TRASFERIMENTTA’ARTIJIETTAL-GVERN ġKAP. 268.   1
KAPITOLU 268
ATT DWAR IT-TRASFERIMENT TA’ ARTIJIET 
TAL-GVERN
Biex jirregola l-għoti bi kwalunkwe titolu ta’ proprjetà immobbli tal-
Gvern jew li hi amministrata minnu, u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari
għalhekk jew konnessi ma’ hekk.
11 ta’ Lulju, 1977
Sar ligi bl-ATT XXXIII ta’ l-1976, kif emendat bl-Atti II ta' l-1979 u
XIV ta’ l-1999.
Titolu fil-qosor. 
Artijiet tal-Gvern.
Tifsir. 
Emendat: 
II.1979.2; 
XIV. 1999.2.
Kap. 16.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"art" tinkludi kull proprjetà li hija immobbli jew mix-xorta
tagħha jew minħabba l-oġġett li għalih tirreferi, kif provdut fl-
artikoli 308, 309 u 310 tal-Kodiċi Ċivili;
"trasferiment" tfisser it-trasferiment jew 1-għoti ta’ xi art bi
kwalunkwe titolu jkun li jkun, magħduda, iżda bla ħsara għall-
ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel -
(a) kull kirja jew encroachment jew jedd ieħor ta’ użu kif
ukoll 1-għoti ta’ kull jedd reali jew personali f’xi art
jew fuqha;
(b) it-tiġdid ta’ kull jedd reali jew personali f’xi art jew
fuqha, sew jekk taċitu jew espress b’pattijiet u
b’kundizzjonijiet ġodda (b’dan illi żieda fil-kera, fiċ-
ċens jew fil-kumpens għall-użu m’għandhiex titqies
bħala kundizzjoni ġdida), iżda inkluż kull tiġdid ta’
kull jedd reali jew personali f’xi art jew fuqha,
oriġinarjament magħmul b’mod konformi ma’
riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati, ukoll
meta dan isir bl-istess pattijiet u kundizzjonijiet;
Kap. 363.
(ċ) kull bidla ta’ kull kundizzjoni inkluża fit-trasferiment
ta’ xi art li ma tkunx art trasferita mill-Awtorità tad-
Djar jew mill-Gvern għal finijiet ta’ abitazzjoni,
sakemm 1-art tibqa’ suġġetta għall-kundizzjoni li
tintuża għal finijiet ta’ abitazzjoni., jew art li tiġi
trasferita minn kunsill lokali mwaqqaf taht 1-Att dwar
il-Kunsilli Lokali:
Kap. 88.
jkun taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar 1-Akkwist ta’
Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, meta dik 1-art ma tkunx għadha
meħtieġa għal skop pubbliku, lill-persuna li dik 1-art tkun ġiet hekk
akkwistata mingħandha, jew lill-eredi fit-titolu tagħha, m’għandux
jikkostitwixxi trasferiment għall-finijiet ta’ dan 1-Att meta t-
trasferiment lura jsir għall-korrispettiv (inklużi danni) mħallas
 2      KAP. 268.ħ    TRASFERIMENTTA’ARTIJIETTAL-GVERN
mill-Gvern ma’ 1-akkwist flimkien ma’ l-imgħax bir-rata ta’ ħamsa
fil-mija fis-sena mid-data tal-pagament sad-data tat-trasferiment
lura lil dawk il-persuni meta dik 1-art tkun ġiet akkwistata mill-
Gvern b’titolu ta’ pussess assolut, u meta 1-art tkun qegħda għand
il-Gvern b’titolu ta’ dominju pubbliku jew ta’ pussess u użu, it-
ttasferiment lura jkun suġġett biss għall-waqfien tal-pagament ta’
kull sena tal-kera ta’ ri-konoxximent jew tal-kera ta’ akkwist
relattiv skond il-każ.
Art tal-Gvern 
titneħħa skond dan 
l-Att.
Emendat: 
II.1979.3.
Sostitwit:
XIV. 1999.3.
3. (l) Ebda art li tkun proprjetà tal-Gvern jew li hi
amministrata minnu ma tista’ tiġi trasferita kemm-il darba dak it-
trasferiment ma jsirx skond xi waħda mid-disposizzjonijiet li
ġejjin, jiġifieri -
(a) wara sejħa għal offerti imxandra fil-Gazzetta dwar il-
proprjetà li tkun ser tiġi trasferita; jew
(b) skond  policy applikabbli għall-art li jkun hemm il-
ħsieb li tiġi trasferita u approvata b’riżoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati li tkun fis-seħħ fil-waqt tat-
trasferiment; jew
(ċ) skond riżoluzzjoni speċjali tal-Kamra tad-Deputati li
tkun fis-seħħ fil-waqt tat-trasferiment; jew
(d) lil enti morali imwaqqaf b’liġi għall-għanijiet ta’ xi
funżjoni ta’ dak il-korp:
Kap. 363.
Iżda kull art trasferita lil enti morali, minbarra
1-Awtorità tad-Djar jew xi kunsill lokali mwaqqaf taħt
1-Att dwar il-Kunsilli Lokali skond dan il-paragrafu
(magħdud trasferiment li jsirlu minn enti morali ieħor
kif awtorizzat b’dan il-proviso) ma tistax mingħajr 1-
approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati mogħtija
b’riżoluzzjoni, jew skond dan is-subartikolu, tiġi
trasferita minn ebda enti morali, minbarra 1-Awtorità
tad-Djar jew xi kunsill lokali kif hawn aktar qabel
imsemmi, ħlief favur il-Gvern jew xi enti morali ieħor
imwaqqaf b’liġi; jew
(e) skond xi liġi oħra li għal dak iż-żmien tkun fis-seħħ.
(2) Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati mgħoddija għall-
finijiet tas-subartikolu (1) tibqa’ fis-seħħ -
(i) jekk tittieħed għall-finijiet tal-paragrafu (b)
tiegħu, għal żmien tlett snin mid-data li tgħaddi;
u
(ii) jekk tittieħed għall-finijiet tal-paragrafu (ċ) jew
tal-paragrafu (d) tiegħu, għal żmien sena mill-
ġurnata li fiha tgħaddi,
iżda kull riżoluzzjoni bħal dik tista’ tiġġedded b’riżoluzzjoni jew
b’riżoluzzjonijiet oħra li jsiru wara għal perijodu ieħor jew għal
perijodi oħra ta’ tliet snin jew ta’ sena rispettivament jew għal dak
il-perijodu 1-ieħor, li ma jkunx ta’ iżjed minn tliet snin jew ta’ sena
rispettivament, li jista’ jiġi speċifikat fir-riżoluzzjoni.
(3) Trasferiment ta’ art li għaliha japplika s-subartikolu (l), li
jsir skond id-disposizzjonijiet ta’ dan 1-artikolu ma jkun jeħtieġ
TRASFERIMENTTA’ARTIJIETTAL-GVERN ġKAP. 268.   3
ebda awtorità jew sanzjoni oħra.
Kap. 396.
(4) Qabel jingħata avviż ta’ mozzjoni li tkun proposta ta’
riżoluzzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu (ċ) tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu lill-Iskrivan tal-Kamra minn Ministru, dak il-
Ministru għandu jara li dik il-mozzjoni għandha tintbagħat
quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet dwar 1-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Verifika taħt it-Taqsima IV tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ 1-Att
dwar l-Awditur Ġenerali u 1-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, u
ebda avviż ta’ mozzjoni kif imsemmi hawn aktar qabel ma jkun
jista’ jingħata qabel ma dak il-kumitat ikun għamel diskussjoni
dwar il-mozzjoni u rrapporta dwarha lill-Kamra.
(5) Mhux aktar tard minn ħmistax-il ġurnata wara li l-Ministru
jkun ġiegħel li avviż kif hemm imsemmi fis-subartikolu (4) ta’ dan
l-artikolu għandu jintbagħat lill-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-
Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, dan għandu jiltaqa’ sabiex
jiddiskuti 1-abbozz ta’ 1-att jew ta’ 1-iskrittura jew ta’ 1-avviż,
skond il-każ, u dan għandu mhux aktar tard minn xahar wara li l-
imsemmi abbozz ta’ att jew ta’ skrittura jew ta’ avviż, skond il-każ,
ikun intbagħat lilu, jagħmel rapport dwaru lill-Kamra:
Iżda fejn dak il-Kumitat ma jagħmilx rapport lill-Kamra,
b’mod definittiv, fi żmien 1-imsemmi perjodu ta’ xahar, il-Ministru
jista’ jipproċedi billi jagħti avviż lill-Iskrivan tal-Kamra li
jipproponi riżoluzzjoni kif imsemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu.
(6) Meta 1-Kumitat imsemmi fis-subartikolu ta’ qabel dan hekk
jiltaqa’ għall-iskopijiet ta’ dan 1-Att, ikunu jistgħu wkoll jattendu u
jieħdu sehem fid-dibattitu quddiem 1-istess Kumitat, mingħajr dritt
ta’ vot, żewġ membri oħra tal-Kamra tad-Deputati, wieħed nominat
mill-Prim Ministru u 1-ieħor mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(7) Meta r-rapport tal-Kumitat tal-Kontijiet dwar 1-Uffiċċju
Nazzjonali tal-Verifika fuq xi mozzjoni jkun wieħed unanimu, il-
Kamra għandha tgħaddi biex tivvota fuq dik il-mozzjoni u fuq kull
emenda li tiġi proposta f’dak ir-rapport mingħajr ebda dibattitu.
Trasferimenti 
mhux skond l-Att 
ikunu nulli u bla 
effett.
4. (1) Kull trasferiment ta’ art li għaliha japplika l-artikolu 3
ta’ dan l-Att li jsir xort’oħra milli skond id-disposizzjonijiet ta’ dak
l-artikolu jkun null u bla effett.
(2) In-nullità ta’ trasferiment magħmul bi ksur ta’ l-imsemmi
artikolu tista’ tintalab ukoll mill-Avukat Ġenerali jew minn xi
persuna li tkun membru tal-Kamra tad-Deputati fiż-żmien tat-talba.
Trasferiment mhux 
skond l-Att 
tikkostitwixxi reat.
5. (1) Kull persuna li tkun parti fi, jew tidher fuq, att, kitba
jew kuntratt (sew f’isimha stess jew għal ħaddieħor) bi ksur ta’ xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, u kull
persuna li ġġiegħel lil xi persuna oħra biex tkun parti fi, jew tidher
fuq, xi att, kitba jew kuntratt hekk kif intqal qabel, jew iġġiegħel l-
għemil tagħhom, jew tgħin jew tħajjar xi għemil minn dawk
imsemmija qabel, tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja multa
ta’ mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija ta’ mhux iktar minn sitt
xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda persuna tista’ ġġib bħala difiża l-prova li tkun ħadet
 4      KAP. 268.ħ    TRASFERIMENTTA’ARTIJIETTAL-GVERN
passi raġonevoli biex tiżgura li l-att, il-kitba jew il-kuntratt ma
jkunx, meta jsir, bi ksur ta’ l-imsemmija disposizzjonijiet.
(2) Għall-finijiet ta’ kull proċedimenti skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, dikjarazzjoni magħmula minn qorti ta’
ġurisdizzjoni kompetenti li trasferiment huwa null u bla effett
minħabba li jkun sar bi ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, jew sempliċi dikjarazzjoni li t-
trasferiment ikun hekk sar, ikunu prova konklużiva li t-trasferiment
ikun sar bi ksur ta’ dawk id-disposizzjonijiet; u meta xi azzjoni
għal xi dikjarazzjoni bħal dik tkun ittieħdet, iż-żmien tal-
preskrizzjoni dwar xi reat kontra dan l-artikolu jiġi sospiż sakemm
tingħata deċiżjoni finali fuq il-każ jew l-azzjoni tiġi deżerta.
