KUMMISSJONIDWARL-IMPIEGI ġKAP. 267.  1
KAPITOLU 267
ATT DWAR IL-KUMMISSJONI DWAR 
L-IMPIEGI 
Biex jipprovdi għal setgħat li jingħataw lill-Kummissjoni dwar l-
Impiegi u biex jirregola l-proċedura tagħha u biex jipprovdi għal ħwejjeġ
oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ l-imsemmija Kummissjoni jew li huma
konnessi jew anċillari għal xi waħda mill-ħwejjeġ imsemmija qabel.
(29 ta’ Lulju, 1976)*
Sar liġi bl-ATT XXXI ta’ l-1976.
Titolu fil-qosor.
Impiegi.
Tifsir. 
xort’oħra - 
"funzjoni" dwar il-Kummissjoni tfisser il-funzjoni mogħtija lilha
bl-imsemmi artikolu tal-Kostituzzjoni jiġifieri "li tiżgura li dwar l-
impiegi, ebda distinzjoni, esklużjoni jew preferenza li ma tkunx
ġustifikabbli f’soċjetà demokratika ma għandħa ssir jew tingħata
favur jew kontra xi persuna minħabba l-opinjoni politika tagħha";
"il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni dwar l-Impiegi
mwaqqfa bl-artikolu 120 tal-Kostituzzjoni;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tal-Kummissjoni dwar l-
Impiegi.
Ġurisdizzjoni u 
setgħat tal-
Kummissjoni.
3. (1) Il-Kummissjoni jkollha ġurisdizzjoni li tisma’ u
tiddeċiedi kull talba magħmula minn xi persuna skond is-
subartikoli (8) u (9) ta’ l-artikolu 120 tal-Kostituzzjoni talli, dwar
impieg, xi distinzjoni, esklużjoni jew preferenza li ma tkunx
ġustifikabbli f’soċjetà demokratika tkun saret jew ingħatat bi ħsara
għaliha minħabba l-opinjoni politika tagħha.
(2) Meta talba kif intqal qabel tkun saret lill-Kummissjoni
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Kummissjoni tista’
tagħmel dawk l-ordnijiet, toħroġ dawk l-atti u tagħti dawk id-
direttivi li tqis xierqa sabiex, twettaq, jew tiżgura t-twettiq tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (8) ta’ l-artikolu 120 tal-
Kostituzzjoni:
Iżda l-Kummissjoni tista’, jekk tqis li jixraq li hekk
tagħmel, tirrifjuta li teżerċita s-setgħat tagħha skond dan l-artikolu
f’kull każ meta tkun sodisfatta li min jagħmel it-talba għandu jew
kellu mezzi xierqa ta’ rimedju taħt xi liġi oħra għad-distinzjoni,
esklużjoni jew preferenza allegata.
Kap. 12. 
(3) Sabiex taqdi l-funzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha s-
setgħat kollha mogħtija lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili bil-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 411 tad-29 ta’ Lulju, 1976.
 2      KAP. 267.ħ      KUMMISSJONIDWARL-IMPIEGI
Disposizzjonijiet 
oħra dwar is-setgħa 
tal-Kummissjoni.
4. (1) Bla ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att, il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tordna li
persuna tiġi jew ma tiġix impjegata jew li jintemm l-impieg ta’ xi
persuna, kif ukoll li tordna x’għandhom ikunu l-pattijiet u l-
kondizzjonijiet ta’ xi mpieg, il-pożizzjoni jew il-grad li għandha
tieħu xi persuna f’xi mpieg u kull ħaġa oħra rilevanti jew
inċidentali għal hekk; u - 
(a) meta l-Kummissjoni tordna l-impieg ta’ xi persuna,
jew patt jew kondizzjoni ta’ mpieg jew il-grad jew
pożizzjoni li għandha tieħu persuna f’xi mpieg, jew xi
ħaġa oħra dwar xi mpieg, kull ordni bħal dak
jikkostitwixxi kuntratt ta’ mpieg jew patt jew
kondizzjoni ta’ mpieg, jew ħaġa oħra li għandha tiġi
mħarsa jew segwita dwar impieg, bejn il-persuni li
għalihom tkun tapplika b’seħħ mid-data u skond id-
disposizzjonijiet li jkunu jinsabu fl-ordni;
(b) meta l-Kummissjoni tordna t-temm ta’ l-impieg ta’ xi
persuna, kull tħaris ta’ dak l-ordni m’għandux
jikkostitwixxi tkeċċija nġusta għall-finijiet ta’ kull liġi
u, minkejja kull liġi oħra, ma jkun hemm ħtiega ta’
ebda avviż ta’ temm ta’ mpieg; iżda fil-każ ta’ ordni li
jtemm l-impieg ta’ persuna l-Kummissjoni jkollha s-
setgħa li tiddeċiedi jekk għandux jitħallas xi kumpens
mill-prinċipal dwar dak it-temm u, meta jkollu
jitħallas dak il-kumpens, il-Kummissjoni jkollha s-
setgħa li tiddeċiedi l-ammont u li tordna l-ħlas tiegħu;
(ċ) kull ordni magħmul jew direttiva mogħtija mill-
Kummissjoni jkunu jistgħu jiġu esegwiti forzożament.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att u għal
kull liġi oħra, kull għemil li jkun sar jew li naqas milli jsir bi ksur
ta’ xi ordni magħmul jew direttiva mogħtija mill-Kummissjoni, u
kull għemil li jkun sar jew naqas milli jsir sabiex jiġi evitat, jew li
jkollu effett li jevita, xi ordni jew direttiva bħal dawk, ikun
disprezz lejn il-Kummissjoni u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(3) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att għandhom japplikaw kif japplikaw
fil-każ ta’ disprezz tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili:
Iżda ż-żmien ta’ detenzjoni u l-multa li għalihom persuna
tista’ tiġi ikkundannata għal xi disprezz bħal dak ikun detenzjoni
għal mhux iktar minn sitt xhur u multa ta’ mhux iżjed minn elf lira.
Segretarju u 
persunal.
5. (1) Għandu jkun hemm Segretarju tal-Kummissjoni dwar
l-Impiegi li jkun persuna maħtura għal hekk mill-Prim Ministru jew
li jkun uffiċjal pubbliku mqabbad mill-Prim Ministru biex jaqdi l-
funzjonijiet ta’ Segretarju.
(2) Il-Kummissjoni jkollha wkoll dak il-persunal l-ieħor li l-
Prim Ministru jidhirlu meħtieġ jew jista’ jaħtar jew iqabbad kif
intqal qabel.
(3) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet tas-servizz tas-Segretarju u
tal-persunal tal-Kummissjoni jkunu dawk li l-Prim Ministru jista’
minn żmien għal żmien jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-
Kummissjoni.
KUMMISSJONIDWARL-IMPIEGI ġKAP. 267.  3
Proċedura quddiem 
il-Kummissjoni.
6. (1) Il-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni jsiru b’rikors
ippreżentat lis-Segretarju.
(2) Ir-rikors għandu juri b’mod ċar u fil-qosor il-fatti li
minħabba fihom isir l-ilment, ix-xorta ta’ l-ilment u r-rimedju
mitlub mir-rikorrent:
Iżda l-Kummissjoni tista’, jekk it-talba tiġi milqugħa, tagħti
kull rimedju ieħor li jkun fil-ġurisdizzjoni tagħha li jidhrilha li jkun
aktar xieraq.
(3) Nuqqas ta’ tħaris fir-rikors mal-ħtiġijiet tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu ma jagħmlux ir-rikors
null; iżda l-Kummissjoni tista’, f’kull każ bħal dak, teħtieġ lir-
rikorrent li jirrimedja, b’dak il-mod u f’dak iż-żmien li l-
Kummissjoni jidhrilha xierqa, kull nuqqas bħal dak.
(4) Ir-rikors għandu jiġi notifikat lill-persuna jew lill-persuni li
mingħandhom jew li kontra tagħhom ir-rimedju jkun qed jintalab
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "il-konvenut") mingħajr
dewmien bla bżonn.
(5) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data tas-smigħ tar-
rikors u għandha tgħarraf dik id-data lir-rikorrent u lill-konvenut. 
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkunu bla ħsara għas-
setgħat tal-Kummissjoni skond l-artikolu 121 tal-Kostituzzjoni.
