RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    1
KAPITOLU 266
ATT DWAR RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI*
Biex jikkonsolida bl-emendi l-Ordinanza ta’ l-1945 dwar it-Trade Unions u l-Kustjonijiet
tax-Xogħol u l-Att dwar il-Konċiljazzjoni u l-Arbitraġġ, u biex jagħmel disposizzjonijiet
ġodda li jirregolaw ir-relazzjonijiet industrijali u biex jipprovdi għal ħwejjeġ konnessi ma’
hekk jew anċillari għal hekk.
1 ta’ Frar, 1977
L-ATT XXX ta’ l-1976, kif emendat bl-Atti: XXVIII ta’ l-1977, XXIII ta’ l-1986, XXVIII ta’
l-1989, XXIV ta’ l-1995, XII ta’ l-2000 u VI ta’ l-2001.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2
Taqsima II.  Organizzazzjoni ta’ Ħaddiema u Prinċipali 3-21
Stat, reġistrazzjoni u tmexxija ta’ trade unions u ta’
assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali  3-16
Restrizzjonijiet fuq responsabbiltà  u proċedimenti 
legali u fuq membri ta’ l-unions  17-21
Taqsima III.  Temm ta’ Tilwim  22-35
Temm volontarju ta’ tilwim ta’ xogħol  22-25
Temm obbligatorju ta’ tilwim ta’ xogħol  26-35
Taqsima IV. Supplementari  36-37
SKEDA 
Lista u numru ta’ kariga meħtieġa li jitħaddmu sabiex
f’kull ħin jitkomplu jingħataw mill-Gvern servizzi 
essenzjali lill-kommunità .
*Dan l-Att ġie revokat bl-Att XXII ta’ l-2002, iżda l-każijiet kollha li kienu pendenti quddiem it-
Tribunal Industrijali, kostitwit skond dan l-Att, minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Att dwar l-
Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, għandhom jibqgħu jiġu regolati skond dan l-Att.
  2      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Relazzjonijiet
Industrijali. 
Tifsir. 
Emendat: 
XXVIII. 1977.2 
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"assoċjazzjoni ta’ prinċipali" tfisser organizzazzjoni li
tikkonsisti għal kollox jew prinċipalment minn prinċipali u li l-
għan ewlieni tagħha huwa, skond ir-regolamenti tagħha, li tirregola
r-relazzjonijiet bejn il-prinċipali u l-ħaddiema jew it-trade unions;
"forza dixxiplinata" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 47 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
Kap. 135.
"ftehim industrijali" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 2 ta’ l-Att li Jirregola l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impieg;
"egħmil" u "azzjoni" jinkludu, kull waħda minnhom, nuqqas, u
riferenzi għal li jsir egħmil jew għat-teħid ta’ azzjoni għandhom
jinftehmu f’dan is-sens;
"ħaddiem" tfisser individwu li jaħdem jew li soltu jaħdem jew li
jkun qed ifittex xogħol - 
(a) taħt kuntratt ta’ impieg; jew
(b) taħt xi kuntratt (sew imfisser jew mifhum u, jekk
imfisser, sew verbali jew bil-miktub) li bih jintrabat li
jagħmel jew jaqdi personalment kull xogħol jew
servizzi għal parti oħra fil-kuntratt li ma tkunx klijent
professjonali tiegħu; jew
(ċ) f’impieg taħt jew għall-finijiet ta’ xi dipartiment tal-
Gvern, barra minn bħala membru ta’ forza
dixxiplinata, safejn kull impieg bħal dak ma jkunx
jaqa’ taħt il-paragrafu (a) jew (b) ta’ din it-tifsira,
u dwar tilwima ta’ xogħol li fiha prinċipal ikun parti, "ħaddiem"
tinkludi kull ħaddiem ukoll jekk ma jkunx impjegat minn dak il-
prinċipal;
"ħsara fuq il-persuna" tinkludi kull marda u kull ħsara fil-
kondizzjoni fiżika jew mentali ta’ persuna;
"impjegat" tfisser individwu li jkun daħal jew ikun qed jaħdem
taħt (jew, meta l-impieg ikun spiċċa, li jkun ħadem taħt) kuntratt ta’
impieg; u "prinċipal" u "impieg" għandhom jinftehmu f’dan is-
sens, iżda dwar tilwima ta’ xogħol "impieg" tinkludi kull relazzjoni
li biha persuna tkun taħdem jew tagħmel xi servizzi għal persuna
oħra (barra minn servizz bħala membru ta’ forza dixxiplinata);
"konċiljatur" tfisser persuna hekk maħtura skond l-artikolu 22;
"Kunsill" tfisser il-Joint Negotiating Council imwaqqaf bl-
artikolu 25;
"kuntratt ta’ impieg" tfisser kuntratt ta’ servizz (barra minn
servizz bħala membru ta’ forza dixxiplinata) jew ta’ apprendistat,
sew jekk ikun imfisser jew mifhum u (jekk imfisser) sew jekk
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    3
verbali jew bil-miktub;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dipartiment tax-
Xogħol jew xi dipartiment ieħor li jissostitwih;
"preskritt" tfisser preskritt b’dan l-Att jew bi jew taħt regoli jew
regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ l-Att;
"qorti ta’ inkjesta" tfisser persuna jew persuni maħtura bħala
qorti ta’ inkjesta skond l-artikolu 22;
"reġistrata", dwar trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali u
dwar ir-regolamenti tagħhom, tfisser reġistrata skond dan l-Att; 
"Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tat-Trade Unions maħtur jew
imsemmi skond l-artikolu 6;
"reġistrazzjoni" tfisser reġistrazzjoni skond dan l-Att ta’ trade
union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali u tar-regolamenti
tagħhom; 
"tilwima ta’ xogħol" tfisser tilwima bejn prinċipali u ħaddiema,
jew bejn ħaddiema u ħaddiema, li jkollha x’taqsam ma’ xi waħda
jew aktar mill-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) pattijiet u kondizzjonijiet ta’ impieg, jew il-
kondizzjonijiet fiżiċi li taħthom xi ħaddiema jkunu
meħtieġa jaħdmu;
(b) tħaddim jew nuqqas ta’ tħaddim, jew it-tmiem jew is-
sospensjoni ta’ impieg jew ta’ dmirijiet ta’ impieg, ta’
ħaddiem wieħed jew aktar;
(ċ) allokazzjoni ta’ xogħol jew ta’ dmirijiet ta’ l-impieg
bejn il-ħaddiema jew gruppi ta’ ħaddiema;
(d) ħwejjeġ ta’ dixxiplina;
(e) faċilitajiet għal uffiċjali ta’ trade unions;
(f) makkinarju għal negozjati jew konsultazzjonijiet, u
proċeduri oħra, dwar xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija qabel, magħdud ir-rikonoxximent minn
prinċipali jew assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali tad-dritt
ta’ trade union li tirrappreżenta ħaddiema f’xi
negozjati jew konsultazzjonijiet bħal dawk jew fit-
twettiq ta’ dawk il-proċeduri;
Kap. 135.
"tkeċċija inġusta", dwar ħaddiem, tfisser it-temm mill-prinċipal
dwar dak il-ħaddiem ta’ kuntratt ta’ impieg għal żmien mhux
stabbilit (barra minn impieg bi prova skond kif tinftiehem fl-Att
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmi) li jkun temm li ma jsirx biss
minħabba redundancy jew għal raġuni xierqa skond id-
disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-artikolu 34 ta’ l-Att li Jirregola l-
Kondizzjonijiet ta’ l-Impieg, jew li jkun sar bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(4), jew li, għalkemm isir
minħabba redundancy jew għal raġuni xierqa, ikun diskriminatorju;
u tinkludi kull nuqqas mill-prinċipal li jerġa’ jimpjega lil dik il-
persuna jew li jerġa’ jimpjegaha skond l-artikolu 34(2) ta’ l-
imsemmi Att;
"trade union" tfisser organizzazzjoni magħmula għal kollox jew
  4      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
prinċipalment minn ħaddiema u li l-għan ewlieni tagħha hu skond
ir-regolamenti, li tirregola r-relazzjonijiet bejn il-ħaddiema u l-
prinċipali jew l-assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali;
"Tribunal" tffsser it-Tribunal Industrijali mwaqqaf bl-artikolu
26;
"uffiċjal pubbliku", "kariga pubblika" u "servizz pubbliku"
għandhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom bl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, kwistjoni li fiha tkun parti trade
union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha titqies bħala
kwistjoni li fiha ħaddiema jew, skond il-każ, prinċipali jkunu parti.
(3) Kull disposizzjoni ta’ dan l-Att li teħtieġ tħaris ma’ xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att (tkun kif tkun miktuba dik il-ħtieġa), jew
li tipprovdi dwar xi kontravvenzjoni tagħha, għandha tinftiehem li
teħtieġ tħaris ta’, jew bħala li xorta tapplika għal, kull disposizzjoni
ta’ kull regolament jew regola magħmula taħt dan l-Att.
TAQSIMA II 
ORGANIZZAZZJONI TA’ ĦADDIEMA U PRINĊIPALI
Stat, reġistrazzjoni u tmexxija ta’ trade unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali
Stat ta’ trade 
unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali.
3. (1) Trade union u assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandhom,
għall-finijiet kollha tal-liġi, jitqiesu bħala assoċjazzjoni ta’ persuni
u mhux bħala enti morali, iżda - 
(a) din tkun tista’ tagħmel kuntratti;
(b) il-proprjetà  kollha ta’ l-union jew ta’ l-assoċjazzjoni
tkun vestita fil-union jew fl-assoċjazzjoni, iżda s-
setgħat kollha, kemm jekk ta’ tneħħija,
amministrazzjoni jew xort’oħra, dwar dik il-proprjetà
jkunu eżerċitabbli minn jew bl-awtorità  tal-korp ta’
persuni, ikun x’ikun imsejjaħ, li bir-regolamenti ta’ l-
union jew ta’ l-assoċjazzjoni jkun inkarigat mit-
tmexxija tax-xogħol tagħha;
(ċ) din tkun tista’ tħarrek u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li tiġi mħarrka, sew fi
proċedimenti dwar proprjetà  jew bażati fuq kuntratt,
delitt jew kważi-delitt, jew fuq xi kawża oħra ta’
azzjoni tkun li tkun;
Kap. 249. 
(d) proċedimenti dwar kull reat li jkun allegat li sar
minnha jew f’isimha jistgħu jinġiebu kontra kull
wieħed mill-uffiċjali tagħha jew uffiċjali oħra kif
provdut fl-artikolu 13 ta’ l-Att dwar l-Interpretazzjoni;
(e) kull sentenza jew ordni mogħti f’xi proċedimenti jkun
esegwibbli kontra kull proprjetà  ta’ l-union jew ta’ l-
assoċjazzjoni.
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    5
(2) L-għanijiet ta’ xi trade union jew ta’ assoċjazzjoni ta’
prinċipali m’għandhomx, minħabba biss li jrażżnu n-negozju,
ikunu kontra l-liġi hekk illi - 
(a) xi membru ta’ l-union jew ta’ l-assoċjazzjoni jkun
suġġett għal proċedimenti kriminali; jew
(b) xi ftehim ikun null jew jista’ jiġi annullat,
lanqas ma għandu xi regolament bħal dak ta’ trade union jew ta’
assoċjazzjoni ta’ prinċipali jkun kontra l-liġi jew ma jkunx jista’
jiġi nfurzat minħabba biss li jrażżan in-negozju.
Regolamenti ta’ 
trade unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali.
4. (1) Ir-regolamenti ta’ kull trade union u ta’ kull
assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandu jkollhom disposizzjonijiet dwar
il-ħwejjeġ imsemmija fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu.
(2) Ir-regolamenti għandhom - 
(a) jispeċifikaw l-isem tat-trade  union jew ta’ l-
assoċjazzjoni ta’ prinċipali, l-indirizz ta’ l-uffiċċju
prinċipali tagħha u l-għanijiet li għalihom tkun
twaqqfet;
(b) jipprovdu dwar l-għanijiet li għalihom, u l-mod li bih,
kull proprjetà  jew fondi ta’ l-union jew ta’ l-
assoċjazzjoni huma awtorizzati li jiġu applikati jew
investiti;
(ċ) jekk xi benefiċċji finanzjarji jkunu se jingħataw lil
membri tat-trade  union jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’
prinċipali mill-proprjetà  jew mill-fondi tagħha,
jipprovdu għall-ammonti ta’ dawk il-benefiċċji u ċ-
ċirkostanzi li taħthom jistgħu jingħataw lill-membri;
(d) jispeċifikaw l-offiżi li għallhom l-union jew l-
assoċjazzjoni tista’ taħt ir-regoli tkeċċi membru jew
tieħu xi azzjoni dixxiplinari oħra, il-pieni applikabbli
għal kull waħda minn dawk l-offiżi, u l-proċedura
għas-smigħ tal-każijiet fejn jiġu allegati offiżi kontra
r-regolamenti;
(e) jipprovdu għall-elezzjoni ta’ kumitat ta’ tmexxija u
għall-elezzjoni tiegħu mill-ġdid f’intervalli xierqa,
għall-elezzjoni u l-ħatra ta’ uffiċjali ta’ l-union jew ta’
l-assoċjazzjoni u ta’ uffiċjali oħra, u għall-mod li bih
il-kumitat ta’ tmexxija, u l-uffiċjali kollha jistgħu
jitneħħew mill-kariga;
(f) jipprovdu għat-tiżmim ta’ kontijiet sħaħ u eżatti mill-
union jew assoċjazzjoni, għall-ħatra ta’ udituri u għall-
verifika ta’ kull sena tal-kontijiet;
(g) jipprovdu għall-ispezzjon tal-kotba u ta’ l-ismijiet tal-
membri ta’ l-union jew assoċjazzjoni minn kull
persuna li jkollha interess fil-fondi ta’ l-union jew
assoċjazzjoni;
(h) jispeċifikaw il-mod li bih kull regolamenti ta’ l-union
jew assoċjazzjoni jistgħu jsiru, jinbidlu jew jiġu
revokati, u ċ-ċirkostanzi li taħthom u l-mod li bih l-
  6      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
union jew assoċjazzjoni tista’ tiġi xolta.
(3) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha
fuq it-talba ta’ kull persuna tagħtiha kopja tar-regolamenti, kif
ikunu fis-seħħ fid-data tat-talba, jew mingħajr ħlas jew mal-ħlas ta’
somma ta’ mhux iżjed minn għaxar ċenteżmi.
It-trade unions u l-
assoċjazzjonijiet 
tal-ħaddiema 
m’għandhomx 
jaħdmu jekk ma 
jkunux reġistrati. 
5. (1) Trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali, u kull
membru u kull uffiċjal tagħha, m’għandhom jagħmlu ebda ħaġa li
tmexxi ’l quddiem xi wieħed mill-għanijiet li għaliha tkun ġiet
iffurmata kemm-il darba dik il-union jew assoċjazzjoni ma tkunx
qabel ġiet reġistrata.
(2) Kull trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali, u kull
membru u kull uffiċjal tagħha, li jikser id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) jkun ħati ta’ reat u jeħel meta jinsab ħati multa ta’
mhux iżjed minn mitt lira.
Reġistratur ta’ 
Trade Unions. 
6. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, uffiċjal pubbliku għandu
jinħatar bħala, jew ikun imsemmi biex jaqdi d-dmirijiet ta’
Reġistratur ta’ Trade Unions.
(2) Ir-Reġistratur għandu jaqdi l-funzjonijiet u d-dmirijiet
mogħtija lilu b’dan l-Att, u għall-fini ta’ l-eżerċizzju ta’ dawk il-
funzjonijiet u tal-qadi ta’ dawk id-dmirijiet dan ikollu s-setgħa li
jeħtieġ lil kull persuna li tagħtih kull tagħrif rilevanti u li
tipproduċilu kull dokument rilevanti, u jista’ wkoll jagħti
ġuramenti.
Reġistrazzjoni ta’ 
trade unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali. 
7. (1) Kull seba’ membri jew iktar ta’ trade union jew ta’
assoċjazzjoni ta’ prinċipali jistgħu, billi jiffirmaw ir-regolamenti
ta’ l-union jew ta’ assoċjazzjoni, u li xort’oħra jħarsu d-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att dwar reġistrazzjoni,
jirreġistraw il-union jew assoċjazzjoni skond dan l-Att:
Iżda jekk xi wieħed mill-għanijiet ta’ trade union jew
assoċjazzjoni ta’ prinċipali ma jkunx skond il-liġi r-reġistrazzjoni
ta’ dik il-union jew assoċjazzjoni tkun nulla.
(2) Biex jiġi stabbilit in-numru ta’ membri ta’ trade union għal
xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-Att ma jingħadd ebda individwu
li ma jkunx għalaq is-sittax-il sena jew li ma jkunx jirrisjedi
f’Malta; u biex jiġi stabbilit in-numru tal-membri ta’ assoċjazzjoni
ta’ prinċipali ma tingħadd ebda persuna li magħha jew li għaliha
ebda individwu ma jkun daħal fi, jew ikun jaħdem taħt, kuntratt ta’
impieg għal servizz f’Malta.
Disposizzjonijiet 
dwar 
reġistrazzjoni.
8. (1) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ principali
għandha tkun reġistrata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att: 
Iżda, dwar unions jew assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali
reġistrati skond l-artikolu 7(3), dawn id-disposizzjonijiet
għandhom japplikaw biss safejn ikunu applikabbli. 
(2) Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att dwar
reġistrazzjoni, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandu jkollhom effett
dwar ir-reġistrazzjoni ta’ trade unions u assoċjazzjonijiet ta’
prinċipali taħt dan l-Att, jiġifieri -
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    7
(a) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ l-union jew
assoċjazzjoni u tar-regolamenti tagħha għandha
tintbagħat jew tiġi prodotta lir-Reġistratur flimkien
ma’ żewġ kopji stampati tar-regolamenti u ma’ lista ta’
l-ismijiet ta’ l-uffiċjali ta’ l-union jew assoċjazzjoni li
fiha jkunu jidhru wkoll il-karigi rispettivi tagħhom;
(b) ebda trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali ma
għandha tkun reġistrata taħt isem li jkun jixbah lil dak
li bih xi union jew assoċjazzjoni oħra tkun għal dak iż-
żmien reġistrata skond dan l-Att, jew ikun hekk jixbah
lil dak l-isem li x’aktarx iqarraq lill-pubbliku;
(ċ) jekk ir-Reġistratur ikun sodisfatt li l-union jew l-
assoċjazzjoni tkun ħarset id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att dwar reġistrazzjoni, jew jekk il-Qorti ta’ l-Appell
tkun hekk ordnat skond l-artikolu 9, dan għandu
jirreġistra l-union jew l-assoċjazzjoni, skond il-każ, u
r-regolamenti tagħha;
(d) malli jirreġistra trade union jew assoċjazzjoni ta’
prinċipali, ir-Reġistratur għandu joħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni.
(3) Kull tibdil fir-regolamenti ta’ trade union jew assoċjazzjoni
ta’ prinċipali għandu jkun reġistrat mar-Reġistratur, u kull tibdil
bħal dak m’għandux jibda jseħħ ħlief mid-data tar-reġistrazzjoni
tiegħu jew minn dik id-data aktar tard li tista’ tiġi speċifikata fir-
regoli.
(4) Ir-regolamenti ta’ kull trade union jew assoċjazzjoni ta’
prinċipali reġistrata m’għandhomx hekk jinbidlu li ma jibqgħux
jissodisfaw jew iħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li japplikaw
għalihom; u r-Reġistratur m’għandux jirreġistra xi regolamenti, jew
tibdil fir-regolamenti, li jkunu kontra d-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu.
Rifjut jew tħassir 
ta’ reġistrazzjoni.
Emendat:
VI. 2001.14.
9. (1) Jekk ir-Reġistratur ikun sodisfatt illi - 
(a) l-applikanti għar-reġistrazzjoni ma jkunux ġew
awtorizzati kif imiss biex japplikaw għar-
reġistrazzjoni; jew
(b) xi wieħed mill-għanijiet tat-trade  union jew ta’ l-
assoċjazzjoni ta’ prinċipali jkun kontra l-liġi; jew
(ċ) l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew ir-regolamenti
ta’ l-union jew ta’ l-assoċjazzjoni ma jkunux jaqblu
mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
dan għandu jirrifjuta r-reġistrazzjoni.
(2) Ir-Reġistratur ikun jista’ jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ kull
trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali -
(a) fuq it-talba ta’ l-union jew ta’ l-assoċjazzjoni, li tkun
ipprovata b’dak il-mod li hu jista’ jeħtieġ;
(b) mal-prova għas-sodisfazzjon tiegħu illi ċertifikat ta’
reġistrazzjoni jkun ġie miksub b’qerq jew bi żball, jew
li r-reġistrazzjoni kienet nulla, jew li l-union jew l-
  8      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
assoċjazzjoni kienet bir-rieda kisret xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(ċ) jekk, għal xi raġuni, ir-regolamenti ta’ l-union jew ta’
l-assoċjazzjoni ma jkunux jaqblu mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att:
Iżda dan il-paragrafu ma japplikax għal trade
union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali reġistrata skond
l-artikolu 7(3) ħlief wara li tgħaddi sena minn dik ir-
reġistrazzjoni;
(d) jekk ikun sodisfatt li l-union jew l-assoċjazzjoni ma
tkunx baqgħet teżisti;
(e) jekk ikun sodisfatt li l-għadd tal-membri ta’ l-union
jew ta’ l-assoċjazzjoni jkun niżel għal anqas minn
seba’ membri kalkolat kif provdut fl-artikolu 7(2).
(3) Meta r-Reġistratur jirrifjuta li jirreġistra trade union jew
assoċjazzjoni ta’ prinċipali, dan għandu minnufih igħarraf bil-
miktub lill-applikanti bir-rifjut u r-raġunijiet tiegħu.
(4) Meta r-Reġistratur ikun bi ħsiebu jħassar ir-reġistrazzjoni
ta’ trade union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali, dan għandu
jagħti avviż tat-tħassir li jkollu fi ħsiebu lill-union jew lill-
assoċjazzjoni fejn jagħti r-raġunijiet għaliex; u r-reġistrazzjoni ma
titħassarx qabel ma jgħaddu xahrejn mill-għoti ta’ dak l-avviż,
lanqas ma għandha r-reġistrazzjoni titħassar jekk, qabel it-tħassir,
il-union jew l-assoċjazzjoni tkun irranġat in-nuqqas jew xort’oħra
ħadet passi biex tevita t-tħassir. Jekk minkejja r-raġunijiet miġjuba,
jew passi oħra li jkunu ttieħdu, mill-union jew mill-assoċjazzjoni,
ir-Reġistratur jiddeċiedi li għandu jħassar ir-reġistrazzjoni, dan
għandu jgħarraf bil-miktub lill-union jew lill-assoċjazzjoni bid-
deċiżjoni tiegħu:
Iżda, meta l-union jew l-assoċjazzjoni ma tkunx baqgħet
teżisti, ir-Reġistratur jista’ jħassar ir-reġistrazzjoni mingħajr ma
jħares ebda waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu u
jagħti avviż tat-tħassir fil-Gazzetta.
(5) Fuq kull rifjut mir-Reġistratur li jirreġistra trade union jew
assoċjazzjoni ta’ prinċipali u fuq kull deċiżjoni minnu li jħassar xi
reġistrazzjoni bħal dik, jista’ jsir appell lill-Qorti ta’ l-Appell
b’rikors li jsir mhux aktar tard minn sebat ijiem minn mindu
jikkomunika r-rifjut jew id-deċiżjoni tiegħu kif meħtieġ b’dan l-
artikolu. Fuq kull appell bħal dak il-qorti tista’ tagħti dawk l-
ordnijiet li jidhrilha xierqa, magħduda kull direttiva dwar l-ispejjeż
ta’ l-appell; u kull ordni bħal dak tal-qorti jkun finali.
Kap. 12. (6) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli dwar dawk
l-appelli, fejn jipprovdi dwar il-mod li bih jinstemgħu xiehda,
jippreskrivi l-proċedura li għandha tiġi mħarsa, il-mod li bih jiġi
notifikat l-appell lir-Reġistratur u b’mod ġenerali tipprovdi għal
kull ħaġ’oħra li l-qorti jidhrilha meħtieġa jew spedjenti.
(7) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għall-preżentata ta’ atti bil-
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    9
miktub f’konnessjoni ma’ appelli taħt dan l-artikolu:
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk stabbiliti mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(8) Ir-Reġistratur ikollu l-jedd li jinstema’ fuq kull appell bħal
dak u jingħata l-opportunità  li jagħmel hekk.
(9) Kull regoli magħmula skond l-artikolu 10(4) ta’ l-
Ordinanza ta’ l-1945 dwar it-Trade Unions u l-Kustjonijiet tax-
Xogħol* u li kienu fis-seħħ minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan
l-Att għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu revokati jew
sostitwiti b’regoli magħmula skond is-subartikolu (6) u suġġetti
għal kull emendi li hekk isiru għalihom, u għandhom jitqiesu li
jkunu saru taħt dak is-subartikolu u għandhom jitqiesu u jsir
dwarhom skond hekk.
Reġistru ta’ trade 
unions u ta’ 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali. 
10. (1) Ir-Reġistratur għandu jżomm reġistru tat-trade unions
u ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali kollha reġistrati skond dan l-
Att, li juri l-ismijiet ta’ dawk il-unions u assoċjazzjonijiet u dawk
il-partikolaritajiet l-oħra li r-Reġistratur jidhirlu xierqa.
(2) Ir-reġistru tat-trade  unions u  ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’
prinċipali għandu jinżamm miftuħ għal spezzjon minn kull persuna
mingħajr ħlas fil-ħinijiet xierqa kollha.
Reġistru tal-
membri għandu 
jinżamm minn 
trade unions u 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali. 
11. (1) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha iżżomm reġistrazzjoni aġġornata ta’ l-ismijiet tal-membri
ta’ l-union jew assoċjazzjoni, skond il-każ, li turi l-indirizzi u s-
snajja’ jew ix-xogħol tagħhom.
(2) Ir-Reġistratur ikollu s-setgħa f’kull żmien li jispezzjona
dawk ir-reġistrazzjonijiet jew li jieħu ħsieb li dawk ir-
reġistrazzjonijiet jiġu spezzjonati minn persuna awtorizzata minnu
għal hekk, u kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha tagħti lilu u lil kull persuna oħra awtorizzata kif intqal
qabel il-faċilitajiet xierqa kollha għal dak il-għan.
Prospetti fis-sena.
jum ta’ Lulju ta’ kull sena, ir-Reġistratur għandu b’avviż fil-
Gazzetta, jitlob u jeħtieġ lit-trade unions u assoċjazzjonijiet ta’
prinċipali kollha reġistrati li jibgħatulu fi żmien ħmistax-il jum - 
(a) lista ta’ l-ismijiet ta’ l-uffiċjali ta’ l-union jew
assoċjazzjoni li turi wkoll il-kariga miżmuma minn
kull wieħed minnhom;
(b) dikjarazzjoni li l-ismijiet tal-membri u partikolaritajiet
oħra murija fir-reġistrazzjoni li għandha tinżamm
skond l-artikolu 11 ikunu ġew aġġornati u li t-tibdil
meħtieġ ikun sar fl-imsemmija reġistrazzjoni għal dan
il-għan;
(ċ) dikjarazzjoni tad-dħul, fondi u nfiq ta’ l-union jew
assoċjazzjoni dwar is-sena ta’ qabel;
*Imħassra bl-artikolu 36(1) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat liema artikolu
ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
  10      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
(d) kopja tar-rapport annwali li juri l-ħidma ta’ l-union
jew assoċjazzjoni matul is-sena ta’ qabel jew, jekk ma
jkun sar ebda rapport bħal dak, dikjarazzjoni ffirmata
mis-segretarju ta’ l-union jew assoċjazzjoni li turi l-
imsemmija ħidma matul dik is-sena, 
u kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha tħares
dik il-ħtieġa.
Records ta’ 
kontijiet. 
13. (1) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha - 
(a) tieħu ħsieb li jinżammu records tal-kontijiet xierqa
dwar it-transazzjonijiet tagħha u l-attiv u l-passiv
tagħha, jiġifieri dawk ir-records li jkunu meħtieġa
biex jagħtu ħarsa vera u xierqa tal-qagħda ta’ l-union
jew assoċjazzjoni u li jispjegaw it-transazzjonijiet
tagħha; u
(b) tistabbilixxi u żżomm sistema sodisfaċenti ta’ kontroll
tar-records tal-kontijiet tagħha, tal-flus li jkollha
f’idejha u tad-dħul u rimessi tagħha kollha.
(2) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha
taħtar uditur jew udituri li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa b’dan l-
artikolu sabiex jivverifikaw il-kontijiet tagħha; u kull trade union
jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali li tkun ilha mwaqqfa għal aktar
minn tnax-il xahar għandha għall-anqas darba kull sena kalendarja
tieħu ħsieb li dawk il-kontijiet jitħejjew u jiġu verifikati minn dak
l-uditur jew dawk l-udituri kif intqal qabel.
(3) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali
għandha, mhux aktar tard minn xahar wara li l-kontijiet ikunu ġew
verifikati, tibgħat kopja ta’ dawk il-kontijiet lir-Reġistratur.
(4) Kull trade union u kull assoċjazzjoni ta’ prinċipali għandha
fuq it-talba ta’ xi wieħed mill-membri tagħha tagħtih kopja tal-
kontijiet tagħħa l-aktar riċenti jew mingħajr ħlas jew mal-ħlas ta’
somma ta’ mhux iżjed minn ħames ċenteżmi.
Kap. 168. 
(5) Persuna tkun kwalifikata li tivverifika l-kontijiet ta’ trade
union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali jekk tkun kwalifikata li
tkun uditur ta’ kumpannija li ma tkunx kumpannija privata skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar is-Soċjetajiet
Kummerċjali*.
Rapport mir-
Reġistratur. 
14. (1) Fix-xahar ta’ Awissu ta’ kull sena r-Reġistratur
għandu jagħmel u jibgħat lill-Ministru rapport fuq it-tħaddim ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att. Ir-rapport għandu jinkludi lista tat-
trade unions u ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali kollha reġistrati
u dikjarazzjoni dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mir-Reġistratur
skond l-artikolu 11.
(2) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li r-rapport jiġi pubblikat fil-
Gazzetta.
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kapitolu 386).
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    11
Regoli dwar 
reġistrazzjoni.
15. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli dwar ir-reġistrazzjoni
ta’ trade unions u assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali u b’mod
partikolari iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel,
dwar - 
(a) is-siġill, jekk ikun hemm, li għandu jintuża mir-
Reġistratur għall-għanijiet tar-reġistrazzjoni;
(b) il-formuli li għandhom jintużaw għal dik ir-
reġistrazzjoni u għal kull applikazzjoni għaliha;
(ċ) l-ispezzjon ta’ reġistri u ta’ dokumenti miżmuma mir-
Reġistratur u l-egħmil ta’ kopji ta’ kull dħul li jsir
fihom;
(d) id-drittijiet li għandhom jinġabru għar-reġistrazzjoni,
għall-ispezzjon ta’ kull reġistru jew dokument ieħor,
għal kull kopji magħmula ta’ xi reġistrazzjonijiet jew
dokumenti, u għal kull servizz ieħor provdut jew għal
xi ħaġa preskritta jew li tista’ ssir b’dan l-Att;
(e) b’mod ġenerali biex iseħħu d-disposizzjonijiet ta’ din
it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Kull regoli magħmula skond l-artikolu 19 ta’ l-Ordinanza
ta’ l-1945 dwar it-Trade Unions u l-Kustjonijiet tax-Xogħol* u li
jkunu fis-seħħ minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu revokati jew sostitwiti
b’regoli magħmula skond is-subartikolu (1) u suġġetti għal kull
emendi li jkunu hekk sarulhom, u għandhom jitqiesu li jkunu saru
skond dak is-subartikolu u għandhom jitqiesu u jsir dwarhom skond
hekk.
Reati kontra l-
artikoli 11, 12 u 13 
ta’ dan l-Att.
16. (1) Jekk trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali
tirrifjuta jew bir-rieda tittraskura li taqdi dmir impost fuqha b’xi
jew taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11, 12 jew 13,
it-trade union jew l-assoċjazzjoni ta’ prinċipali tkun ħatja ta’ reat u
teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
(2) Kull persuna li bir-rieda tibdel jew iġġiegħel li jiġi mibdul
dokument li hu meħtieġ għall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 11, 12 jew 13, bil-ħsieb li tiffalsifika d-dokument jew
sabiex trade union jew assoċjazzjoni ta’ prinċipali tkun tista’ ma
tħarisx dawk id-disposizzjonijiet, tkun ħatja ta’ reat u teħel meta
tinsab ħatja priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena jew
multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew dik il-priġunerija u
multa flimkien.
Restrizzjonijiet fuq responsabbiltà  u proċedimenti legali u fuq 
membri ta’ l-union
Ħelsien tat-trade 
unions u 
assoċjazzjonijiet 
ta’ prinċipali minn 
kawżi dwar għemil 
ta’ ħsara.
17. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
ma tista’ tittieħed ebda azzjoni dwar delitt jew kważi-delitt
minħabba xi għemil -
*Imħassra bl-artikolu 36 (1) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema artikolu
ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
  12      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
(a) li jkun allegat li sar minn jew f’isem trade union jew
minn jew f’isem assoċjazzjoni ta’ prinċipali; jew
(b) li jkun allegat li ġie mhedded jew li jkun maħsub li jsir
kif intqal qabel,
kontra l-union jew l-assoċjazzjoni f’isimha stess, jew kontra xi
membri jew kontra kull uffiċjali ta’ l-union jew assoċjazzjoni
f’isimhom stess u f’isem il-membri l-oħra kollha ta’ l-union jew
assoċjazzjoni.
(2) Is-subartikolu (1) ma jolqotx ir-responsabbiltà  ta’ trade
union jew ta’ assoċjazzjoni ta’ prinċipali li jiġu mħarrkin dwar kull
ħaġa minn dan li ġej, jekk ma tinqalax minn xi għemil bi ħsieb ta’
tilwima ta’ xogħol jew biex din it-tilwima titmexxa ’l quddiem,
jiġifieri- 
(a) xi traskuraġni, għemil ta’ tfixkil jew ta’ inkonvenjenza
jew ksur ta’ dmir, (sew jekk impost fuqhom b’xi
regola ta’ liġi jew b’xi leġislazzjoni) li jwassal għal
ħsara fuq il-persuna ta’ xi ħadd; jew
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ta’
dan is-subartikolu, ksur ta’ xi dmir impost dwar id-
dritt għall-proprjetà , jew dwar il-pussess, il-kontroll
jew l-użu ta’ xi proprjetà , sew mobbli jew immobbli.
Għemejjel bil-
ħsieb li jitmexxew 
’il quddiem tilwim 
ta’ xogħol. 
Emendat: 
XXVIII.1977.3;
XII. 2000.3.
18. (1) Egħmil minn persuna bil-ħsieb li jkun hemm jew li
titmexxa ’l-quddiem tilwima ta’ xogħol ma titqiesx bħala delitt jew
kważi-delitt għar-raġuni biss li dak l-egħmil -
(a) iġiegħel lil persuna oħra li tikser kuntratt ta’ impieg;
jew 
(b) ihedded li kuntratt ta’ impieg (sew jekk il-persuna tkun
parti fih sew jekk le) jiġi miksur jew li jġiegħel lil
persuna oħra tikser kuntratt ta’ impieg li fih tkun parti
l-persuna l-oħra; jew
(ċ) ikun ifixkel il-kummerċ, in-negozju jew l-impieg ta’
persuna oħra, jew il-jedd tal-persuna l-oħra milli
tiddisponi mill-kapital jew mix-xogħol tagħha kif tkun
trid.
(2) Egħmil li minħabba s-subartikolu (1) ma tkunx tista’
tittieħed azzjoni dwaru nnifsu, u ksur ta’ kuntratt bil-ħsieb li jkun
hemm jew li titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol, ma jitqisux
bħala għemil illegali jew użu ta’ mezzi illegali bil-għan li tiġi
stabbilita r-responsabbiltà  għal għemil bħala delitt jew kważi-
delitt.
(3) Ftehim jew għaqda bejn żewġ persuni jew aktar biex
jagħmlu jew jieħdu ħsieb li jsir xi għemil bil-ħsieb li jkun hemm
jew biex titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol ma jitqiesx bħala
delitt jew kważi-delitt jekk l-egħmil ikun wieħed li, jekk magħmul
mingħajr dak il-ftehim jew għaqda, ma tistax tittieħed azzjoni
dwaru bħala delitt jew kważi-delitt.
(4) Ma tistax tittieħed azzjoni għal danni dwar għemil minn
persuna magħmul bil-ħsieb li jkun hemm jew li titmexxa ’l
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    13
quddiem tilwima ta’ xogħol u skond direttiva maħruġa minn trade
union, sew jekk dik il-persuna tkun membru tagħha sew jekk le,
għar-raġuni biss li tikkonsisti fi ksur ta’ kuntratt ta’ impieg; u kull
għemil magħmul kif intqal qabel, li ma jkunx ksur ta’ ftehim
industrijali, jew ta’ ftehim jew deċiżjoni li jkunu għadhom jorbtu
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23 jew 25, jew deċiżjoni
jew sentenza tat-Tribunal m’għandux waħdu jagħti l-jedd lill-
prinċipal li jtemm il-kuntratt ta’ impieg tal-persuna li tkun għamlet
l-egħmil kif intqal qabel, jew li jiddiskrimina kontra tagħha, u
m’għandux jitqies bħala interruzzjoni fis-servizz ta’ dik il-persuna.
Kap. 9.
Kriminali m’għandhomx japplikaw għal xi ftehim jew għaqda bejn
żewġ persuni jew aktar biex jagħmlu jew jieħdu ħsieb li jsir xi
għemil bil-ħsieb li jkun hemm jew li titmexxa ’l quddiem tilwima
ta’ xogħol.
(6) Is-subartikolu (4) m’għandux ikun japplika għal:
(a) persuni impjegati fl-Air Traffic Control Centre fil-
Malta International Airport u fl-Airport Fire Fighting
Section ta’ dak l-ajruport; u
(b) dak l-għadd ta’ uffiċjali pubbliċi li jkollhom jew li
xort’oħra jkunu impjegati f’xi waħda mill-karigi fis-
servizz pubbliku mniżżla fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att, li huwa muri fl-Iskeda msemmija bħala l-għadd
ta’ dawk il-karigi meħtieġ li jitħaddmu sabiex f’kull
ħin ikomplu jingħataw mill-Gvern servizzi essenzjali
lill-komunità .
(7) Meta n-numru ta’ uffiċjali pubbliċi li jkollhom jew li jkunu
impjegati f’xi waħda mill-imsemmija karigi jkun akbar min-numru
muri fl-imsemmija Skeda bħala essenzjalment meħtieġ, is-
subartikolu (6) japplika biss għall-aktar anzjani fost dawk l-
uffiċjali li flimkien jagħmlu dak in-numru (esklużi biss dawk
minnhom li jkunu bil-leave awtorizzat espressament għall-finijiet
ta’ dan is-subartikolu, u biss sakemm ikunu hekk bil-leave), u l-
anzjanità  tiġi stabbilita skond kull anzjanità  li jkollha l-kariga fiha
nnfisha jew, fin-nuqqas ta’ dik l-anzjanità , skond it-tul tas-servizz
ta’ l-uffiċjali fil-kariga miżmuma minnhom jew li fiha jkunu
impjegati fil-ħin rilevanti, u f’każijiet ta’ tul ta’ servizz indaqs
skond l-età  ta’ l-uffiċjali li jkollhom l-istess tul ta’ servizz.
(8) Kull uffiċjal pubbliku li għalih, bis-saħħa tas-subartikoli
(6) u (7), is-subartikolu (4) tiegħu ma japplikax, ikollu s-servizz
tiegħu mal-Gvern mitmum minnufih jekk, bil-ħsieb li jkun hemm
jew li titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol jew xi azzjoni oħra li
tittieħed minn tnejn jew iżjed uffiċjali pubbliċi jew impjegati oħra
(sew jekk skond direttiva minn trade union sew jekk le), jew
b’sustenn tagħha jew b’simpatija magħha, dak l-uffiċjal jirrifjuta
jew xort’oħra jonqos li jaqdi xi wieħed mid-dmirijiet tiegħu skond
il-pattijiet tas-servizz tiegħu jew skond il-kondizzjonijiet ta’ l-
impieg tiegħu u taħt l-ordnijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-
Gvern:
Iżda, dwar uffiċjal pubbliku li, fit-18 ta’ Lulju, 1977, kien
qed diġà  jirrifjuta jew jonqos li jaqdi l-imsemmija dmirijiet tiegħu,
  14      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
is-servizz tiegħu mal-Gvern ma jiġix mitmum minħabba biss dak
ir-rifjut jew nuqqas matul il-perijodu li jispiċċa f’nofsinhar ta’ l-20
ta’ Lulju, 1977 jekk, qabel ma jgħaddi l-imsemmi perijodu,
jiddikjara bil-miktub lill-Ministru responsabbli għas-saħħa r-rieda
tiegħu li jaqdi d-dmirijiet kollha tiegħu kif provdut f’dan is-
subartikolu u minnufih wara dan jassumi dawk id-dmirijiet; u meta
s-servizz ta’ xi uffiċjal bħal dak jintemm taħt dan is-subartikolu,
dan għandu, bħala kumpens, jitħallas somma li tkun daqs tliet xhur
is-salarju tiegħu.
(9) Meta tkun inqalgħet tilwima ta’ xogħol jew tkun ittieħdet
azzjoni hekk kif imsemmi fis-subartikolu (8), jew xi waħda minn
dawn tkun maħsuba, jiġi meqjus li rifjut jew nuqqas minn uffiċjal
pubbliku li jaqdi d-dmirijiet tiegħu kif provdut f’dak is-subartikolu
jkun sar bil-ħsieb li jkun hemm jew li titmexxa ’l quddiem dik it-
tilwima jew azzjoni, jew b’sustenn tagħha jew b’simpatija magħha,
u ma tista’ tinġieb ebda prova kuntrarja, kemm-il darba malli jkun
jista’ wara dak ir-rifjut jew nuqqas dak l-uffiċjal ma jagħmilx
dikjarazzjoni bil-miktub lill-Ministru responsabbli għas-saħħa tar-
rieda tiegħu li jaqdi dawk id-dmirijiet kif provdut f’dak is-
subartikolu u jassumi dawk id-dmirijiet minnufih malli l-inabbiltà
tiegħu biex jaqdihom tkun intemmet.
(10) L-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att tista’ tiġi mibdula, miżjuda
jew xort’oħra emendata - 
(a) b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati; jew 
(b) mill-Prim Ministru b’ordni fil-Gazzetta:
Iżda ordni bħal dak ma jistax iżid in-numru totali
ta’ karigi għal iktar minn sebgħin.
Pikettjar bil-kwiet.  19. Persuna jew iktar jistgħu, bil-ħsieb li jkun hemm jew li
titmexxa ’l quddiem tilwima ta’ xogħol, ikunu f’xi jew ħdejn-
(a) post fejn persuna oħra taħdem jew tmexxi negozju;
jew 
(b) xi post ieħor fejn persuna oħra tkun qiegħda, li ma
jkunx post fejn tirrisjedi,
għall-għan biss li bil-kwiet jiksbu jew jagħtu xi tagħrif, jew bil-
kwiet jipperswadu lil xi persuna biex taħdem jew biex ma tmurx
għax-xogħol.
L-użu jew it-
theddid ta’ 
vjolenza.
20. Kull persuna li, bil-ħsieb li ġġiegħel lil xi persuna oħra li
ma tagħmilx jew li tagħmel xi għemil li dik il-persuna l-oħra
għandha jedd bil-liġi li tagħmel jew li ma tagħmilx, bla ħaqq u
mingħajr setgħa tal-liġi - 
(a) tuża jew thedded li tuża vjolenza fuq dik il-persuna,
jew fuq martu, żewġha jew uliedha, jew fuq xi persuna
oħra li tgħix magħha, jew tagħmel jew thedded li
tagħmel ħsara lill-proprjetà  tagħha;
(b) kontinwament timxi wara dik il-persuna l-oħra minn
post għall-ieħor;
(ċ) tgħasses jew iddawwar id-dar jew post ieħor fejn dik
il-persuna l-oħra toqgħod, jew l-inħawi ta’ dik id-dar
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    15
jew dak il-post;
(d) iċċaħħad lil dik il-persuna, jew b’xi mod tfixkilha fl-
użu ta’ xi għodod, ilbies jew proprjetà  oħra ta’ dik il-
persuna l-oħra jew użati minnha,
tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn
mitejn lira jew dik il-priġunerija u multa flimkien, bla ħsara għal
piena akbar li jkun hemm għal dak ir-reat taħt xi leġislazzjoni oħra.
Restrizzjoni dwar 
membri ta’ union. 
21. (1) Id-detentur ta’ kariga fis-servizz pubbliku dikjarata
mill-Prim Ministru, wara konsultazzjoni mal-korpijiet imsemmija
fis-subartikolu ta’ l-artikolu 25(2), li hi kariga li d-detentur tagħha
ma jistax ikun membru ta’ trade union li dwarha jista’ jkun meħtieġ
jirrappreżenta jew jagħti parir lill-Gvern, ma jistax isir, u jekk hu
diġà  ma jistax jibqa’, membru ta’ dik it-trade union; u d-
disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għandhom ikunu patt
mifhum tal-kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu mal-Gvern.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), dwar
persuna li tkun impjegata f’dik il-kariga amministrattiva jew
eżekuttiva, f’xi korporazzjoni jew korp ieħor imwaqqaf b’liġi jew
f’xi kumpannija jew soċjetà  oħra jew f’xi korp ieħor li jkollu
personalità  ġuridika distinta (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"prinċipal li hu entità  legali"), li tkun teħtieġ li d-detentur ta’ dik il-
kariga jirrappreżenta jew jagħti pariri lill-prinċipal li hu entità
legali fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ l-union jew ma’ l-unions li
jirrappreżentaw lill-impjegati l-oħra tiegħu jew xi taqsima
minnhom, ikun patt mifhum tal-kuntratt ta’ l-impieg ta’ dik il-
persuna li ma tistax tkun, waqt li tkun qiegħda f’dik il-kariga,
membru ta’ xi waħda mill-imsemmija trade unions.
(3) Is-subartikolu (2) għandu japplika biss għal dawk il-karigi,
li ma jkunux aktar minn tlieta dwar prinċipal wieħed li hu entità
legali, kif dak il-prinċipal ikun wera bil-miktub lit-trade union li
tagħha d-detentur ta’ l-imsemmija karigi ma jkunx jista’ jkun
membru.
TAQSIMA III
TEMM TA’ TILWIM
Temm volontarju ta’ tilwim ta’ xogħol
Setgħat tal-
Ministru sabiex isir 
ftehim u ma 
jinqalgħax tilwim.
22. (1) Meta jkun hemm jew ikun hemm il-biża’ li se jkun
hemm tilwima ta’ xogħol, il-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq,
jeżerċita waħda jew iktar minn dawn is-setgħat li ġejjin:
(a) hu jista’ jaħtar persuna biex tipprova twassal għal
ftehim bejn iż-żewġ partijiet fit-tilwima;
(b) hu jista’ jaħtar konċiljatur bil-għan li ż-żewġ partijiet
fit-tilwima jkunu jistgħu jiltaqgħu flimkien bil-ħsieb li
t-tilwima tintemm bi ftehim;
  16      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
(ċ) hu jista’ jaħtar qorti ta’ inkjesta biex tistħarreġ u
tistabbilixxi r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tat-tilwima; 
(d) hu jista’ jieħu kull pass ieħor li fil-fehma tiegħu
jwassal għat-temm tat-tilwima bi ftehim,
u jista jeħtieġ lil kull persuna jew korp maħtura skond il-paragrafi
ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu li jagħmel kull ħaġa jew funzjoni
oħra, u li jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet, li l-Ministru
jidhirlu xierqa fiċ-ċirkostanzi.
(2) Meta jkun hemm jew jkun hemm biża’ li se jkun hemm
tilwima ta’ xogħol, il-Ministru jista’ wkoll, fuq l-applikazzjoni taż-
żewġ partijiet fit-tilwima, jirriferi dik it-tilwima lit-Tribunal
Industrijali.
(3) Persuna maħtura skond is-subartikolu (1)(a) jew (b)
għandha tikkomunika mal-partijiet fit-tilwima, għandha tikkunsidra
r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tagħha, u għandha tipprova twassal
għat-temm tat-tilwima bi ftehim malajr kemm jista’ jkun; u
għandha tagħmel dawk ir-rapporti li l-Ministru jidhirlu xierqa jew
li l-Ministru jista’ jeħtieġ.
Kap. 12.  (4) Qorti ta’ inkjesta jkollha l-istess setgħat li bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma mogħtija lil qorti
superjuri, ħlief illi ma jkollhiex is-setgħa li tordna d-detenzjoni ta’
xi persuna, u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, qorti
ta’ inkjesta tista’ tħarrek xhieda u tagħti ġuramenti, taħtar
assessuri, u teħtieġ kull persuna li fil-fehma tagħha jkollha tagħrif
speċjali dwar il-kwistjoni li fuqha ssir l-inkjesta li tagħti, bil-
miktub jew xort’oħra, u li tikkonferma bil-ġurament, dik il-fehma u
dawk il-partikolaritajiet dwar dik il-kwistjoni kif il-qorti tista’
teħtieġ. Meta l-qorti tkun magħmula minn iktar minn persuna
waħda, il-ġurament jingħata miċ-chairman.
(5) Meta jkunu ttieħdu xi passi mill-Ministru, jew tkun saret xi
ħaġa, taħt l-artikolu 5 ta’ l-Att ta’ l-1948 dwar il-Konċiljazzjoni u
l-Arbitraġġ* li, kieku ma kienx għat-tħassir ta’ dak l-Att b’dan l-
Att, kienu jibqgħu fis-seħħ jew kienet tibqa’ ssir jew xort’oħra kien
jibqa’ jkollhom effett, dawk il-passi jew dik il-ħaġa għandhom,
minkejja dak it-tħassir, jibqgħu fis-seħħ, jew jibqgħu jsiru jew
xort’oħra jibqa’ jkollhom effett daqslikieku kienu ttieħdu jew saru
taħt dan l-artikolu; u riferenzi għall-eżerċizzji u ta’ setgħat jew
passi li jittieħdu taħt dan l-artikolu jinkludu riferenzi għall-
eżerċizzju ta’ setgħat u għal passi li ttieħdu taħt l-artikolu 5 ta’ l-
imsemmi Att.
Ftehim volontarju. 23. (1) Jekk ftehim dwar tilwima ta’ xogħol (li jkun ftehim li
ma jkunx kontra xi liġi miktuba jew xi att ieħor li jkollu saħħa ta’
liġi, li jirregola l-pagi u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra ta’ l-
impieg) jintlaħaq wara li l-Ministru jkun eżerċita xi setgħat
mogħtija bl-artikolu 22, u memorandum tal-kondizzjonijiet ta’ dak
il-ftehim ikun sar bil-miktub u jkun ġie ffirmat mill-partijiet jew
mir-rappreżentanti tagħhom u kopja tiegħu, flimkien ma’
*Imħassar l-artikolu 36(1) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema artikolu
ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Liġijiet Statutarji.
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    17
dikjarazzjoni li dak ikun ftehim għall-finijiet ta’ dan l-artikolu
ffirmata kif intqal qabel, ikun ingħata lill-Ministru -
(a) ebda waħda mill-partijiet ma tkun tista’ b’azzjoni
unilaterali tipprova tikseb reviżjoni tal-kondizzjonijiet
tal-ftehim qabel ma tgħaddi għall-anqas sena mid-data
ta’ dak il-ftehim; u
(b) kull ftehim bħal dak ikun jorbot liż-żewġ partijiet u,
mid-data ta’ dak il-ftehim jew minn dik id-data l-oħra
li tista’ tiġi speċifikata fih, tkun kondizzjoni mifhuma
tal-kuntratt bejn il-prinċipali u l-ħaddiema li għalihom
ikun japplika li l-pagi li jkollhom jitħallsu u l-pattijiet
u l-kondizzjonijiet ta’ l-impieg li għandhom jiġu
mħarsa taħt il-kuntratt ikunu skond dak il-ftehim
sakemm dan ma jkunx mibdul bi ftehim volontarju jew
qbil magħmul wara, jew f’deċiżjoni jew sentenza li
tingħata wara mit-Tribunal Industrijali.
(2) Kull ftehim li għalih kienu japplikaw l-artikoli 7 u 8 ta’ l-
Att ta’ l-1948 dwar il-Konċiljazzjoni u l-Arbitraġġ* minnufih qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, għandu, minnufih jitqies li hu u jiġi
trattat bħala ftehim li għalih japplika dan l-artikolu.
Regolamenti. 
wieħed mill-għanijiet li ġejjin - 
(a) biex jirregola l-proċeduri li fuqhom għandhom jimxu
l-konċiljaturi;
(b) biex jirregola l-għamla u l-proċedura tal-qrati ta’
inkjesta.
(2) Kull regolamenti magħmula taħt l-artikolu 9 ta’ l-Att ta’ l-
1948 dwar il-Konċiljazzjoni u l-Arbitraġġ* u li jkunu fis-seħħ
minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, għandhom jibqgħu
fis-seħħ sakemm jiġu revokati jew sostitwiti b’regolamenti
magħmula taħt is-subartikolu (1) u suġġetti għal kull emendi li
jkunu sarulhom, u għandhom jitqiesu li jkunu saru taħt dak is-
subartikolu u għandhom isiru dwarhom skond hekk.
Sistema ta’ 
negozjati għal 
uffiċjali pubbliċi. 
Emendat:
XXVIII.1977.4.
25. (1) Qiegħed jiġi b’dan imwaqqaf Joint Negotiating
Council bħala makkinarju speċjali għal negozjati dwar dak li
għandu x’jaqsam ma’ kondizzjonijiet tas-servizz ta’ uffiċjali
pubbliċi:
Iżda l-Kunsill u kull sistema ta’ negozjati oħra mwaqqfa
b’dan l-artikolu jew taħtu, ma għandhom bl-ebda mod jikkonsidraw
xi, jew jindaħlu f’xi, kwistjoni li taqa’ taħt il-funzjonijiet tal-
Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
(2) Il-Kunsill ikun magħmul minn mhux aktar minn tmien
membri li jirrappreżentaw lill-Gvern, erba’ membri li
jirrappreżentaw lill-General Workers’ Union u erba’ membri li
jirrappreżentaw lill-Confederation of Malta Trade Unions. Wieħed
mill-membri li jirrappreżentaw lill-Gvern ikun jew jagħmilha ta’
*Imħassar bl-artikolu 36(1) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema artikolu
ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Liġijiet Statutarji.
  18      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
chairman tal-Kunsill.
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jittieħdu biss b’vot unanimu.
Kull deċiżjoni li hekk tittieħed jew ftehim li hekk jintlaħaq għandu
jorbot lill-Gvern u lill-uffiċjali pubbliċi kollha li għalihom tapplika
dik id-deċiżjoni jew dak il-ftehim.
(4) Kwistjonijiet li jolqtu l-kondizzjonijiet tas-servizz ta’
sezzjonijiet jew taqsimiet ta’ uffiċjali pubbliċi għandhom
normalment l-ewwel jiġu diskussi u trattati minn Kumitat għal
Negozjati li jkun magħmul minn mhux aktar minn erba’ membri li
jirrappreżentaw lill-Gvern u mhux aktar minn erba’ membri li
jirrappreżentaw lit-trade union li jkollha bħala membri tagħha l-
akbar għadd ta’ uffiċjali pubbliċi fis-sezzjoni jew fit-taqsima
rilevanti msemmija qabel. Id-deċiżjonijiet jittieħdu biss b’vot
unanimu. Kull ftehim hekk milħuq f’Kumitat ta’ Negozjati ikun
jorbot lill-Gvern u lill-uffiċjali pubbliċi kollha li għalihom japplika
l-ftehim. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq ebda ftehim f’Kumitat ta’
Negozjati kull waħda mill-partijiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-
Kunsill.
(5) Meta dwar xi tilwima ta’ xogħol li taqa’ taħt il-funzjonijiet
tal-Kunsill ma jkun jista’ jintlaħaq ebda ftehim li jkun aċċettabbli
għall-membri kollha, u ċ-chairman tal-Kunsill jirreġistra nuqqas
ta’ ftehim, iċ-chairman għandu, jekk hekk mitlub mir-
rappreżentanti tal-Gvern jew mir-rappreżentanti tal-General
Workers’ Union jew mir-rappreżentanti tal-Confederation of Malta
Trade Unions, javża b’dan lill-Ministru bil-miktub fi żmien
ħmistax-il jum minn dik it-talba.
(6) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni tal-Kunsill, jagħmel
regolamenti biex jagħti effett aktar sħiħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu u lil kull disposizzjonijiet rilevanti oħra ta’ dan l-Att, u
b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, dawk ir-regolamenti jistgħu -
(a) jistabbilixxu l-proċedura tal-makkinarju ta’ negozjati
mwaqqfa b’dan l-artikolu;
(b) jispeċifikaw b’aktar dettall u xort’oħra jistabbilixxu l-
funzjonijiet, setgħat u dmirijiet ta’ kull makkinarju
bħal dak u ta’ kull sotto-kumitat jew korp ieħor tiegħu,
u ta’ kull wieħed miċ-chairman jew mill-membri oħra
tiegħu;
(ċ) jipprovdu għal kull ħaġa li għandha x’taqsam jew li hi
anċillari għal dak li ntqal qabel.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23 għandhom japplikaw
għal kull ftehim milħuq kif provdut fis-subartikolu (3) jew fis-
subartikolu (4) kif japplikaw għal ftehim kif imfisser f’dak l-
artikolu.
Temm obbligatorju ta’ tilwim ta’ xogħol
Twaqqif u għamla 
ta’ Tribunal 
Industrijali.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
26. (1) Qiegħed b’dan jitwaqqaf tribunal li jkun magħruf
bħala t-Tribunal Industrijali.
(2) Ħlief kif provdut f’dan is-subartikolu, it-Tribunal
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    19
Industrijali jkun magħmul minn chairman u minn żewġ membri
oħra, li għandhom jinħatru u jservu kif ġej:
(a) iċ-chairman tat-Tribunal ikun wieħed minn fost lista
ta’ persuni maħtura mill-Prim Ministru wara
konsultazzjoni ma’ trade unions jew
organizzazzjonijiet ta’ trade unions u ma’
assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali jew organizzazzjonijiet
oħra li jirrappreżentaw prinċipali, u dawk il-persuni
għandhom iservu ta’ chairman jew skond min imissu
jew skond dak it-tqassim ta’ dmirijiet, u suġġett għal
dawk id-disposizzjonijiet dwar meta ma jkunux jistgħu
jservu u ċirkostanzi oħra, li l-persuni fuq l-imsemmija
lista jistgħu jistabbilixxu bl-approvazzjoni tal-Prim
Ministru;
(b) iż-żewġ membri l-oħra tat-Tribunal ikunu magħżula
miċ-chairman tat-Tribunal biex jirrappreżentaw,
kemm jista’ jkun indaqs, l-interessi fit-tilwima, minn
fost żewġ listi ta’ persuni (li jkunu persuni li la huma
avukati u lanqas prokuraturi legali) maħtura mill-
Ministru biex iservu bħala membri tat-Tribunal kull
meta tinqala’ l-ħtieġa, lista minnhom tkun magħmula
minn persuni maħtura mit-trade unions u l-lista l-oħra
tkun magħmula minn persuni maħtura minn
assoċjazzjonijiet ta’ prinċipali u organizzazzjonijiet
oħra li jirrappreżentaw lil prinċipali:
Iżda jekk il-partijiet f’tilwima ta’ xogħol
jiftehmu, f’dak iż-żmien li ċ-chairman jistabbilixxi
għal hekk, fuq l-għażla taż-żewġ membri li għandhom
joqogħdu maċ-chairman, iċ-chairman għandu jagħmel
l-għazla skond dak il-ftehim.
(3) Fil-każi kollha fejn jiġi allegat li saret tkeċċija nġusta, it-
Tribunal ikun magħmul miċ-chairman waħdu.
(4) Fil-każi kollha li fihom il-Gvern, jew xi korp jew
kumpannija msemmija fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 32, ikunu
parti, it-Tribunal għandu, fl-għażla tal-membri tal-Joint
Negotiating Council li jirrappreżentaw trade unions li tiġi
eżerċitata kif jingħad aktar ’il quddiem, ikun magħmul jew - 
(a) minn chairman u żewġ membri oħra li jinħatru u
jservu kif provdut fis-subartikolu (2) ħlief illi l-
membru li għandu jirrappreżenta l-interess tal-Gvern,
jew tal-korp jew kumpannija fuq imsemmija, tkun
persuna maħtura ad hoc mill-Prim Ministru; jew
(b) minn chairman waħdu, li jkun wieħed minn lista ta’
tnejn min-nies li jiġu maħtura mill-Prim Ministru, kif
jista’ minn żmien għal żmien ikun meħtieġ, wieħed
minnhom maħtur minn lista ta’ tlieta magħżula mill-
membri tal-Joint  Negotiating Council li
jirrappreżentaw lill-Gvern u l-ieħor minn lista ta’ tlieta
magħżula mill-membri l-oħra ta’ dak il-Kunsill u li
minnhom mill-anqas wieħed ikun aċċettabbli għall-
Prim Ministru, u li għandhom iservu bħala chairman
  20      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
skond min imissu.
(5) L-għażla msemmija fis-subartikolu (4) għandha tiġi
eżerċitata fl-ewwel laqgħa tal-Joint Negotiating Council miżmuma
wara li jgħaddu għaxart ijiem wara kull ħatra magħmula mill-Prim
Ministru taħt is-subartikolu (4)(b) u tibqa’ sseħħ u torbot lil kull
min għandu x’jaqsam sakemm il-ħatriet kollha li jkunu jseħħu meta
tiġi eżerċitata l-għażla jibqgħu hekk iseħħu:
Iżda jekk dik l-għażla ma tiġix eżerċitata kif provdut f’dan
is-subartikolu titqies bħala ġiet eżerċitata favur l-għamla tat-
Tribunal kif provdut fis-subartikolu (4) (a).
(6) Il-Prim Ministru jista’, minn żmien għal żmien, kif jidhirlu
xieraq u wara konsultazzjoni kif provdut fis-subartikolu (2)(a) ta’,
jibdel l-għamla tal-lista msemmija f’dak il-paragrafu, iżda persuna
li fil-fatt tkun qed isservi ta’ chairman tat-Tribunal għandha,
minkejja t-tneħħija ta’ isimha minn fuq il-lista, tibqa’ hekk isservi
fil-proċedimenti li fihom tkun qed isservi bħala chairman sakemm
jintemmu dawk il-proċedimenti u għall-fini ta’ l-interpretazzjoni
ta’ kull sentenza mogħtija fihom.
(7) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, kif jidhirlu
xieraq, jitlob nomini ġodda mingħand trade unions,
assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet imsemmija fis-subartikolu
(2(b), u jista’ jbiddel l-għamla tal-listi msemmija f’dak is-
subartikolu skond hekk, iżda ebda persuna li fil-fatt tkun qed
tagħmilha ta’ membru tat-Tribunal ma għandu jkollha isimha
mneħħi mil-lista sakemm ikun hemm pendenti quddiem it-Tribunal
proċedimenti li dwarhom tkun ġiet magħżula bħala membru.
Kap. 12. 
(8) Il-Ministru għandu wkoll isemmi uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ Segretarju tat-Tribunal, u jista’ wkoll jqabbad
uffiċjali pubbliċi oħra biex igħinu lis-Segretarju fil-qadi ta’
dmirijietu. Is-Segretarju tat-Tribunal ikollu mutatis mutandis dawk
id-dmirijiet li bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili
huma mogħtija lir-Reġistratur tal-Qrati.
(9) Ir-reġistru tat-Tribunal ikun ir-reġistru tal-qrati superjuri; u
r-records tat-Tribunal jinżammu hemmhekk.
Biex tmur 
Tribunal.
27. (1) Meta l-passi li jkun ħa l-Ministru taħt l-artikolu 22
biex iwasslu għal ftehim amikevoli ta’ tilwima ta’ xogħol ma
jkunux wasslu għal ftehim, kull waħda mill-partijiet tista’ tavża
b’dan lill-Ministru bil-miktub.
(2) Meta l-partijiet kollha fi kwistjoni ta’ xogħol jiftehmu li
jibagħtu l-kwistjoni quddiem it-Tribunal Industrijali, dawn jistgħu
jitolbu lill-Ministru bil-miktub biex jibgħat it-tilwima quddiem it-
Tribunal.
(3) Malli jirċievi avviż skond is-subartikolu (1), jew talba
skond is-subartikolu (2), jew malli jirċievi avviż taħt l-artikolu
25(5), u meta jkun sodisfatt illi l-avviż jew it-talba tkun ġiet
riċevuta mingħand prinċipal bona fide jew mingħand assoċjazzjoni
ta’ prinċipali jew mingħand trade union li tirrappreżenta l-interessi
tal-ħaddiema mdaħħla fit-tilwima, u fil-każ ta’ avviż taħt l-artikolu
25 li jkun ġie riċevut miċ-chairman tal-Joint Negotiating Council,
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    21
il-Ministru għandu jibgħat it-tilwima lit-Tribunal biex tiġi deċiża
minnu; u l-Ministru għandu jagħmel hekk fi żmien wieħed u
għoxrin jum mid-data ta’ l-avviż jew tat-talba kemm-il darba, fid-
diskrezzjoni tiegħu, fiċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ ma jkunx
meħtieġ jew mixtieq li t-tilwima tintbagħat aktar tard.
(4) Il-Ministru jista’ jibgħat lit-Tribunal għall-parir kull ħaġa
dwar jew li tinqala’ minn tilwima ta’ xogħol, jew tilwim ta’ xogħol
in ġenerali, jew tilwim ta’ xogħol ta’ xi klassi, jew xi ħaġa oħra li
fil-fehma tiegħu għandha hekk tintbagħat.
Tkeċċija inġusta. 
Emendat:
XXIII. 1986.2. 
28. (1) Minkejja kull ma jinsab f’kull liġi oħra, it-Tribunal
Industrijali jkollu l-ġurisdizzjoni esklużiva li jikkunsidra u
jiddeċiedi l-kazijiet kollha fejn jiġi allegat li saret tkeċċija inġusta
għal kull għan barra minn proċeduri dwar reati kontra xi liġi, u r-
rimedju ta’ ħaddiem hekk imkeċċi għall-ksur tad-dritt tiegħu li ma
jitkeċċiex b’mod inġust ikun biss billi l-ilment tiegħu jintbagħat lit-
Tribunal Industrijali u mhux xort’oħra:
Kap. 171. 
Kap. 214. 
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tinftiehem
li tolqot id-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’ Malta dwar
uffiċjali pubbliċi jew ma għandha tolqot it-tħaddim ta’ l-Ordinanza
dwar il-Ħaddiema tal-Port jew ta’ l-Att li Jirregola l-Impiegi fit-
Trasport Pubbliku; u f’dan l-artikolu l-espressjoni "ħaddiem" ma
tinkludix uffiċjali pubbliċi jew xi persuna li għaliha japplikaw l-
imsemmija Ordinanza jew Att:
Iżda wkoll, meta sewwa sew qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att proċedimenti dwar allegazzjoni ta’ tkeċċija inġusta jkunu
pendenti quddiem xi qorti li għandha l-ġurisdizzjoni meħtieġa, kull
proċedimenti bħal dawk jistgħu jitkomplew quddiem dik il-qorti, u
dik il-qorti, u kull qorti oħra li lilha jista’ jsir appell minnha,
għandha tkompli jkollha ġurisdizzjoni li teżamina u tiddeċiedi dak
il-każ.
(2) Meta jiġi allegat li ħaddiem ikun tkeċċa b’mod inġust minn
prinċipal, il-każ għandu jintbagħat mill-Ministru lit-Tribunal għad-
deċiżjoni tiegħu jew meta l-Ministru jirċievi avviż jew talba skond
l-artikolu 27 (1) jew (2), jew fuq talba bil-miktub għal hekk
magħmula mill-ħaddiem li jallega li tkeċċa b’mod inġust jew minn
xi persuna oħra f’ismu u għalih; u dwar kull avviż jew talba li ssir
kif intqal qabel, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 27 (3).
(3) Fil-każijiet fejn jiġi allegat li saret tkeċċija nġusta
msemmija f’dan l-artikolu, kull avviż jew talba li hemm riferenza
għalihom fis-subartikolu ta’ qabel dan għandhom isiru lill-Ministru
mhux iktar tard minn erba’ xhur* mid-data effettiva tat-tkeċċija.
Proċedura tat- 
Tribunal. 
Kap. 12.
29. (1) Iċ-chairman tat-Tribunal jista’ jiġi rikużat, jew għandu
jastjeni, milli jservi bħala chairman f’kull waħda miċ-ċirkostanzi
msemmija fl-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili; u f’kull każ bħal dak id-disposizzjonijiet tas-Sub-
Titolu II tat-Titolu II tat-Tielet Ktieb ta’ dak il-Kodiċi għandhom
japplikaw safejn dawn ikunu applikabbli u suġġetti għad-
*Ara l-artikolu 2 ta’ l-Att XXIII ta’ l-1986.
  22      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att.
(2) Kull membru tat-Tribunal barra miċ-chairman jista’ jiġi
rikużat, jew għandu jastjeni, jekk hu jkun xehed f’xi qorti ta’
inkjesta jew quddiem konċiljatur dwar it-tilwima ta’ xogħol li tkun
quddiem it-Tribunal, jew jekk xi parti fit-tilwima tkun fi ħsiebha
ssejjaħlu bħala xhud; u f’kull każ bħal dak, u fil-każ ta’ kull
impediment leġittimu ieħor ta’ xi membru bħal dak, huwa għandu
jiġi mibdul minn persuna oħra magħżula miċ-chairman minn fost
il-lista xierqa msemmija fl-artikolu 26(3)(b), jew, f’kull każ li fih
japplika l-artikolu 26(4)(a), minn persuna oħra maħtura ad hoc
mill-Prim Ministru.
(3) Qabel ma jieħu konjizzjoni ta’ xi tilwima ta’ xogħol jew
kwistjoni jew ilment ieħor miġjub quddiem it-Tribunal, iċ-
chairman, jekk ma jkollux kariga ġudizzjarja, u l-membri tat-
Tribunal għandhom jieħdu ġurament li jeżaminaw u jiddeċiedu t-
tilwima, il-kwistjoni jew l-ilment b’ekwità  u b’imparzjalità  u skond
dan l-Att. Meta ċ-chairman ikollu kariga ġudizzjarja l-ġurament
jingħata minnu lill-membri l-oħra; fil-każijiet l-oħra kollha l-
ġurament jittieħed quddiem l-Avukat Ġenerali.
Setgħat ġenerali 
tat-Tribunal. 
Emendat:
XXIV. 1995.362.
Kap. 12.
30. (1) It-Tribunal ikollu dawk is-setgħat li bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma mogħtija lill-Qorti Ċivili,
Prim’Awla.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
it-Tribunal ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li jagħti ġuramenti, li
jinnomina assessuri, u li jeħtieġ lil kull persuna li fil-fehma tiegħu
jkollha tagħrif speċjali ta’ xi ħaġa rilevanti, jew dwar xi ħaġa li
jkollha x’taqsam mat-tilwima ta’ xogħol jew ma’ l-ilment mibgħut
lilu, li tagħtih, bil-miktub jew xort’oħra, u li tikkonferma bil-
ġurament, dik il-fehma u dawk il-partikolaritajiet dwar dik it-
tilwima, każ jew ilment li t-Tribunal jista’ jeħtieġ, u jista’
jawtorizza lil kull persuna li tagħti l-ġurament għal dan l-għan.
Kap. 108. (3) Ix-xhieda għandhom jitħallsu d-drittijiet skond l-Ordinanza
dwar id-Drittijiet tax-Xhieda.
Aktar 
disposizzjonijiet 
dwar it-Tribunal. 
Emendat: 
XXVIII. 1989.2.
31. (1) It-Tribunal għandu jikkunsidra t-tilwima ta’ xogħol, il-
kwistjoni jew l-ilment mibgħut lilu, u għandu jagħti s-sentenza jew
id-deċiżjoni tiegħu jew jagħti l-parir tiegħu mingħajr dewmien u
kull meta jista’ jkun fi żmien erbatax-il jum mid-data li jintbagħat
lilu.
(2) Il-każ għal kull parti fit-tilwima jista’ jiġi ppreżentat mill-
parti nnifisha li tista’ tagħżel li tiġi rappreżentata jew mgħejjuna
minn persuna jew persuni tal-fiduċja tagħha.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regoli magħmula jew li huma meqjusa li saru taħt dan l-artikolu, it-
Tribunal għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess. Tkun xi tkun il-
proċedura li tiġi wżata, it-Tribunal għandu jieħu ħsieb jiżgura li l-
ġustizzja ssir skond il-meriti tas-sustanza tal-każ; u, bla ħsara għar-
regoli tal-ġustizzja naturali, it-Tribunal għandu jasal għall-
konklużjonijiet tiegħu fuq kull ħaġa b’dak l-mod li jidhirlu xieraq.
(4) It-Tribunal għandu jżomm il-laqgħat fil-pubbliku kemm-il
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    23
darba, meta jqis ix-xorta tat-tilwima jew kwistjoni oħra quddiemu,
ma jkunx jidhirlu xieraq li jmexxi l-proċedimenti jew parti
minnhom fil-privat u l-ebda waħda mill-partijiet fil-każ ma
topponi.
(5) Meta l-membri tat-Tribunal huma aktar minn wieħed u ma
jistgħux jilħqu ftehim dwar is-sentenza, id-deċiżjoni jew il-parir
tagħhom, il-każ jiġi deċiż miċ-chairman li jaġixxi bis-setgħat
kollha ta’ arbitru.
(6) Il-Ministru jista’ jagħmel regoli li jistabbilixxu l-proċedura
li għandha tiġi mħarsa minn u quddiem it-Tribunal u xort’oħra
jagħmel disposizzjonijiet dwar dawk il-proċedimenti kif jidhirlu
meħtieġ jew spedjenti.
(7) Kull regoli magħmula skond l-artikolu 14(8) ta’ l-Att ta’ l-
1948 dwar il-Konċiljazzjoni u l-Arbitraġġ* li kienu fis-seħħ
minnufih qabel dak it-tħassir għandhom, minkejja dak it-tħassir,
jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu revokati jew sostitwiti b’regoli
magħmula taħt is-subartikolu (6) u suġġetti għal kull emendi li
jkunu hekk sarulhom, u għandhom jitqiesu li jkunu saru taħt dak is-
subartikolu u għandhom jitqiesu u jsir dwarhom skond hekk.
Drittijiet. 
Miżjud: 
XXIII. 1986.3.
31A. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jkunu
jiffissaw id-drittijiet li għandhom jitħallsu lil xi persuna li tkun qed
tidher għall-partijiet waqt proċeduri quddiem it-Tribunal.
(2) It-Tribunal għandu fis-sentenza jew fid-deċiżjoni tiegħu
jintaxxa d-drittijiet tal-persuna jew persuni illi jkunu qegħdin
jidhru għal xi waħda mill-partijiet skond Tariffa li tkun saret taħt
id-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan.
(3) Ħadd ma jista’ jitlob il-ħlas ta’ drittijiet li jkunu iktar minn
dawk li jiġu ntaxxati mit-Tribunal jew, fejn ma jkunx hemm taxxa
simili, iktar mit-Tariffa.
(4) Jekk xi parti tintalab tħallas iktar milli hu indikat f’dan l-
artikolu, dan jista’ jitlob lura kull ħlas żejjed li jkun sar permezz ta’
ittra bil-miktub lit-Tribunal, u dan imbagħad igħaddi biex jordna ’l
min ikun irċieva l-ħlas żejjed biex jirrifondi dan il-ħlas lill-parti.
(5) Meta t-Tribunal jaqtagħha li l-ħlas żejjed mitlub kien
eċċessiv, dan jista’ jordna lil min ikun irċieva dak il-ħlas żejjed li
jħallas penali ta’ mhux iżjed minn elf lira lis-Segretarju, li meta
jirċievi din il-penali għandu jgħaddiha lill-Fond Konsolidat.
Kap. 12. 
(6) Kull ordni li tingħata għar-rifużjoni ta’ ħlas skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) u kull ordni għall-ħlas ta’
penali skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), huwa titolu
esekuttiv għall-finijiet u effetti tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili u jkun esegwibbli bħala tali mill-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili bl-istess mod u bl-istess mezzi provduti f’dak il-
Kodiċi.
*Imħassar bl-artikolu 36(1) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema artikolu
ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
  24      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
Disposizzjonijiet 
dwar is-sentenzi u 
d-deċiżjonijiet tat-
Tribunal. 
32. (1) Fl-għoti ta’ kull sentenza, deċiżjoni jew parir, it-
Tribunal għandu jqis il-politika soċjali tal-Gvern bażata fuq
prinċipji ta’ ġustizzja soċjali u l-ħtiġiet ta’ kull pjan nazzjonali ta’
żvilupp u politika ekonomika oħra tal-Gvern li jkunu qed jiġu
mwettqa, u għandu jara li jiġi żgurat li s-sentenza, id-deċiżjoni jew
il-parir tiegħu igħinu t-twettiq ta’ kull politika u pjani bħal dawk.
(2) Meta xi każ quddiem it-Tribunal jolqot jew ikun dwar
uffiċjali pubbliċi - 
(a) it-Tribunal għandu jiżgura li ma jkunx hemm indħil
fuq il-funzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku, u għandu jastjeni milli jieħu konjizzjoni ta’
kull ħaga li taqa’ taħt il-funzjonijiet ta’ dik il-
Kummissjoni; u
(b) kull sentenza jew deċiżjoni tat-Tribunal tkun suġġetta
għas-setgħa suprema tal-Kamra tad-Deputati.
(3) Meta l-kwistjoni quddiem it-Tribunal tkun tolqot jew tkun
dwar persuni impjegati ma’ entijiet morali mwaqqfin b’liġi u
mmexxija minn Bord jew korp ieħor maħtur mill-Gvern, jew tkun
dwar persuni impjegati ma’ kumpanniji li fihom il-Gvern għandu
interess li bih jikkontrollhom, kull sentenza jew deċiżjoni tat-
Tribunal għandha tara li tistabbilixxi jew iżżomm relattività  xierqa
bejn il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ dawk l-impjegati u l-pattijiet
u l-kondizzjonijiet ta’ uffiċjali pubbliċi.
(4) It-Tribunal m’għandux jagħti xi sentenza jew deċiżjoni li
tkun kontra xi liġi miktuba, jew xi att ieħor li jkollu forza ta’ liġi, li
jirregola l-pagi u pattijiet u kondizzjonijiet oħra ta’ impieg.
Setgħat tat-
Tribunal f’każijiet 
ta’ tkeċċija.
33. (1) Meta fuq ilment ta’ tkeċċija inġusta mibgħut lit-
Tribunal skond l-artikolu 27 jew 28, it-Tribunal-
(a) isib li r-raġunijiet ta’ l-ilment ikunu bbażati tajjeb, u 
(b) jidhirlu li jkun prattikabbli u skond l-ekwità , li min
jagħmel l-ilment jerġa’ jidħol fl-impieg tiegħu jew
jerġa’ jiġi impjegat mill-prinċipal,
it-Tribunal għandu jagħmel ordni f’dak is-sens, fejn jagħti l-
kondizzjonijiet li taħthom jidhirlu xieraq li min jagħmel l-ilment
għandu jerġa’ jidħol fl-impieg tiegħu jew jerġa’ jiġi impjegat:
Iżda meta min jagħmel l-ilment ikun impjegat f’dik il-
kariga amministrattiva jew eżekuttiva li teħtieġ fiduċja speċjali fil-
persuna tad-detentur ta’ dik il-kariga jew fil-ħila tiegħu li jaqdi d-
dmirijiet tagħha, it-Tribunal m’għandux jordna li min jagħmel l-
ilment jerġa’ jidħol jew jerġa’ jiġi impjegat; iżda meta min jagħmel
l-ilment ikun ġie maħtur jew magħżul għal dik il-kariga kif intqal
qabel mill-ħaddiema sħabu, it-Tribunal jista’ jordna li dan jerġa’
jidħol jew jerġa’ jiġi impjegat fil-post li kellu qabel ma’ ġie hekk
maħtur jew magħżul.
(2) Meta, fuq ilment kif intqal qabel it-Tribunal isib li r-
raġunijiet ikunu bbażati tajjeb, iżda ma jagħmilx ordni biex jerġa’
jidħol fl-impieg jew jerġa’ jiġi impjegat kif intqal qabel, it-
Tribunal għandu jordna l-għoti ta’ kumpens, li jitħallas mill-
prinċipal lil min jagħmel l-ilment, dwar it-tkeċċija.
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    25
Effetti ta’ sentenzi 
jew deċiżjonijiet 
mit-Tribunal. 
34. (1) Kull sentenza jew deċiżjoni li tingħata mit-Tribunal
tkun torbot lill-prinċipali u lill-ħaddiema li dwarhom tkun tapplika
s-sentenza jew id-deċiżjoni u, mid-data ta’ dik is-sentenza jew id-
deċiżjoni, jew minn dik id-data l-oħra li tista’ tiġi speċifikata fiha,
li ma tkunx aktar kmieni mid-data li fiha sentenza jew deċiżjoni
tista’ ssir retroattiva, tkun kondizzjoni mifhuma tal-kuntratt bejn il-
prinċipali u l-ħaddiema li għalihom tkun tapplika s-sentenza jew id-
deċiżjoni li r-rata tal-pagi li għandha titħallas u l-kondizzjonijiet ta’
l-impieg li għandhom jitħarsu taħt il-kuntratt ikunu skond dik is-
sentenza jew id-deċiżjoni sakemm din tiġi mibdula b’sentenza jew
b’deċiżjoni oħra wara, jew bi ftehim jew bi qbil li jorbot ieħor li
jsir wara:
Iżda ebda waħda mill-partijiet ma tkun tista’ tfittex li tieħu
azzjoni unilaterali għar-reviżjoni ta’ xi sentenza jew deċiżjoni tat-
Tribunal qabel ma tgħaddi għall-anqas sena mid-data ta’ dik is-
sentenza jew deċiżjoni.
(2) Sentenza jew deċiżjoni tat-Tribunal tista’ tingħata b’effett
retroattiv għal data li, fil-każ ta’ tkeċċija inġusta, ma tkunx qabel
id-data ta’ dik it-tkeċċija, u, f’kull każ ieħor mhux qabel id-data li
fiha t-tilwima ta’ xogħol li għaliha tapplika s-sentenza jew id-
deċiżjoni tkun inqalgħet għall-ewwel darba.
Kap. 12. 
(3) L-esekuzzjoni tas-sentenzi u deċiżjonijiet tat-Tribunal issir
bil-mod preskritt b’dan l-Att u bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, u tkun fis-setgħa fit-Tribunal innifsu.
Interpretazzjoni ta’ 
sentenzi u 
deċiżjonijiet tat-
Tribunal.
35. (1) Jekk tinqala’ xi kwistjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ xi
sentenza jew deċiżjoni tat-Tribunal (barra minn deċiżjoni skond
dan l-artikolu), il-Ministru jew kull waħda mill-partijiet fil-
proċedimenti jistgħu jitolbu lit-Tribunal biex jagħti deċiżjoni fuq
dik il-kwistjoni u t-Tribunal għandu jiddeċiedi l-kwistjoni wara li
jisma’ l-partijiet jew, jekk il-partijiet ikunu hekk ftehmu, mingħajr
ma jismagħhom. Id-deċiżjoni tat-Tribunal għandha tiġi komunikata
lill-partijiet u tkun torbot bl-istess mod daqslikieku kienet parti
mis-sentenza oriġinali.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-membri tat-Tribunal
għandhom kemm jista’ jkun ikunu l-istess membri tat-Tribunal li
jkun ta s-sentenza li tagħha tkun qed tintalab l-interpretazzjoni.
(3) Jekk matul is-smigħ ta’ xi talba magħmula skond is-
subartikolu (1), it-Tribunal isib li t-talba hija vessatorja, it-Tribunal
jista’ jordna li l-parti li tkun għamlitha tħallas lill-parti l-oħra
penali ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira. Kull penali bħal dik
tinġabar bħala dejn ċivili.
TAQSIMA IV 
SUPPLEMENTARI 
Applikazzjoni ta’ l-
Att għal impjegati 
tal-Gvern. 
36. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla
preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali li jinsabu fih dwar
  26      KAP. 266. ħ       RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI
uffiċjali pubbliċi, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, barra mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 22 u 24 u mid-disposizzjonijiet dwar
it-tkeċċija jew tmiem ta’ impieg, għandu jkollhom effett dwar
impieg mal-Gvern u għal ħaddiema li huma impjegati tal-Gvern kif
għandhom effett dwar impieg ieħor u ħaddiema oħra. Id-
disposizzjonijiet esklużi b’dan is-subartikolu ma japplikawx għal
impjegati tal-Gvern.
(2) F’dan l-artikolu "impieg mal-Gvern" tfisser impieg taħt jew
għall-finijiet ta’ dipartiment tal-Gvern, barra minn impieg bħala
membru ta’ forza dixxiplinata, u "impjegat tal-Gvern" tfisser
persuna li għal dak iż-żmien tkun f’impieg mal-Gvern.
Spejjeż meħtieġa 
biex l-Att jista’ 
jitħaddem. 
37. L-ispejjeż kollha meħtiega biex id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, magħduda l-ispejjez tat-Tribunal u ta’ kull kunsill, qorti ta’
inkjesta jew xi persuna oħra maħtura b’dan l-Att jew taħtu, ikunu
għall-karigu tal-Fond Konsolidat u jitħallsu minnu.
RELAZZJONIJIETINDUSTRIJALI ġ K AP. 266.    27
SKEDA Miżjuda:
XXVIII.1976.5.
(Artikolu 18(6))
Lista u numru ta’ karigi meħtieġa li jitħaddmu sabiex f’kull ħin jitkomplu jingħataw 
mill-Gvern servizzi essenzjali lill-kommunità .
Karigi
(inklużi l-karigi anzjani tagħhom jew xi karigi ‘conjoint’ magħhom) Numru
Suprintendent Mediku Residenti ......................................................... 1
Physician ............................................................................................ 3
Tabib tat-Tfal (Pedjatra) ..................................................................... 1
Kirurgu ............................................................................................... 3
Kirurgu Ortepediku............................................................................. 1
Accoucher (Ostetriku u Ġinekologu) ................................................... 2
Anestetista .......................................................................................... 4
Kirurgu E.N.T. ................................................................................... 1
Kirurgu Oftalmologu .......................................................................... 1
Radjoloġista fid-Dipartiment tar-Radjoterapija ................................... 1
Radjoloġista fid-Dipartiment ta’ l-X-Ray ............................................ 1
Batterjologu ....................................................................................... 1
Patologu ............................................................................................. 1
Speċjalista tas-Sider ........................................................................... 1
Uffiċjal tal-Laboratorju għas-Saħħa Pubblika ...................................... 1
Psikjatra (inklużi l-kariga ta’ Suprintendent Physician Residenti u ta’ 
Psikjatra u Deputat Suprintendent Residenti) ...................................... 1
Uffiċjal Mediku inkarigat mid-Dipartiment tal-Ġilda u tal-VD ............ 1
Uffiċjal Mediku (Klinika tad-Dijabete) ............................................... 1
Assistent Residenti tal-Consultant -
li jkun qed jaqdi dmirijiet -
fil-Mediċina ................................................................................ 2
fil-Kirurġija ................................................................................ 4
fl-Ostetrija u fil-Ġinekoloġija ..................................................... 2
fl-Anestesija ............................................................................... 1
Uffiċjal Mediku Residenti ................................................................... 5
Tabib Residenti (House Physician/Surgeon) ....................................... 20
Uffiċjal Mediku tal-Port ..................................................................... 2
