ministru lista tal-persuni li magħhom, fix-xahar
ta’ qabel, ikun intrabat li jipprovdi servizzi miftehma skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2), in-numru ta’ sodod u/jew
kmamar hekk allokati u ż-żmien li għalih tkun saret dik l-
allokazzjoni.
(4) Kull lukandier li jonqos li jħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
Responsabbiltà  ta’ 
lukandier għal 
allokazzjoni żejda.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
17. (1) Lukandier m’għandux jalloka servizzi miftehma fil-
lukanda tiegħu li jkunu iktar minn dawk il-faċilitajiet li f’xi żmien
wieħed jistgħu jingħataw fil-lukanda tiegħu.
(2) Meta minħabba allokazzjoni żejda lukandier ma jkunx jista’
jipprovdi fil-lukanda tiegħu s-servizzi miftehma li jkun intrabat
jipprovdi lill-parti kontrattanti l-oħra (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejħa "il-klijent") dan għandu jipprovdi lill-klijent tiegħu l-istess
servizzi miftehma f’lukanda oħra ta’ l-istess kategorija jew ta’
kategorija ogħla u li tkun qiegħda qrib kemm jista’ jkun tal-lukanda
tiegħu u jkun responsabbli għal, u għandu jħallas, kull differenza
fil-prezz li tista’ tirriżulta bejn il-prezz miftiehem u l-prezz li
jitħallas fil-lukanda l-oħra:
Iżda meta minħabba allokazzjoni żejda klijent jirċievi
alloġġ f’lukanda ta’ kategorija inqas jew għax hu hekk jagħżel jew
għax il-lukandier ma jkunx jista’ jsiblu lukanda oħra kif provdut
f’dan s-subartikolu, il-lukandier għandu minnufih iħallas lill-klijent
tiegħu kull differenza li tista’ tirriżulta bejn il-prezz miftiehem u l-
prezz li jitħallas fil-lukanda tal-kategorija iktar baxxa.
(3) Lukandier li minħabba allokazzjoni żejda ma jkunx jista’
jwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu kif provdut skond is-
subartikolu (2), ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
mhux iżjed minn erba’ mitt lira.
Il-kummissjoni u l-
prezz miftiehem 
jitħallsu fi żmien 
tletin jum.
18. (1) Il-kummissjoni li jkollha titħallas minn lukandier lil
aġent ta’ l-ivvjaġġar għas-servizzi tiegħu m’għandhiex tkun iżjed
mill-perċentaġġ tal-prezz miftiehem kif jista’ jiġi preskritt jew kif
jista’ jiġi stabbilit mill-Ministru b’avviż pubblikat fil-Gazzetta, u
jistgħu jiġu hekk stabbiliti rati ta’ kummissjoni differenti għal
servizzi differenti mogħtija minn aġent ta’ l-ivvjaġġar.
(2) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
17(2), il-lukandier għandu jħallas lill-aġent ta’ l-ivvjaġġar il-
kummissjoni ibbażata fuq il-prezz miftiehem oriġinali.
(3) Kull kummissjoni li jkollha titħallas minn lukandier lil
aġent ta’ l-ivvjaġġar għandha titħallas fi żmien tletin jum wara li l-
lukandier ikun issodisfa jew kellu jissodisfa s-servizzi miftiehma li
kien intrabat jagħti.
(4) Kull prezz miftiehem li jkollu jitħallas minn aġent ta’ l-
ivvjaġġar lil lukandier għandu jitħallas mhux aktar tard minn tletin
jum wara li l-lukandier ikun tah is-servizzi miftehma li kien
intrabat jagħti.
    AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
10      KAP. 264. ħ      TAL-LUKANDI
TAQSIMA IV 
MIXXELLANJI 
Formula ta’ 
allokazzjoni 
iffirmata titqies li 
hi kuntratt Malti.
19. (1) Formula ta’ allokazzjoni, meta iffirmata minn persuna
li titlob servizz miftiehem f’lukanda u mil-lukandier, titqies li hi
kuntratt li jkun sar f’Malta u jkun suġġett esklużivament għal-liġi u
ġurisdizzjoni Maltija.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu formula ta’ allokazzjoni
titqies li tkun ġiet iffirmata kif imiss ukoll jekk l-aċċettazjoni tal-
pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ dik il-formula ta’ allokazzjoni jkunu
ġew mgħarrfa lil-lukandier bil-korrispondenza, telex, cable jew xi
mezz ieħor bħal dawn ta’ komunikazzjoni.
Diriġenti ta’ guest 
houses u postijiet 
għall-btala.
Emendat: 
IV. 1986.3. 
20. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 16, 17, 18 u l9 għandhom
japplikaw, mutatis mutandis, għal diriġent ta’ guest house, għal
diriġent ta’ hostel u għal diriġent ta’ post għall-btala għal servizzi
mogħtija jew li għandhom jingħataw fil-guest house jew fil-hostel
jew fil-post għall-btala tagħhom, skond il-każ.
Il-Ministru jista’ 
jagħti eżenzjoni 
mill-Att. 
21. Il-Ministru jista’, b’ordni pubblikat fil-Gazzetta, jeżenta lil
kull persuna jew klassi ta’ persuni speċifikata f’dak l-ordni mid-
disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att jew minn uħud minnhom.
Couriers tat-turisti.
Miżjud: 
XV. 1984.5.
21A. (1) Ebda persuna ma tista’ tagħmilha ta’ courier tat-
turisti kemm-il darba ma tissodisfax id-disposizzjonijiet ta’ kull
regolament magħmul taħt dan l-artikolu, u ebda aġent ta’ l-
ivvjaġġar ma għandu jimpjega bħala courier tat-turisti lil xi persuna
li ma tissodisfax l-imsemmija ħtiġiet.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi l-
ħtiġiet, inkluż li toqgħod għal eżami u tikkwalifika fih, li
għandhom ikunu sodisfatti minn kull persuna sabiex tagħmilha ta’
courier tat-turisti għall-finijiet ta’ dan l-Att, u biex jipprovdi għal
kull ħaġa inċidentali jew supplimentari għalihom.
(3) Kull persuna li tikser is-subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira.
Segretezza 
uffiċjali. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
Kap. 123. 
Kap. 142. 
Kap. 239.
22. (1) Ebda persuna li jkollha dmir uffiċjali jew li tkun
impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-Att m’għandha b’xi mod
tikxef jew m’għandha tkun meħtieġa tipproduċi jew tikxef f’xi
qorti, tribunal, Bord jew kumitat ta’ inkjesta jew b’xi mod ikun li
jkun xi tagħrif, dokument jew ħaġ’oħra li ssir taf biha fil-qadi ta’
dmirijietha skond dan l-Att ħlief kif jista’ jkun meħtieġ għall-
finijiet ta’ dan l-Att, jew għall-fini, jew waqt, prosekuzzjoni għal xi
reat kontra dan l-Att, jew meta tkun hekk meħtieġa għall-finijiet ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, jew l-Att dwar l-Istatistika jew l-
Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni*.
(2) Bla ħsara għal kull piena ogħla li tista’ tiġi provduta skond
xi liġi oħra, kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
jkun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
*Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993. Ara l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti, 1993.
AĠENZIJITA’L-IVJAĠĠARUSERVIZZI
TAL-LUKANDI ġ K AP. 264.     11
minn sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
L-Att dwar il-
Probation ma 
japplikax. 
Miżjud: 
IV. l986.4. 
Kap. 446.
23. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
japplikawx dwar reati taħt l-artikoli 3, 5, 6B, 7, 11, 16, 17, 20, 21A
u 22 u dwar xi ksur ta’ xi regolament magħmul taħt l-artikolu 14.
