KONTROLLTAT-TATTOO ġKAP. 270.    1
KAPITOLU 270
ATT DWAR IL-KONTROLL TAT-TATTOO 
Biex jikkontrolla u jirregola t-tattoo tal-ġilda.
(28 ta’ Diċembru, l976)*
Sar liġi bl-ATT XL ta’ l-1976.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra -
"liċenza" tfisser liċenza maħruġa skond l-artikolu 6 ta’ dan l-Att; 
"liċenza valida" tfisser liċenza li tinħareġ b’mod validu u li tkun
għadha fis-seħħ fiż-żmien rilevanti;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità mogħtija, kull persuna awtorizzata
mill-Ministru f’dak is-sens għal xi wieħed mill-għanijiet ta’ dan l-
Att;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taħt dan l-Att;
"tattoo" tfisser id-dħul fil-ġilda ta’ xi materjal li jagħti kulur
maħsub biex iħalli marka permanenti;
"żmien rilevanti", għall-finijiet ta’ l-artikoli 3 u 5 ta’ dan l-Att,
tfisser iż-żmien meta jsir it-tattoo, u, għall-finijiet ta’ l-artikolu 4
ta’ dan l-Att, tfisser iż-żmien meta persuna jkollha fil-pussess jew
taħt il-kontroll tagħha xi oġġetti hekk kif imsemmija f’dak l-
artikolu.
Projbizzjoni ta’ 
tattoo fuq minuri 
jew mingħajr 
liċenza.
3. Ikun reat kontra dan l-Att li jsir  tattoo  fuq xi persuna li
jkollha inqas minn tmintax-il sena jew li jsir tattoo fuq xi persuna
oħra jekk mhux minn persuna li jkollha liċenza valida.
Pussess ta’ 
strumenti, eċċ., 
għat-tattoo. 
4. Ikun reat kontra dan l-Att li xi persuna jkollha fil-pussess
tagħha jew taħt il-kontroll tagħha xi strument, materjal li jagħti
kulur jew xi oġġett ieħor użat għat-tattoo, kemm-il darba dik il-
persuna ma jkollhiex liċenza valida.
Ebda persuna ma 
jista’ jsirilha tattoo 
ħlief minn xi ħadd 
li jkollu liċenza.
5. (1) Ikun reat kontra dan l-Att li xi persuna li jkollha anqas
minn tmintax-il sena titlob, tħalli, toqgħod għal jew tippermetti li
jsirilha tattoo fuq xi parti ta’ persunitha.
(2) Ikun reat kontra dan l-Att li xi persuna oħra titlob, tħalli,
toqgħod għal jew tippermetti li jsirilha tattoo fuq xi parti ta’
persunitha ħlief meta t-tattoo jsir minn persuna li jkollha liċenza
valida.
Liċenza biex 
wieħed jagħmel 
tattoo.
6. (1) Jekk il-Ministru jkun sodisfatt li persuna jkollha l-ħila
meħtieġa biex tagħmel it-tattoo mingħajr periklu għas-saħħa u
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 640 tat-28 ta’ Diċembru, 1976.
 2      KAP. 270.ħ      KONTROLLTAT-TATTOO
x’aktarx tkun se tagħmel dak it-tattoo b’dak il-mod u taħt dawk il-
kondizzjonijiet iġjeniċi li jkun jistħoqq il-ħruġ ta’ liċenza, il-
Ministru jista’ joħroġ lil xi persuna bħal dik liċenza bil-miktub biex
tagħmel it-tattoo.
(2) Kull liċenza tkun valida biss sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li
fiha tkun ġiet maħruġa u tista’ tiġġedded biss għal perijodu ieħor
jew għal perijodi oħra ta’ sena-il wieħed, u tiskadi u ttemm milli
jkollha seħħ jekk ma tiġġeddidx mill-Ministru kif intqal qabel.
(3) Kull liċenza tkun tista’ tiġi sospiża jew irtirata mill-
Ministru f’kull żmien u l-Ministru ma jkunx marbut li jagħti xi
raġuni għall-egħmil tiegħu. Liċenza li tkun ġiet sospiża jew irtirata
ttemm milli jkollha seħħ waqt li tkun sospiża jew wara li tiġi
irtirata.
(4) Ebda liċenza ma tingħata jew tiġġedded kemm-il darba ma
jitħallasx lill-Ministru dritt ta’ ħames liri, jew dak id-dritt l-ieħor li
l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jippreskrivi, dwar l-għoti u
dwar kull tiġdid tagħha.
Setgħa ta’ dħul u 
spezzjon. 
7. (1) Kull uffiċjal pubbliku, awtorizzat mill-Ministru, ikollu
s-setgħa li jidħol fi u jispezzjona kull post li fih ikun qed isir, jew
ikun hemm suspett li qiegħed isir, it-tattoo.
(2) Kull persuna li tfixkel, jew ittellef lil xi uffiċjal pubbliku
fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Regolamenti.  8. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti aktar seħħ
lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-
ġeneralità ta’ l-imsemmija setgħat, dawk ir-regolamenti jistgħu - 
(a) jipprovdu għall-mod u l-kondizzjonijiet li bihom jew
taħthom jista’ jsir it-tattoo;
(b) jipprovdu għall-mod kif u l-kondizzjonijiet li taħthom
kull strument, materjal li jagħti l-kulur jew oġġett
ieħor użat għat-tattoo għandu jinżamm jew jintrefa;
(ċ) jipprovdu għal reati dwar kull ħaġa li jiġi provdut
għaliha bir-regolamenti, u jistabbilixxu pieni dwar
dawk ir-reati li ma jkunux iktar minn multa ta’ ħames
mitt lira, jew priġunerija għal żmien sitt xhur, jew dik
il-multa u priġunerija flimkien;
(d) jippreskrivu kull ħaġa li tista’ jew li hi meħtieġa li tiġi
preskritta taħt dan l-Att.
Reati. 9. Kull persuna li tagħmel reat kontra dan l-Att teħel - 
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba multa ta’ mhux inqas
minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn mitejn lira, jew
priġunerija għal mhux iktar minn tliet xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien; u
KONTROLLTAT-TATTOO ġKAP. 270.    3
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba u wara, priġunerija għal
mhux inqas minn xahar iżda mhux iżjed minn sitt xhur
u multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iktar
minn ħames mitt lira.
