ENEMALTA ġ K AP. 272.    1
KAPITOLU 272
ATT DWAR L-ENEMALTA
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ enti morali li jkun magħruf bħala Enemalta, u għall-
eżerċizzju u l-qadi minn jew f’isem dak l-enti ta’ funzjonijiet dwar l-akkwist, trasformazzjoni,
manifattura, tqassim u bejgħ ta’ għejjun ta’ enerġija u l-produzzjoni, ġenerazzjoni, tqassim u
bejgħ ta’ enerġija; biex jipprovdi għat-trasferiment lill-imsemmi enti ta’ ċerti stallazjonijiet,
tagħmir jew proprjetà  oħra; u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ anċillari ma’ dawn jew konnessi
magħhom.
1 ta’ Ottubru, 1977;
1 ta’ Frar, 1978
L-ATT XVI ta’ l-1977, u ġie emendat bl-Atti: XXIX ta’ l-1979, XIII u XVII ta’ l-1983, XVI
ta’ l-1987, XXXIV ta’ l-1989, XXIII ta’ l-1991, XV ta’ l-1995, XVI ta’ l-1997 u XXV ta’ l-2000. 
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1 -2 
Taqsima II.  Twaqqif, Funzjonijiet u Komposizzjoni ta’ Enemalta  3-15 
Taqsima III.  Disposizzjonijiet Finanzjarji  16-24 
Taqsima IV.  Trasferiment lil Enemalta ta’ ċerti Impriżi  25-27
Taqsima V.  Kumitati ta’ Amministrazzjoni w Uffiċjali w
Impjegati ta’Enemalta  28-34 
Taqsima VI.  Kuntratti u Setgħa għal ksieb jew tneħħija ta’ 
Proprjetà 35-36 
Taqsima VII.  Disposizzjonijiet Mixxellanji  37-47
SKEDA 
  2      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Enemalta.
Tifsir.
Emendat:
XXIX. I979.3;
XXIII. 1991.53. 
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"apparat", dwar enerġija elettrika, tinkludi l-makni, l-apparati ta’
konsum u l-fittings kollha li fihom ikunu wżati kondutturi jew li
jifformaw parti minnhom;
Kap. 355.
"Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma" tfisser il-Korporazzjoni
għas-Servizzi ta’ l-Ilma kif imwaqqfa mill-Att dwar il-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, jew, jekk mhux provdut
xort’oħra, kull korporazzjoni jew awtorità  oħra li tissostitwixxi dik
il-korporazzjoni jew awtorità ;
"Bord" tfisser il-Bord tad-Diretturi mwaqqaf bl-artikolu 5;
"Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta" tfisser il-Bord ta’ l-Elettriku ta’
Malla mwaqqaf bl-Att ta’ l-1963 dwar l-Elettriku*;
"Bord tal-Gass" tfisser il-Bord tal-Gass imwaqqaf bl-Att ta’ l-
1952 dwar il-Gass*;
"chairman", "deputat chairman" u "membri" jfissru ċ-chairman,
id-deputat chairman u membru, rispettivament, tal-Bord; 
"Enemalta" tfisser il-korporazzjoni magħrufa b’dak l-isem u
mwaqqfa bl-artikolu 3;
"enerġija elettrika" tfisser enerġija elettrika meta tkun ġenerata,
trasmessa, provduta jew użata għal kull għan ħlief it-trasmissjoni
ta’ xi komunikazzjoni jew sinjal;
"fond" tinkludi artijiet, bini, djar u kull struttura oħra tkun li
tkun;
Kap. 174.
"Fond tal-Ħelsien tat-Teżorerija" tfisser il-Fond stabbilit bl-
artikolu 32 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-
Verifika;
"gass" tfisser kull idrokarburi f’forma gassuża sew jekk fl-istat
naturali tagħhom kemm jekk jinkisbu minn pitrolju jew jiġu
prodotti kimikament;
"ġurnata stabbilita", dwar id-disposizzjonijiet tat-Taqsima IV ta’
dan l-Att, tfisser il-ġurnata li fiha l-artikolu 25 jibda jseħħ;
"impriża trasferita" tfisser impriża li għaliha japplika l-artikolu
25 skond id-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu; 
"konduttur" tfisser konduttur elettriku rranġat biex ikun
imwaħħal ma’ sistema;
"konsumatur", dwar enerġija elettrika, tfisser persuna li lilha jew
akkont tagħha tingħata enerġija elettrika minn Enemalta; 
"Korporazzjoni" tffsser il-Korporazzjoni magħrufa bħala
*Imħassar b’dan l-Att.
ENEMALTA ġ K AP. 272.    3
Enemalta mwaqqfa bl-artikolu 3;
"linja ta’ provvista" tfisser konduttur jew kondutturi jew mezzi
oħra ta’ għoti, trasmissjoni jew tqassim ta’ enerġija elettrika,
flimkien ma’ kull casing, coating, għata, tubu, insulatur ta’ kanna
jew parti li tagħlaq, tħaddan jew issaħħaħ lil dawn jew xi parti
minnhom, jew kull bini jew apparat imqabbad miegħu, sabiex
jittrasforma, jagħti, jittrasmetti jew iqassam l-enerġija elettrika;
"main" tfisser linja ta’ provvista li minnha l-enerġija elettrika
tista’ tgħaddi jew tista’ tiġi provduta, sew jekk dik il-linja tkun qed
tintuża u sew jekk le;
"materjali ta’ l-elettriku" tinkludi apparati ta’ l-elettriku; 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-enerġija, u
safejn tingħata xi awtorità , tinkludi kull persuna awtorizzata mill-
imsemmi Ministru għal hekk;
"pitrolju" tfisser kull idrokarburi naturali sew f’forma likwida
jew gassuża magħdud żejt mhux raffinat u gass naturali, u sew jekk
fi stat mhux raffinat jew naturali kemm f’forma proċessata jew
raffinata;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti, regoli jew ordnijiet
magħmulin b’dan l-Att jew miżmuma fis-seħħ bis-saħħa tiegħu; 
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jtemm fit-
tletin jum ta’ Settembru;
"sigurtà  privata" tfisser it-tneħħija ta’ periklu lil individwi jew lil
proprjetà  privata;
"sigurtà  pubblika" tfisser it-tneħħija ta’ periklu lill-pubbliku
ġenerali, lill-proprjetà  pubblika, u lit-toroq, tarzni, mollijiet,
bankini, pontijiet, impjanti tal-gass, impjanti ta’ l-ilma u l-apparati
tagħhom u linji ta’ sinjali telegrafiċi, telefoniċi jew linji oħra ta’
sinjali elettriċi;
"sistema", dwar enerġija elettrika, tfisser sistema elettrika li fiha
l-kondutturi u l-apparati kollha jkunu mqabbda elettrikament jew
manjetikament;
"stallazzjoni" tfisser l-intier ta’ kull impjant jew apparat, maħsub
għall-akkwist, provvista, ħażna, użu jew tqassim ta’ kull enerġija
elettrika jew ta’ pitrolju, flimkien ma’ kull impjant, bini, art u
kanen meħtieġa dwarhom, u dwar l-enerġija elettrika, tinkludi
prime movers, kanen ta’ provvista u apparat għall-konsum, jekk
ikun hemm;
"triq" tinkludi kull triq, sqaq, misraħ, mogħdija, triq dejqa, bitħa,
passaġġ, spazju fil-beraħ jew post ieħor ta’ mogħdija pubblika;
"uffiċjal" u "impjegat" dwar Enemalta tinkludi kull uffiċjal
pubbliku li jkun ġie mqabbad biex jaqdi dmirijiet mal-
Korporazzjoni.
(2) Kull riferenza f’dan l-Att għal regolamenti, regoli jew
ordnijiet magħmula skond dan l-Att għandhom jinkludu riferenza
għal regolamenti, regoli jew ordnijiet miżmuma fis-seħħ b’dan l-
Att.
  4      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
TAQSIMA II
TWAQQIF, FUNZJONIJIET U KOMPOSIZZJONI TA’ ENEMALTA
Twaqqif u 
funzjonijiet ta’ 
Enemalta. 
Emendat: 
XXIII. 1991.53;
XXV. 2000.36.
3. (1) Qed tiġi b’dan imwaqqfa korporazzjoni li tkun
magħrufa bħala Enemalta.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u għal kull
ħtieġa li hemm provdut dwarha taħt kull liġi oħra, Enemalta hija
awtorizzata:
(a) li timporta, takkwista, timmanifattura, iżżomm,
taħżen, tqassam, tbiegħ, tesporta jew xort’oħra tneħħi
pitrolju jew xi għamla tiegħu;
(b) li tiġġenera, tixtri, tittrasmetti, tittrasferixxi, tqassam u
tagħti enerġija elettrika għal għanijiet domestiċi,
kummerċjali, industrjali u l-għanijiet l-oħra kollha.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u għal kull
ħtieġa oħra li hemm provdut dwarha taħt xi liġi oħra, jkun id-dmir
ta’ Enemalta:
(a) li tiżviluppa u żżomm sistema effiċjenti sabiex tkun
tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att;
(b) li tmexxi u tħaddem l-impriżi kollha u stallazzjonijiet
oħra u l-proprjetà  kollha, trasferiti lil Enemalta u
vestiti fiha bis-saħħa ta’ dan l-Att jew xort’oħra
akkwistati mill-Korporazzjoni għall-għanijiet ta’ xi
funzjonijiet tagħha;
(ċ) li tistabbilixxi, tmexxi u tħaddem dawk l-
istallazzjonijiet, magħduda l-istallazzjonijiet għall-
bidla ta’ ilma baħar, kif Enemalta jidhrilha spedjenti li
tistabbilixxi, tmexxi jew tħaddem;
(d) li tipprovdi l-maniġġ, il-ġenerazzjoni u l-użu ta’ sorsi
u forom oħra ta’ enerġija;
(e) (imħassar bl-Att XXV. 2000.36);
(f) li tagħti pariri lill-Ministru fuq il-ħwejjeġ kollha li
għandhom x’jaqsmu ma’ xi funzjonijiet tagħha skond
dan l-Att.
(4) Għall-finijiet ta’ kull waħda mill-funzjonijiet tagħha,
Enemalta tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal
kull ħtieġa oħra li hemm provdut dwarha taħt xi liġi oħra:
(a) takkwista, tibni, tibni mill-ġdid, iżżomm u tħaddem l-
istallazzjonijiet kollha xierqa;
(b) takkwista kull proprjetà  li l-Korporazzjoni jidhrilha
xierqa jew spedjenti għall-bini, estensjoni jew tiżmim
ta’ kull stallazzjoni jew xort’oħra sabiex taqdi l-
funzjonijiet tagħha skond dan l-Att;
(ċ) tagħmel kull għemil jew ħwejjeġ meħtieġa sabiex
taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att, magħdud
il-ftuħ u t-tkissir tal-wiċċ ta’ kull triq:
Iżda l-ftuħ u t-tkissir tal-wiċċ ta’ kull triq għal xi
ENEMALTA ġ K AP. 272.    5
wieħed mill-imsemmija għanijiet m’għandhomx isiru
mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta;
(d) tagħmel, sew bħala prinċipal jew aġent jew kuntrattur,
dawk l-attivitajiet kollha li fil-fehma ta’ Enemalta
jkunu meħtieġa, vantaġġużi jew konvenjenti li jsiru
għal jew dwar il-qadi ta’ xi waħda mill-funzjonijiet
tal-Korporazzjoni skond dan l-Att jew sabiex isir l-
aħjar użu mill-attiv tal-Korporazzjoni;
(e) tiftaħ fergħat u tinnomina aġenti u korrispondenti
f’Malta u barra minn Malta;
(f) (imħassar bl-Att XXV. 2000.36);
(g) teżerċita kull setgħa oħra vestita fiha b’dan l-Att jew
xort’oħra.
(5) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, l-Enemalta
għandha -
(a) ikollha dawk il-liċenzi, permessi jew
awtorizzazzjonijiet oħra;
(b) tkun suġġetta għal dawk ir-regolamenti, regoli,
ordnijiet, direzzjonijiet, standards u provvedimenti
regolatorji oħra,
Kap. 423.
dwar Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, jew kull ligi oħra.
Kap. 156. 
Kap. 194. 
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu m’għandhom jolqtu
ebda dritt, setgħa jew awtorità  mogħtija b’liċenza maħruġa bis-
saħħa ta’ l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Pitrolju jew bis-saħħa ta’
dak l-Att u dak l-Att kif applikat bl-Att dwar il-Blata Kontinentali.
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza ta’ 
Enemalta.
4. (1) Enemalta tkun enti morali b’personalità  ġuridika
distinta u tkun tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
tagħmel kuntratti, takkwista, iżżomm u tneħħi kull xorta ta’
proprjetà  għall-għanijiet tal-funzjonijiet tagħha, tħarrek, tiġi
mħarrka, u tagħmel kull ħaġa u tidħol f’kull negozju li jkunu
inċidentali jew iwasslu għall-eżerċizzju jew għall-qadi tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, magħdud li tislef jew tissellef
flus.
(2) Ir-rappreżentanza ġuridika ta’ Enemalta tkun vestita fiċ-
chairman:
Iżda l-Korporazzjoni tista’ taħtar wieħed jew aktar mill-membri
l-oħra tal-Bord jew mill-uffiċjali jew mill-impjegati tal-
Korporazzjoni biex jidhru f’isem u għal Enemalta f’kull
proċedimenti ġudizzjarji u f’kull att, kuntratt, kitba jew dokument
ieħor ikun li jkun.
(3) Kull dokument li jidher li jkun kitba magħmula jew
maħruġa minn Enemalta u li jkun iffirmat miċ-chairman għall-
Korporazzjoni għandu jiġi milqugħ bħala prova u għandu, sakemm
ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies li hu kitba magħmula jew
maħruġa minn Enemalta.
  6      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
Twaqqif u 
komposizzjoni tal-
Bord tad-Diretturi. 
Emendat: 
XVI.1987.2.
5. (1) Għandu jkun hemm Bord tad-Diretturi li jkun
responsabbli għall-politika u għall-amministrazzjoni ġenerali ta’ l-
affarijiet u tax-xogħol ta’ Enemalta.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn mhux inqas minn tliet membri
u mhux iktar minn disa’ membri maħtura mill-Ministru ħlief għal
membru wieħed li għandu jkun elett b’vot sigriet minn fost u mill-
impjegati tal-Korporazzjoni li jkunu eliġibbli li jivvutaw u li
joħorġu għal dawk l-elezzjonijiet skond regolamenti magħmulin
taħt l-artikolu 5A. Il-Ministru għandu jinnomina wieħed mill-
membri mahtura bħala chairman u membru ieħor maħtur bħala
viċi- chairman u dak il-membru l-ieħor ikollu s-setgħat kollha u
għandu jaqdi l-funzjonijiet kollha ta’ chairman meta dan ikun
assenti jew sakemm jinħatar chairman ġdid wara r-riżenja, temm
ta’ ħatra jew mewt taċ-chairman.
(3) Il-Ministru għandu jagħżel lill-membri minn fost persuni li
fil-fehma tiegħu jkunu kwalifikati minħabba li kellhom esperjenza
ta’, u jkunu wrew ħila fi, ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
akkwist, il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ enerġija jew ta’ għejjun ta’
enerġija, jew fl-organizzazzjoni ta’ ħaddiema, fl-industrija, fil-
kummerċ, fil-finanzi jew fl-amministrazzjoni. Il-membri għandhom
jirċievu, mill-fondi tal-Korporazzjoni, dik ir-rimunerazzjoni li l-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Regolamenti dwar 
elezzjonijiet. 
Miżjud: 
XVI. 1987.3.
5A. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jagħti seħħ
lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar elezzjoni tal-membru tal-
Bord tad-Diretturi li għandu jkun elett mill-impjegati tal-
Korporazzjoni u b’mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel, dawn ir-regolamenti
jistgħu - 
(a) jipprovdu dwar iż-żamma ta’ l-elezzjonijiet, u dwar kif
jitmexxew u jiġu sorveljati;
(b) jippreskrivu l-kategorija ta’ ħaddiema li jistgħu jew
ma jistgħux jivvotaw jew ikunu eletti fil-Bord;
(ċ) jiddeterminaw il-perijodu li għalih ħaddiem jista’ hekk
jiġi elett;
(d) jippreskrivu ċ-ċirkostanzi li fihom membru għandu
jivvaka l-uffiċċju tiegħu;
(e) jiddeterminaw il-mod u ż-żmien biex timtela vakanza;
(f) jippreskrivu dak kollu dwar kull ħaġa oħra li għandha
x’taqsam ma’ dawk l-elezzjonijiet li l-Ministru jista’
jqis li tkun neċessarja jew spedjenti.
Tul tal-ħatra għall-
Bord tad-Diretturi. 
Emendat: 
XVI. 1987.4. 
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 7 u 9, il-
membri mhux eletti tal-Bord iżommu l-kariga għal dak iż-żmien u
fuq dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xierqa;
u membru jista’, wara li jispiċċa minn membru, jerġa’ jinħatar mill-
ġdid:
Iżda l-Ministru jista’ f’kull żmien itemm il-ħatra ta’ xi
membru tal-Bord jekk, fil-fehma tiegħu, dak il-membru ma jkunx
tajjeb biex ikompli fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaċi li jaqdi
ENEMALTA ġ K AP. 272.    7
b’mod xieraq id-dmirijiet tiegħu bħala membru tal-Bord.
Skwalifika għal 
membru tal-Bord 
tad-Diretturi. 
Emendat: 
XVI. 1987.5. 
7. Persuna tkun skwalifikata milli tiġi maħtura, jew eletta,
jew milli tibqa’, membru tal-Bord jekk - 
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati, jew
(b) ikollha xi interess finanzjarju jew xi interess ieħor f’xi
mpriża jew attività  li x’aktarx ma jħallihiex taqdi
sewwa l-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Bord.
Irtir temporanju 
mil-laqgħat tal-
Bord tad-Diretturi. 
8. Kull membru li jkollu interess dirett jew indirett f’xi
kuntratt magħmul jew li jkun maħsub li jsir minn Enemalta, li ma
jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, għandu jgħarraf ix-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel
laqgħa tal-Bord wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti; u wara li t-
tagħrif ikun ġie rreġistrat fil-minuti tal-Bord, dak il-membru
għandu jirtira minn kull laqgħa li fiha dak il-kuntratt ikun qed jiġi
diskuss jew deċiż mill-Bord.
Riżenja mill-Bord 
u pubblikazzjoni 
ta’ ħatra u tmiem ta 
kariga. 
Emendat: 
XVI.1987.6. 
9. (1) Membru tal-Bord jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu
b’ittra indirizzata lill-Ministru.
(2) Il-ħatra jew elezzjoni ta’ kull persuna bħala membru tal-
Bord u t-tmiem tal-kariga ta’ kull membru bħal dak għandhom jiġu
avżati fil-Gazzetta.
Disposizzjonijiet 
dwar proċedimenti 
tal-Bord.
10. (1) Il-laqgħat tal-Bord jissejħu miċ-chairman, jew minn
jeddu jew fuq it-talba ta’ tnejn mill-membri l-oħra. Bla ħsara għall-
ħtiġijiet l-oħra ta’ dan l-Att, ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk ma
jkollhiex l-appoġġ ta’ għall-anqas żewġ membri tal-Bord jew li
tittieħed f’laqgħa tal-Bord li fiha ċ-chairman, jew fin-nuqqas
tiegħu d-deputat chairman, ma jkunx preżenti.
(2) Nofs in-numru ta’ membri li għal dak iż-żmien
jikkostitwixxi l-Bord jifformaw quorum f’kull laqgħa. Id-
deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri
preżenti u li jivvotaw. Iċ-chairman, jew fin-nuqqas tiegħu d-
deputat chairman, ikollu vot oriġinali u, fil-każ ta’ voti ndaqs, vot
deċiżiv.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Bord jista’
jirregola l-proċedura tiegħu stess.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda għemil jew proċediment tal-Bord ma jkun invalidat minħabba
biss il-fatt li jkun hemm vakanza fost il-membri.
(5) Kull ħaġa li ssir minn xi persuna li taġixxi bona fide bħala
membru tal-Bord tkun valida daqslikieku kienet membru minkejja
xi difett li jista’ jiġi mikxuf wara fil-kariga jew fil-kwalifika
tagħha. Ebda kwistjoni ma tista’ titqajjem dwar xi egħmil jew
proċediment tal-Bord minħabba ksur, minn direttur, tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8.
Ħatriet ta’ 
persunal. 
11. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’ Malta
u ta’ kull liġi oħra li tapplika għalihom, u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, in-nomina ta’ uffiċjali u
mpjegati oħra ta’ Enemalta ssir mill-Bord. Il-pattijiet u l-
  8      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
kondizzjonijiet ta’ l-impieg ikunu jipparagunaw ma’ dawk ta’ l-
impjegati fis-servizz tal-Gvern u għandhom jiġu stabbiliti mill-
Bord wara li jkun qabel magħhom il-Ministru:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li
ttellef li jitwaqqfu, mill-Korporazzjoni bl-approvazzjoni tal-
Ministru mogħtija wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, skemi ta’ inċentivi dwar produttività  jew qadi ta’
xogħol.
Setgħat tal-
Ministru dwar il-
Korporazzjoni u d-
dmirijiet tal-Bord 
lejn il-Ministru. 
12. (1) Il-Ministru jista’, dwar ħwejjeġ li fil-fehma tiegħu
jkunu jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-
Korporazzjoni direttivi ta’ xorta ġenerali jew speċifika, li ma
jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, fuq il-
policy li għandha tiġi segwita jew l-egħmil ieħor li għandu jsir fil-
qadi tal-funzjonijiet mogħtija lil Enemalta b’dan l-Att jew taħtu, u
l-Bord għandu, malajr kemm ikun prattikabbli, jagħti effett lil dawk
id-direttivi kollha.
(2) Il-Bord għandu jagħti lill-Ministru faċilitajiet biex jikseb
tagħrif dwar il-proprjetà  u l-attivitajiet ta’ Enemalta u jagħtih dawk
il-prospetti, kontijiet u tagħrif ieħor dwar hekk, u jagħtih il-
faċilitajiet biex jivverifika t-tagħrif mogħti, b’dak il-mod u f’dawk
iż-żminijiet li jkun jeħtieġ b’mod raġonevoli.
Eżenzjoni minn 
ċerti taxxi. 
Emendat:
XV. 1995.9.
13. Enemalta tkun eżentata minn kull obbligu għall-ħlas ta’
taxxa tal-boll li għandha titħallas taħt kull liġi li tkun fis-seħħ f’dak
iż-żmien.
Dmirijiet ta’ 
Enemalta dwar il-
provvista ta’ 
pitrolju u enerġija 
elettrika.
Emendat:
XXV. 2000.36.
14. (1) Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ dan l-Att u għal kull
ħtieġa oħra li hemm provdut dwarha taħt kull liġi oħra l-Enemalta
tista -
(a) tipprovdi pitrolju għal dawk il-persuni, b’dak il-mod u
taħt dawk il-kondizzjonijiet li jitqiesu mill-
Korporazzjoni bħala l-aktar vantaġġużi;
(b) tipprovdi enerġija elettrika lil kull persuna li tintrabat
li tagħmel kuntratt ma’ Enemalta, u tagħti dik il-
garanzija li l-Korporazzjoni tista’ teħtieġ, li tieħu jew
tkompli tieħu, u li tħallas għall-provvista ta’ l-enerġija
elettrika fuq dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet u għal
dak iż-żmien li l-Korporazzjoni tista’ tistabbilixxi:
Iżda kull persuna li minnufih qabel it-tħassir ta’ l-Att ta’ l-
1963 dwar l-Elettriku b’dan l-Att kienet reġistrata bħala
konsumatur ma’, jew xort’oħra kienet tirċievi enerġija mingħand,
il-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Ma1ta għandha tibqa’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, hekk reġistrata ma’, jew tirċievi enerġija mingħand,
Enemalta, skond il-każ, daqslikieku kienet oriġinarjament
reġistrata ma’, jew irċeviet enerġija mingħand, il-Korporazzjoni.
(2) Dwar il-provvista ta’ enerġija elettrika minn Enemalta,
għandu jkollhom effett id-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) Enemalta tista’ tnaqqas kif jidhrilha xieraq il-kwantità
ta’ enerġija provduta lil xi konsumatur, jekk,
ENEMALTA ġ K AP. 272.    9
minħabba xi ċirkostanzi mhux previsti li ma jkunux
fil-kontroll tal-Korporazzjoni, ikun jidher li l-
provvista ta’ enerġija elettrika ġenerata ma tkunx
biżżejjed biex il-kwantità  kollha tkun tista’ tiġi
provduta b’mod konvenjenti;
(b) meta l-kwantità  ta’ l-enerġija provduta tkun ġiet
imnaqqsa kif intqal qabel, ma jkun hemm ebda
responsabbiltà  fuq Enemalta dwar kull telf jew ħsara li
tiġġarrab b’dak it-tnaqqis;
(ċ) Enemalta ma tkun responsabbli għal ebda ħsara lil
persuna jew proprjetà  jew għal xi twaqqif fil-provvista
ta’ l-enerġija li jkunu ġraw minħabba inċident li ma
setax jiġi evitat, tqabir u kedd bl-użu xieraq jew
tagħbija żejda minħabba konnessjoni ta’ apparat mhux
awtorizzat, jew minħabba l-ħtiġijiet raġonevoli tas-
sistema elettrika, jew minħabba xi difetti f’xi
stallazzjoni elettrika mhux provduta mill-
Korporazzjoni.
Enemalta u l-
Korporazzjoni 
għas-Servizzi ta’ l-
Ilma.
Emendat: 
XXIII. 1991.53.
15. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att
għandu jkollhom effett dwar it-tħaddim mill-Korporazzjoni għas-
Servizzi ta’ l-Ilma ta’ servizz għall-qari tal-meter, tiżmim ta’
kontijiet u ġbir ta’ kontijiet komuni għall-Korporazzjoni għas-
Servizzi ta’ l-Ilma u ta’ Enemalta, u fl-interess tat-tnejn u dwar l-
eżerċizzju u l-qadi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma
f’isem Enemalta ta’ dawk il-funzjonijiet li jkunu jew li jistgħu
minn żmien għal żmien ikunu legalment vestiti f’Enemalta dwar l-
egħmil u l-ħwejjeġ speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ l-imsemmija
Skeda.
(2) Il-Ministru jista’, jekk, wara konsultazzjoni ma’ Enemalta,
ikun sodisfatt li ma jkunx iżjed meħtieġ jew spedjenti li jkompli
dak is-servizz flimkien kif intqal qabel, b’ordni jirrevoka l-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Att; u kull ftehim li jkun sar bejn il-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u Enemalta bis-saħħa tal-
paragrafu 6 ta’ dik l-Iskeda jew miżmum fis-seħħ b’dan l-Att
daqslikieku hekk kien sar (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
artikolu msejjaħ "il-ftehim") għandu meta jsir dan jieqaf mis-seħħ.
(3) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, bi ftehim ma’
Enemalta, b’ordni jibdel id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Att safejn u b’dak il-mod li l-Ministru jista’ jistabbilixxi;
u minn dik id-data li fiha kull ordni bħal dak jibda jseħħ id-
disposizzjonijiet tal-ftehim ikollhom effett suġġetti għal dawk il-
modifiki li jkunu meħtieġa biex tiġi evitata kull inkonsistenza bejn
id-disposizzjonijiet tal-ftehim u d-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija
Skeda kif mibdula bl-ordni.
(4) Il-Ministru jista’ wkoll, bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-provvista ta’ l-ilma u wara konsultazzjoni ma’
Enemalta, b’ordni jibdel il-ftehim imsemmi fis-subartikolu (2)
b’mod illi s-servizz flimkien għall-qari tal-meter, tiżmim ta’
kontijiet u ġbir ta’ kontijiet, jiġi mħaddem minn Enemalta f’isimha
u f’isem l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma; u malli jsir dan
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-imsemmija Skeda
  10      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
jkollhom seħħ kif provdut f’dak l-ordni u b’dak it-tibdil li jkun
jixraq għal dak il-għan.
(5) Kull ordni magħmul skond dan l-artikolu jista’ jkollu dawk
id-disposizzjonijiet tranżitorji, supplementari u inċidentali kif il-
Ministru, wara konsultazzjoni jew bi ftehim mal-Korporazzjoni,
jew bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-provvista ta’ l-ilma,
skond il-każ, jidhirlu meħtieġa jew spedjenti għall-għanijiet ta’ l-
ordni.
TAQSIMA III 
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Setgħa ta’ self jew 
ġbir ta’ kapital.
16. (1) Enemalta tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru mogħtija wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, tissellef, tiżgura jew tiġbor flus bil-ħruġ ta’
obbligazzjonijiet, obbligazzjoni ta’ stock, jew sigurtà  oħra, għal
għan wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin tal-Korporazzjoni:
(a) il-provvista ta’ kapital biex taħdem bih;
(b) il-qadi tal-funzjonijiet ta’ Enemalta skond dan l-Att; 
(ċ) il-provvista ta’ kapital għat-tkabbir ta’, u żieda ma’, l-
attiv fiss ta’ Enemalta;
(d) il-fidwa ta’ kull obbligazzjonijiet jew obbligazzjoni ta’
stock jew sigurtà  oħra illi Enemalta tkun teħtieġ jew
ikollha jedd tifdi;
(e) kull infiq ieħor li għandu jitħallas mill-kont kapitali. 
(2) Enemalta tista’, minn żmien għal żmien, tissellef permezz
ta’ overdraft jew xort’oħra, għal perijodi ta’ mhux iżjed minn tnax-
il xahar dawk is-somom li l-Korporazzjoni tista’ teħtieġ għall-qadi
tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att:
Iżda għal kull ammont li jkun ’il fuq minn mitejn elf lira,
tkun meħtieġa l-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru.
Self b’avvanzi 
mill-Gvern u 
twaqqif ta’ Fond 
ta’ Self dwar 
Enemalta. 
17. (1) Kull meta Enemalta jkollha l-ħtieġa li tissellef
permezz ta’ avvanzi mingħand il-Gvern xi somom li jistgħu jkunu
meħtieġa għall-qadi ta’ xi funzjonijiet ta’ Enemalta skond dan l-
Att, il-Ministru responsabbli għall-finanzi wara konsultazzjoni
mal-Ministru jista’, b’warrant iffirmat minnu u mingħajr
approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-Accountant
General biex jagħmel dawk l-avvanzi lill-Korporazzjoni jew mid-
dħul ta’ xi self kuntrattat jew miġbur għal hekk jew mill-Fond
Konsolidat; u dawk l-avvanzi għandhom isiru fuq dawk il-pattijiet
u l-kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
jordna.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
waħda mill-ħtiġijiet ta’ Enemalta ta’ xorta kapitali jikkuntratta jew
jiġbor self, jew jidħol f’obbligazzjonijiet, għal dawk iż-żminijiet u
fuq dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa; u kull
ENEMALTA ġ K AP. 272.    11
somom dovuti dwar jew konnessi ma’ kull self bħal dak jew
obbligazzjoni bħal dik ikunu addebitati lill-Fond Konsolidat.
(3) Avviż ta’ kull self, obbligazzjonijiet jew avvanzi magħmula
skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandu
jingħata lill-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr.
(4) Sakemm jinġabar xi self hekk kif imsemmi fis-subartikolu
(2) jew għall-finijiet biex jiġi provdut lill-Enemalta kapital biex
taħdem, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, b’warrant
iffirmat minnu u mingħajr approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att,
jawtorizza lill-Accountant General biex jagħmel avvanzi mill-Fond
ta’ Ħelsien tat-Teżorerija lil Enemalta taħt dawk il-pattijiet li jkunu
speċifikati mill-imsemmi Ministru meta jagħmel dan.
(5) Dak li jidħol minn kull self miġbur sabiex isiru avvanzi lil
Enemalta u kull flejjes oħra li jkunu ser jiġu avvanzati lill-
Korporazzjoni skond dan l-artikolu għandhom jitħallsu f’fond li
jiġi mwaqqaf apposta għal hekk u li jkun magħruf bħala "il-Fond
ta’ Self dwar Enemalta".
(6) Somom riċevuti mill-Accountant  General mingħand
Enemalta dwar avvanzi magħmula mill-Korporazzjoni skond is-
subartikolu (1) għandhom jitħallsu fil-Fond ta’ Self dwar Enemalta.
(7) Somom riċevuti mill-Accountant  General mingħand
Enemalta dwar avvanzi magħmula mill-Korporazzjoni skond is-
subartikolu (4) għandhom jitħallsu, dwar ammonti riċevuti bħala
ħlas lura fil-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżorerija, u, dwar ammonti
riċevuti bħala imgħax, fil-Fond Konsolidat.
Applikazzjoni tad-
dħul.
18. (1) Id-dħul ta’ Enemalta għal kull sena finanzjarja għandu
jiġi applikat biex jitħallsu d-drittijiet li ġejjin:
(a) ir-rimunerazzjoni, drittijiet u allowances tal-membri
tal-Bord;
(b) is-salarji jew pagi, drittijiet, rimunerazzjoni,
pensjonijiet, superannuation allowances gratifikaz-
zjonijiet u allowances oħra ta’ uffiċjali, impjegati,
aġenti u konsulenti tekniċi jew konsulenti oħra ta’
Enemalta, u ħlasijiet biex tinżamm xi skema ta’
pensjoni jew skema oħra mwaqqfa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u kull ħlas lill-Gvern
akkont ta’ pensjonijiet jew gratifikazzjonijiet skond l-
artikolu 3l jew 32;
(ċ) l-ispejjeż għat-twaqqif u għall-ħdim tal-Korporazzjoni
u n-nefqa jew il-provvediment għal manutenzjoni ta’
kull waħda mill-istallazzjonijiet ta’ Enemalta, u l-qadi
tal-funzjonijiet ta’ Enemalta li jixraq li jiġu addebitati
lill-kont tad-dħul;
(d) l-imgħax fuq kull obbligazzjoni, obbligazzjoni ta’
stock jew sigurtà  oħra maħruġa, l-imgħax fuq kull
overdraft u fuq kull self miġbur jew avvanzi riċevuti
minn Enemalta;
(e) is-somom meħtieġa li jiġu trasferiti għal fond ta’
ammortizzament jew xort’oħra mwarrba sabiex
  12      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
jagħmlu provvediment għall-fidwa ta’
obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’ stock jew
sigurtà  oħra jew għall-ħlas lura ta’ flus oħra mislufa;
(f) dawk is-somom li jidhrilha li jkunu xierqa dwar
deprezzament fuq il-proprjetà  ta’ Enemalta meta
jitqies l-ammont imwarrab mid-dħul skond il-
paragrafu (e);
(g) il-ħlas ta’ kull infiq ieħor approvat mill-Bord u hu
xieraq li jiġi addebitat lill-kont tad-dħul.
(2) Bla ħsara għal dawk id-direttivi li l-Ministru, wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jista’
jagħti minn żmien għal żmien, kull dħul li jkun jeċċedi l-infiq
għandu jiġi applikat minn Enemalta biex jinħolqu fondi ta’ riżerva
biex jiffinanzjaw espansjoni futura tal-Korporazzjoni; u bla ħsara
għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtija lill-Ministru b’dan is-
subartikolu, kull direttiva mogħtija mill-Ministru kif intqal qabel
tista’ tordna t-trasferiment lill-Gvern jew l-applikazzjoni b’dak il-
mod li jiġi speċifikat fid-direttiva ta’ kull parti minn dak l-eċċess,
b’mod partikolari ta’ dik il-parti li tkun ġejja mill-bejgħ ta’
pitrolju.
Investiment ta’ 
fondi.
19. Il-fondi ta’ Enemalta li ma jkunux immedjatament
meħtieġa li jintnefqu biex jitħallsu xi obbligazzjonijiet jew biex
jinqdew xi funzjonijiet ta’ Enemalta jistgħu jiġu investiti minn
żmien għal żmien b’dak il-mod li jiġi approvat mill-Ministru.
Prezzijiet, drittijiet 
u ħlasijiet oħra 
minn Enemalta.
Emendat:
XXV. 2000.36.
20. (1) Il-prezzijiet li Enemalta għandha teħtieġ għall-
provvista ta’ enerġija elettrika u servizzi li għandhom x’jaqsmu
magħha għandhom ikunu skond dawk it-tariffi li, minn żmien għal
żmien, jiġu preskritti.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) jew f’xi tariffa bħal dik kif
intqal qabel ma żżomm lil Enemalta milli teħtieġ prezzijiet oħra bi
ftehim speċjali.
(3) Meta tippreskrivi t-tariffi u tagħmel xi ftehim dwar il-
prezzijiet li għandhom jitħallsu għal enerġija elettrika u għal
servizzi dwar hekk provduti minn Enemalta, il-Korporazzjoni
għandha tiżgura li l-prezzijiet mitluba jkunu biżżejjed biex jagħtu
dħul biżżejjed f’kull sena finanzjarja - 
(a) biex jitħallsu l-ispejjeż ta’ tmexxija, magħduda taxxi,
jekk ikun hemm, u biex jiġi provdut għal manutenzjoni
xierqa, għal deprezzament, għal ħlasijiet ta’ imgħax
fuq self u għal ħlasijiet oħra ta’ imgħax;
(b) biex jitħallsu ħlasijiet lura perijodiċi ta’ dejn fit-tul sa
fejn xi ħlas lura bħal dawk jeċċedi l-provvedimenti li
jkun hemm għal deprezzament; u
(ċ) biex jinħolqu riżervi biex tiġi finanzjata parti xierqa
mill-ispiża ta’ espansjoni futura li jkunu spejjeż,
ħlasijiet lura u riżervi li tkun intrabtet għalihom jew li
tkun għamlet il-Korporazzjoni fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tagħha dwar l-enerġija elettrika;
u kull tariffa u ftehim bħal dawk m’għandhomx jagħtu preferenza
ENEMALTA ġ K AP. 272.    13
mhux xierqa bejn konsumaturi li jkunu f’sitwazzjoni simili u
m’għandhomx jagħmlu diskriminaz-zjoni mhux xierqa bejn persuni
f’sitwazzjoni simili meta jitqiesu l-post u l-ħin tal-provvista, il-
kwantità  ta’ enerġija elettrika provduta, it-tagħbija tal-konsum u l-
fattur tal-power, l-għan li għalih il-provvista tkun qed tittieħed u
kull ċirkostanza oħra li tkun tiġġustifika trattament preferenzjali
jew diskriminatorju.
(4) Il-prezzijiet li Enemalta għandha teħtieġ għall-provvista ta’
pitrolju (inkluż iċ-charges li għandha tagħmel Enemalta, għall-
għanijiet tas-subartikolu (3) u għanijiet li għandhom x’jaqsmu ma’
hekk, għall-użu ta’ pitrolju mill-Korporazzjoni fil-produzzjoni ta’
enerġija elettrika u l-proviżjon ta’ servizzi relatati) għandhom
ikunu skond dawk ir-rati li l-Ministru, bi ftehim mal-Korporazzjoni
u wara li jqis l-aspetti rilevanti soċjali u ekonomiċi, jista’
jistabbilixxi minn żmien għal żmien.
Kap. 423.
(5) Minkejja s-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, meta l-
istrutturi tal-prezzijiet ikunu stabbiliti għall-provvista ta’ l-enerġija
elettrika minn jew taħt il-provvedimenti ta’ l-Att dwar Awtorità  ta’
Malta dwar ir-Riżorsi, il-prezzijiet li jistgħu jinġabru mill-
Enemalta għall-provvista ta’ l-enerġija elettrika u servizzi relatati
għandhom, sal-limitu li dawn ikunu japplikaw, ikunu regolati minn
dawk l-istrutturi tal-prezzijiet.
Estimi ta’ 
Enemalta. 
Emendat: 
XVII. 1983.2.
21. (1) Enemalta għandha tieħu ħsieb li tħejji f’kull sena
finanzjarja, u mhux iktar tard minn sitt ġimgħat qabel it-tmiem ta’
kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u nfiq tal-Korporazzjoni
għas-sena finanzjarja li jkun imiss wara.
(2) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkun
fihom dak it-tagħrif u dawk il-paraguni mas-snin ta’ qabel kif
jordna l-Ministru.
(3) Kopja ta’ l-estimi għandha, malli jiġu adottati mill-
Korporazzjoni, tintbagħat minnufih mill-Bord lill-Ministru.
(4) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux aktar
tard mill-ewwel seduta tal-Kamra wara erba’ ġimgħat minn meta
jirċievi kopja ta’ l-estimi ta’ l-Enemalta, li għalihom hemm
riferenza fis-subartikolu (3), jieħu ħsieb li dawk l-estimi jitqiegħdu
quddiem il-Kamra tad-Deputati flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra
tapprova l-imsemmija estimi. Jingħataw mhux aktar minn żewġ
seduti biex fihom isir id-dibattitu fil-Kamra fuq dik il-mozzjoni; u
kemm il-mozzjoni kif ukoll l-approvazzjoni ta’ l-estimi mill-Kamra
jistgħu jkunu sew b’emendi għall-estimi jew mingħajrhom.
(5) Ma jista’ jsir ebda nfiq minn Enemalta jekk dan ma jkunx
approvat mill-Kamra tad-Deputati:
Iżda - 
(a) sakemm jgħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi għal dik is-sena mill-Kamra, skond liema
tkun l-ewwel data, il-Korporazzjoni tista’ tagħmel
infiq biex taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att
ta’ mhux iktar b’kollox minn nofs l-ammont approvat
  14      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
għas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) infiq approvat dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, isir dwar kap jew
sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab li l-ammont
approvat mill-Kamra ma jkunx biżżejjed jew tinqala’
l-ħtieġa għal infiq li ma jkunx provdut għalih fl-estimi,
Enemalta tista’ tadotta estimi supplementari għall-
approvazzjoni tal-Kamra, u sakemm tingħata dik l-
approvazzjoni, iżda bil-kondizzjoni li din tingħata,
Enemalta tista’ f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvaz-
zjoni tal-Ministru, tagħmel l-infiq relattiv; barra hekk
f’każ bħal dan id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li
japplikaw għall-estimi għandhom safejn ikun
prattikabbli japplikaw għall-estimi supplementari.
(6) L-estimi u l-estimi supplementari kollha approvati mill-
Kamra tad-Deputati għandhom, malajr kemm jista’ jkun, jiġu
pubblikati fil-Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika. 
Sostitwit: 
XVII. 1983.3.
Emendat:
XVI. 1997.8.
22. (1) L-Enemalta għandha tara li jinżammu kontijiet xierqa
u records oħra dwar il-ħidma tagħha, u għandha tara li jkun
ippreparat prospett ad interim ta’ l-ewwel perijodu ta’ sitt xhur u
prospett għat-tieni perijodu ta’ sitt xhur ta’ kull sena finanzjarja,
flimkien ma’ prospett li jkopri s-sena kollha.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Enemalta għandhom ikunu verifikati minn
uditur jew udituri li jkunu maħtura minnha u approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru jista’ jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet tal-
Korporazzjoni jkunu verifikati jew eżaminati mill-Awditur
Ġenerali li għal dan l-għan ikollu s-setgħa li jagħmel dik il-verifika
fiżika u l-verifiki l-oħra li jidhirlu meħtieġa.
(3) Il-prospett ad  interim għall-perijodu ta’ l-ewwel sitt xhur
ta’ kull sena finanzjarja, verifikat kif imiss, għandu jkun adottat
mill-Bord mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tmiem tal-
perijodu msemmi u jintbagħat minnufih lill-Ministru flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport magħmul mill-uditur jew udituri dwar dak il-
prospett jew il-kontijiet tal-Korporazzjoni.
(4) Il-prospett għat-tieni perijodu ta’ sitt xhur ta’ kull sena
finanzjarja, flimkien mal-prospett għas-sena finanzjarja kollha, it-
tnejn verifikati kif imiss, għandhom ikunu adottati mill-Bord mhux
aktar tard minn għaxar ġimgħat wara t-tmiem tas-sena finanzjarja,
u għandhom jintbagħtu minnufih lill-Ministru flimkien ma’ kopja
ta’ kull rapport magħmul mill-uditur jew udituri dwar dawk il-
prospetti jew dwar il-kontijiet tal-Korporazzjoni.
(5) Qabel it-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, il-Ministru għandu
jara li jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati flimkien mal-
mozzjoni li titqiegħed quddiem il-Kamra taħt l-artikolu 21, kopja
ta’ dawn li ġejjin:
(a) il-prospett ad interim u r-rapport dwar l-ewwel sitt
xhur tas-sena finanzjarja kurrenti;
ENEMALTA ġ K AP. 272.    15
(b) il-prospett u kull rapport dwar it-tieni perijodu ta’ sitt
xhur tas-sena finanzjarja tas-sena ta’ qabel;
(ċ) il-prospett u kull rapport dwar is-sena finanzjarja sħiħa
ta’ qabel.
Depożiti ta’ flus u 
ħlasijiet.
23. (1) Il-flejjes kollha ta’ Enemalta li jkunu ġejjin minn kull
ħaġa li ssir taħt dan l-Att għandhom jitħallsu f’bank jew f’banek
maħtura b’riżoluzzjoni tal-Bord u approvati mill-Ministru. Dawk
il-flejjes għandhom, safejn ikun prattikabbli, jitħallsu f’dak il-bank
minn jum għall-ieħor, ħlief dik is-somma li l-Bord jawtorizza li
tinżamm biex jitħallsu spejjeż żgħar u ħlasijiet immedjati.
(2) Il-ħlasijiet kollha mill-fondi ta’ Enemalta, ħlief spejjeż
żgħar li ma jkunux iktar minn ammont stabbilit mill-Bord,
għandhom isiru minn dak l-uffiċjal jew minn dawk l-uffiċjali tal-
Korporazzjoni li l-Bord jaħtar jew isemmi għal hekk.
(3) Ċekkijiet fuq jew żbanki minn xi kont ta’ bank ta’ Enemalta
għandhom jiġu ffirmati minn dak l-uffiċjal tal-Korporazzjoni li
jkun imsemmi mill-Bord għal hekk u għandhom ikunu kontro-
firmati miċ-chairman jew minn dak il-membru l-ieħor tal-Bord jew
minn dak l-uffiċjal l-ieħor tal-Korporazzjoni li jkunu ġew
awtorizzati mill-Bord għal hekk.
(4) Enemalta għandha tipprovdi għal:
(a) il-mod li bih u l-uffiċjali li minnhom il-ħlasijiet
għandhom jiġu approvati;
(b) l-isem ta’ kull kont miżmum mal-bank jew banek li
fihom il-flejjes tal-Korporazzjoni għandhom jitħallsu,
u t-trasferiment ta’ fondi minn kont għal ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jintuża meta jsiru ħlasijiet mill-
fondi tal-Korporazzjoni;
(d) b’mod ġenerali dwar il-ħwejjeġ kollha meħtieġa għat-
tiżmim u l-kontroll xieraq tal-kontijiet u l-kotba u l-
kontroll tal-finanzi tal-Korporazzjoni.
Rapport annwali. 
Emendat: 
XVII. 1983.4. 
24. (1) Il-Bord għandu, mhux iktar tard minn erba’ ġimgħat
qabel it-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, jagħmel u jibgħat lill-
Ministru rapport li jittratta b’mod ġenerali dwar l-attivitajiet ta’
Enemalta matul dik is-sena u li jkun fih dak it-tagħrif dwar il-
ħidma u l-policy tal-Korporazzjoni kif il-Ministru jista’ jeħtieġ
minn żmien għal żmien.
(2) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li kopja ta’ kull rapport bħal
dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati malajr kemm
jista’ jkun.
  16      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
TAQSIMA IV
TRASFERIMENT LIL ENEMALTA TA’ ĊERTI IMPRIŻI
Trasferiment lil 
Enemalta ta’ ċerti 
impriżi. 
25. (1) B’seħħ mill-ġurnata stabbilita l-impriżi kollha li
għalihom japplika dan l-artikolu għandhom, bis-saħħa ta’ dan l-Att
u mingħajr assigurazzjoni oħra, jiġu trasferiti lil, u vestiti fi,
Enemalta taħt l-istess titolu li bih kienu miżmuma mill-Gvern jew
mill-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew mill-Bord tal-Gass minnufih
qabel dik il-ġurnata.
(2) Dak it-trasferiment ikun jestendi għall-intier ta’ dawk l-
impriżi u għandu jinkludi kull impjant, artijiet, xogħlijiet, stocks u
proprjetà  oħra mobbli jew immobbli, attiv, setgħat, jeddijiet,
privileġġi u karigi miżmuma jew posseduti dwarhom jew li huma
tagħhom, kif ukoll kull passiv u obbligazzjonijiet kollha li jolqtu
jew li għandhom x’jaqsmu ma’ xi waħda mill-imsemmija mpriżi
jew ħaġ’oħra inkluża fihom kif intqal qabel.
(3) Dan l-artikolu japplika għal kull impriża jew stallazzjoni, u
għal kull apparat, strument jew impjant, u għal kull ħaġa aċċessorja
għalihom jew li għandha x’taqsam magħhom li, minnufih qabel il-
ġurnata stabbilita kienu vestiti fi, jew kienu proprjetà  ta’, il-Bord
ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew il-Bord tal-Gass jew kienu vestiti fi,
jew kienu proprjetà  ta’, il-Gvern u kienu mħaddmin mill-Gvern
għall-provvista tal-pitrolju.
Ftehim ta’ liġijiet, 
kuntratti, eċċ., 
eżistenti.
26. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liġi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, deċiżjoni, att,
obbligazzjoni, avvanz, kuntratt, ftehim, kitba, dokument, mandat u
arranġament dwar xogħol, li kien jeżisti minnufih qabel il-ġurnata
stabbilita, li jolqot jew li għandu x’jaqsam ma’ xi waħda mill-
impriżi trasferiti jew mal-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew mal-
Bord tal-Gass, jew li fih xi wieħed minn dawk il-bordijiet kien
parti, għandu jkollu saħħa u effett sħiħ kontra jew favur Enemalta,
u għandu jiġi eżegwit għal kollox u effettivament bħallikieku
minflok il-Gvern, jew il-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta, jew il-Bord
tal-Gass, skond il-każ, Enemalta kienet imsemmija fihom jew
kienet parti għalihom.
Disposizzjonijiet 
tranżitorji.
27. (1) Meta xi ħaġa tkun bdiet bis-saħħa jew taħt l-awtorità
tal-Gvern, jew tal-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew tal-Bord tal-
Gass qabel il-ġurnata stabbilita u dik il-ħaġa jkollha x’taqsam ma’
xi waħda mill-impriżi trasferiti b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu,
dik il-ħaġa tista’ titkompla u tiġi komplita bis-saħħa jew bl-
awtorità  ta’ Enemalta.
(2) Meta minnufih qabel il-ġurnata stabbilita jkun hemm xi
proċedimenti legali pendenti li fihom il-Gvern jew il-Bord ta’ l-
Elettriku ta’ Malta jew il-Bord tal-Gass ikun parti jew ikollu jedd li
jkun parti, u dawk il-proċedimenti jkunu jirreferu għal xi waħda
mill-impriżi trasferiti jew għal xi jedd jew responsabbiltà  trasferita
b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu, Enemalta għandha, fil-ġurnata
stabbilita, tkun sostitwita f’dawk il-proċedimenti minflok il-Gvern,
jew il-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew il-Bord tal-Gass skond il-
każ, jew għandha ssir parti fihom bl-istess mod kif il-Gvern jew il-
ENEMALTA ġ K AP. 272.    17
Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew il-Bord tal-Gass skond il-każ,
kien isir u dawk il-proċedimenti m’għandhomx jintemmu minħabba
s-sostituzzjoni.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposizzjonijiet
inċidentali, konsegwenzjali u supplementari li jistgħu jkunu
meħtieġa jew spedjenti sabiex jiġi żgurat u biex jingħata effett sħiħ
lit-trasferiment ta’ xi mpriża jew xi jedd jew responsabbiltà  ta’
Enemalta b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu u jista’ jagħmel dawk l-
ordnijiet li jidhirlu xierqa biex xi setgħat u dmirijiet eżerċitati mill-
Gvern, jew mill-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew mill-Bord tal-
Gass, dwar xi waħda mill-impriżi trasferiti, jistgħu jiġu eżerċitati
f’isem Enemalta.
TAQSIMA V
KUMITATI TA’ AMMINISTRAZZJONI W UFFICJALI W IMPJEGATI 
TA’ ENEMALTA
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ uffiċjali u 
mpjegati ta’ 
Enemalta u ħatra u 
funzjonijiet ta’ 
kumitati ta’ 
amministrazzjoni.
28. (1) Enemalta għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u fuq dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li tista’
tistabbilixxi skond l-artikolu 11, dawk l-uffiċjali u mpjegati l-oħra
tal-Korporazzjoni li minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għall-
qadi xieraq u effiċjenti tal-funzjonijiet tal-Korporazzjoni:
Iżda meta jiġi maħtur general manager dan għandu jiġi
magħżul bl-approvazzjoni tal-Ministru.
(2) B’effett minn dik il-ġurnata jew minn dawk il-ġranet li l-
Ministru jista’ b’ordni jistabbilixxi, għandu jkun hemm dwar kull
waħda minn dawk it-taqsimiet tax-xogħol ta’ Enemalta li l-Ministru
f’xi ordni bħal dak jispeċifika (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
"settur tan-negozju") kumitat ta’ amministrazzjoni li għandu, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u d-diretturi tal-Bord,
ikun responsabbli għat-tmexxija u l-amministrazzjoni ta’ kuljum
tas-settur tan-negozju rispettiv tagħhom u biex jiġu eżegwiti malajr
u b’mod xieraq il-policy u d-deċiżjonijiet l-oħra tal-Bord dwaru.
Kull kumitat ta’ amministrazzjoni jkollu wkoll dawk il-funzjonijiet
l-oħra li jistgħu jiġu mogħtija jew delegati lilu mill-Bord.
(3) Kull kumitat ta’ amministrazzjoni għandu jkun magħmul
mill-general manager jew mill-manager tas-settur tan-negozju li
għalih ikun jirreferi, li jkun iċ-chairman tal-kumitat, u minn dak in-
numru ta’ membri oħra li jirrappreżentaw b’mod indaqs l-
amministrazzjoni tal-Korporazzjoni u l-impjegati tagħha. L-
amministrazzjoni tkun rappreżentata mill-persuni li jkollhom il-
karigi msemmija mill-Ministru għall-fini ta’ dan is-subartikolu; u l-
ħaddiema jiġu rappreżentati minn impjegati tal-Korporazzjoni
maħtura għal hekk mill-organizzazzjoni jew mill-
organizzazzjonijiet tal-ħaddiema li jirrappreżentaw il-maġġoranza
ta’ l-impjegati fis-settur tan-negozju li għalih jirreferi l-kumitat. Il-
membri tal-kumitat jispiċċaw minn membri meta ma jibqax
ikollhom il-kariga li tikkwalifikahom bħala membri jew mat-tmiem
tal-ħatra tagħhom mill-organizzazzjoni li minnha jkunu ġew
  18      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
maħtura.
(4) Kull kumitat ta’ amministrazzjoni għandu jżomm minuti
tal-laqgħat kollha tiegħu u għandu jibgħat kopji ta’ dawk il-minuti
lill-Bord u lill-Ministru.
Kap. 9. 
(5) Il-membri tal-Bord u l-uffiċjali u l-impjegati kollha ta’
Enemalta għandhom jitqiesu li huma uffiċjali u mpjegati pubbliċi
skond it-tifsira tal-Kodiċi Kriminali.
Proġetti ta’ 
superannuation 
eċċ., għal uffiċjali 
u mpjegati ta’ 
Enemalta. 
29. (1) Bla ħsara għall-approvazzjoni tal-Ministru, u safejn
ikun jaqbel mad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima dwar uffiċjali
pubbliċi li jaċċettaw impieg permanenti ma’ Enemalta u dwar
impjegati oħra tal-Gvern jew tal-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta jew
tal-Bord tal-Gass trasferiti għas-servizz tal-Korporazzjoni, il-Bord
jista’ jistabbilixxi proġett jew proġetti għall-ħlas ta’
superannuation allowances, pensjonijiet jew gratifikazzjonijiet lil
uffiċjali jew impjegati tal-Korporazzjoni li jirtiraw mis-servizz tal-
Korporazzjoni jew li xort’oħra ma jibqgħux iżommu l-kariga mal-
Korporazzjoni minħabba l-età , jew mard tal-ġisem jew tal-moħħ,
jew abolizzjoni ta’ kariga.
(2) Ebda assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ xi kontributur skond xi
proġett bħal dak, u ebda flejjes jew benefiċċji oħra li jitħallsu
skond xi assikurazzjoni bħal dik, u ebda pensjoni, gratifikazzjoni
jew allowance oħra mogħtija skond xi proġett lil xi persuna li tkun
ġiet impjegata ma’ Enemalta, ma tista’ tiġi ċeduta jew trasferita,
jew ma tkun tista’ tiġi sekwestrata jew maqbuda għal jew dwar xi
dejn jew pretensjoni oħra tkun li tkun, ħlief dejn dovut lill-
Korporazzjoni jew lill-Gvern.
Allokazzjoni ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
għal dmirijiet ma’ 
Enemalta.
30. (1) L-uffiċjali pensjonabbli kollha, u l-uffiċjali kollha
mhux pensjonabbli tal-fergħa tas-servizz ġenerali tas-servizz
pubbliku, allokati fuq dmirijiet mal-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta
minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu għandhom, minn
dak il-bidu fis-seħħ, ikunu allokati għal dmirijiet ma’ Enemalta, u
kull direttiva mogħtija skond l-Att ta’ l-1963 dwar l-Elettriku*, li
talloka xi uffiċjal hekk kif intqal qabel għal dmirijiet mal-Bord ta’
l-Elettriku ta’ Malta għandha, minkejja t-tħassir ta’ dak l-Att,
tibqa’ fis-seħħ daqslikieku dak l-uffiċjal kien allokat għal dmirijiet
ma’ Enemalta b’direttiva tal-Prim Ministru mogħtija skond dan l-
Att:
Iżda kull perijodu ta’ dmirijiet fis-servizz tal-Bord ta’ l-
Elettriku ta’ Malta għandu, għall-finijiet ta’ kemm iddum kull
direttiva bħal dik, jitqies li hu perijodu ta’ dmirijiet fis-servizz ta’
Enemalta.
(2) Il-Prim Ministru jista’, fuq it-talba ta’ Enemalta, minn
żmien għal żmien jordna li xi persuna li jkollha kariga pensjonabbli
fis-servizz pubbliku jew xi kariga oħra fil-fergħa tas-servizz
ġenerali tas-servizz pubbliku tibqa’ allokata għal dmirijiet ma’
Enemalta f’dik il-kariga u b’effett minn dik id-data li tista’ tiġi
speċifikata fid-direttiva tal-Prim Ministru.
*Imħassar b’dan l-Att.
ENEMALTA ġ K AP. 272.    19
(3) Il-perijodu li matulu direttiva kif intqal qabel għandha
tapplika għal xi uffiċjal speċifikat fiha, kemm-il darba l-uffiċjal ma
jmutx, jew ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew xort’oħra ma
jkomplix fil-kariga f’data qabel, jew kemm-il darba perijodu
differenti ma jiġix speċifikat f’dik id-direttiva, għandu jintemm
malli tiġri xi waħda mill-ġrajjiet li ġejjin, jiġifieri:
(a) l-aċċettazzjoni minn dak l-uffiċjal ta’ offerta ta’
trasferiment għas-servizz ta’, u mpieg permanenti ma’,
Enemalta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32;
jew
(b) ir-revoka ta’ dik id-direttiva mill-Prim Ministru, dwar
dak l-uffiċjal.
(4) Meta direttiva kif intqal qabel tiġi revokata mill-Prim
Ministru dwar xi uffiċjal, il-Prim Ministru jista’, b’direttiva oħra,
jalloka lil dak l-uffiċjal għal dmirijiet ma’ Enemalta f’dik il-kariga
u b’effett minn dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fid-direttiva tal-
Prim Ministru, u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) għandhom
malli jsir dan japplikaw dwar il-perijodu ta’ tul ta’ kull direttiva
oħra bħal dik dwar dak l-uffiċjal.
Stat ta’ uffiċjali 
pubbliċi allokati 
fuq dmirijiet ma’ 
Enemalta.
31. (1) Meta xi uffiċjal jiġi allokat fuq dmirijiet ma’ Enemalta
skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30, dak l-
uffiċjal għandu, matul dak iż-żmien li fih dik id-direttiva tkun
isseħħ dwaru, ikun taħt l-awtorità  amministrattiva u l-kontroll tal-
Korporazzjoni, iżda dan għandu għall-finijiet u effetti kollha jibqa’
u jitqies u jiġi trattat bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal, uffiċjal allokat
fuq dmirijiet kif intqal qabel -
(a) m’għandux matul iż-żmien li dwaru jkun hekk
allokat-
(i) ikun imċaħħad milli japplika għal trasferiment
f’dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet tas-servizz marbuta mal-ħatra
mal-Gvern li hu jkollu fid-data li fiha jiġi hekk
allokat fuq dmirijiet; jew
(ii) ikun hekk impjegat illi r-rimunerazzjoni tiegħu u
l-kondizzjonijiet tas-servizz ikunu inqas
favorevoli minn dawk marbuta mal-ħatra mal-
Gvern li hu jkollu fl-imsemmija data, kieku dak
l-uffiċjal ma kienx imqabbad fuq dmirijiet ma’
Enemalta; u
Kap. 93. 
Kap. 58.
(b) ikollu l-jedd li s-servizz tiegħu ma’ Enemalta jkun
meqjus bħala servizz mal-Gvern għall-finijiet ta’ xi
pensjoni, gratifikazzjoni, jew benefiċċju taħt l-
Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-
Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema u għal kull
jedd jew privileġġ ieħor li kien ikollu dritt għalih, u
jkun suġġett għal kull responsabbiltà  li kien ikun
responsabbli għaliha, kieku ma kienx il-fatt li hu ġie
allokat għal dmirijiet ma’ Enemalta.
  20      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
(3) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-sub-paragrafu tas-
subartikolu (2)(a)(i) din għandha tiġi kunsidrata daqslikieku l-
applikant ma ġiex allokat għal servizz ma’ Enemalta.
(4) Enemalta għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa minħabba l-
pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal allokat għal
dmirijiet mal-Korporazzjoni kif intqal qabel matul iż-żmien li fih
ikun hekk allokat.
Offerta ta’ mpieg 
permanenti ma’ 
Enemalta ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
allokati għal 
dmirijiet ma’ 
Enemalta.
32. (1) Enemalta tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil kull uffiċjal allokat għal dmirijiet mal-Korporazzjoni
skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30 impieg
permanenti ma’ Enemalta b’rimunerazzjoni u fuq dawk il-pattijiet u
l-kondizzjonijiet mhux anqas favorevoli minn dawk li jkollu dak l-
uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet kompriżi f’xi offerta
magħmula kif intqal qabel m’għandhomx jitqiesu li jkunu anqas
favorevoli minħabba biss li ma jkunux fid-dettalji kollha bħal jew
ogħla minn dawk li jkollu dak l-uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta,
jekk dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet, meħuda flimkien, fil-
fehma tal-Prim Ministru joffru b’mod sostanzjali benefiċċji li jkunu
ndaqs jew akbar.
Kap. 93.
Kap. 58. 
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta mpieg permanenti ma’ Enemalta
offert lilu skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandu,
għall-finijiet kollha ħlief dawk ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet
u ta’ l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema, u bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5) ta’ l-artikolu 28,
jitqies li temm milli jkun fis-servizz tal-Gvern u li daħal fis-servizz
ta’ Enemalta fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tiegħu, u għall-finijiet ta’
l-imsemmija Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, safejn japplikaw
għalih, servizz ma’ Enemalta għandu jitqies li hu servizz mal-
Gvern fit-tifsiriet li hemm fihom rispettivament.
Kap. 58.
(4) Kull uffiċjal bħal dak kif intqal qabel li, minnufih qabel ma
jaċċetta mpieg permanenti ma’ Enemalta, kien kontributur skond l-
Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema għandu jibqa’
jkompli jikkontribwixxi u jibbenefika minnhom għall-finijiet
kollha bħallikieku s-servizz tiegħu mal-Korporazzjoni kien servizz
mal-Gvern.
(5) Enemalta għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa għall-
pensjonijiet u gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal li jkun aċċetta
mpieg permanenti mal-Korporazzjoni kif intqal qabel matul il-
perijodu li jibda fid-data ta’ l-aċċettazzjoni ta’ dak l-uffiċjal.
Trasferiment ta’ 
mpjegati tal-Bord 
ta’ l-Elettriku ta’ 
Malta u tal-Bord 
tal-Gass għal ma’ 
Enemalta. 
33. (1) Kull persuna fl-impieg tal-Bord ta’ l-Elettriku ta’
Malta jew tal-Bord tal-Gass minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan
l-artikolu għandha, b’effett minn dak il-bidu fis-seħħ, titqies li ġiet
trasferita għas-servizz ta’, u għandha ssir impjegat ta’, Enemalta bl-
istess rata ta’ paga, u, kemm jista’ jkun qrib, taħt l-istess
kondizzjonijiet, bħal dawk li taħthom kull impjegat bħal dak kien
ENEMALTA ġ K AP. 272.    21
impjegat ma’ xi wieħed mill-imsemmija Bordijiet minnufih qabel
dik id-data:
Iżda, dwar kull impjegat bħal dak li għalih kien japplika l-
artikolu 29 ta’ l-Att ta’ l-1963 dwar l-Elettriku* , id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32 għandhom japplikaw daqslikieku
dawk l-impjegati kienu aċċettaw impieg permanenti ma’ Enemalta
u s-servizz mal-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta għandu, għall-finijiet
ta’ l-imsemmi artikolu 32, jitqies li hu servizz ma’ Enemalta.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li tolqot il-
jedd ta’ Enemalta li ttemm l-impieg ta’ xi mpjegat bħal dak li jkun
trasferit għas-servizz ta’ Enemalta, jew li tibdel ir-rata tal-paga jew
il-kondizzjonijiet tas-servizz tiegħu.
(3) Meta mpjegat li jkun ġie trasferit għas-servizz ta’ Enemalta
skond dan l-artikolu jkun ukoll impjegat li jkun ġie trasferit għall-
Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta skond l-artikolu 30 ta’ l-Att ta’ l-1963
dwar l-Elettriku#, u dik il-persuna wara tiġi maħtura għal kariga
pensjonabbli fis-servizz pubbliku, is-servizz tiegħu ma’ Enemalta
(flimkien mas-servizz tiegħu mal-Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta)
għandu jitqies li kien servizz mal-Gvern.
Irtir ta’ mpjegati 
trasferiti għas- 
servizz ta’ 
Enemalta.
34. (1) Meta mpjegat trasferit għas-servizz ta’ Enemalta
skond l-artikolu 33 ikun ukoll impjegat li jkun ġie trasferit għall-
Bord ta’ l-Elettriku ta’ Malta skond l-artikolu 30 ta’ l-Att ta’ l-1963
dwar l-Elettriku*, u dik il-persuna tmut, tirtira minn jew xort’oħra
ma tibqax fis-servizz ta’ Enemalta f’ċirkostanzi li, kieku s-servizz
tiegħu ma’ Enemalta u ma’ l-imsemmi Bord kien servizz mal-
Gvern, setgħet tingħata gratifikazzjoni dwar dak is-servizz,
Enemalta tista’, bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi,
tagħti dwar is-servizz kollu tagħha gratifikazzjoni li ma tkunx iżjed
minn dik li kienet tingħata kieku s-servizz tagħha ma’ Enemalta u
ma’ l-imsemmi Bord kien servizz mal-Gvern.
(2) Il-Gvern għandu jħallas lil Enemalta, dwar kull
gratifikazzjoni mogħtija skond is-subartikolu (1), kontribuzzjoni li
jkollha l-istess proporzjon mal-gratifikazzjoni li l-perijodu ta’
servizz ta’ l-impjegat mal-Gvern ikollu mal-perijodu kollu tas-
servizz tiegħu mal-Gvern u ma’ Enemalta.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li ttellef lil
Enemalta milli tagħti, skond xi proġett stabbilit skond l-artikolu 29,
xi somma jew somom lil xi mpjegat bħal dak bħala pensjoni,
gratifikazzjoni jew allowance oħra b’żieda ma’ kull gratifikazzjoni
mogħtija skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), iżda l-
Gvern ma jkun meħtieġ li jagħmel ebda kontribuzzjoni għal xi
somma addizzjonali hekk mogħtija.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 29(2) għandhom
japplikaw għal kull pensjoni, gratifikazzjoni jew allowance oħra
mogħtija skond dan l-artikolu.
*Imħassar b’dan l-Att.
#Imħassar b’dan l-Att.
  22      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
TAQSIMA VI
KUNTRATTI U SETGĦA GĦAL KSIB JEW TNEĦĦIJA TA’ 
PROPRJETÀ
Kuntratti ta’ 
provvista jew ta’ 
xogħlijiet. 
Emendat: 
XXXIV. 1989.2.
35. (1) Ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal
raġunijiet speċjali, Enemalta ma għandha tidħol f’ebda kuntratt
għall-provvista ta’ oġġetti jew materjali, barra minn pitrolju, jew
għall-esekuzzjoni ta’ xogħlijiet li jkun stmat mill-Bord li jkun
jiswa iżjed mis-somma ta’ għaxart elef lira, jew dik is-somma li l-
Kamra tad-Deputati tista’ minn żmien għal żmien b’riżoluzzjoni
tistabbilixxi, kemm-il darba avviż tal-ħsieb tal-Korporazzjoni li
tagħmel il-kuntratt ma jkunx ġie pubblikat u jkunu ħarġu offerti
kompetittivi.
(2) Enemalta għandha tikseb pitrolju b’dak il-mod u taħt dawk
il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li tista’, bil-qbil tal-Ministru,
tiddeċiedi jew tiftieħem.
Setgħa għal ksib u 
tneħħija ta’ 
proprjetà .
36. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan, Enemalta tista’, għall-fini tal-qadi xieraq u effiċjenti tal-
funzjonijiet tagħha skond dan l-Att - 
(a) tixtri jew xort’oħra tikseb u żżomm xi proprjetà
mobbli u tneħħi kull proprjetà  bħal dik; u
(b) tixtri jew xort’oħra tikseb u żżomm kull art jew
proprjetà  oħra immobbli jew interess fihom u tieħu
kull proprjetà  bħal dik b’kiri jew b’kull titolu ieħor
ikun li jkun.
(2) Enemalta tista’, bl-awtorità  bil-miktub tal-Prim Ministru,
tittrasferixxi jew tipoteka kull-art jew proprjetà  oħra immobbli jew
interess fihom vestiti f’Enemalta b’dan l-Att jew xort’oħra miksuba
mill-Korporazzjoni u tista’ wkoll, bil-kunsens tal-Ministru, tagħti
b’kiri dawk l-artijiet jew proprjetà  għal kull żmien.
(3) Enemalta tista’, mingħajr l-imsemmi kunsens, tagħti b’kiri
kull art jew proprjetà  immobbli oħra tal-Korporazzjoni għal żmien
ta’ mhux iżjed minn tmien snin, iżda dan jista’ jsir biss jekk il-
valur sħiħ tal-kera jiġi riżervat għal sena wara l-oħra u ma jitħallas
ebda rigal dwaru.
TAQSIMA VII 
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Liċenzi għall-
ġenerazzjoni ta’ 
enerġija, provvista 
ta’ pitrolju, eċċ. 
37. Imħassar bl-Att XXV. 2000. 36.
Għoti ta’ liċenzi 
minn Enemalta u 
arranġamenti oħra.
38. Imħassar bl-Att XXV. 2000. 36.
ENEMALTA ġ K AP. 272.    23
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
XXV. 2000.36.
39. Enemalta tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, tagħmel
regolamenti, li ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew mal-provvedimenti fi jew taħt kull liġi oħra li
tirregola l-funzjonijiet ta’ l-Enemalta, biex tippreskrivi u xort’oħra
tipprovdi dwar:
(a) id-dmirijiet ta’ kull uffiċjali tal-Korporazzjoni dwar l-
ispezzjon ta’ kull stallazzjoni, tagħmir, impjant,
apparat, xogħlijiet u proprjetà  oħra tal-Korporazzjoni,
f’liema intervalli u ħinijiet u b’liema mod kull
stallazzjonijiet, apparat u proprjetà  oħra bħal dawk ta’
Enemalta għandhom jiġu spezzjonati, u l-avviż (jekk
għandu jkun hemm) li għandu jingħata dwar l-
ispezzjonijiet;
(b) il-kondizzjonijiet li taħthom kull stallazzjoni, apparat
jew proprjetà  oħra tal-Korporazzjoni għandhom jiġu
installati, maħduma, imħaddma, issirilhom
manutenzjoni, jiġu protetti, kontrollati, jew b’xi mod
ieħor imħarsa u l-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ kull
stallazzjoni, apparat jew tagħmir perikolużi;
(ċ) l-istandard li jiġi wżat għall-kejl ta’ qisien ta’
stallazzjonijiet u apparat;
(d) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 20(5)
kull tariffa ta’ prezzijiet, drittijiet u ħlasijiet oħra li
jistgħu jew li huma meħtieġa li jiġu preskritti bid-
disposizzjonijiet jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att jew xi regolamenti magħmula bis-saħħa tagħhom
u l-ħin, il-post u l-mod għall-ħlas ta’ dawk il-
prezzijiet, drittijiet jew ħlasijiet u l-mod tal-ġbir u t-
tneħħija tagħhom;
(e) (imħassar bl-Att XXV. 2000.36);
(f) (imħassar bl-Att XXV. 2000.36);
(g) (imħassar bl-Att XXV. 2000.36);
(h) (imħassar bl-Att XXV. 2000.36);
(i) il-metodi li għandhom jintużaw għall-provvista ta’
servizzi mogħtija mill-Korporazzjoni, il-garanzija li
għandha tingħata minn persuni li jkunu jixtiequ jiksbu
dawk is-servizzi, il-kondizzjonijiet biex ma
jitkomplewx dawk is-servizzi f’każijiet fejn il-ħtiġijiet
ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament magħmul bis-saħħa
tiegħu ma jkunux ġew imħarsa, jew meta persuna tkun
qiegħda lura fil-ħlasijiet ta’ xi prezzijiet, ħlasijiet jew
drittijiet xierqa jew meta tuża apparat, strumenti jew
tagħmir difettużi, kif ukoll f’każijiet oħra fejn ikun
meħtieġ jew aħjar li ma jitkomplewx dawk is-servizzi;
(j) (imħassar bl-Att XXV. 2000.36);
(k) dawk il-ħwejjeġ dwar il-ħruġ ta’ obbligazzjonijiet jew
debenture stock skond dan l-Att kif il-Bord jidhirlu
meħtieġ jew spedjenti li jippreskrivi, u b’mod
partikolari, biex jiġi regolat il-metodu tal-ħruġ,
trasferiment, fidwa jew xogħol ieħor dwar dawk l-
  24      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
obbligazzjonijiet jew debenture stock;
(l) kull ħaġa oħra li skond dan l-Att tista’, jew hi
meħtieġa li tiġi preskritta; u
(m) kull ħaġa oħra li fil-fehma ta’ Enemalta tkun meħtieġa
jew spedjenti sabiex jingħata effett aħjar lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew biex tiġi żgurata s-
sigurtà  pubblika.
Lampi pubbliċi. 40. (1) Enemalta, meta tirċievi avviż xieraq mingħand il-
Gvern, li jeħtiġilha li twaħħal lampi pubbliċi jew li tipprovdi
enerġija elettrika għal lampi pubbliċi, għandha tipprovdi u twaħħal
dawk il-lampi pubbliċi u, safejn tkun tista’ tagħmel hekk, tagħti u
tkompli tagħti provvista ta’ enerġija elettrika lil dawk il-lampi
f’dawk il-kwantitajiet li l-Gvern jista’ jeħtieġ minn żmien għal
żmien.
(2) Il-prezz li għandu jiġi mitlub minn, u mħallas lil, Enemalta
għall-provvista u twaħħil ta’ lampi pubbliċi u għall-enerġija
elettrika provduta lil dawk il-lampi, u l-ħwejjeġ kollha li għandhom
x’jaqsmu magħhom, għandu jiġi ffissat bi ftehim bejn il-Gvern u l-
Korporazzjoni, wara li jiġu meqjusa l-fatturi kollha rilevanti.
(3) F’dan l-artikolu "lampa pubblika" tfisser lampa elettrika
wżata biex tinxtegħel xi triq.
Eżenzjoni mid-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att. 
41. Imħassar bl-Att XXV. 2000.36.
Setgħa għal dħul 
biex tiġi żgurata 
kondizzjoni ta’ 
stallazzjonijiet, 
eċċ.
Emendat:
XXV. 2000.36.
42. Kull persuna awtorizzata mill-Bord tista’, f’kull ħinijiet
xierqa, tidħol f’kull post li fih l-enerġija elettrika tkun, kienet jew
ser tiġi provduta minn Enemalta, jew li fih xi stallazzjoni, apparat,
strument, impjant jew aċċessorji jkunu qegħdin, jew ikunu ġew jew
ikunu ser jiġu mgħammra, jew xort’oħra jkunu hemm, għal jew
dwar il-provvista, ħażna, tqassim, bejgħ jew tneħħija oħra ta’
enerġija elettrika jew ta’ pitrolju minn Enemalta, għall-fini ta’:
(a) spezzjon, manutenzjoni u, jekk ikun hemm ħtieġa,
tiswija ta’ kull wieħed mill-oġġetti hawn fuq
imsemmija kif ukoll linji, arloġġi, tagħmir, xogħlijiet
jew apparat proprjetà  ta’ Enemalta, jew li jkunu
mgħammra f’dak il-post;
(b) tikseb dawk il-fatti jew dik l-informazzjoni li l-Bord
jista’ jeħtieġ dwar is-servizzi mogħtija minn Enemalta; 
(ċ) it-tneħħija ta’ kull jew uħud mill-istallazzjonijiet,
apparat, strumenti, impjanti jew aċċessorji li jkunu
proprjetà  tal-Korporazzjoni, kull meta xi servizz
provdut mill-Korporazzjoni ma jkunx għadu meħtieġ
jew meta l-Korporazzjoni tkun awtorizzata li tirtira s-
servizzi tagħha:
Iżda Enemalta għandha ssewwi kull ħsara li tiġġarrab b’kull
dħul, spezzjon jew tneħħija bħal dawk.
ENEMALTA ġ K AP. 272.    25
Reati dwar 
prekawzjoni waqt 
xogħlijiet. 
Emendat:
XXV. 2000.36.
43. (1) L-esekuzzjoni tax-xogħol kollu li għandu x’jaqsam
mas-servizzi mogħtija minn Enemalta għandha ssir b’dak il-mod li
jista’ jiġi preskritt minn jew taħt dan l-Att jew minn jew taħt kull
liġi oħra u mingħajr ħsara għas-sigurtà  pubblika jew sigurtà
privata.
(2) Kull persuna li, mingħajr raġuni xierqa, tikser jew tonqos li
tħares id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat skond
dan l-Att.
Reati dwar 
stallazzjonijiet, 
eċċ., provduti.
44. (1) Ebda persuna ma għandha tuża xi enerġija elettrika
jew xi stallazzjoni, apparat, strument jew l-aċċessorji tagħhom,
provduti minn Enemalta, jew xi pitrolju provdut għall-bejgħ jew
tneħħija oħra minn jew f’isem Enemalta, sew direttament jew
indirettament, għal għanijiet ħlief dawk li għalihom ikun provdut; u
kull dikjarazzjoni jew turija ċara minn Enemalta dwar l-għan li
għalih xi oġġett kif issemma qabel ikun ġie provdut tkun prova
konklużiva ta’ dak l-għan.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Reati oħra. 
(a) tfixkel jew ma tħallix lil xi membru tal-Bord jew lil xi
uffiċjal, aġent jew impjegat ta’ Enemalta fil-qadi ta’
dmirijietu skond dan l-Att jew skond xi regolamenti
magħmula bis-saħħa ta’ dan l-Att; jew
(b) tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi waħda mill-
imsemmija regolamenti jew xi ordni leġittimu mogħti
skond id- disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ dawk
ir- regolamenti; jew
(ċ) meta liċenza jew permess ieħor ikun meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew skond xi
regolamenti kif intqal qabel, għall-użu tas-servizzi jew
faċilitajiet ta’ Enemalta, tagħmel użu minn dawk is-
servizzi jew faċilitajiet mingħajr dik il-liċenza jew dak
il-permess jew tikser jew tonqos li tħares il-
kondizzjonijiet ta’ liċenza bħal dik jew permess bħal
dak,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Pieni għal reati. 
Kap. 9.
46. (1) Kull persuna ħatja ta’ reat kontra dan l-Att jew kontra
xi regolamenti, regoli jew ordnijiet magħmula bis-saħħa ta’ dan l-
Att, teħel, bla ħsara għar-responsabbiltà  tagħha skond il-Kodiċi
Kriminali jew xi liġi oħra, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira, jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
(2) Meta jkun sar reat kontra dan l-Att kif imsemmi fl-artikolu
38 jew fl-artikolu 45(ċ), kull stallazzjoni, apparat, strument,
impjant jew tagħmir jew ħag’oħra wżata sabiex isir ir-reat tkun
konfiskata favur il-Gvern.
  26      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
Riżerva. 
Kap. 25.
47. (1) Ir-regolamenti, ir-regoli jew l-ordnijiet kollha
magħmula taħt, jew miżmuma fis-seħħ bi, l-Att ta’ l-1952 dwar il-
Gass* jew l-Att ta’ l-1963 dwar l-Elettriku* jew magħmula taħt xi
disposizzjoni ta’ l-Ordinanza dwar l-Importazzjoni, Magazzinaġġ u
Bejgħ ta’ Pitrolju mħassra jew emendati b’dan l-Att, jekk kienu u
kif kienu fis-seħħ minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu,
għandhom jibqgħu fis-seħħ wara daqslikieku kienu saru taħt dan l-
Att, jew taħt id-disposizzjonijiet xierqa emendati b’dan l-Att,
skond il-każ, suġġetti għal dawk il-modifiki, adattamenti u
limitazzjonijiet li jkunu meħtieġa jew spedjenti biex jagħtuhom
effett bħallikieku jkunu hekk saru, u jistgħu jiġu revokati, mibdula
jew emendati f’dan skond hekk.
(2) Kull liċenza, permess jew awtorità  mogħtija skond xi liġi,
jew xi disposizzjoni tagħha, imħassra jew emendata b’dan l-Att, u
li kienet għadha fis-seħħ minnufih qabel dak it-tħassir jew dik l-
emenda, għandhom jibqgħu fis-seħħ wara bħallikieku kienu
liċenza, permess jew awtorità  mogħtija taħt disposizzjoni
korrispondenti ta’ dan l-Att, jew, skond il-każ, disposizzjoni
emendata b’dan l-Att; u kull liċenza, permess jew awtorità  hekk kif
intqal qabel għandhom jiġu trattati u jsiru dwarhom f’dan is-sens.
Emendata: 
XXIII. 1991.53.
SKEDA 
ġ ARTIKOLU 15ħ
Disposizzjonijiet dwar servizz komuni ta’ qari ta’ meter, tiżmim
ta’ kontijiet u ġbir ta’ kontijiet u dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti
funzjonijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma f’isem
Enemalta.
1. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma hija hawn
maħtura fl-isem u għan-nom ta’ Enemalta biex teżerċita u taqdi
kemm jista’ jkun fl-intier u b’mod effettiv fl-aspetti kollha bħal
Enemalta stess dawk il-funzjonijiet kollha li huma jew jistgħu minn
żmien għal żmien ikunu legalment mogħtija lil Enemalta dwar l-atti
u l-ħwejjeġ li ġejjin, jiġifieri:
(a) li titlob, teħtieġ, tirċievi, taċċetta, tħassar, tirrinunzja u
b’mod ġenerali tittratta ma’ garanzija, sigurtà ,
depożitu jew impriża dwar somom dovuti lil Enemalta
għall-fornitura ta’ enerġija elettrika, kiri ta’ meter u
servizzi (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’din l-Iskeda
msemmija bħala "somom dovuti lil Enemalta");
(b) li tmexxi l-qari ta’ meters sabiex tiġi żgurata l-
kwantità  ta’ enerġija elettrika fornita u, meta
applikabbli l-akbar talba;
(ċ) li żżomm kontijiet li juru s-somom dovuti lil Enemalta
u li terfa’ kull kotba u dokumenti dwar jew li
għandhom x’jaqsmu ma’ dawk il-kontijiet;
*Imħassar b’dan l-Att.
ENEMALTA ġ K AP. 272.    27
(d) li tieħu ħsieb il-kalkolu, servizz u ġbir ta’ kontijiet
dwar somom dovuti lil Enemalta;
(e) li tirċievi mingħand il-konsumaturi ta’ enerġija
elettrika kull avviż dwar -
(i) il-ħsieb tat-twaqqif ta’ użu ta’ dik l-enerġija; jew 
(ii) it-tmexxija ta’ tibdil f’fondi jew
f’istallazzjonijiet; 
(f) li tara li l-fornitura ta’ enerġija elettrika lil kull
konsumatur tiġi sospiża fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’
somom dovuti lil Enemalta wara t-temm tal-perijodu
preskritt, jew ta’ ċaħda mhux ġustifikata ta’ aċċess fil-
fond; u għal dan l-iskop li tara li l-main  fuses jiġu
mneħħija jew l-istallazzjoni tiġi maqtugħa mill-mains,
sew fuq l-art sew taħt l-art;
(g) li tara li l-meter jiġi mneħħi mill-fond fil-każ ta’
dewmien fil-ħlas ta’ somom dovuti lil Enemalta għal
aktar minn tliet xhur, jew qabel jekk hekk jidhrilha
meħtieġ;
(h) li terġa’ tikkonnetja l-fornitura u, jekk hemm bżonn,
terġa’ tqiegħed il-meter wara li jkun sar ħlas ta’
somom dovuti lil Enemalta;
(i) li tidħol f’kull fond u li tesegwixxi u tagħmel
hemmhekk kull att jew ħaġa li tkun fl-awtorità  ta’
Enemalta;
(j) li tistma, permezz ta’ dak il-kriterju li jkun fid-
diskrezzjoni ta’ Enemalta, il-konsum ta’ enerġija
elettrika f’kull fond li fih ikun ġie miċħud id-dħul
għall-fini ta’ qari ta’ meters wara li jkun ingħata avviż
xieraq;
(k) b’mod ġenerali li tagħmel kull att ieħor, inċidentali
jew supplementari għal dak li ngħad qabel, li
Enemalta, kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’
din l-Iskeda, kien ikollha dritt li tagħmel dwar u għall-
finijiet ta’ qari ta’ meters, tiżmim ta’ kontijiet u ġbir
ta’ kontijiet kif applikabbli għall-fornitura ta’ enerġija
elettrika.
Kap. 16. 
Kap. 12.
2. Jekk xi somom dovuti lil Enemalta ma jitħallsux jew jekk
xi oġġetti jew materjali li jkunu ta’ Enemalta ma jiġux mogħtija
lura minn xi konsumatur ta’ l-enerġija elettrika, il-Korporazzjoni
għas-Servizzi ta’ l-Ilma tista’, b’dak kollu li hemm fid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1866 tal-Kodiċi Ċivili, tagħmel kull
proċedura legali jew proċedura oħra awtorizzata bil-liġi għall-ġbir
jew teħid lura tagħhom fl-isem u għan-nom ta’ Enemalta; u għall-
finijiet ta’ l-artikolu 466 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għandha
titqies li tkun taġixxi bħala kap ta’ dipartiment dwar daqstant minn
dawk il-proċeduri li jittieħdu għan-nom ta’ Enemalta.
3. Waqt li jkunu qed jaġixxu fil-limiti tas-setgħat mogħtija
lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma bi jew skond id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda l-uffiċjali u l-impjegati ta’ l-
  28      KAP. 272. ħ         ENEMALTA
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għandhom, għall-finijiet ta’
kull liġi jew regolament li jkollhom xi riferenza għall-uffiċjali jew
impjegati ta’ Enemalta, jitqiesu li jkunu wkoll uffiċjali jew
impjegati ta’ Enemalta.
4. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tista’, dwar il-
kontijiet ta’ Enemalta u somom dovuti lil Enemalta, tkompli fis-
seħħ kull arranġamenti li jkunu saru ma’ xi dipartiment ieħor tal-
Gvern għall-kalkolar ta’ kontijiet u tiżmim ta’ kontijiet u għall-
provvediment ta’ għajnuna legali jew għajnuna oħra.
5. Enemalta jkollha dritt ta’ aċċess għal u spezzjon tal-
kontijiet miżmuma mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma
dwar l-attivitajiet ta’ Enemalta u jkollha dritt li żżomm fl-uffiċċji
ta’ l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma dak in-numru ta’
rappreżentanti li jista’ minn żmien għal żmien ikun miftiehem bejn
Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
6. Minn żmien għal żmien skond ma jista’ jkun meħtieġ,
Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma jistgħu
permezz ta’ att pubbliku fl-atti tan-Nutar tal-Gvern, li l-pattijiet
tiegħu għandhom l-ewwel ikunu approvati mill-Ministru, jagħmlu
ftehim (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’din l-Iskeda msejjaħ "il-
ftehim") li jirregola l-ħwejjeġ kollha jew xi waħda mill-ħwejjeġ li
ġejjin:
(a) l-aċċess għal u spezzjon tal-kontijiet u n-numru u s-
setgħat tar-rappreżentanti ta’ Enemalta msemmija fil-
paragrafu 5 ta’ din l-Iskeda;
(b) il-kumpens (magħdud il-ħlas lura ta’ kull spejjeż u
drittijiet amministrattivi mħallsa jew magħmula kif
imiss mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma) li
għandu jitħallas lil, jew li għandu jiġi miżmum minn,
il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma dwar l-
eżerċizzju u l-qadi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi
ta’ l-Ilma tal-funzjonijiet mogħtija lilha b’din l-Iskeda;
(ċ) il-perijodi li fihom u l-mod li bih l-Korporazzjoni
għas- Servizzi ta’ l-Ilma għandha tibgħat lil Enemalta
somom miġbura mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’
l-Ilma f’isem Enemalta jew, safejn ikunu saru
arranġamenti għat-tpaċija fil-ftehim, dawk il-bilanċi
tagħhom li jkunu pendenti wara li xi ammonti dovuti
lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma skond l-
aħħar subparagrafu ta’ qabel dan ikunu ġew imnaqqsa;
(d) iż-żmien u l-metodu ta’ tibdil ta’ tagħrif u ta’ użu ta’
mezzi ta’ konsultazzjoni bejn Enemalta u l-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għall-aħjar
esekuzzjoni ta’ l-interess tagħhom komuni tad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda u tal-ftehim;
(e) il-proċeduri finanzjarji, bankarji, ta’ verifika u
amministrattivi li għandhom isiru miż-żewġ naħiet
għall-ħdim regolari u effiċjenti ta’ l-arranġamenti
eżistenti bejniethom magħduda, mingħajr ħsara għall-
ġeneralità  ta’ ’l fuq imsemmi, il-forom li għandhom
ENEMALTA ġ K AP. 272.    29
jintużaw, id-dokumenti li għandhom jiġu merfugħa, il-
kotba li għandhom jinżammu, ir-reżokonti li
għandhom isiru, l-avviżi li għandhom jiġu mogħtija
jew komunikati u l-kontijiet li għandhom jintbagħtu;
(f) dawk il-ħwejjeġ l-oħra inċidentali u supplementari
għal dak li ngħad qabel li għalihom, bl-approvazzjoni
tal-Ministru, jistgħu jqisu meħtieġ u xieraq li
jipprovdu.
7. Il-Ministru għandu jara li kopja tal-ftehim titqiegħed fuq
il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
