INKJESTI ġKAP. 273.   1
KAPITOLU 273
ATT DWAR L-INKJESTI
Biex jirregola ċerti inkjesti u biex jipprovdi ħwejjeġ oħra dwarhom. 
(3 ta’ Ġunju, 1977)*
Sar liġi bl-ATT XIX ta’ l-1977, kif emendat bl-Att V ta’ l-1989.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
V. 1989.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"Bord" tinkludi kull kummissjoni, kumitat jew korp ieħor ta’
persuni u tinkludi wkoll persuna waħda li taġixxi bħala Bord jew
awtorità bħal dak;
"inkjesta" tinkludi kull stħarriġ jew eżami ieħor tal-fatti jew
ċirkostanzi ta’ każ;
"korp imwaqqaf b’liġi" tfisser kull korporazzjoni jew enti morali
ieħor imwaqqaf b’liġi u kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern
ta’ Malta jew xi korp kif intqal qabel ikollhom sehem biżżejjed
biex jikkontrollaw, jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Applikazzjoni tad-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att.
3. Dan l-Att għandu japplika għal kull Bord maħtur jew
awtorizzat b’xi liġi, jew taħtha, magħdud dan l-Att, biex imexxi
inkjesta jew inkjesti dwar xi ħaġa minn dan li ġej:
(a) l-imġieba ta’ uffiċjali pubbliċi, jew ta’ uffiċjali jew
impjegati ta’ korp imwaqqaf b’liġi, jew ta’ kull wieħed
jew iżjed minn dawk l-uffiċjali pubbliċi jew uffiċjali
jew impjegati;
(b) l-imġieba u t-tmexxija ta’ kull dipartiment tal-Gvern
jew ta’ kull korp imwaqqaf b’liġi;
(ċ) kull ħaġa li taqa’ taħt il-funzjonijiet jew ir-
responsabbiltà ta’ xi dipartiment jew korp bħal dawk,
jew xort’oħra li għandha x’taqsam ma’ jew tolqot
servizz tal-Gvern,
u b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal
qabel, dan l-Att għandu japplika għal kull Bord jew awtorità oħra,
li teżerċita s-setgħat ta’ dixxiplina dwar uffiċjali pubbliċi skond l-
artikolu 110 u l-artikolu 121 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tagħhom.
Ħatriet ta’ 
Bordijiet skond 
dan l-Att. 
Emendat: 
V. 1989.3.
4. (1) Bord jista’ jiġi maħtur skond dan l-Att jew mill-Prim
Ministru għal xi wieħed mill-għanijiet imsemmija fl-artikolu 3 ta’
dan l-Att, jew minn Ministru għal xi wieħed mill-għanijiet
imsemmija fil-paragrafi (b) u (ċ) ta’ l-imsemmi artikolu 3 safejn il-
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 293 tat-3 ta’ Ġunju, 1977.
 2      KAP. 273.ħ      INKJESTI
kwistjoni ta’ l-inkjesta tkun tikkonċerna jew tolqot dipartiment jew
korp imwaqqaf b’liġi jew servizz li għalih ikun responsabbli jew li
dwaru jkollu setgħat skond xi leġislazzjoni.
(2) Meta Bord ikun jikkonsisti fi tliet persuni jew aktar, dan
ikun magħmul minn chairman flimkien ma’ dak in-numru biż-żewġ
ta’ membri oħrajn li l-persuna li tkun qiegħda taħtar il-Bord tista’
tqis li jkun xieraq; u meta n-numru totali tal-membri li jkunu
jagħmlu l-Bord ikun ta’ aktar minn tlieta, wieħed mill-membri tal-
Bord li ma jkunx iċ-chairman jinħatar mill-persuna li tkun qiegħda
taħtar il-Bord bħala viċi-chairman u jippresjedi fil-laqgħat tal-Bord
fl-assenza taċ-chairman.
(3) Il-quorum tal-Bord jintlaħaq biċ-chairman, jew fl-assenza
taċ-chairman, bil-viċi-chairman, flimkien ma’ dawk il-membri
oħrajn li ma jkunux inqas minn nofs in-numru ta’ membri minbarra
ċ-chairman, li jkunu jagħmlu l-Bord.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull Bord
maħtur skond dan l-Att għandu jaqdi dawk il-funzjonijiet u
dmirijiet oħra, u b’dak il-mod u f’dak iż-żmien, li jiġu speċifikati
fid-dokument li jaħtru.
Ġurament tal-
kariga.
Emendat: 
V. 1989.4.
5. (1) Kull persuna maħtura biex tkun, jew biex isservi bħala,
chairman jew viċi-chairman, skond il-każ, jew membru ta’ xi Bord
li għalih japplika dan l-Att għandha, qabel ma tieħu dawk id-
dmirijiet, tieħu u tiffirma ġurament fil-forma murija fl-Iskeda li
tinsab ma’ dan l-Att jew f’dik il-forma l-oħra li tkun xierqa fil-każ.
(2) Il-ġurament jista’ jittieħed quddiem kummissjonarju li
għandu s-setgħa li jagħti ġuramenti u għandu jiġi depożitat għand l-
Avukat Ġenerali.
Sejħa tax-xhieda u 
għoti ta’ 
ġuramenti. 
Emendat: 
V. 1989.5.
6. (1) Kull Bord li għalih japplika dan l-Att ikollu s-setgħa li
tiġi eżerċitata permezz taċ-chairman jew tal-viċi-chairman tiegħu,
skond il-każ jew mill-persuna li tikkostitwixxi l-Bord-
(a) li jsejjaħ xhieda;
(b) li jagħti l-ġurament lil kull xhud u lil kull persuna li
jkollhom x’jaqsmu fl-inkjesta, u li jeħtieġuhom li
jixhdu u jipproduċu dokumenti li jkunu fil-pussess
tagħhom jew taħt il-kustodja tagħhom f’dawk iċ-
ċirkostanzi kif quddiem qorti jkunu meħtieġa li jixhdu
jew jipproduċu dokumenti.
(2) Taħrika għall-attendenza tax-xhieda tista’ tkun fil-forma
murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att jew f’dik il-forma l-oħra li
tkun xierqa fil-każ, u għandha tkun iffirmata miċ-chairman jew
mis-segretarju tal-Bord jew, skond il-każ, mill-persuna li
tikkostitwixxi l-Bord.
(3) Taħrika tista’ tiġi notifikata jew bl-idejn jew bil-posta.
Meta tiġi notifikata bl-idejn ikun biżżejjed biex tiġi ppruvata n-
notifika li jiġi ppruvat li t-taħrika tħalliet ma’ persuna ’l-fuq mill-
età ta’ 16-il sena fil-post tar-residenza jew tan-negozju tal-persuna
mħarrka; u jekk tiġi notifikata bil-posta jkun biżżejjed biex tiġi
ppruvata n-notifika li jiġi ppruvat li t-taħrika kienet indirizzata w
INKJESTI ġKAP. 273.   3
impustata tajjeb.
(4) Kull persuna mħarrka kif intqal qabel li tirrifjuta, jew
tonqos mingħajr raġuni xierqa, li tattendi fil-post u l-ħin
imsemmija fit-taħrika, jew li tirrifjuta, mingħajr raġuni xierqa, li
twieġeb jew li twieġeb b’mod sħiħ u sodisfaċenti, skond l-aħjar ħila
u twemmin tagħha l-mistoqsijiet kollha li jsirulha mill-Bord jew bi
qbil mal-Bord, jew li tirrifjuta jew tonqos, mingħajr raġuni xierqa,
li tipproduċi xi dokument li tkun meħtieġa li tipproduċi mill-Bord
jew bi qbil mal-Bord, teħel, meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira jew il-piena ta’ priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda, bla ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, ebda persuna li
tixhed quddiem Bord ma tista’ tkun imġiegħla li tinkrimina lilha
nniffsha, u kull persuna bħal dik ikollha, dwar kull xiehda tagħha
quddiem il-Bord, l-istess privileġġi li għandu xhud li jixhed
quddiem il-qorti.
(5) Ma jinbdew ebda proċedimenti dwar xi reat kontra dan l-
artikolu mingħajr il-qbil-ta’ l-Avukat Ġenerali.
Riserva. 
Kap. 249. 
7. Minkejja t-tħassir ta’ l-Att ta’ l-1948 dwar il-Kumitati ta’
Inkjesti* u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ta’ l-
Att dwar l-Interpretazzjoni, kull setgħa eżerċitata u kull ġurament
meħud taħt l-imsemmi Att ta’ l-1948, għandhom jibqgħu jseħħu
daqslikieku kienu setgħa eżerċitata taħt, jew setgħa mogħtija minn,
dan l-Att, skond il-każ, jew ġurament meħud taħt u għall-finijiet ta’
dan l-Att.
Emendata: 
V. 1989.6.
SKEDA 
(ARTIKOLI 5 U 6)
A. Forma ta’ ġurament li jittieħed minn chairman, viċi-chairman 
jew membru ta’ Bord
Jiena . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . li ġejt maħtur Chairman/
Viċi Chairman/membru ta’ . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . naħlef/
niddikjara solennement li jiena bil-fedeltà kollha u imparzjalment,
u mill-aħjar li nista’ naqdi d-dmir u x-xogħol li jmissni bis-saħħa
ta’ l-imsemmija ħatra.
Hekk Alla jgħini.
*Imħassar bis-subartikolu  (1) ta’ l-artikolu 7 ta’ dan l-Att kif oriġinarjament
promulgat liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
 4      KAP. 273.ħ      INKJESTI
B. Taħrika ta’ Xhud
(Att dwar l-Inkjesti)
Lil A.B. (isem il-persuna mħarrka u fejn toqgħod)
Inti hawnhekk tinsab imħarrek biex tidher quddiem . . . . . . . . . . .
. . . . . . . fi . . . . . . . . . . (post) fi . . . . . . . . . . . . . . . . (data u ħin) u
li tixhed dwar . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . (il-kwistjoni ta’ l-
inkjesta).
Iffirmat minni llum . . . . . . . . . . ta’ . . . . . . . . . . 19 . . . . . . 
. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .
(Firma taċ-Chairman, Viċi-Chairman jew 
membru ieħor)
