                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    1
KAPITOLU 271
ATT BIEX JIĠI EVITAT U KONTROLLAT 
IT-TNIĠGIŻ TAL-BAĦAR 
Biex jevita u jikkontrolla t-tniġġiż tal-baħar u l-ilmijiet l-oħra u biex jagħti seħħ lid-
disposizzjonijiet ta’ konvenzjonijiet u protokolli internazzjonali u reġjonali li għandhom
x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ l-ambjent tal-baħar.
(                        )*
Sar liġi bl-ATT XII ta’ l-1977, kif emendat bl-Atti: XIII ta’ l-1983, XVII ta’ l-1991 u XXIV
ta’ l-1995.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2 
Taqsima II.  Ħtija kriminali għal Tniġġiż  3-7 
Taqsima III.  Responsabbiltà Ċivili għal Tniġġiż  8-12 
Taqsima IV.  Miżuri biex jiġi Evitat u kontrollat it-Tniġġiż  13-16 
Taqsima V.  Indħil f’każijiet ta’ Disgrazzji ta’ Tniġġiż taż-Żejt  17-20 
Taqsima VI. Rimi fil-Baħar  21-26 
Taqsima VII.  Disposizzjonijiet Ġenerali  27-37
SKEDA 
*Dan il-Kapitolu għadu ma ġiex fis-seħħ.
 2      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ. 
1. (1) Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att biex jiġi Evitat u
Kontrollat it-Tniġġiż tal-Baħar.
(2) Dan l-Att għandu jibda jseħħ f’dik id-data li l-Ministru
jista’, b’avviż fil-Gazzetta jistabbilixxi, u dati differenti jistgħu
jiġu hekk stabbiliti għal disposizzjonijiet differenti u għal għanijiet
differenti ta’ dan l-Att.
Tifsir. 2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra jew ma jkunx espressament provdut xort’oħra - 
"area ta’ Malta" tfisser Malta u l-ibħra territorjali tagħha; 
"barra mill-ibħra territorjali ta’ Malta" tfisser barra l-limiti lejn
in-naħa tal-baħar ta’ dawk l-ibħra;
"bastiment" tinkludi kull biċċa tal-baħar użata fin-navigazzjoni li
ma titmexxiex bl-imqadef u tinkludi wkoll vettura li timxi fuq
kuxxinetti ta’ l-arja u biċċiet f’wiċċ il-baħar li jkunu mqabbdin ma’
bastiment;
Kap. 234.
"bastiment Malti" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili;
"bastiment tal-Konvenzjoni" tfisser bastiment reġistrat fi Stat tal-
Konvenzjoni;
"biċċa tal-baħar" tinkludi kull bastiment jew dgħajsa jew kull
xort’oħra ta’ biċċa tal-baħar użata fin-navigazzjoni;
"fdal taż-żejt" tinkludi kull fdal jew skart ta’, jew li jkun ġej
minn, żejt jew taħlita li jkun fiha żejt;
"fi kwantitajiet" tfisser f’dawk il-kwantitajiet li jiġu preskritti; 
"ħsara" tinkludi telf;
"ibħra territorjali", dwar Malta, tfisser il-baħar kollu fil-limiti ta’
l-ibħra lejn in-naħa tal-baħar territorjali ta’ Malta u tinkludi l-
ilmijiet ta’ kull port, jew daħla u l-ilmijiet l-oħra kollha nterni ta’
Malta f’dawk il-limiti;
"inġenju ta’ l-ajru Malti" tfisser inġenju ta’ l-ajru reġistrat
f’Malta, u tinkludi inġenju ta’ l-ajru li jkun b’bona fide twella jew
ġie mikri għal xi żmien itwal minn erbatax-il jum lil individwu
residenti f’Malta jew lil kumpannija jew enti morali ieħor
imwaqqaf skond il-liġijiet ta’ Malta;
"kaptan" tinkludi kull persuna, barra minn bdot, li għal xi żmien
tkun fil-kmand jew inkarigata minn bastiment;
"Konvenzjoni" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 29 ta’
dan l-Att, u tinkludi protokoll, ftehim jew arranġament ieħor; 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-bastimenti u
tinkludi kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità tiegħu;
"oġġett li jniġġeż" tfisser kull sustanza li jekk tidħol fil-baħar
jew f’xi ilmijiet oħra tkun tista’ toħloq periklu għas-saħħa tal-
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    3
bniedem, jew tagħmel ħsara lil riżorsi ħajjin jew ħajja oħra tal-
baħar, jew li tagħmel ħsara lil amenitajiet jew tfixkel użu ieħor
leġittimu ta’ l-imsemmija ibħra jew ilmijiet, u, mingħajr ma tiġi
limitata l-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, tinkludi kull sustanza,
jew xi sustanza li tkun parti minn klassi ta’ sustanzi, li tkun
preskritta mill-Ministru, għall-għanijiet ta’ dan l-Att, bħala oġġett
li jniġġeż;
Kap. 170.
"port" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2 ta’ l-
Ordinanza dwar il-Portijiet*;
"post fuq l-art" tinkludi kull faċilità ta’ kull xorta li tkun qiegħda,
fi, fuq jew taħt xi art f’Malta, barra minn art taħt l-ilma;
"post fuq wiċċ il-baħar" tinkludi kull ħaġa li tkun qiegħda fuq
wiċċ il-baħar (barra minn biċċa tal-baħar) jekk tkun ankrata jew
imqabbda mal-qiegħ jew max-xatt tal-baħar jew ta’ l-ibħra
territorjali ta’ Malta, u tinkludi kull ħaġa li tkun qed tistrieħ fuq il-
qiegħ jew ix-xatt tal-baħar jew ta’ l-ibħra territorjali ta’ Malta;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti, b’regoli, ordnijiet jew
direttivi taħt dan l-Att;
"sid", dwar bastiment, tfisser il-persuna reġistrata bħala s-sid tal-
bastiment, jew fin-nuqqas ta’ reġistrazzjoni l-persuna li tkun is-sid
tal-bastiment;
"sid jew operatur", dwar faċilità barra mix-xtut jew faċilità fuq l-
art, tfisser persuna li tkun s-sid ta’ dik il-faċilità jew l-operatur
tagħha, u fil-każ ta’ faċilità abbandunata, il-persuna li kienet is-sid
ta’ dik il-faċilità jew l-operatur tagħha minnufih qabel tkun ġiet
hekk abbandunata;
"skart tal-kummerċ" tfisser il-fdal solidu jew likwidu ta’ kull
kummerċ, negozju jew manifattura;
"Stat tal-Konvenzjoni", dwar kull Konvenzjoni, tfisser pajjiż li l-
Gvern tiegħu jkun ġie dikjarat b’ordni magħmul taħt l-artikolu 29
ta’ dan l-Att li jkun aċċetta dik il-Konvenzjoni u ma jkunx ġie
dikjarat li ddenunzjaha, u tinkludi kull territorju li għalih il-
Konvenzjoni tkun ġiet hekk dikjarata li tapplika, li ma jkunx
territorju li għalih ikun ġie hekk dikjarat li l-Konvenzjoni tkun
waqfet milli tapplika;
"struttura tal-baħar" tfisser ċattra jew struttura oħra fuq il-baħar
magħmula mill-bniedem;
"struttura tal-baħar Maltija" tfisser struttura tal-baħar li tkun
proprjetà ta’, jew mikrija lil, individwu residenti f’Malta jew lil
kumpannija jew enti morali ieħor imwaqqaf skond il-liġijiet ta’
Malta;
"tagħbija", meta wżata fit-Taqsima VI ta’ dan l-Att, tfisser
tagħbija għar-rimi;
"taħlita li jkun fiha oġġett li jniġġeż" tfisser kull taħlita ta’ oġġett
li jniġġeż ma’ ilma jew ma’ xi sustanza oħra jew mat-tnejn u kull
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1991. Ara l-Att dwar l-Awtorità Marittima ta’ Malta
(Kap. 352).
 4      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
taħlita ta’ ilma jew ta’ xi sustanza oħra, jew tat-tnejn, ma’ oġġett li
jniġġeż;
"taħlita li jkun fiha żejt" tfisser kull taħlita ta’ żejt ma’ ilma jew
ma’ xi sustanza oħra jew mat-tnejn u kull taħlita ta’ ilma jew ta’ xi
sustanza oħra, jew tat-tnejn, ma’ żejt;
"tfigħ", dwar żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż jew dwar taħlita li
jkun fiha żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż, tfisser kull tfigħ jew
tnixxija jiġru kif jiġru;
"trasferiment", dwar żejt, tfisser trasferiment fi kwantità; 
"uffiċjal xieraq" tfisser uffiċjal awtorizzat għal hekk mill-
Ministru jew minn awtorità oħra xierqa;
"żejt" tfisser żejt ta’ kull deskrizzjoni u tinkludi spirtu prodott
miż-żejt ta’ kull deskrizzjoni u tinkludi wkoll qatran.
(2) Dwar kull ħsara li tiġġarrab mit-tnixxija ta’ xi żejt minn
bastiment, riferenzi f’dan l-Att għas-sid tal-bastiment huma
riferenzi għas-sid meta ssir il-ġrajja jew l-ewwel waħda mill-
ġrajjiet li minħabba fihom ikun hemm it-tfigħ.
(3) Riferenza f’dan l-Att għall-area ta’ xi pajjiż tinkludi l-baħar
territorjali ta’ dak il-pajjiż.
(4) Kull riferenza f’dan l-Att għall-miżuri li raġonevolment
jittieħdu wara t-tfigħ ta’ żejt jew oġġett ieħor li jniġgeż sabiex tiġi
evitata jew titnaqqas il-ħsara li ġġib magħha kontaminazzjoni li
tkun ġejja minn dak it-tfigħ għandha tinkludi għemil li jsir biex iż-
żejt jitneħħa mill-ilma u mix-xtajtiet jew dak l-għemil ieħor li jkun
meħtieġ biex titnaqqas jew tittaffa l-ħsara lis-saħħa jew lill-ġid tal-
poplu, magħduda, iżda mhux limitata għal ħut, krustaċiji, l-
annimali mhux domestikati, u proprjetà pubblika u privata, ramliet
u xtajtiet oħra.
TAQSIMA II
ĦTIJA KRIMINALI GĦAL TNIĠĠIŻ
Tfigħ ta’ żjut jew 
oġġetti oħra li 
jniġġżu fil-baħar 
barra l-ibħra 
territorjali. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
3. (1) Jekk xi żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż li għalihom
japplika dan l-artikolu jew xi taħlita li jkun fiha dak iż-żejt jew dak
l-oġġett li jniġġeż tintefa’ minn bastiment Malti f’xi parti tal-baħar
barra l-ibħra territorjali ta’ Malta, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment
ikun, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħati ta’ reat. 
(2) Dan l-artikolu japplika - 
(a) għal żejt mhux raffinat, żejt tal-fuel u żejt lubrikanti; u 
(b) għal żejt  diesel  oħxon, kif imfisser b’regolamenti
magħmula mill-Ministru taħt dan l-artikolu,
u għandu japplika wkoll għal kull xort’oħra ta’ żejt u għal kull
oġġett li jniġġeż li jista’ jiġi speċifikat b’regolamenti magħmula
mill-Ministru, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ kull
Konvenzjoni aċċettata mill-Gvern ta’ Malta safejn din tkun tirreferi
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    5
għal evitar ta’ tniġġiż tal-baħar.
(3) Regolamenti magħmula mill-Ministru jistgħu jagħmlu
eċċezzjonijiet għat-tħaddim tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
jew b’mod ġenerali jew dwar klassijiet partikolari ta’ bastimenti,
deskrizzjonijiet partikolari ta’ żjut jew oġġetti oħra li jniġġżu jew
taħlitiet li jkun fihom żejt jew oġġetti oħra li jniġġżu jew it-tfigħ ta’
żejt jew oġġetti li jniġġżu jew taħlitiet oħra f’ċirkostanzi partikolari
jew f’arei partikolari tal-baħar, u jista’ jagħmel hekk jew b’mod
assolut jew taħt xi kondizzjonijiet speċifikati.
(4) Kull persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitejn u ħamsin lira u
mhux iżjed minn ħamsin elf lira.
Tfigħ ta’ żejt jew 
oġġett ieħor li 
jniġġeż fl-ibħra 
territorjali. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
4. (1) Jekk xi żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż jew xi taħlita li
jkun fiha żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż tintefa’ fl-ibħra territorjali
ta’ Malta minn xi biċċa tal-baħar jew minn xi post fuq wiċċ il-
baħar, jew minn xi post fuq l-art, jew minn xi apparat użat biex
jittrasferixxi żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż (sew għal jew minn
post fuq l-art jew fuq wiċċ il-baħar), f’dan il-każ, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dawn li ġejjin ikunu ħatja ta’ reat,
jiġifieri - 
(a) jekk it-tfigħ isir minn biċċa tal-baħar, is-sid jew il-
kaptan tal-biċċa tal-baħar;
(b) jekk it-tfigħ isir minn apparat li jintuża biex iż-żejt jew
l-oġġett l-ieħor li jniġġeż jiġi trasferit minn fuq jew
għal fuq il-biċċa tal-baħar jew isir waqt li ż-żejt jew l-
oġġett l-ieħor li jniġġeż ikun qed jiġi hekk trasferit, is-
sid ta’ l-apparat jew il-persuna inkarigata minnu;
(ċ) jekk it-tfigħ isir minn xi post ieħor, il-persuna li
tokkupa dak il-post jew il-persuna l-oħra inkarigata
minn dak il-post.
(2) Kull persuna ħatja ta’ reat skond dan l-artikolu teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitejn u ħamsin lira u
mhux iżjed minn ħamsin elf lira.
Tfigħ ta’ żejt minn 
pipe-line jew bħala 
riżultat ta’ tiftix 
f’qiegħ il-baħar 
eċċ., f’area 
indikata.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
5. (1) Jekk xi żejt jew xi taħlita li jkun fiha żejt tintefa’ f’xi
parti tal-baħar -
(a) minn pipe-line; jew
(b) bħala riżultat ta’ xi operazzjonijiet għal tfittix f’qiegħ
il-baħar u s-sottoswol jew l-isfruttament tar-riżorsi
naturali tagħhom f’area indikata,
f’dan il-każ, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, is-sid
tal-pipe-line  jew, skond il-każ, il-persuna li tkun qed tmexxi l-
operazzjonijiet tkun ħatja ta’ reat kemm-il darba t-tfigħ ma jsirx
minn xi post li hi tkun qed tokkupa u tipprova li dan ikun ġara
minħabba għemil ta’ persuna li kienet hemm mingħajr il-permess
tagħha (imfisser jew mifhum).
Kap. 194.
(2) F’dan l-artikolu "area indikata" tfisser area li għal xi żmien
tkun indikata b’ordni magħmul skond is-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 3 ta’ l-Att dwar il-Blata Kontinentali.
 6      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
(3) Persuna misjuba ħatja ta’ reat skond dan l-artikolu teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitejn u ħamsin lira u
mhux iżjed minn ħamsin elf lira.
Difiża ta’ kaptan 
akkużat b’reat taħt 
l-artikolu 3. 
6. (1) Meta persuna tkun akkużata b’reat skond l-artikolu 3
ta’ dan l-Att, jew tkun akkużata b’reat taħt l-artikolu 4 ta’ dan l-Att
bħala s-sid jew kaptan ta’ bastiment, tista’ tiddefendi ruħha billi
tipprova li ż-żejt, l-oġġett li jniġġeż jew it-taħlita kienet mitfugħa
sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ xi biċċa tal-baħar jew biex tevita
ħsara lil xi biċċa bħal dik jew lill-merkanzija, jew biex tiġi salvata
xi ħajja, kemm-il darba l-qorti ma tkunx sodisfatta li t-tfigħ taż-
żejt, jew ta’ l-oġġett li jniġġeż jew tat-taħlita ma kienx meħtieġ
għal dak l-għan jew li ma kienx pass xieraq li jittieħed fiċ-
ċirkostanzi.
(2) Meta persuna tkun akkużata kif imsemmi fis-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, tista’ wkoll tiddefendi ruħha billi tipprova -
(a) li ż-żejt, jew l-oġġett li jniġġeż, jew tat-taħlita jkunu
tnixxew minħabba ħsara fil-biċċa tal-baħar u li malajr
kemm kien prattikabbli wara li ġrat il-ħsara ttieħdu l-
passi kollha biex tiġi evitata, jew (jekk ma setgħetx
tiġi evitata) biex titwaqqaf jew titnaqqas it-tnixxija
taż-żejt, ta’ l-oġġett li jniġġeż jew it-taħlita; jew
(b) li ż-żejt, jew l-oġġett li jniġġeż jew it-taħlita jkunu
tnixxew minħabba  leakage,  li la l-leakage lanqas xi
dewmien biex instab li ġara ma ġraw minħabba nuqqas
ta’ ħsieb xieraq, u li malajr kemm kien prattikabbli
wara li nstab li ġrat it-tnixxija ttieħdu l-passi kollha
xierqa biex titwaqqaf jew titnaqqas.
Difiża ta’ persuni 
oħra akkużati 
b’reat taħt l-
artikolu 4 jew 5.
7. Meta persuna tkun akkużata, dwar it-tnixxija ta’ xi żejt,
oġġett li jniġġeż jew taħlita li jkun fiha żejt jew oġġett li jniġġeż,
b’reat skond l-artikolu 4 jew l-artikolu 5 ta’ dan l-Att - 
(a) bħala persuna li tokkupa post fuq l-art; jew
(b) bħala persuna li tmexxi l-operazzjonijiet għal tfittix
f’qiegħ il-baħar u s-sottoswol jew l-isfruttament tar-
riżorsi naturali tagħhom; jew
(ċ) bħala s-sid ta’ pipe-line,
tista’ tiddefendi ruħha billi tipprova li la t-tnixxija u lanqas xi
dewmien biex instab li ġrat ma ġara minħabba nuqqas ta’ ħsieb
xieraq u li malajr kemm kien prattikabbli wara li nstab li ġrat
ittieħdu l-passi kollha xierqa biex titwaqqaf jew titnaqqas.
TAQSIMA III 
RESPONSABBILTÀ ĊIVILI GĦAL TNIĠĠIŻ
Responsabbiltà 
għal tniġġiż.
8. (1) Meta xi żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż, jew xi taħlita li
jkun fiha żejt jew oġġett li jniġġeż, tintefa’ minn xi biċċa tal-baħar
(sew jekk tinġarr bħala parti mill-merkanzija tal-biċċa tal-baħar
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    7
jew xort’oħra), jew minn post fuq wiċċ il-baħar jew minn post fuq
l-art - 
(a) is-sid tal-bastiment; jew
(b) is-sid jew l-operatur tal-post fuq wiċċ il-baħar jew tal-
post fuq l-art,
għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun
responsabbli - 
(i) għal kull ħsara li tiġġarrab fl-area ta’ Malta
b’kontaminazzjoni li tirriżulta mit-tfigħ; u
(ii) għall-ispejjeż ta’ kull miżuri li b’mod xieraq
ikunu ttieħdu wara t-tfigħ sabiex tiġi evitata jew
titnaqqas kull ħsara bħal dik fl-area ta’ Malta; u
(iii) għal kull ħsara li tkun iġġarrbet fl-area ta’ Malta
b’xi miżuri li jkunu hekk ittieħdu.
(2) Meta żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż, jew xi taħlita li jkun
fiha żejt jew oġġett li jniġġeż, tintefa’ minn aktar minn biċċa tal-
baħar waħda u is-sid ta’ kull waħda minnhom ikollu responsabbiltà
taħt dan l-artikolu iżda l-ħsara jew l-ispejjeż li għalihom kull
wieħed mis-sidien ikun responsabbli għalihom ma jistgħux
raġonevolment jiġu separati minn dawk li ieħor jew oħrajn ikun
responsabbli għalihom, kull wieħed mis-sidien ikun ħati in solidum
ma’ l-ieħor jew ma’ l-oħrajn, għall-ħsara jew għall-ispejjeż kollha
li għalihom is-sidien ikunu flimkien responsabbli taħt dan l-
artikolu.
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, meta jkun
hemm iktar minn tfigħ wieħed mill-istess ġrajja jew minn ġrajjiet
wara xulxin li jinħolqu mill-istess ħaġa, dawn għandhom jitqiesu
bħala waħda; iżda kull miżuri li jittieħdu wara l-ewwel minnhom
għandhom jitqiesu li ttieħdu wara t-tfigħ.
Kap. 234. 
(4) Meta s-sid ta’ biċċa tal-baħar ikun responsabbli għal tfigħ
skond dan l-artikolu, l-artikoli 349 u 350 ta’ l-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili m’għandhomx japplikaw dwar dik ir-
responsabbiltà.
Eċċezzjonijiet għal 
responsabbiltà taħt 
l-artikolu 8.
9. Is-sid jew l-operatur ta’ biċċa tal-baħar jew ta’ post fuq
wiċċ il-baħar jew post fuq l-art li minnu jkun hemm tfigħ ta’ żejt
jew oġġett ieħor li jniġġeż ma jkollu ebda responsabbiltà taħt l-
artikolu 8 ta’ dan l-Att jekk hu jipprova li t-tfigħ - 
(a) inħoloq minn att ta’ gwerra, ostilitajiet, gwerra ċivili,
rewwixta jew fenomenu naturali eċċezzjonali,
inevitabbli u irreżistibbli; jew
(b) ikun ġara għal kollox minħabba xi ħaġa li tkun saret
jew li naqset milli ssir minn xi persuna oħra, li la tkun
fl-impieg u lanqas aġent tas-sid jew ta’ l-operatur, bil-
ħsieb li tagħmel ħsara; jew
(ċ) fil-każ ta’ tfigħ minn biċċa tal-baħar, ikun ġara għal
kollox minħabba t-traskuraġni jew għemil ħażin tal-
Gvern jew ta’ awtorità oħra fil-qadi ta’ xogħolha li
żżomm dwal jew għajnuniet oħra tan-navigazzjoni li
 8      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
għall-manutenzjoni tagħhom tkun responsabbli hi.
Responsabbiltà 
għall-ispejjeż ta’ 
miżuri meta l-
artikolu 8 ma 
japplikax. 
10. Meta - 
(a) wara tfigħ ta’ żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż minn xi
biċċa tal-baħar, jew post fuq wiċċ il-baħar, jew post
fuq l-art, jittieħdu miżuri xierqa sabiex tiġi evitata jew
titnaqqas il-ħsara fl-area ta’ Malta li tista’ tinħoloq
mit-tfigħ; u
(b) xi persuna tkun responsabbli, jew kieku ma kenux il-
miżuri kienet tkun responsabbli, barra milli taħt l-
artikolu 8, għal xi ħsara bħal dik,
allura, ikun japplika jew le l-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, dik il-persuna tkun responsabbli għall-ispejjeż tal-
miżuri li jkunu ttieħdu kif intqal qabel, sew jekk dik il-persuna li
tieħu dawk il-passi teħodhomx jew le għat-tħaris ta’ l-interessi
tagħha jew fil-qadi ta’ dmirijietha.
Preskrizzjoni għal 
talbiet. 
11. Ebda azzjoni biex tiġi nfurzata talba għal danni li jiġġarrbu
taħt l-artikolu 8 ta’ dan l-Att ma għandha tintlaqa’ minn xi qorti
f’Malta kemm-il darba l-azzjoni ma tinbediex fi żmien ta’ mhux
iktar minn tliet snin wara li tkun tista’ ssir it-talba u mhux iktar
minn sitt snin wara l-ġrajja jew l-ewwel ġrajja li biha jinħoloq it-
tfigħ u li minħabba fiha kien hemm dik ir-responsabbiltà.
Assigurazzjoni 
kontra 
responsabbiltà għal 
tniġġiż.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
12. (1) Kull biċċa tal-baħar li għaliha japplika dan l-artikolu
m’għandhiex tidħol f’port f’Malta jew titlaq minnu jew tasal fi
stazzjon fl-ibħra territorjali ta’ Malta jew titlaq minnu jew tankra
fl-ibħra territorjali ta’ Malta, kemm-il darba ma jkunx hemm dwar
dik il-biċċa tal-baħar kuntratt ta’ assigurazzjoni jew garanzija oħra
magħrufa mill-Ministru għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Il-Ministru għandu jagħraf kuntratt ta’ assigurazzjoni jew
garanzija oħra għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jekk dak il-kuntratt
jew dik il-garanzija jkunu jaqblu mal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu VII ta’
l-International Convention on Civil Liability for Oil Pollution
Damage magħmula fi Brussels fid-29 ta’ Novembru, 1969, jew ma’
dawk il-ħtiġijiet li l-Ministru jista’ jispeċifika b’avviż fil-Gazzetta:
Iżda, meta l-Ministru jkun tal-fehma li jkun hemm dubju
jekk il-persuna li tipprovdi l-assigurazzjoni jew garanzija oħra
tkunx tista’ tissodisfa l-obbligazzjonijiet tagħha dwarha, jew jekk l-
assigurazzjoni jew il-garanzija l-oħra tkunx biżżejjed biex tkopri r-
responsabbiltà tas-sid taħt l-artikolu 8 ta’ dan l-Att fiċ-ċirkostanzi
kollha, hu jista’ jirrifjuta li jagħraf dik l-assigurazzjoni jew il-
garanzija.
(3) Prova bid-dokumenti dwar jekk il-biċċa tal-baħar ikollhiex
il-kuntratt ta’ assigurazzjoni jew il-garanzija l-oħra meħtieġa bis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandha, fuq talba, tiġi preżentata
mill-kaptan lil kull uffiċjal tad-dwana jew uffiċjal ieħor xieraq.
(4) Jekk xi biċċa tal-baħar tipprova tidħol f’port f’Malta jew
titlaq minnu jew tipprova tasal fi stazzjon fl-ibħra territorjali ta’
Malta jew titlaq minn jew tankra fl-ibħra territorjali ta’ Malta bi
ksur tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, il-kaptan jew is-sid tal-
biċċa tal-baħar jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    9
ħamsa u tletin elf lira.
(5) Jekk il-kaptan tal-biċċa tal-baħar jonqos li jħares xi talba
magħmula skond is-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn erba’ mitt lira.
(6) Dan l-artikolu għandu japplika għal xi biċċa tal-baħar li
tkun iġġorr bi kwantità tagħbija ta’ żejt tax-xorta preskritta mill-
Ministru.
TAQSIMA IV
MIŻURI BIEX JIĠI EVITAT U KONTROLLAT IT-TNIĠĠIŻ
Tagħmir fuq 
bastimenti biex jiġi 
evitat it- tniġġiż.
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
13. (1) Sabiex jiġi evitat jew ikkontrollat it-tniġġiż tal-baħar,
il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jeħtieġu bastimenti Maltin
li jiġu mgħammra b’dak it-tagħmir u li jħarsu dawk il-ħtiġijiet l-
oħra li jistgħu jiġu speċifikati fir-regolamenti.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, meta xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jeħtieġu li
bastimenti jitgħammru b’tagħmir ta’ deskrizzjoni speċifikata, ir-
regolamenti jistgħu jipprovdu li tagħmir ta’ dik id-deskrizzjoni - 
(a) ma jitqiegħedx fuq bastiment li għalih japplikaw ir-
regolamenti kemm-il darba ma jkunx ta’ xorta
ippruvata w approvata b’dak il-mod li jista’ jiġi
preskritt;
(b) filwaqt li jkun qiegħed fuq dak il-bastiment, ma
jitqiesx li jkun skond il-ħtiġijiet tar-regolamenti
kemm-il darba, f’dawk iż-żminijiet li jistgħu jiġu
preskritti, ma jitqiegħedx għall-prova u għall-
approvazzjoni b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt, u ma
jiġix hekk ippruvat u approvat.
(3) Jekk, fil-każ ta’ xi bastiment, id-disposizzjonijiet ta’ xi
regolamenti magħmula skond dan l-artikolu li japplikaw għal dak
il-bastiment ikunu miksura, is-sid jew il-kaptan tal-bastiment ikun
ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elf
lira.
Records. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
14. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jeħtieġu li
jinġarru record books fuq bastimenti Maltin u li jeħtieġu lill-kaptan
ta’ kull bastiment bħal dak li jirreġistra fir-record book li jinġarr
fuq il-bastiment -
(a) dawk mill-operazzjonijiet li ġejjin li jiġu preskritti li
jsiru abbord il-bastiment jew dwar il-bastiment,
jiġifieri operazzjonijiet dwar:
(i) l-imbark ta’ kull tagħbija ta’ żejt jew oġġett
ieħor li jniġġeż; jew
(ii) it-trasferiment ta’ kull tagħbija ta’ żejt jew
oġġett ieħor li jniġġeż waqt xi vjaġġ; jew
 10      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
(iii) it-tfigħ ta’ kull tagħbija ta’ żejt jew oġġett ieħor
li jniġġeż; jew
(iv) it-tqegħid ta’ saborra f’tankijiet (sew tankijiet
għal fuel bħala tagħbija kemm tankijiet għal fuel
bħala  bunker)  u t-tbattil tas-saborra minn, u t-
tindif ta’, dawk it-tankijiet; jew
(v) is-separazzjoni ta’ żejt mill-ilma, jew minn
sustanzi oħra, f’kull taħlita li jkun fiha żejt; jew 
(vi) ir-rimi ta’ kull żejt jew ilma, jew xi sustanzi
oħra, li jinqala’ mill-operazzjonijiet dwar xi
waħda mill-ħwejjeġ speċifikati fis-sub-paragrafi
ta’ qabel dan; jew
(vii) ir-rimi ta’ kull fdal ieħor ta’ żejt jew oġġett ieħor
li jniġġeż;
(b) kull okkażjoni li fiha żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż
jew taħlita li jkun fiha żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż
tintefa’ mill-bastiment sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta’
xi biċċa tal-baħar, jew biex tiġi evitata ħsara lil xi
biċċa tal-baħar jew tagħbija, jew biex tiġi salvata
ħajja;
(ċ) kull okkażjoni li fiha żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż
jew taħlita li jkun fiha żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż
tinsab li tkun qed tnixxi, jew li tkun nixxiet, mill-
bastiment minħabba ħsara fil-bastiment, jew minħabba
leakage.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jeħtieġu li
jinżammu records dwar it-trasferiment ta’ żejt jew oġġetti oħra li
jniġġżu għal fuq jew minn fuq bċejjeċ tal-baħar filwaqt li dawn
ikunu fl-ibħra territorjali ta’ Malta, u li jeħtieġu lill-kaptan ta’ kull
biċċa tal-baħar bħal dik, jew lil dik il-persuna l-oħra kif jista’ jiġi
preskritt, biex iżżomm dawk ir-records.
(3) Il-ħtiġijiet ta’ kull regolament magħmul taħt is-subartikolu
(2) ta’ dan l-artikolu jkunu b’żieda mal-ħtiġijiet ta’ kull regolament
magħmul taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(4) Regolamenti taħt dan l-artikolu li jeħtieġu l-ġarr ta’ record
books jew li jinżammu records jistgħu - 
(a) jippreskrivu l-forma ta’ record books jew ir-records u
x-xorta ta’ dħul li jsir fihom;
(b) jeħtieġu lill-persuna li tipprovdi jew li żżomm il-kotba
jew ir-records li żżommhom għal żmien preskritt;
(ċ) jeħtieġu li persuna, mat-tmiem taż-żmiem preskritt,
tibgħat il-kotba jew ir-records f’post jew lil persuna
stabbilita bir-regolamenti jew bis-saħħa tagħhom;
(d) jipprovdu għall-kustodja jew għat-tneħħija ta’ kotba
jew records wara li jintbagħtu f’dak il-post jew lil dik
il-persuna.
(5) Jekk xi bastiment jonqos li jġorr dak il-ktieb jew dawk il-
kotba kif meħtieġ li jġorr skond dan l-artikolu, is-sid jew il-kaptan
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    11
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
(6) Jekk xi persuna tonqos li tħares xi waħda mill-ħtiġijiet
imposti fuqha b’dan jew skond dan l-artikolu teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
(7) Jekk xi persuna tagħmel xi dħul f’xi record book li jinġarr
jew fir-records miżmuma taħt dan l-artikolu li hi tkun taf li jkun
falz jew qarrieqi f’xi partikolar sostanzjali, din teħel meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
(8) F’kull proċediment taħt dan l-Att -
(a) kull  record book li jinġarr jew record miżmum skond
regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu għandhom,
sakemm ma jiġix ippruvat kuntrarju, ikunu prova
biżżejjed tal-fatti dikjarati fihom;
(b) kull kopja ta’ dħul f’dak ir-record book jew fir-records
li tkun ċertifikata mill-kaptan tal-bastiment li fuqu l-
ktieb ikun qed jinġarr, jew mill-persuna li tkun
meħtieġa li żżomm dawk ir-records, li tkun kopja vera
tad-dħul għandha, sakemm ma jiġix ippruvat
kuntrarju, tkun prova biżżejjed tal-fatti dikjarati fid-
dħul;
(ċ) kull dokument li jkun jidher li hu record book li jinġarr
jew  record  li jinżamm skond regolamenti magħmula
taħt dan l-artikolu, jew li jidher li jkun dik il-kopja
ċertifikata kif imsemmi fil-paragrafu (b) ta’ dan is-
subartikolu għandu, sakemm ma jiġix ippruvat
kuntrarju, jitqies li hu dak il-ktieb,  record  jew kopja,
skond il-każ.
Dmir ta’ kaptani li 
jirrapportaw tfigħ 
f’ibħra territorjali.
Emendat: 
XIII. l983.4; 
XVII. 1991.81. 
15. (1) Jekk xi żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż jew taħlita li
jkun fiha żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż -
(a) tintefa’ minn biċċa tal-baħar fl-ibħra territorjali ta’
Malta; jew
(b) tinsab li tkun qed tnixxi, jew li tkun nixxiet, minn
biċċa tal-baħar f’dawk l-ibħra territorjali; jew
(ċ) tinsab li tkun qed tnixxi, jew li tkun nixxiet, f’dawk l-
ibħra minn post fuq l-art jew post fuq wiċċ il-baħar, 
is-sid jew il-kaptan tal-bastiment, jew il-persuna li tokkupa l-post
fuq l-art jew il-post fuq wiċċ il-baħar, skond il-każ, għandhom
minnufih jirrapportaw il-ġrajja lill-Awtorità Marittima ta’ Malta
fejn jindikaw taħt liema paragrafu ta’ dan is-subartikolu tkun saret
il-ġrajja u fejn jagħtu dawk id-dettalji li jkunu meħtieġa minn dik l-
Awtorità.
(2) Jekk persuna tonqos li tagħmel rapport kif meħtieġ fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u teħel meta
tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
 12      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
Rapport ta’ 
aċċidenti ta’ 
tniġġiż.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
16. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jeħtieġu lil
kaptani ta’ bastimenti Maltin jew persuni li jkunu fil-kmand ta’
inġenji ta’ l-ajru Maltin li jirrapportaw - 
(a) kull aċċidenti jew disgrazzji li jkunu qed iġibu jew li
jistgħu jġibu tniġġiż tal-baħar b’żejt jew b’oġġett ieħor
li jniġġeż; u
(b) il-preżenza, il-karatteristiċi u l-limitu ta’ żejt jew
oġġett ieħor li jniġġeż li jkun ġie osservat fuq jew fil-
baħar, 
lil kull awtorità jew organizzazzjoni bħal dik preskritta u f’dik il-
forma u b’dak il-mod kif jiġi preskritt.
(2) Jekk kaptan ta’ bastiment Malti jew persuna li tkun fil-
kmand ta’ inġenju ta’ l-ajru Malti jonqsu li jagħmlu rapport kif
meħtieġ b’xi regolamenti magħmula taħt is-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu, jeħlu, meta jinsabu ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira.
TAQSIMA V
INDĦIL F’KAŻIJIET TA’ DISGRAZZJI TA’ TNIĠĠIŻ TAŻ-ŻEJT
Disgrazzji ta’ 
bastimenti.
17. (1) Is-setgħat mogħtija b’dan l-artikolu għandhom ikunu
eżerċitabbli meta - 
(a) ikun inqala’ aċċident fuq jew ġo bastiment; u
(b) fil-fehma tal-Ministru, żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż
mill-bastiment se joħloq jew jista’ joħloq tniġġiż fuq
skala kbira f’Malta jew fl-ilmijiet f’Malta jew ħdejn
Malta sal-limitu ta’ lejn il-baħar ta’ l-ibħra territorjali;
u
(ċ) fil-fehma tal-Ministru, l-użu tas-setgħat mogħtija
b’dan l-artikolu jkun meħtieġ b’urġenza,
u jkunu eżerċitabbli suġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. 
(2) Sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas it-tniġġiż, il-Ministru jista’
jagħti direttivi dwar il-bastiment jew it-tagħbija tiegħu-
(a) lis-sid tal-bastiment, jew lil kull persuna oħra li jkollha
bastiment fil-pussess tagħha; jew
(b) lill-kaptan tal-bastiment; jew
(ċ) lil kull  salvor  li jkollu bastiment fil-pussess tiegħu,
jew lil kull persuna li tkun l-impjegata jew l-aġent ta’
xi  salvor  li jkollu bastiment fil-pussess tiegħu, u li
tkun inkarigata mill-operazzjoni tas-salvataġġ.
(3) Direttivi mogħtija taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu
jistgħu jeħtieġu lill-persuna li lilha jingħataw li tieħu, jew li ma
teħux, xi azzjoni ta’ xi xorta tkun li tkun, bla ħsara għall-ġeneralità
tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu d-direttivi
jistgħu jeħtieġu - 
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    13
(a) li l-bastiment għandu jiġi mċaqlaq, jew li ma
jiċċaqlaqx, jew li jitqiegħed f’post speċifikat, jew li
għandu jitneħħa minn area jew lokalità speċifikata;
jew
(b) li l-bastiment m’għandux jitqiegħed f’post jew area
speċifikata, jew m’għandux igħaddi fuq rotta
speċifikata; jew
(ċ) li xi żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż jew tagħbija
għandha, jew m’għandhiex, tinħatt jew tintefa’; jew
(d) li miżuri ta’ salvataġġ speċifikati għandhom, jew
m’għandhomx, jittieħdu.
(4) Jekk fil-fehma tal-Ministru, is-setgħat mogħtija bis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jkunu, jew ikunu nstabu li huma,
mhux biżżejjed għal dak il-għan, il-Ministru jista’, sabiex jiġi
evitat jew jitnaqqas it-tniġġiż, jew ir-riskju ta’ tniġġiż jieħu, dwar
il-bastiment jew it-tagħbija tiegħu, kull azzjoni ta’ kull xorta tkun li
tkun, u bla ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan is-subartikolu l-Ministru jista’ - 
(a) jieħu kull azzjoni li huwa għandu s-setgħa li jeħtieġ li
tittieħed b’direttiva taħt dan l-artikolu;
(b) jagħmel dawk l-operazzjonijiet biex jiġi mgħarraq jew
distrutt il-bastiment, jew xi parti minnu, li jkunu ta’
dik ix-xorta li ma tkunx tista’ ssir minn persuna li lilha
hu jista’ jagħti direttivi;
(ċ) jagħmel dawk l-operazzjonijiet li jinvolvu t-teħid tal-
kontroll tal-bastiment.
(5) Is-setgħat tal-Ministru taħt is-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu jkunu eżerċitabbli wkoll minn dawk il-persuni li jistgħu
jiġu awtorizzati għal hekk f’isem il-Ministru.
(6) Kull persuna li jkollha x’taqsam mat-tħaris ta’ direttivi
mogħtija, jew azzjoni li tittieħed, taħt dan l-artikolu għandha
tagħmel mill-aħjar li tista’ biex tevita kull riskju għall-ħajja umana.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-artikolu 20 ta’
dan l-Att huma bla ħsara għal kull drittijiet jew setgħat tal-Gvern
ta’ Malta eżerċitabbli barra minn dawk l-artikoli sew jekk taħt liġi
internazzjonali jew xort’oħra.
(8) Qed jiġi b’dan dikjarat li kull azzjoni li tittieħed dwar
bastiment li jkun taħt arrest jew dwar it-tagħbija ta’ bastiment bħal
dak, li tkun azzjoni li tittieħed skond direttiva mogħtija taħt dan l-
artikolu, jew li tkun xi azzjoni li tittieħed skond is-subartikolu (4)
jew (5) ta’ dan l-artikolu ma tkunx disprezz ta’ qorti.
(9) F’dan l-artikolu, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"aċċident" tinkludi telf, inkaljatura, jew abbandun ta’ bastiment
jew ħsara li tiġġarrablu; u
"speċifikat", dwar direttiva mogħtija taħt dan l-artikolu, tfisser
speċifikata bid-direttiva.
 14      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
Jedd għal ġbir lura 
dwar telf jew ħsara 
mhux xierqa.
Emendat:
XXIV. 1995.362.
18. (1) Jekk xi azzjoni li tittieħed kif imiss minn persuna
skond direttiva mogħtija lilu taħt l-artikolu 17 ta’ dan l-Att, jew xi
azzjoni li tittieħed taħt is-subartikolu (4) jew (5) ta’ dak l-artikolu - 
(a) ma kenitx raġonevolment meħtieġa biex jiġi evitat jew
imnaqqas it-tniġġiż, jew ir-riskju ta’ tniġġiż; jew
(b) kienet hekk li l-ġid li għamlet jew li x’aktarx kienet
tagħmel kien żgħir b’paragun ma’ l-ispiża li tkun saret,
jew mal-ħsara li tiġġarrab, bħala riżultat ta’ l-azzjoni,
persuna li tagħmel l-ispiża jew li ġġarrab il-ħsara bħala riżultat ta’,
jew billi ħadet hija stess, l-azzjoni, ikollha l-jedd li tiġbor lura l-
kumpens mingħand il-Ministru.
(2) Meta jiġi kkunsidrat jekk japplikax is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, għandu jiġi meqjus - 
(a) il-kobor u r-riskju tat-tniġġiż kieku l-azzjoni ma tkunx
ittieħdet;
(b) kemm dik l-azzjoni kienet mistennija li tkun effettiva;
u 
(ċ) il-kobor tal-ħsara li tkun iġġarrbet minħabba l-azzjoni. 
(3) Kull riferenza f’dan l-artikolu għat-teħid ta’ kull azzjoni
tinkludi riferenza għat-tħaris ta’ direttiva li ma titteħidx xi azzjoni
speċifikata.
(4) Il-Qorti Ċivili, Prim’Awla, ikollha ġurisdizzjoni li tisma’ u
tiddeċiedi kull talba li tinqala’ taħt dan l-artikolu.
Reati dwar l-
artikolu 17. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
19. (1) Jekk il-persuna li lilha tkun ingħatat direttiva skond l-
artikolu 17 ta’ dan l-Att tikser, jew tonqos li tħares, xi ħtieġa tad-
direttiva, tkun ħatja ta’ reat.
(2) Jekk persuna bir-rieda tfixkel lil xi persuna li tkun -
(a) qed taġixxi f’isem il-Ministru dwar l-għoti jew in-
notifika ta’ direttiva skond l-artikolu 17 ta’ dan l-Att; 
(b) qed taġixxi skond direttiva skond dak l-artikolu; jew 
(ċ) qed taġixxi skond is-subartikolu (4) jew (5) ta’ dak l-
artikolu,
tkun ħatja ta’ reat.
(3) Fi proċedimenti għal reat taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, l-akkużat jista’ jiddefendi ruħu billi jipprova li huwa uża
d-diliġenza kollha xierqa biex jiżgura t-tħaris tad-direttiva jew li
kellu raġuni tajba li jaħseb li bit-tħaris tad-direttiva kien ikun
hemm riskju serju għall-ħajja umana.
(4) Persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux inqas minn mitejn u ħamsin lira u mhux iżjed
minn ħamsin elf lira.
Applikazzjoni ta’ l-
artikoli minn 17 sa 
19 għal bastimenti 
barranin.
20. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jipprovdi li l-
artikoli minn 17 sa 19 ta’ dan l-Att, flimkien ma’ kull
disposizzjonijiet oħra ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att dikjarati fl-
ordni, japplikaw għal bastiment -
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    15
(a) li ma jkunx bastiment reġistrat f’Malta; u
(b) li għal dak iż-żmien ikun barra l-ibħra territorjali ta’
Malta,
f’dawk il-każijiet u ċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġi speċifikati fl-ordni,
u suġġett għal dawk l-eċċezzjonijiet, adattamenti u
modifikazzjonijiet, jekk ikun hemm, li jiġu hekk speċifikati.
(2) Ħlief kif provdut b’ordni magħmul skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, ebda direttiva skond l-artikolu 17 ta’ dan l-Att
m’għandha tapplika għal bastiment li ma jkunx reġistrat f’Malta u
li għal dak iż-żmien ikun barra l-ibħra territorjali ta’ Malta, u
m’għandha tittieħed ebda azzjoni skond is-subartikolu (4) jew (5)
ta’ l-artikolu 17 ta’ dan l-Att dwar xi bastiment bħal dak.
TAQSIMA VI 
RIMI FIL-BAĦAR
Restrizzjonijiet fuq 
rimi fil-baħar.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
21. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
ebda persuna ma għandha, ħlief skond liċenza mogħtija taħt l-
artikolu 22 ta’ dan l-Att u skond il-kondizzjonijiet ta’ dik il-
liċenza- 
(a) tarmi xi sustanza jew oġġett fl-ibħra territorjali ta’
Malta; jew
(b) tarmi xi sustanza jew oġġett fil-baħar barra l-ibħra
territorjali ta’ Malta minn bastiment Malti, jew inġenju
ta’ l-ajru Malti jew struttura tal-baħar Maltija; jew
(ċ) tgħabbi xi sustanza jew oġġett fuq biċċa tal-baħar,
inġenju ta’ l-ajru jew struttura tal-baħar f’Malta jew fl-
ibħra territorjali ta’ Malta sabiex tarmiha fil-baħar,
sew jekk fl-ibħra territorjali ta’ Malta sew jekk le; jew
(d) iġġiegħel jew tħalli xi sustanza jew oġġett jintremew
jew jitgħabbew kif imsemmi fil-paragrafu (a), (b) jew
(ċ) ta’ hawn fuq.
(2) Bla ħsara għas-subartikoli (3), (4) u (5) ta’ dan l-artikolu,
sustanzi w oġġetti jintremew fil-baħar għall-finijiet ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att jekk ikunu permanentement depożitati fil-
baħar minn vettura, biċċa tal-baħar, inġenju ta’ l-ajru jew struttura
tal-baħar jew minn struttura fuq l-art mibnija jew adattata għal
kollox jew prinċipalment sabiex jiġu depożitati solidi fil-baħar.
(3) Tfigħ li hu inċidentali għal jew li jiġi mill-operazzjoni
normali ta’ bastiment, inġenju ta’ l-ajru, vettura jew struttura tal-
baħar jew tagħmir tagħha ma jitqiesx li hu rimi għall-finijiet ta’ din
it-Taqsima ta’ dan l-Att kemm-il darba l-bastiment, l-inġenju ta’ l-
ajru, il-vettura jew l-istruttura tal-baħar li tkun ma tkunx mibnija
jew adattata għal kollox jew prinċipalment sabiex teħles minn skart
jew fdal u t-tfigħ jiġri bħala parti mill-operazzjoni tagħha għal dak
il-għan.
 16      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (6) ta’
dan l-artikolu, kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn għaxart elef lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(5) Persuna akkużata b’reat taħt is-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu tista’ tiddefendi ruħha billi tipprova - 
(a) li dawk is-sustanzi jew l-oġġetti ntremew sabiex tiġi
żgurata s-sigurtà ta’ biċċa tal-baħar, inġenju ta’ l-ajru
jew struttura tal-baħar jew biex tiġi salvata ħajja; u
(b) li tkun ħadet passi fi żmien xieraq biex tgħarraf lill-
Ministru li r-rimi jkun sar u dwar il-lokalità u ċ-
ċirkostanzi li fihom dan ikun ġara u x-xorta u l-
kwantità ta’ sustanzi jew oġġetti mormija,
kemm-il darba l-qorti ma tkunx sodisfatta li r-rimi ma kienx
meħtieġ għal xi wieħed mill-għanijiet imsemmija u li dak ir-rimi
ma kienx il-pass xieraq li għandu jittieħed fiċ-ċirkostanzi.
(6) Persuna akkużata b’reat taħt is-subartikolu (4) ta’ dan l-
artikolu tista’ tiddefendi ruħha billi tipprova dwar sustanzi jew
oġġetti mormija barra mill-ibħra territorjali ta’ Malta minn
bastiment jew inġenju ta’ l-ajru Malti li dawn tgħabbewlu fi Stat
tal-Konvenzjoni u li r-rimi kien awtorizzat b’liċenza maħruġa minn
awtorità responsabbli f’dak l-Istat.
Liċenzi. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
22. (1) Fid-deċiżjoni tiegħu dwar jekk għandux jagħti liċenza
jew le, il-Ministru għandu jqis kull Konvenzjoni fuq rimi fil-baħar
li fiha Malta tkun parti u l-ħtieġa li jħares l-ambjent tal-baħar u r-
riżorsi ħajjin li jgħixu fih minn kull konsegwenzi ħżiena tar-rimi
ta’ sustanzi jew oġġetti li għalihom tkun tirreferi l-liċenza, jekk din
tiġi mogħtija; u l-Ministru jista’ jinkludi f’liċenza dawk il-
kondizzjonijiet li fil-fehma tiegħu jkunu meħtieġa jew spedjenti
sabiex jitħares dak l-ambjent u dawk ir-riżorsi minn kull
konsegwenzi bħal dawk, u sabiex tkun imħarsa kull Konvenzjoni
kif intqal qabel.
(2) Il-Ministru jista’ jibdel jew jirrevoka liċenza jekk fil-fehma
tiegħu dik il-liċenza għandha tinbidel jew tiġi revokata minħabba
ksur ta’ kondizzjoni li jkun hemm fiha jew tibdil fiċ-ċirkostanzi
dwar l-ambjent tal-baħar jew ir-riżorsi ħajjin li jgħixu fih, magħdud
tibdil fil-għerf xjentifiku jew biex tingħata effett lil xi Konvenzjoni
kif intqal qabel.
(3) Il-Ministru jista’ jeħtieġ lil kull applikant għal liċenza-
(a) li jħallas dak id-dritt ma’ l-applikazzjoni għaliha kif
jista’ jiġi preskritt;
(b) li jagħti dak it-tagħrif u jħalli li jsir dak l-eżami u li
jittieħdu kampjuni tas-sustanzi jew oġġetti li jkun irid
jarmi, jew ta’ sustanzi jew oġġetti bħalhom, u li jagħti
dak it-tagħrif dwar il-mod li hu jkun jixtieq juża, kif il-
Ministru jidhirlu meħtieġ jew spedjenti;
(ċ) li jħallas dak l-ammont, b’żieda ma’ kull dritt taħt il-
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    17
paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu, kif il-Ministru
jista’ jiddeċiedi biex isiru kull provi li fil-fehma tal-
Ministru jkunu meħtieġa sabiex ikun jista’ jiddeċiedi
jekk għandhiex tingħata liċenza u l-kondizzjonijiet li
xi liċenza li tingħata għandu jkollha, u b’mod
partikolari kull spiża li ssir dwar xi  monitoring  biex
jiġi stabbilit l-effett li r-rimi jista’ jkollu jew kellu fuq
l-ambjent tal-baħar u r-riżorsi ħajjin li jgħixu fih.
(4) Liċenza - 
(a) għandha tispeċifika l-persuna li lilha tkun ġiet
mogħtija;
(b) għandha tgħid jekk għandhiex tibqa’ fis-seħħ sakemm
tiġi revokata jew sakemm jiskadi ż-żmien speċifikat
fil-liċenza;
(ċ) għandha tispeċifika l-kwantità u d-deskrizzjoni ta’
sustanzi jew oġġetti li għaliha tirreferi; u
(d) tista’ tagħmel disposizzjonijiet u kondizzjonijiet
differenti dwar xortiet differenti ta’ sustanzi jew
oġġetti. 
(5) Il-Ministru jista’ jittrasferixxi liċenza mingħand id-detentur
lil kull persuna oħra fuq applikazzjoni ta’ dik il-persuna jew tad-
detentur, iżda jkollu s-setgħa li jinkludi kondizzjonijiet
addizzjonali f’liċenza meta jittrasferiha.
(6) Kull persuna li biex tikseb l-għoti jew it-trasferiment ta’
liċenza, jew sabiex taqdi xi dmir impost fuqha bħala kondizzjoni
ta’ liċenza, xjentement jew bi traskuraġni tagħmel dikjarazzjoni
falza jew xjentement jew bi traskuraġni tipproduċi, tagħti, tiffirma
jew xort’oħra tagħmel użu minn dokument li jkun fih dikjarazzjoni
falza tkun ħatja ta’ reat u teħel meta tinsab ħatja multa ta’ mhux
iżjed minn elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iktar minn
sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Id-disposizzjonijiet 
dwar ir-rimi jiġu 
nfurzati.
23. (1) Il-Ministru jista’ jinkariga lil dawk l-uffiċjali pubbliċi
jew persuni oħra li jidhirlu xierqa (f’din it-Taqsima ta’ dan l-Att
imsejħa "uffiċjali esekuttivi") biex jiżguraw it-tħaris ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att u l-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta’ kull
liċenza mogħtija minnu taħt l-artikolu 22 ta’ l-Att.
(2) Fil-qadi ta’ dmirijietu, uffiċjal esekuttiv - 
(a) jista’ f’kull ħin xieraq jidħol f’kull post u jitla’ fuq
kull vettura, biċċa tal-baħar jew struttura tal-baħar, u
jispezzjonahom, u sew ma’ persuni u b’tagħmir biex
igħinuh fid-dmirijiet tiegħu, kemm mingħajrhom;
(b) jista’ jiftaħ kull reċipjent u jeżamina u jieħu kampjun
ta’ kull sustanza jew oġġett;
(ċ) jista’ jeżamina tagħmir u jeħtieġ lil kull persuna
inkarigata minnu li tagħmel dak kollu li fil-fehma ta’ l-
uffiċjal ikun meħtieġ biex jiġi faċilitat l-eżami;
(d) jista’ jeħtieġ lil kull persuna li tipproduċilu kull
liċenza,  records  jew dokumenti oħra dwar ir-rimi ta’
 18      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
sustanzi jew oġġetti fil-baħar u li jkunu fil-kustodja
jew fil-pussess tagħha;
(e) jista’ jeħtieġ lil kull persuna abbord biċċa tal-baħar,
inġenju ta’ l-ajru jew struttura tal-baħar li tipproduċi
kull record jew dokumenti oħra li jirreferu għalihom u
li jkunu fil-kustodja jew fil-pussess tagħha;
(f) jista’ jieħu kopji ta’ kull dokument prodott taħt xi
wieħed mill-paragrafi ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu;
u 
(g) jista’ jeħtieġ l-attendenza quddiemu ta’ kull persuna li
jkun jidhirlu meħtieġa jew spedjenti li jeżamina. 
Rinforz ta’ 
Konvenzjonijiet 
eċċ., dwar ir-rimi. 
24. Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jiddikjara - 
(a) li kull proċedura li tkun ġiet imwaqqfa għall-
applikazzjoni effettiva ta’ Konvenzjoni dwar ir-rimi
fil-baħar li fiha Malta tkun parti, u li tkun speċifikata
fl-ordni, tkun proċedura aċċettata bejn Malta u l-Gvern
ta’ l-Istat tal-Konvenzjoni li jkun bl-istess mod
speċifikat; u
(b) li s-setgħat mogħtija bl-artikolu 23 ta’ dan l-Att jistgħu
jiġu eżerċitati sabiex tiġi nfurzata dik il-proċedura
barra l-ibħra territorjali ta’ Malta -
(i) dwar bastiment Malti minn persuna awtorizzata
li tinforzaha mill-Gvern ta’ dak l-Istat
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "uffiċjal
barrani esekuttiv"); u
(ii) dwar bastiment ta’ dak l-Istat, minn uffiċjal
esekuttiv,
u meta jkun sar ordni taħt dan l-artikolu s-setgħat mogħtija bl-
artikolu 23 ta’ dan l-Att għandhom ikunu eżerċitabbli skond dak l-
ordni.
Disposizzjonijiet 
mixxellanji dwar 
uffiċjali esekuttivi.
Emendat: 
XIII. 1983.4.
25. (1) Uffiċjal esekuttiv jew uffiċjal barrani esekuttiv ma
jkunx responsabbli f’xi proċedimenti ċivili jew kriminali għal xi
ħaġa li tkun tidher li qed issir fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilu
b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att jekk il-qorti tkun sodisfatta li l-
egħmil ikun sar in bona fide u li kien hemm raġunijiet xierqa biex
hekk jagħmel.
(2) Kull persuna li - 
(a) mingħajr raġuni xierqa tonqos li tħares xi ħtieġa
mposta, jew li twieġeb għal xi mistoqsija, mill-uffiċjal
esekuttiv jew minn uffiċjal barrani esekuttiv taħt din
it-Taqsima ta’ dan l-Att;
(b) mingħajr raġuni xierqa ma tħallix, jew tipprova ma
tħallix, lil xi persuna oħra tħares xi ħtieġa bħal dik jew
twieġeb xi mistoqsija bħal dik; jew
(ċ) tattakka lil xi uffiċjal bħal dak waqt l-eżerċizzju ta’ xi
setgħat mogħtija lilu b’din jew bis-saħħa ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att jew tfixkel lil xi uffiċjal bħal dak
fl-eżerċizzju ta’ xi waħda minn dawk is-setgħat,
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    19
tkun ħatja ta’ reat.
(3) Persuna ħatja ta’ reat taħt dan l-artikolu teħel, meta tinsab
ħatja, fil-każ ta’ l-ewwel reat multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira,
u fil-każ tat-tieni reat jew reat ieħor wara multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira, dwar kull wieħed minn dawk ir-reati.
Xiehda. 
bil-miktub li tidher li tkun rapport magħmul minn uffiċjal esekuttiv
jew minn uffiċjal barrani esekuttiv fuq ħwejjeġ li jkunu ġew
aċċertati fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu taħt din it-Taqsima ta’ dan
l-Att tiġi milqugħa bħala prova l-istess bħal xiehda bil-fomm f’dak
is-sens minn dak l-uffiċjal.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jittieħed b’żieda
ma’, u mhux b’deroga ta’, id-disposizzjoni ta’ xi liġi oħra dwar l-
ilqugħ jew l-ammissibbiltà ta’ prova b’dokumenti.
TAQSIMA VII 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti, eċċ. 
Emendat: 
XIII. 1983.4. 
27. (1) Bla ħsara għas-setgħat mogħtija bid-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-Att, il-Ministru jista’ jagħmel dawk ir-
regolamenti, regoli jew ordnijiet, jew jagħti dawk id-direttivi, li fil-
fehma tiegħu jkunu meħtieġa jew spedjenti sabiex iseħħu kull
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u b’mod partikolari, iżda
bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, il-Ministru jista’
jagħmel regolamenti - 
(a) li jippreskrivu sustanzi u klassijiet ta’ sustanzi li huma,
għall-finijiet ta’ dan l-Att, oġġetti li jniġġżu;
Kap. 234.
(b) dwar il-bini ta’ bastimenti li jġorru żejt jew oġġetti
oħra li jniġġżu u t-tagħmir, manutenzjoni, il-provi u l-
użu ta’ tagħmir elettroniku jew tagħmir ieħor tan-
navigazzjoni fuq dawk il-bastimenti, b’żieda ma’ kull
tagħmir ieħor meħtieġ b’xi disposizzjoni ta’ l-Att dwar
il-Bastimenti Merkantili jew ta’ xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu;
(ċ) dwar il-provvisti u tagħmir li għandhom jinġarru u t-
tagħmir u l-istallazzjonijiet li jkunu meħtieġa fuq
bastimenti li jġorru żejt jew oġġetti oħra li jniġġżu
għat-tqandil taż-żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż u biex
isir dak li jkun meħtieġ għal kull tfigħ tagħhom;
(d) li jippreskrivu l-proċeduri li għandhom jitħarsu meta
żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż jitgħabba jew jinħatt
minn bastiment fl-ibħra territorjali ta’ Malta jew jiġi
trasferit abbord bastiment f’dawk l-ibħra;
(e) li jippreskrivu l-provvisti u t-tagħmir li għandhom
jinżammu minn operaturi ta’ faċilitajiet fuq il-baħar u
fuq l-art għal bastimenti biex jintużaw f’xi tfigħ ta’
 20      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż;
(f) li jippreskrivu l-miżuri għall-ħarsien ta’ l-ambjent tal-
baħar minn tniġġiż b’żibel u drenaġġ minn bastimenti; 
(g) li jeħtieġu persuni li jkunu jagħmlu xi kummerċ,
negozju jew manifattura f’Malta biex iqiegħdu dak it-
tagħmir u jieħdu dawk il-miżuri l-oħra li jistgħu jiġu
preskritti sabiex jiġi evitat jew ikkontrollat it-tniġġiż
tal-baħar b’xi skart tal-kummerċ;
(h) li jippreskrivu l-kwantitajiet ta’ żejt jew oġġetti oħra li
jniġġżu għall-finijiet tat-tifsira "fi kwantitajiet" f’dan
l-Att;
(i) dwar il-mod kif jinżamm l-iskart taż-żejt jew skart
ieħor ta’ bastimenti li jġorru żejt jew oġġetti oħra li
jniġġżu;
(j) li jippreskrivu kull ħaġa li hi meħtieġa jew awtorizzata
b’dan l-Att li tiġi preskritta.
(2) Kull setgħa mogħtija lill-Ministru b’dan l-Att li jagħmel
regolamenti, regoli jew ordnijiet, jew li jagħti direttivi, tinkludi s-
setgħa - 
(a) li jvarja, jibdel jew iħassar kull regolament, regola,
ordni jew direttiva bħal dawk, mingħajr ħsara għall-
egħmil ta’ regolament, regola jew ordni ġodda, jew
għall-għoti ta’ direttiva ġdida;
(b) bla ħsara għal dawk il-limitazzjonijiet jew
disposizzjoni oħra espressa li tinsab f’dan l-Att, li
tipprovdi għal multa jew ammenda ta’ mhux iktar
minn għaxart elef lira jew priġunerija għal mhux iktar
minn sitt xhur, jew it-tnejn, u għal kull sanzjoni oħra li
l-Ministru jidhirlu xierqa;
(ċ) li jagħmel dawk id-disposizzjonijiet tranżitorji,
inċidentali jew supplementari li fil-fehma tal-Ministru
jkunu xierqa.
(3) Regolamenti, regoli u ordnijiet magħmula, u direttivi
mogħtija taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistgħu
jsiru jew jingħataw bl-ilsien Ingliż biss.
Setgħat ta’ spettur. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
28. (1) Il-Ministru jista’ jaħtar jew isemmi xi persuna bħala
spettur biex tirrapportalu, jew b’mod ġenerali jew għal għanijiet
speċifikati jew fi ġrajjiet speċjali - 
(a) jekk il-projbizzjonijiet, ir-restrizzjonijiet u l-obbligi
mposti bis-saħħa ta’ dan l-Att ġewx imħarsa;
(b) liema miżuri għandhom jew ikun hemm ħtieġa li
jittieħdu biex jiġi evitat it-tfigħ ta’ żejt jew oġġetti
oħra li jniġġżu.
(2) Persuna maħtura jew imsemmija skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jkollha s-setgħa - 
(a) li titla’ abbord kull biċċa tal-baħar u tispezzjonaha jew
tispezzjona xi parti minnha jew kull ħaġa mill-
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    21
makkinarju, dgħajjes, tagħmir jew oġġetti li jkunu
abbord u kull tagħmir biex jittrasferixxi żejt jew oġġett
ieħor li jniġġeż, għall-fini tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu u biex jiġu aċċertati ċ-ċirkostanzi dwar tfigħ
taż-żejt jew ta’ oġġett ieħor li jniġġeż allegat mill-
biċċa tal-baħar għal ġo l-ibħra;
(b) li titla’ abbord kull biċċa tal-baħar li tkun fl-ibħra
territorjali ta’ Malta u li jkollha suspett li tkun fi
triqtha għal post f’Malta, u li tagħmel dawk l-
ispezzjonijiet tal-biċċa tal-baħar li bihom tkun tista’
tistabbilixxi jekk il-biċċa tal-baħar tkunx tħares kull
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew tar-
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu li jkunu
japplikaw għaliha;
(ċ) li titla’ abbord kull biċċa tal-baħar u tagħmel prova lil
kull tagħmir li jkun abbord li bih il-biċċa tal-baħar
għandha tkun mgħammra skond regolamenti
magħmula taħt dan l-Att;
(d) li teħtieġ il-produzzjoni ta’ kull record book li għandu
jinġarr u kull  records  li għandhom jinżammu skond
regolamenti magħmula taħt dan l-Att;
(e) li titla’ abbord kull bastiment tal-Konvenzjoni waqt li
l-bastiment ikun f’port jew fi stazzjon f’Malta, u li
teħtieġ il-produzzjoni ta’ kull  record book, dokument
jew ċertifikat li skond il-Konvenzjoni għandu jinġarr;
(f) li tikkopja kull reġistrazzjoni minn kull ktieb jew
record bħal dawk u li teħtieġ li l-kaptan jiċċertifika l-
kopja bħala vera kopja tar-reġistrazzjoni;
(g) li tordna kull bastiment li jitlaq mill-ibħra territorjali
ta’ Malta fuq dik ir-rotta u b’dak il-mod li tista’
tordna, li jibqa’ barra minn dawk l-ibħra jew li jmur u
jirmiġġa, jankra jew jibqa’ għal ħin xieraq speċifikat
minnha u f’post magħżul minnha li jkun fl-ibħra
territorjali ta’ Malta - 
(i) jekk tissospetta, fuq raġunijiet xierqa, li l-
bastiment ma jkunx iħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew mir-
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu li jkunu
jew jistgħu jkunu japplikaw għalih; jew
(ii) jekk, minħabba t-temp, viżibbiltà,
kondizzjonijiet tal-baħar, il-kondizzjoni tal-
bastiment jew xi tagħmir tiegħu, jew minħabba
xi nuqqas fl-ekwipaġġ tiegħu jew fin-natura u l-
kondizzjoni tat-tagħbija, tkun sodisfatta li dak l-
ordni jkun ġustifikat biex jiġi evitat it-tfigħ ta’
żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż;
(h) tordna lil kull bastiment li hi tissospetta, fuq raġunijiet
xierqa, li jkun qed iġorr żejt jew oġġett ieħor li
jniġġeż, li jgħaddi mill-ibħra territorjali ta’ Malta fuq
dik ir-rotta preskritta minnha u b’rata ta’ ħeffa li ma
tkunx iktar mir-rati msemmija minnha; u
 22      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
(i) meta tkun mgħarrfa li kwantità sostanzjali ta’ oġġett li
jniġġeż tkun ġiet mitfugħa fl-ibħra territorjali ta’
Malta jew li tkun daħlet f’dawk l-ibħra, jew meta fuq
raġunijiet xierqa tkun sodisfatta li jkun hemm periklu
kbir u imminenti ta’ tfigħ sostanzjali ta’ oġġett li
jniġġeż - 
(i) tordna lill-bastimenti kollha f’area speċifikata
ta’ l-ibħra territorjali ta’ Malta li jirrapportawlha
l-pożizzjoni tagħhom; u
(ii) tordna lil kull bastiment li jieħu sehem fit-
tnaddif ta’ dak iż-żejt jew oġġett ieħor li jniġġeż
jew f’kull azzjoni biex jiġi kontrollat jew
jitwaqqaf it-tniġġiż.
(3) Spettur li jeżerċita xi waħda mis-setgħat mogħtija bis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu m’għandux mingħajr ħtieġa
jżomm jew idewwem lill-bastiment milli jkompli fuq il-vjaġġ
tiegħu.
(4) Kull setgħa mogħtija b’dan l-artikolu biex xi tagħmir
abbord bastiment issirlu prova għandha tiftiehem li tinkludi setgħa
li teħtieġ persuni abbord il-bastiment li jagħmlu dak ix-xogħol li
jkun meħtieġ biex it-tagħmir tkun tista’ ssirlu l-prova.
(5) Ikun dovut u jkollu jitħallas lis-sid ta’ kull bastiment
kumpens għal servizzi mogħtija minn dak il-bastiment skond ordni
mogħti taħt is-sub-paragrafu (ii) tal-paragrafu (i) tas-subartikolu
(2) ta’ dan l-artikolu.
(6) Jekk xi persuna tfixkel jew tipprova tfixkel lil xi spettur
milli jitla’ abbord xi biċċa tal-baħar jew xort’oħra ma tħallihx jew
tipprova ma tħallihx jaqdi d-dmirijiet jew il-funzjonijiet tiegħu
skond dan l-artikolu, jew tonqos mingħajr raġuni xierqa li tħares xi
ħtieġa leġittima ta’ l-ispettur, jew ma tħallix jew tipprova ma
tħallix lil xi persuna oħra tħares xi ħtieġa bħal dik jew xjentement
tagħmel dikjarazzjoni falza jew qarrieqa jew bil-fomm jew bil-
miktub, lil spettur, dik il-persuna teħel għal kull reat multa ta’
mhux iżjed minn elf lira.
Konvenzjonijiet 
dwar tniġġiż jiġu 
nfurzati.
29. (1) Jekk il-Ministru jkun sodisfatt - 
(a) li l-Gvern ta’ xi pajjiż ikun aċċetta, jew ikun
iddenunzja Konvenzjoni; jew
(b) li Konvenzjoni tapplika, jew ma tkunx baqgħet
tapplika, għal xi territorju,
hu jista’, b’ordni fil-Gazzetta, jagħmel dikjarazzjoni f’dak is-sens.
(2) F’dan l-Att "Konvenzjoni" tfisser Konvenzjoni li fiha l-
Gvern ta’ Malta jkun parti u li tkun tirreferi, jew safejn tkun
tirreferi, għall-ħarsien mit-tniġġiż tal-baħar.
Setgħa għall-
applikazzjoni ta’ 
ċerti 
disposizzjonijiet 
għal bastimenti 
reġistrati barra 
minn Malta. 
30. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jordna li, bla
ħsara għal dawk l-eċċezzjonijiet u modifiki li jistgħu jiġu
speċifikati fl-ordni, kull disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ kull
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu, li ma japplikax għal
bastimenti reġistrati f’pajjiżi jew territorji barra minn Malta jkunu
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    23
japplikaw għal dawk il-bastimenti kull meta dawn ikunu f’port
f’Malta, jew meta jkunu fl-ibħra territorjali ta’ Malta waqt li dawn
ikunu fi triqthom għal jew minn port f’Malta.
(2) Ordni magħmul taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
m’għandux isir hekk li jimponi ħtiġijiet differenti dwar bastimenti
ta’ pajjiżi jew territorji differenti; iżda jekk il-Ministru jkun
sodisfatt, dwar xi pajjiż jew territorju, li bastimenti reġistrati
hemmhekk ikunu meħtieġa bil-liġi ta’ dak il-pajjiż jew territorju li
jħarsu disposizzjonijiet li sostanzjalment huma xorta, jew li
għandhom l-istess effett, bħall-ħtiġijiet imposti bis-saħħa ta’ l-
ordni, il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jordna li dawk il-
ħtiġijiet m’għandhomx japplikaw għal xi bastiment reġistrat f’dak
il-pajjiż jew territorju jekk il-bastiment ikun iħares dawk id-
disposizzjonijiet li japplikaw għalih taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż jew
territorju.
(3) Ebda disposizzjoni ma għandha bis-saħħa ta’ ordni
magħmul taħt dan l-artikolu tapplika għal xi bastiment bħala li hu
f’port f’Malta, jew fi triqtu minn jew għal dak il-port, jekk il-
bastiment ma kienx ikun f’dak il-port, jew skond il-każ, fi triqtu
għal jew mill-port, kieku mhux minħabba t-temp jew xi ċirkostanzi
oħra li la l-kaptan lanqas is-sid lanqas il-kerrej (jekk ikun hemm)
tal-bastiment ma seta’ jevita jew jipprevjeni.
Setgħa biex 
jinżamm 
bastiment. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
31. (1) Meta l-Ministru jkollu raġuni xierqa jaħseb li xi żejt
jew oġġett ieħor li jniġġeż jew xi taħlita ta’ żejt jew oġġett ieħor li
jniġġeż tkun ġiet mitfugħa minn xi bastiment u s-sid tal-bastiment
ikun sar responsabbli taħt l-artikolu 8 jew l-artikolu 10 ta’ dan l-
Att, il-bastiment jista’ jiġi miżmum sakemm is-sid jew l-
assiguraturi tal-bastiment jiddepożitaw mal-Gvern somma flus, jew
jagħtu dik il-garanzija, li fil-fehma tal-Ministru tkun biżżejjed biex
tkopri r-responsabbiltà tas-sid skond dawk l-artikoli.
(2) Jekk bastiment jipprova jitlaq minn port f’Malta jew mill-
ibħra territorjali ta’ Malta jew minn stazzjon f’dawk l-ibħra bi ksur
ta’ l-artikolu 22 ta’ dan l-Att il-bastiment jista’ jiġi miżmum.
(3) Meta bastiment għandu jew jista’ jiġi miżmum kull uffiċjal
b’kummissjoni fis-servizz militari ta’ Malta, kull uffiċjal tal-
Pulizija mhux taħt il-grad ta’ spettur, kull uffiċjal tad-Dwana, jew
uffiċjal xieraq, jista’ jżomm lill-bastiment; u jekk il-bastiment wara
li jiġi miżmum, jew wara li jiġi notifikat lill-kaptan avviż ta’
detenzjoni, isalpa qabel ma jiġi meħlus mill-awtorità kompetenti,
il-kaptan tal-bastiment, kif ukoll is-sid u kull persuna li tagħti l-
ordni biex il-bastiment isalpa, jekk dak is-sid jew dik il-persuna
tkun ħadet sehem biex jew qablet li l-bastiment isalpa, ikunu ħatja
ta’ reat u jeħlu, meta jinsabu ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
ħamsin elf lira.
(4) Kull persuna awtorizzata skond dan l-artikolu li żżomm
bastiment tista’, jekk jidhrilha meħtieġ, tqiegħed Pulizija jew
gwardjan ieħor abbord u tieħu dawk il-miżuri l-oħra biex il-
bastiment ma jitħalliex isalpa.
 24      KAP. 271.ħ       TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR
Bejgħ ta’ bastiment 
biex jiġi żgurat il-
ħlas ta’ multi.
Emendat:
XXIV. 1995.362. 
32. Meta s-sid jew il-kaptan ta’ bastiment ikun instab ħati ta’
reat skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u xi multa mposta taħt
dan l-Att ma titħallasx fiż-żmien ordnat mill-qorti, il-qorti jkollha,
b’żieda ma’ kull setgħat biex tinforza l-ħlas, is-setgħa li tordna li l-
ammont li jibqa’ mhux imħallas jinġabar bis-sekwestru u l-bejgħ
tal-bastiment, tal-parank, l-għamara u l-apparat tiegħu, u dik il-
qorti jkollha, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, is-setgħat kollha li bil-
liġi huma mogħtija lill-Qorti Ċivili, Prim’Awla.
Ħarsien minn 
responsabbiltà. 
33. (1) Ħlief kif provdut fl-artikolu 18 ta’ dan l-Att, kull
azzjoni li tittieħed jew li tonqos li tittieħed mill-Ministru taħt dan l-
Att, jew minn xi persuna li taġixxi taħt l-awtorità tal-Ministru jew
xort’oħra fl-esekuzzjoni ta’ dan l-Att, ma għandha f’ebda
ċirkostanzi tagħmel lill-Ministru, sew personalment jew
b’rappreżentanza tal-Gvern, responsabbli għal xi azzjoni,
responsabbiltà jew pretensjoni tkun li tkun.
(2) Kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità tal-Ministru jew
xort’oħra fl-esekuzzjoni ta’ dan l-Att ma tkunx personalment
responsabbli għal xi danni jew telf li jiġġarrab minħabba xi għemil
jew nuqqas ta’ dik il-persuna fil-qadi ta’ l-imsemmija dmirijiet
tagħha kemm-il darba ma jiġix ippruvat li l-egħmil jew in-nuqqas
ma jkunx sar bona fide.
Bastimenti tal-
Gvern.
34. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma japplikawx għal, jew
dwar, xi bastiment tal-gwerra jew xi bastiment li f’dak iż-żmien
ikun qed jintuża mill-Gvern ta’ Malta jew mill-Gvern ta’ xi stat
barrani għal xi għan li ma jkunx għan kummerċjali.
Eżenzjonijiet.  35. Il-Ministru jista’ jeżenta bastimenti jew klassijiet ta’
bastimenti minn kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew
ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, jew b’mod assolut
jew taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Riżerva għal 
pretensjonijiet, 
restrizzjonijiet, 
eċċ., oħra. 
36. (1) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tippreġudika xi pretensjoni
jew l-esekuzzjoni ta’ xi pretensjoni, li persuna li ssir responsabbli
taħt dan l-Att jista’ jkollha kontra persuna oħra dwar dik ir-
responsabbiltà.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tolqot xi restrizzjoni
mposta b’xi jew taħt xi liġi oħra jew tidderoga minn xi dritt ta’
azzjoni jew rimedju ieħor (sew ċivili sew kriminali) fi proċedimenti
li jsiru mhux taħt dan l-Att.
Tħassir. 37. Il-liġijiet imsemmija fl-ewwel kolonna ta’ l-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Att ikollhom effett bl-emendi u t-tħassir imsemmija
dwarhom fit-tieni kolonna ta’ dik l-Iskeda.
                      TNIĠĠIŻ TAL-BAĦAR        ġKAP. 271.    25
SKEDA
LIĠI SAFEJN TIĠI EMENDATA 
JEW IMĦASSRA
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, 
Kap. 10.
L-artikolu 228 huwa mħassar. 
L-Att dwar il-Blata 
Kontinentali, Kap. 194.
L-artikolu 7 huwa mħassar.
