MONTE DI PIETÀ ġKAP. 269.    1
KAPITOLU 269
ATT DWAR IL-MONTE DI PIETÀ
Biex igħaddi lill-Gvern il-proprjetà u l-funzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet
magħrufa bħala l-Monte di Pietà u l-Monte di Redenzione, u biex jipprovdi
għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ jew anċillari għal hekk.
(1 ta’ April, 1977)*
Sar liġi bl-ATT XXXIX ta’ l-1976.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"attiv misluf" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 4 ta’ l-Att;
"attiv trasferit" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 3 ta’ dan
l-Att;
"biljett" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 5 ta’ l-Att;
"Il-Monti" tfisser it-taqsima tad-dipartiment tal-Gvern magħrufa
b’dak l-isem skond l-artikolu 4 ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi; 
"Monte di Pietà" tfisser il-fondazzjoni jew l-istituzzjoni
magħrufa b’dak l-isem, u tinkludi l-fondazzjoni jew l-istituzzjoni
magħrufa bħala l-Monte di Redenzione, hu li hu l-istat legali ta’
dawn il-fondazzjonijiet jew istituzzjonijiet u ġew kif ġew
imwaqqfin;
"preskritt" tfisser preskritt b’dan l-Att jew taħtu.
(2) Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, jew f’xi att,
testment, kuntratt, kitba, jew dokument ieħor ikun li jkun, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu jkollhom effett, u fil-każ ta’
xi konflitt mad-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra jew ma’ xi ħaġa li
tinsab f’xi att, testment, kuntratt, kitba jew dokument ieħor ikun li
jkun, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jipprevalu.
Trasferiment ta’ 
attiv u passiv tal-
Monte di Pietà.
3. (1) B’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, il-proprjetà
kollha, mobbli u immobbli li, minnufih qabel dak il-bidu fis-seħħ,
kienet tifforma parti minn, jew xort’oħra kienet proprjetà ta’, jew
kienet meqjusa jew trattata bħala li tifforma parti minn jew li
xort’oħra kienet proprjetà ta’, il-Monte di Pietà, barra minn attiv
misluf, hija trasferita lil u qed tiġi vestita fil-Gvern bis-saħħa ta’
dan l-Att u mingħajr aktar assigurazzjoni, u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, hija hekk trasferita u
qed tiġi hekk vestita bi proprjetà assoluta ħielsa u mingħajr piżijiet;
u l-proprjetà trasferita kif intqal qabel f’dan l-Att qed tissejjaħ
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li ġie
mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Ligijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali 43 ta’ l-1977.
 2      KAP. 269.ħ      MONTE DI PIETÀ
kollettivament "l-attiv trasferit".
(2) Il-passiv kollu li minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att kien passiv tal-Monte di Pietà jew dovut minnu, barra minn dak
imsemmi fis-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, għandu, b’effett
minn dak il-bidu fis-seħħ, isir passiv ta’ u dovut mill-Gvern bis-
saħħa ta’ dan l-Att, u kull ħlas li jsir hekk dovut mill-Gvern ikun
addebitat lill-Fond Konsolidat mingħajr approprjazzjoni oħra barra
dan l-Att.
(3) Bla ħsara għal xi konsolidazzjoni tad-dirett dominju ma’ l-
utili dominju li ssir mat-trasferiment ta’ xi attiv trasferit kif provdut
fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ dak is-
subartikolu ma jolqtu ebda enfitewsi jew kirja mogħtija dwar xi
wieħed mill-attiv trasferiti jew xi servitù li għalih xi attiv bħal dak
jista’ jkun suġġett, u kull enfitewsi jew kirja bħal dik għandhom,
għall-finijiet kollha, jitqiesu li ngħataw mill-Gvern u għandu jsir
minnhom skond hekk.
(4) B’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, kull piż jew
gravami li għalih xi attiv trasferit ikun, minnufih qabel dak il-bidu
fis-seħħ, suġġett, u kull ħlas ieħor jew għemil ieħor li, qabel l-
imsemmija data, ikun dovut dwar xi attiv bħal dak, għandu, bis-
saħħa ta’ dan l-Att, jieqaf milli jkun piż jew gravami fuq, jew ħlas
jew għemil dovut dwar, xi attiv trasferit, u kull somma jew oġġett
jew għemil ieħor li, kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan
is-subartikolu, kienu jkunu dovuti li jitħallsu jew li jsiru minnufih
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-Att, għandhom, minn dak il-bidu fis-
seħħ, ikunu dovuti li jitħallsu jew li jsiru mill-Gvern; u kull ħlas
hekk dovut ikun addebitat lill-Fond Konsolidat mingħajr
approprjazzjoni oħra barra dan l-Att.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu, u bla ħsara għat-tmiem ta’ xi obbligazzjoni li tkun ġejja
minnhom li jsir bi tpaċija jew b’xi mod ieħor barra minn skond dan
is-subartikolu, il-Gvern jista’ f’kull żmien itemm kull
obbligazzjoni bħal dik li tkun ġejja kif intqal qabel bil-ħlas ta’
somma ta’ flus li tkun tikkorrispondi, fil-każ ta’ ħlas fis-sena,
għall-kapitalizzazzjoni ta’ dak il-ħlas fis-sena bir-rata ta’ ħamsa
fil-mija, u f’kull każ ieħor, għal kumpens xieraq għat-tmiem ta’ l-
obbligazzjoni relattiva.
Trasferiment ta’ 
self’ u avvanzi 
magħmula mill-
Monte di Pietà.
4. (1) B’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, is-self kollu li,
minnufih qabel dak il-bidu fis-seħħ, kien self magħmul mill-Monte
di Pietà, u kull dritt, pretensjoni, obbligazzjoni u passiv, li ġejjin
minn, li għandhom x’jaqsmu miegħu jew li huma anċillari għalih,
għandhom, bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr aktar assigurazzjoni,
jiġu trasferiti lill-Gvern u vestiti fih, u jsiru self, drittijiet, preten-
sjonijiet, obbligazzjonijiet u passiv tal-Gvern daqslikieku d-dejn u
kull ħaġa li tkun saret dwaru jkunu saru oriġinarjament mill-Gvern
skond dan l-Att; u kull self, drittijiet, pretensjonijiet,
obbligazzjonijiet u passiv hekk kif intqal qabel qegħdin f’dan l-Att
jissejħu kollettivament "attiv misluf".
(2) B’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, il-flus kollha li,
minnufih qabel dak il-bidu fis-seħħ, kienu miżmuma mill-Monte di
Pietà akkont ta’ sidien ta’ rahan mibjugħa b’irkant qabel dik id-
MONTE DI PIETÀ ġKAP. 269.    3
data, li jkunu ammonti li bihom il-prezz tar-rahan mibjugħ jeċċedi
l-ammont dovut dwar is-self relattiv, għandhom jinżammu mill-
Gvern minflok il-Monte di Pietà bħallikieku l-bejgħ tar-rahan kien
sar mill-Gvern taħt dan l-Att:
Iżda l-azzjoni biex jittieħed kull eċċess bħal dak tkun
preskritta wara li jgħaddu għaxar snin li jibdew mal-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att.
(3) Il-Gvern għandu jkompli l-funzjonijiet li jkollha l-Monte di
Pietà dwar l-attiv misluf minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att; u wara jista’, kif il-Ministru jiddeċiedi, ikompli jislef flus
kontra garanzija provduta bl-għoti tar-rahan ta’ oġġetti tad-deheb,
fidda jew metall ieħor prezzjuż jew ta’ ħaġar prezzjuż.
(4) Il-funzjonijiet imsemmija fis-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu għandhom isiru minn dak id-dipartiment tal-Gvern li l-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien isemmi għal hekk, u t-
taqsima tad-dipartiment li taqdi dawk il-funzjonijiet għandha, dwar
dawk il-funzjonijiet, tkun magħrufa bħala "Il-Monti".
Disposizzjonijiet 
dwar self magħmul 
skond dan l-Att.
5. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jkollhom
effett dwar self magħmul mill-Gvern skond dan l-Att -
(a) is-self kollu għandu jsir bil-garanzija ta’ rahan ta’
oġġetti tad-deheb, fidda jew metall prezzjuż ieħor jew
ta’ ħaġar prezzjuż, jew kombinazzjoni tagħhom;
(b) l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut ta’ kull oġġett li jiġi offrut
b’rahan bħala garanzija għal self tkun fid-diskrezzjoni
assoluta tal-Gvern;
(ċ) ebda oġġett ma għandu jiġi riċevut bħala garanzija
għal self jekk u sakemm ma jkunx ħareġ biljett dwaru,
u, ħlief kif provdut f’dan l-Att, ebda oġġett bħal dak
ma jingħata lura ħlief mal-konsenja ta’ dak il-biljett;
(d) is-self m’għandux isir għal żmien speċifikat, u kull
oġġett mogħti b’rahan bħala garanzija għal self jista’
jiġi mifdi f’kull żmien mal-ħlas ta’ l-ammont tas-self u
kull imgħax li jkun hemm dovut fuqu;
(e) is-self kollu għandu, jekk ma jiġix imġedded, jitħallas
lura fi żmien tliet snin mid-data li fiha jkun sar;
Kap. 16.
(f) l-imgħax li jitħallas fuq xi self ikun ta’ ħamsa fil-mija
fis-sena jew dik ir-rata l-oħra (li ma tkunx ogħla mill-
ogħla rata permessa bl-artikolu 1852 tal-Kodiċi Ċivili)
kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’avviż
fil-Gazzetta jispeċifika;
(g) kull rahan li jibqa’ mhux mifdi fl-imsemmi żmien ta’
tliet snin għandu jinbiegħ b’irkant pubbliku, u meta l-
prezz li bih ir-rahan jinbiegħ ikun iżjed mill-ammont
dovut lill-Gvern dwar is-self, magħdud kull imgħax li
jkun dovut sakemm il-prezz tar-rahan mibjugħ jiġi
riċevut mill-Gvern, kull eċċess bħal dak għandu
jitħallas lis-sid tar-rahan mal-konsenja ta’ kull biljett
maħruġ dwar is-self;
 4      KAP. 269.ħ      MONTE DI PIETÀ
(h) ebda mgħax m’għandu jitħallas mill-Gvern fuq xi
eċċess dovut skond il-paragrafu (g) ta’ dan is-
subartikolu, u l-azzjoni biex jittieħed kull eċċess bħal
dan tkun preskritta meta jgħaddu għaxar snin mid-data
tal-bejgħ b’irkant tar-rahan li għalih ikun jirreferi l-
eċċess.
(2) Meta biljett ikun intilef, ġie distrutt jew xort’oħra ma
jinstabx, kull oġġett li dwaru dak il-biljett ikun ġie maħruġ jista’
jiġi konsenjat lill-persuna li tippretendi jedd għalih biss jekk dik il-
proċedura li tiġi preskritta tkun ġiet imħarsa fiż-żmien li jkun ġie
preskritt.
(3) F’dan l-Att, il-kelma "biljett" tfisser kull dokument maħruġ
f’isem il-Gvern bi prova li oġġett ikun ġie konsenjat b’rahan bħala
garanzija ta’ self magħmul skond dan l-Att.
(4) Meta xi oġġett riċevut bħala garanzija ta’ self skond dan l-
Att jiġi konsenjat b’bona fide lil xi persuna mal-konsenja tal-biljett
relattiv, jew skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, ebda qorti ma għandha tilqa’ xi talba minn xi persuna
kontra l-Gvern jew kontra xi persuna li taġixxi f’isem il-Gvern,
minħabba xi konsenja kif intqal qabel.
Regolamenti. 6. Il-Ministru jkollu s-setgħa li jagħmel regolamenti biex
jagħtu effett lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u,
b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal
qabel, dawk ir-regolamenti jistgħu -
(a) jipprovdu għat-tmexxija u amministrazzjoni ta’ kull
dipartiment, jew taqsima ta’ dipartiment, tal-Gvern
mogħtija l-funzjonijiet imsemmija fl-artikolu 4 ta’ dan
l-Att, magħduda disposizzjoni dwar il-ġranet u l-
ħinijiet li matulhom dak id-dipartiment jew dik it-
taqsima tiegħu jkunu miftuħa għall-pubbliku;
(b) ibiddlu jew jissospendu, fl-applikazzjoni tagħha għall-
Monti, kull disposizzjoni ta’ liġi li tirregola t-tmexxija
ta’ ħwejjeġ finanzjarji jew amministrattivi ta’
dipartimenti tal-Gvern;
(ċ)  jipprovdu għall-mod li bih għandu jsir self skond dan
l-Att, jirregolaw il-kondizzjonijiet u l-ħlas lura ta’ kull
self li jsir hekk, il-ħlas ta’ l-imgħax fuqu, u kif oġġetti
mirhuna bħala garanzija għal hekk jiġu aċċettati,
riċevuti, irtirati u mibjugħa bl-irkant;
(d) jistabbilixxu l-inqas u l-ogħla ammonti ta’ kull self li
jsir skond dan l-Att;
(e) jipprovdu għall-ħarsien tas-sidien veri ta’ l-oġġetti
mogħtija b’rahan skond dan l-Att fil-każ li l-biljett
maħruġ dwarhom jintilef, jiġi distrutt jew ma jinstabx;
(f) jipprovdi għall-mod li bih rahan mhux mifdi jista’
jitneħħa u x’isir bid-dħul minn hekk;
(g) jipprovdu biex jinżammu records għall-finijiet ta’ kull
funzjoni eżerċitata skond l-artikolu 4 ta’ dan l-Att, iż-
żmien li għalih dawk ir-records għandhom jinżammu,
MONTE DI PIETÀ ġKAP. 269.    5
u t-tneħħija jew id-distruzzjoni tagħhom mat-tmiem ta’
l-imsemmi żmien;
(h) jipprovdu għal kull ħaġa awtorizzata jew meħtieġa
skond dan l-Att li tiġi preskritta;
(i) jipprovdu għal reati dwar kull ħaġa provduta b’dan l-
Att jew b’regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu u
jistabbilixxu pieni dwar kull reat bħal dak li ma jkunux
iżjed minn multa ta’ ħames mitt lira jew priġunerija
għal żmien ta’ sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien;
(j) jipprovdu għal u jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili
dwar kull ħaġa provduta għaliha b’dan l-Att jew
b’regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu.
Depożiti tal-qorti 
regolari mqiegħda 
fil-Monte di Pietà 
qabel il-31 ta’ 
Diċembru, 1944. 
7. (1) Id-depożiti li għalihom japplika dan l-artikolu, (hawn
hekk iżjed ’il quddiem imsejħa "id-depożiti") għandhom jiġu
trattati u mneħħija kif provdut f’dan l-artikolu.
(2) Bla ħsara għal kull direttiva li l-Ministru jista’ jagħti, u
għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu, id-depożiti
għandhom jinbiegħu b’irkant pubbliku bl-istess mod kif rahan
mhux mifdi jinbiegħ skond id-disposizzjoni tas-subartikolu (1) ta’
l-artikolu 5 ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti magħmula skond
dan l-Att:
Iżda kull depożitu ta’ ebda valur jew ta’ valur trivjali
għandu jsir minnu skond kif jordna l-Ministru.
(3) Dak li jidħol mill-bejgħ ta’ kull depożitu għandu għall-
finijiet kollha tal-liġi jieħu post id-depożitu mibjugħ bħallikieku
kien l-oġġett li kien oriġinarjament depożitat, u għandu jinżamm
mill-Gvern għal żmien indefinit u jitħallas biss lill-persuna jew lill-
persuni speċifikati f’ordni maħruġ minn qorti kompetenti u skond
kull ordni bħal dak. Ebda mgħax ma jitħallas fuq dak li hekk jidħol.
(4) Id-depożiti li għalihom japplika dan l-artikolu huma d-
depożiti kollha regolari tal-qorti li ġew depożitati fil-Monte di
Pietà skond xi awtorità, kienet li kienet, fil-31 jew qabel il-31 ta’
Diċembru, 1944 u li ma ġewx irtirati skond ordni maħrug minn
qorti kompetenti qabel il-bidu fis-seħh ta’ dan l-Att.
Interpretazzjoni ta’ 
riferenzi għal 
Monte di Pietà 
f’liġijiet oħrajn, 
eċċ.
8. Kull fejn f’xi liġi jew f’dokument ieħor li jkollu forza ta’
liġi, jew xi att, kuntratt, dokument, kitba jew dokument ieħor ikun
li jkun, hemm riferenza għall-Monte di Pietà, u hu meħtieġ jew
spedjenti, minħabba xi ħaġa li tinsab f’dan l-Att, li dik ir-riferenza
tiġi sostitwita b’riferenza għal Il-Monti, dik ir-riferenza għandha
tiġi hekk sostitwita, u kull liġi, dokument jew kitba oħra kif intqal
qabel għandhom jiftiehmu u għandu jkollhom effett f’dan is-sens.
