MINISTERUTAT-TURIŻMU ġKAP. 274.   1
KAPITOLU 274
ATT DWAR IL-MINISTERU TAT-TURIŻMU 
Biex jipprovdi dwar il-funzjonijiet ta’ Ministeru b’responsabbiltà għat-
turiżmu, biex jipprovdi xort’oħra dwar it-turiżmu, u biex jipprovdi dwar
affarijiet li għandhom x’jaqsmu miegħu jew li huma anċillari għalih.
(3 ta’ Diċembru, 1977)*
Sar liġi bl-ATT XXXVI ta’ l-1977.
Titolu fil-qosor. 
Turiżmu. 
Tifsir.
xort’oħra - 
"Bord tat-Turiżmu" tfisser il-Bord tat-Turiżmu tal-Gvern ta’
Malta mwaqqaf bl-Ordinanza ta’ l-1958 dwar il-Bord tat-Turiżmu
tal-Gvern ta’ Malta#;
"Ministru" tfisser il-Ministru maħtur bħala Ministru tat-Turiżmu
jew il-Ministru li lilu tiġi assenjata r-responsabbiltà għal-turiżmu. 
Funzjonijiet tal-
Ministru. 
3. (1) Tkun il-funzjoni tal-Ministru li jmexxi ’l quddiem u
jiżviluppa t-turiżmu f’Malta u, bla ħsara tad-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan l-Att u ta’ kull funzjoni jew setgħa oħra, il-Ministru
jkollu s-setgħa li jagħmel dak kollu li jqis meħtieġ għal dak l-għan
jew li jwassal għalih.
(2) Fl-esekuzzjoni ta’ kull waħda mill-funzjonijiet tiegħu, il-
Ministru jista’ jiddelega kull waħda mis-setgħat tiegħu lil kull
uffiċjal pubbliku, jew persuna jew awtorità oħra, u jista’ wkoll
jaġixxi permezz ta’ dak l-uffiċjal, persuna jew awtorità.
Organizzazzjoni 
rikonoxxuta. 
4. Meta korp ta’ persuni, sew jekk ikun enti morali sew jekk
le sew jekk ikollu jew ma jkollux personalità legali distinta minn
dik tal-membri tiegħu, jiġi mwaqqaf bil-għan li jaqdi funzjonijiet
relatati għall-promozzjoni u l-iżvilupp tat-turiżmu f’Malta u jkun,
għal dak iż-żmien, rikonoxxut mill-Ministru għall-għanijiet ta’ dan
l-artikolu, il-Ministru għandu jeżerċita dawk mill-funzjonijiet
tiegħu li huwa jidhirlu xierqa in konsultazzjoni ma’ dak il-korp jew
billi jiddelega xi waħda minn dawk is-setgħat lill-korp fuq
imsemmi.
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat
liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji u l-Avviż Legali 149 tat-2 ta’ Diċembru, l-1977.
#Din l-Ordinanaza ġiet imħassra bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 7 ta’ dan l-Att
kif oriġinarjament promulgat, liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-
1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
 2      KAP. 274.ħ      MINISTERUTAT-TURIŻMU
Delega ta’ 
funzjonijiet.
5. Meta xi funzjoni jew setgħa tiġi delegata lil jew b’xi mod
ieħor tiġi eżerċitata permezz ta’ persuna jew awtorità oħra skond
dan l-Att, dik il-funzjoni jew setgħa, magħdud kull att jew
proċeduri ġudizzjarji, tista’ tiġi eżerċitata minn u f’isem id-delegat
jew aġent ieħor, jew minn dak id-delegat jew aġent ieħor għal u
f’isem il-Ministru.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
6. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti effett
aħjar lil kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għall-qadi
aħjar ta’ kull waħda mill-funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att, u bla
ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, jista’ b’dawk ir-
regolamenti - 
(a) jippreskrivi, jirregola jew xort’oħra jipprovdi dwar
kull ħaġa li għandha x’taqsam mat-tmexxija ’l
quddiem tat-turiżmu;
(b) jirregola jew xort’oħra jipprovdi dwar kull ħaġa li
għandha x’taqsam ma’ l-amministrazzjoni jew id-
direzzjoni ta’ kull organizzazzjoni magħrufa minnu
għall-finijiet ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att, jew li
għandha x’taqsam mal-funzjonijiet ta’ xi persuna jew
awtorità li lilha dawk il-funzjonijiet ikunu delegati taħt
dan l-Att, magħdud il-maniġġ ta’, u r-responsabbiltà
għal, kull fondi ta’ dik l-organizzazzjoni jew li jkunu
amministrati minnha, jew li jkunu amministrati minn
dik il-persuna jew awtorità kif intqal qabel fil-qadi tal-
funzjonijiet tagħhom;
(ċ) jippreskrivi, u xort’oħra jipprovdi għall-impostazzjoni
jew ġbir ta’, drittijiet, ħlasijiet jew pagamenti oħra
għal servizzi jew dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
ma’ turiżmu, u jirregola ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu magħhom jew li jkunu anċillari għalihom.
Riserva. 7. B’effett mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att -
(a) il-funzjonijiet u s-setgħat kollha li sal-lum kienu
mogħtija lill-Bord tat-Turiżmu għandhom jgħaddu fil-
Ministeru u jkunu eżerċitabbli minnu;
(b) il-flejjes u l-proprjetà l-oħra kollha li sal-lum
jappartjenu lil jew huma amministrati minn jew huma
disponibbli għall-Bord tat-Turiżmu, u b’mod
partikolari kull somom imħallsa lill-istess Bord jew li
jkunu għadhom għad-disposizzjoni tiegħu skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza ta’ l-1958 dwar il-
Bord tat-Turiżmu tal-Gvern ta’ Malta* għandhom isiru
ta’ jew jappartjenu lill-Ministru taħt l-istess titolu u bl-
istess mod u ċirkostanzi;
(ċ) kitbiet ta’ kull xorta, u l-kuntratti kollha jew
obbligazzjonijiet oħra li, minnufih qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-artikolu, kienu jorbtu lil jew kienu a
*Imħassra bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 7 ta’ l-Att kif oriġinarjament
promulgat, liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
MINISTERUTAT-TURIŻMU ġKAP. 274.   3
favur tal-Bord tat-Turiżmu għandhom, fil-bidu fis-
seħħ tiegħu, jibdew jorbtu lil jew isiru a favur tal-
Ministru daqslikieku huwa kien imsemmi jew kien
parti fihom minflok l-imsemmi Bord.
