ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    1
KAPITOLU 276
ATT DWAR L-ESTRADIZZJONI
Biex jipprovdi għal u dwar l-estradizzjoni, għal u minn pajjiżi oħra, ta’ persuni akkużati
b’reati jew misjuba ħatja ta’ reati, u għal kull ħaġa li għandha x’taqsam magħhom jew
inċidentali għalihom.
1 ta’ Frar, 1982
L-ATT XVIII ta’ l-1978, kif emendat bl-Atti XLIX ta’ l-1981 u VIII ta’ l-1990; bl-Avviż
Legali 40 ta’ l-1993; u bl-Atti XVII ta’ l-1996, III ta’ l-2001, u III u XXIV ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2
Taqsima II.  Treġġigħ lura ta’ min jagħmel reati lejn Pajjiżi 
tal-Commonwealth  3-5
Taqsima III.  Treġġigħ lura ta’ min jagħmel reati lejn pajjiżi oħra 
barranin  6-9
Taqsima IV. Disposizzjonijiet applikabbli għat-treġġigħ lura ta’ 
min jagħmel reati għall-pajjiżi kollha  10-24
Taqsima V.  Kif jiġu trattati persuni li jittreġġgħu lura Malta  25-26
Taqsima VI.  Konsenja ta’ ħatjin lill-Qorti Kriminali Internazzjonali 26A-26U
Taqsima VII.  Mixxellanji  27-31
SKEDA
  2      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
 TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-
Estradizzjoni.
Tifsir..
Emendat:
XXIV. 2002.14.
2. (1) F’dan l-Att, minbarra fit-Taqsima VI tiegħu u kemm-il
darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra - 
"arranġament", dwar it-treġġigħ lura ta’ kriminali maħruba għal
jew minn xi pajjiż, li ma jkunx Malta, tfisser kull trattat,
konvenzjoni, ftehim jew qbil għal dak il-għan bejn Malta u dak il-
pajjiż l-ieħor jew li japplika għal dawk iż-żewġ pajjiżi jew li fihom
dawk iż-żewġ pajjiżi jkunu parti;
Kap. 260. "ħabs" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-Att dwar il-
Ħabs;
"kriminali maħrub" tfisser persuna li tkun akkużata jew misjuba
ħatja ta’ reat ta’ estradizzjoni li jkun ġie magħmul fil-ġurisdizzjoni
ta’ xi pajjiż li ma jkunx Malta li tkun qiegħda jew ikun hemm
suspett li tkun qiegħda f’Malta; u kull meta dik il-frażi tinsab dwar
xi pajjiż bħal dak, tfisser kriminali maħrub akkużat jew misjub ħati
ta’ reat ta’ estradizzjoni li jkun ġie magħmul fil-ġurisdizzjoni ta’
dak il-pajjiż;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; 
"pajjiż" tinkludi kull territorju;
"pajjiż barrani speċifikat" għandha t-tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 6;
"pajjiż li jagħmel it-talba" tfisser pajjiż li jitlob it-treġġigħ lura
skond dan l-Att ta’ kriminali maħrub;
"pajjiż tal-Commonwealth speċifikat" għandha t-tifsir kif mogħti
lilha bl-artikolu 4;
"reat ta’ estradizzjoni" għandha t-tifsir mogħti lilha jew bl-
artikolu 5 jew bl-artikolu 8, skond ma jeħtieġ il-każ. 
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att -
(a ) persuna misjuba ħatja ta’ reat fin-nuqqas tagħha
għandha titqies bħala persuna akkużata b’dak ir-reat; 
(b) egħmil jew nuqqas li jikkostitwixxi reat biss kontra
liġi milita ri iżda mhux kontra l-liġi ordinarja tal-pajjiż
ma jitqiesx bħala reat;
(ċ) kull kolonja, dipendenza u parti kostitwenti ta’ pajjiż,
u kull bastiment u kull inġenju ta’ l-ajru ta’ dak il-
pajjiż jew reġistrat fih, għandu (ħlief fejn imsemmi
espressament bħala distint f’dan l-Att jew xort’oħra
provdut espressament) jitqies li jkun fil-ġurisdizzjoni
ta’ dak il-pajjiż u li jkun parti minnu.
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    3
TAQSIMA II
TREĠĠIGĦ LURA TA’ MIN JAGĦMEL REATI LEJN PAJJIŻI TAL-
COMMONWEALTH
Persuni li jistgħu 
jiġu mreġġgħin 
lura.
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, persuna
misjuba f’Malta u li tkun akkużata b’reat ta’ estradizzjoni f’xi
pajjiż tal-Commonwealth speċifikat jew li jkun allegat li tkun
ħielsa kontra l-liġi wara li tkun instabet ħatja ta’ dak ir-reat f’xi
pajjiż bħal dak, tista’ tiġi arrestata u mreġġa’ lura lejn dak il-pajjiż
kif provdut b’dan l-Att.
Pajjiż tal-
Commomwealth 
speċifikat. 
4. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jispeċifika għall-finijiet ta’ l-
artikolu 3 kull pajjiż li f’dak iż-żmien ikun imsemmi fl-artikolu
28(3) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, jew kull pajjiż ieħor fil-
Commonwealth; u kull pajjiż li f’dak iż-żmien ikun hekk speċifikat
qiegħed f’dan l-Att jissejjaħ pajjiż tal-Commonwealth speċifikat.
(2) Il-Ministru jista’ bl-istess ordni jew b’ordni ieħor wara
jordna li dan l-Att ikollu effett dwar it-treġġigħ lura ta’ persuni
għal, jew dwar il-persuni mreġġgħin lura minn, xi pajjiż tal-
Commonwealth speċifikat, skond dawk il-kondizzjonijiet,
eċċezzjonijiet, addattamenti jew modifiki kif jista’ jiġi speċifikat
fl-ordni.
(3) Għall-finijiet ta’ kull ordni magħmul taħt id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, kull territorju li dwar
ir-relazzjonijiet barranin tiegħu jkun responsabbli pajjiż tal-
Commonwealth jista’ jitqies bħala parti minn dak il-pajjiż jew, jekk
il-Gvern ta’ dak il-pajjiż hekk jitlob, bħala pajjiż separat.
Reati ta’ 
estradizzjoni dwar 
pajjiżi tal-
Commonwealth 
speċifikati.
5. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att reat li bih persuna tkun
akkużata jew kienet misjuba ħatja f’pajjiż tal-Commonwealth
speċifikat ikun reat ta’ estradizzjoni dwar dak il-pajjiż jekk - 
(a) ikun reat li, ikun kif ikun deskritt fil-liġi ta’ dak il-
pajjiż, jaqa’ taħt xi waħda mid-deskrizzjonijiet murija
fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, u li dwaru wieħed
jista’ jeħel skond dik il-liġi priġunerija għal żmien ta’
tnax-il xahar jew xi piena akbar; u
(b) l-egħmil jew in-nuqqas li jikkostitwixxi r-reat, jew l-
egħmil jew in-nuqqas ekwivalenti, kien jikkostitwixxi
reat kontra l-liġi ta’ Malta li kieku sar f’Malta jew, fil-
każ ta’ reat extra-territorjali, fl-istess ċirkostanzi barra
minn Malta.
(2) Sabiex jiġi stabbilit għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jekk reat
kontra l-liġi ta’ pajjiż tal-Commonwealth speċifikat jaqax taħt id-
deskrizzjoni murija fl-imsemmija Skeda kull ħsieb jew stat tal-
moħħ speċjali jew ċirkostanzi speċjali aggravanti li jistgħu jkunu
meħtieġa biex jikkostitwixxi dak ir-reat skond il-liġi ma
għandhomx jiġu meqjusa.
  4      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
Kap. 9.
(3) Id-deskrizzjonijiet murija fl-imsemmija Skeda jinkludu r-
reati li hemm deskritti fiha kemm jekk ikollhom magħhom
ċirkostanzi aggravanti jew mitiganti kemm jekk le, u jinkludu
wkoll f’kull każ reati ta’ kompliċità  f’kull reat bħal dak jew ta’
attentat dwar reat skond it-tifsir rispettivament ta’ l-artikolu 4l jew
42 tal-Kodiċi Kriminali.
(4) Riferenzi f’dan l-artikolu għal-liġi ta’ xi pajjiż jinkludu
riferenzi għal-liġi ta’ kull parti ta’ dak il-pajjiż.
TAQSIMA III
TREĠĠIGĦ LURA TA’ MIN JAGĦMEL REATI LEJN PAJJIŻI OĦRA 
BARRANIN 
Persuni li jistgħu 
jiġu mreġġgħin 
lura.
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, persuna
misjuba f’Malta u li tkun akkużata b’reat ta’ estradizzjoni f’xi
pajjiż barrani speċifikat jew li jkun allegat li tkun ħielsa kontra l-
liġi wara li tkun instabet ħatja ta’ dak ir-reat f’xi pajjiż bħal dak,
tista’ tiġi arrestata u mreġġa’ lura f’dak il-pajjiż kif provdut b’dan
l-Att.
Pajjiż barrani 
speċifikat. 
Emendat:
XLIX. 1981.6; 
A.L. 40 ta' l-1993.
7. (1) Il-Ministru jista’ b’ordni jispeċifika għall-finijiet ta’ l-
artikolu 6 kull pajjiż li miegħu jkun hemm jew ikun sar
arranġament, kemm qabel jew wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
artikolu, għat-treġġigħ lura lejn dak il-pajjiż ta’ kull kriminali
maħrub; u kull pajjiż li f’dak iż-żmien ikun hekk speċifikat qiegħed
f’dan l-Att jissejjaħ pajjiż barrani speċifikat:
Iżda, sakemm ma jsirx ordni taħt dan l-artikolu li jkollu
disposizzjoni fis-sens kuntrarju, ir-Repubblika ta’ l-Italja u kull
pajjiż ieħor li miegħu jkun sar arranġament kif imsemmi fl-artikolu
30, ikunu meqjusa bħallikieku jkun sar ordni taħt dan l-artikolu li
jispeċifikah bħala pajjiż barrani.
(2) Il-Ministru jista’ bl-istess ordni jew b’ordni ieħor wara
jordna li dan l-Att ikollu effett dwar it-treġġigħ lura ta’ persuni
għal jew dwar il-persuni mreġġgħin lura minn, xi pajjiż barrani
speċifikat, skond dawk il-kondizzjonijiet, eċċezzjonijiet,
addattamenti jew modifiki kif jista’ jiġi speċifikat fl-ordni.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull ordni
bħal dak għandu jew jikkwota jew ikun fih il-pattijiet ta’ l-
arranġament li għalih jirreferixxi jew għandu jkun fih riferenza
għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta jew għall-preżentazzjoni
tiegħu fil-Kamra tad-Deputati, u m’għandux jibqa’ jseħħ għal
żmien li jkun itwal mill-arranġament.
(4) Is-subartikolu (3) m’għandux japplika għal xi arranġament
li ma jkunx fis-seħħ minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
artikolu.
Reati ta’ 
estradizzjoni dwar 
pajjiżi barranin 
speċifikati.
8. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, reat li bih persuna tkun
akkużata jew kienet misjuba ħatja f’pajjiż barrani speċifikat ikun
reat ta’ estradizzjoni dwar dak il-pajjiż jekk - 
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    5
(a) ikun reat li dwaru kriminali maħrub jista’ jittreġġa’
lura għal dak il-pajjiż skond l-arranġament u li dwaru
wieħed jista’ jeħel skond dik il-liġi priġunerija għal
żmien ta’ tnax-il xahar jew piena akbar; u
(b) l-egħmil jew in-nuqqas li jikkostitwixxi r-reat, jew l-
għemil jew in-nuqqas ekwivalenti kien jikkostitwixxi
reat kontra l-liġi ta’ Malta li kieku sar f’Malta jew, fil
każ ta’ reat extra-territorjali, fl-istess ċirkostanzi barra
minn Malta.
(2) Sabiex jiġi stabbilit għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jekk reat
jaqax taħt il-ħtiġijiet tas-subartikolu (1)(a) u (b), id-deskrizzjoni
tar-reat ma titqiesx bhala sostanzjali jekk ir-reati skond il-liġi ta’
Malta u dik tal-pajjiż li jagħmel it-talba jkunu sostanzjalment ta’ l-
istess xorta.
Provvedimenti 
dwar arranġamenti, 
eċċ., għal treġġigħ 
lura. 
9. Ordni magħmul taħt l-artikolu 7 m’għandux isir kemm-il
darba l-arranġament li għalih l-ordni jkun maħsub li jirreferi - 
(a) ma jipprovdix għal-tmiem tiegħu minn kull waħda
mill-partijiet wara li tagħti avviż ta’ mhux aktar minn
sena; u
(b) ma jkunx jaqbel mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
b’mod partikolari mar-restrizzjonijiet tal-konsenja ta’
kriminali maħrubin li hemm f’dan l-Att.
TAQSIMA IV
 DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TREĠĠIGĦ LURA TA’ 
MIN JAGĦMEL REATI GĦALL-PAJJIŻI KOLLHA
Restrizzjonijiet 
ġenerali dwar 
treġġigħ lura.
10. (1) Persuna m’għandhiex titreġġa’ lura skond dan l-Att
għal xi pajjiż, jew tintbagħat jew tinżamm f’kustodja għall-finijiet
ta’ dak it-treġġigħ lura, jekk fil-fehma tal-Ministru jew tal-qorti
rimandanti - 
(a) ir-reat li bih dik il-persuna hija akkużata jew li tiegħu
ġiet misjuba ħatja huwa reat ta’ natura politika; jew 
(b) it-talba għat-treġġigħ lura ta’ dik il-persuna
(għalkemm tkun tidher li qed issir minħabba reat ta’
estradizzjoni) hija fil-fatt magħmula biex l-istess
persuna tiġi pproċessata jew penalizzata minħabba r-
razza, il-post ta’ oriġini, in-nazzjonalità , il-fehmiet
politiċi, il-kulur jew it-twemmin tagħha; jew
(ċ) dik il-persuna tista’, jekk titreġġa’ lura, tiġi
ppreġudikata fil-proċess tagħha jew tiġi penalizzata,
miżmuma jew limitata fil-libertà  personali tagħha
minħabba r- razza, il-post ta’ oriġini, in-nazzjonalità ,
il-fehmiet politiċi, il-kulur jew it-twemmin tagħha.
(2) Persuna akkużata b’reat m’għandhiex titreġġa’ lura skond
dan l-Att għal xi pajjiż, jew tintbagħat jew tinżamm f’kustodja
  6      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
għall-finijiet ta’ dak it-treġġigħ lura, jekk kif intqal qabel ikun
jidher li kieku kienet akkużata b’dak ir-reat f’Malta kien ikollha
jedd li tiġi liberata skond xi regola tal-liġi relattiva għal
liberazzjoni preċedenti jew dikjarazzjoni ta’ ħtija preċedenti.
(3) Persuna m’għandhiex titreġġa’ lura skond dan l-Att għal xi
pajjiż, jew tintbagħat jew tinżamm f’kustodja għall-finijiet ta’ dak
it-treġġigħ lura, jekk il-liġi ta’ dak il-pajjiż ma tipprovdix, jew jekk
ma jkunx sar arranġament ma’ dak il-pajjiż, biex jiġi żgurat li ma
tittieħed ebda azzjoni f’dak il-pajjiż kontra dik il-persuna, kemm-il
darba dik il-persuna ma tkunx treġġgħet lura jew kellha l-
opportunità  li tiġi lura Malta, minħabba jew dwar xi reat li dik il-
persuna tkun għamlet qabel it-treġġigħ lura tagħha skond dan l-Att
li ma jkunx -
(a) ir-reat li dwaru jintalab it-treġġigħ lura skond dan l-
Att;
(b) xi reat inqas gravi pruvat bil-fatti li ġew ippruvati
quddiem il-qorti rimandanti; jew
(ċ) xi reat ieħor li jkun reat ta’ estradizzjoni li dwaru l-
Ministru jista’ jagħti l-kunsens tiegħu sabiex fuq dak
ir-reat tittieħed azzjoni kontra dik il-persuna.
(4) Kull arranġament hekk kif imsemmi fis-subartikolu (3)
jista’ jkun arranġament magħmul għall-każ partikolari jew
arranġament ta’ natura aktar ġenerali; u għall-fini ta’ dak is-
subartikolu ċertifikat maħruġ minn jew taħt l-awtorità  tal-Ministru
li jikkonferma l-eżistenza ta’ arranġament ma’ xi pajjiż u li juri l-
pattijiet tiegħu jkun prova konklużiva ta’ dak li jkun jinsab f’dak
iċ-ċertifikat.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, reat kontra l-ħajja jew il-
persuna ta’ kap ta’ Stat, jew xi reat deskritt fl-artikolu 5(3), ma
jkunx neċessarjament meqjus bħala reat ta’ xorta politika.
Setgħat tal-
Ministru dwar 
treġġigħ lura ta’ 
min jagħmel reati.
11. (1) Persuna m’għandhiex titreġġa’ lura skond dan l-Att
għal xi pajjiż, jew tintbagħat jew tinżamm f’kustodja għall-finijiet
ta’ dak it-treġġigħ lura, jekk il-Ministru, fl-eżerċizzju ta’ xi setgħa
mogħtija lil, jew riżervata mill-Gvern f’arranġament jew dwar xi
arranġament, ikun hekk ordna.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjoni tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu, il-Ministru jista’ jirrifjuta li jagħmel ordni
taħt l-artikolu 13 jew l-artikolu 21 f’kull wieħed mill-każijiet li
ġejjin:
(a) meta t-talba tkun għal persuna maħruba wara li tkun
instabet ħatja u l-piena mogħtija tkun inqas minn erba’
xhur priġunerija;
(b) meta skond il-liġi tal-pajjiż li jagħmel it-talba r-reat li
dwaru jkun qed jintalab it-treġġigħ lura jkun suġġett
għall-piena tal-mewt u l-pajjiż li jagħmel it-talba ma
jkunx ta assigurazzjoni aċċettata bħala biżżejjed mill-
Ministru li l-piena tal-mewt ma tingħatax jew, jekk
tingħata, li ma tiġix esegwita;
(ċ) meta t-talba tkun għat-treġġigħ lura ta’ persuna
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    7
misjuba ħatja ta’ reat fin-nuqqas tagħha u l-pajjiż li
jagħmel it-talba ma jkunx ta assigurazzjoni aċċettata
bħala biżżejjed mill-Ministru li dik il-persuna tiġi
proċessata mill-ġdid jekk hi hekk titlob;
(d) jekk il-proċeduri għar-reat li dwaru tkun mitluba
estradizzjoni jkunu preskritti jew skond il-liġi ta’
Malta jew skond il-liġi tal-pajjiż li jagħmel it-talba;
(e) meta t-talba tkun għal persuna li tkun f’Malta wara li
tkun treġġgħet lura hawnhekk kif imsemmi fl-artikolu
25(1) u l-Gvern ikun taħt obbligu li ma jreġġgħax lura
lil dik il-persuna lil pajjiż ieħor;
(f) jekk tkun ingħatat xi amnestija dwar ir-reat li għalih
ikun qed jintalab it-treġġigħ lura u l-qrati ta’ Malta
kellhom ġurisdizzjoni dwar dak ir-reat;
(g) jekk il-persuna li tintalab l-estradizzjoni tagħha tkun
ċittadin ta’ Malta.
Dewmien fi 
treġġigħ lura.
Emendat:
III. 2002.163.
12. Persuna li tkun ġiet akkużata b’reat fil-ġurisdizzjoni ta’
Malta, li ma jkunx ir-reat li għalih ikun qed jiġi mitlub it-treġġigħ
lura tagħha, jew tkun qed tiskonta sentenza għax kienet misjuba
ħatja f’Malta, m’għandhiex titreġġa’ lura skond dan l-Att għal xi
pajjiż sakemm ma tkunx ġiet meħlusa jew b’liberazzjoni jew meta
tkun skontat is-sentenza tagħha jew xort’oħra.
Awtorità  għal 
proċedimenti.
13. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
mandati provviżorji, xejn ma għandu jsir dwar persuna skond dan l-
Att ħlief bis-saħħa ta’ ordni tal-Ministru (f’dan l-Att imsejjaħ
awtorità  għal proċediment) maħruġ fuq talba magħmul bil-miktub
lill-Ministru minn jew f’isem il-Gvern tal-pajjiż tal-Commonwealth
speċifikat jew tal-pajjiż barrani speċifikat li fih il-persuna li
għandha tiġi mreġġa’ lura hi akkużata jew kienet misjuba ħatja.
(2) Għandu jingħata ma’ kull talba magħmula għall-finijiet ta’
dan l-artikolu f’isem xi pajjiż - 
(a) fil-każ ta’ persuna akkużata ta’ reat, mandat għall-
arrest tagħha maħruġ f’dak il-pajjiż;
(b) fil-każ ta’ persuna ħielsa kontra l-liġi wara li nstabet
ħatja ta’ reat, ċertifikat tad-dikjarazzjoni ta’ ħtija u tal-
kundanna f’dak il-pajjiż, u dikjarazzjoni ta’ kemm,
jekk ikun il-każ, ġie skontat minn dik il-kundanna, 
flimkien, f’kull każ, ma’ -
(i) il-partikolaritajiet tal-persuna li t-treġġigħ lura
tagħha jkun mitlub, magħdud tagħrif biżżejjed
biex jiġu stabbiliti l-identità  u n-nazzjonalità
tagħha;
(ii) il-partikolaritajiet tal-fatti li fuqhom u tal-liġi li
taħtha dik il-persuna tkun akkużata jew tkun
instabet ħatja, id-deskrizzjoni legali tar-reat u
kopja tal-leġislazzjonijiet relattivi jew (jekk dan
ma jkunx prattikabbli) dikjarazzjoni dwar il-liġi
rilevanti; u
  8      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
(iii) prova biżżejjed biex ikun ġustifikat il-ħruġ ta’
mandat għall-arrest tagħha skond l-artikolu 14
ta’ dan l-Att.
(3) Meta jirċievi talba bħal dik, il-Ministru jista’ joħroġ ordni
ta’ proċediment kemm-il darba ma jidhirlux li ordni għat-treġġigħ
lura ta’ dik il-persuna ma jkunx jista’ jsir legalment, jew fil-fatt ma
għandux isir, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Arrest biex persuna 
tintbagħat lura. 
14. (1) Mandat għall-arrest ta’ persuna akkużata b’reat ta’
estradizzjoni jew li jkun allegat li tkun ħielsa kontra l-liġi wara li
tkun instabet ħatja ta’ dak ir-reat, jista’ jiġi maħruġ minn
maġistrat - 
(a) meta jirċievi awtorità  għal proċediment; jew
(b) mingħajr dik l-awtorità , fuq tagħrif li l-imsemmija
persuna tkun, jew li maħsuba li tkun, f’Malta jew fi
triqtha lejn Malta,
u kull mandat maħruġ bis-sahħa tal-paragrafu (b) huwa f’dan l-Att
imsejjaħ mandat provviżorju. 
(2) Mandat ta’ arrest skond dan l-artikolu jista’ jiġi maħruġ fuq
dawk il-provi li, fil-fehma tal-maġistrat, kienu jawtorizzaw il-ħruġ
ta’ mandat għall-arrest ta’ persuna akkużata bl-egħmil ta’ reat
korrispondenti jew, skond il-każ, ta’ persuna li hu allegat dwarha li
hi ħielsa kontra l-liġi wara li nstabet ħatja ta’ reat fil-ġurisdizzjoni
tal-Qrati tal-Ġustizzja Kriminali f’Malta.
(3) Meta mandat provviżorju jkun maħruġ skond dan l-artikolu,
il-maġistrat li jkun ħarġu għandu minnufih jagħti avviż lill-
Ministru, u jibgħatlu t-tagħrif u l-provi, jew kopji awtentikati tat-
tagħrif u l-provi, li fuqhom ikun ħareġ; u l-Ministru jista’ f’kull
każ, u għandu jekk jeddeċiedi li ma joħroġx awtorità  għal
proċediment dwar il-persuna li għaliha jirriferixxi l-mandat,
b’ordni jħassar il-mandat u, jekk dik il-persuna tkun ġiet arrestata
bis-saħħa tiegħu, jeħlisha mill-kustodja.
(4) Mandat maħruġ skond dan l-artikolu għandu minnufih jiġi
esegwit minn uffiċjal tal-Pulizija.
Kap. 9.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 350, 351, 352, 354, 355 u
357 tal-Kodiċi Kriminali għandhom japplikaw mutatis mutandis
għal mandat ta’ arrest u għal mandat ta’ perkwiżizzjoni maħruġa
għall-finijiet ta’ dan l-Att.
Proċedimenti biex 
persuna tintbagħat 
lura. 
Emendat: 
VIII. 1990.3;
III. 2002.163.
15. (1) Persuna arrestata bis-saħħa ta’ mandat skond l-artikolu
14 għandha (jekk ma tkunx ġiet meħlusa qabel skond is-subartikolu
(3) ta’ dak l-artikolu) titressaq malajr kemm ikun prattikabbli u
f’ebda każ aktar tard minn tmienja u erbgħin siegħa mill-arrest
tagħha quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala qorti ta’
kumpilazzjoni (f’dan l-Att imsejħa l-qorti rimandanti) li għandu
jkollha għall-finijiet tal-proċedimenti skond dan l-artikolu l-istess
setgħat, safejn jista’ jkun, magħduda s-setgħa li tibgħat f’kustodja
jew teħles mill-arrest bi pleġġ, kif l-imsemmija qorti għandha meta
tkun kostitwita kif intqal qabel.
(2) Meta l-persuna arrestata tkun f’kustodja bis-saħħa ta’
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    9
mandat provviżorju u ebda awtorità  għal proċediment ma tkun ġiet
riċevuta dwarha, il-qorti rimandanti tista’ tistabbilixxi żmien xieraq
(li tiegħu l-qorti għandha tagħti avviż lill-Ministru) li wara li
jgħaddi dik il-persuna għandha tiġi meħlusa mill-kustodja jekk dik
l-awtorità  ma tiġix riċevuta.
(3) Meta awtorità  għal proċediment tkun ġiet maħruġa dwar il-
persuna arrestata u l-qorti rimandanti tkun sodisfatta, wara li tisma’
l-provi kollha miġjuba biex isostnu t-talba għat-treġġigħ lura ta’
dik l-persuna jew miġjuba f’isem dik il-persuna, li r-reat li dwaru
dik l-awtorità  tirreferixxi huwa reat ta’ estradizzjoni u tkun ukoll
sodisfatta - 
(a) jekk il-persuna hija akkużata bir-reat, illi l-provi jkunu
biżżejjed biex jiġġustifika li dik il-persuna tgħaddi
proċeduri dwar dak ir-reat li kieku kien sar fil-
ġurisdizzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja Kriminali ta’
Malta;
(b) jekk jiġi allegat dwar dik il-persuna li hi ħielsa kontra
l-liġi wara li nstabet ħatja ta’ reat, illi hi kienet
verament misjuba hekk ħatja u jidher li tkun hekk
ħielsa, il-qorti għandha, kemm-il darba ma jkunx
projbit li dik il-persuna hekk tintbagħat minn xi
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, tibgħatha taħt
kustodja għall-fini tat-treġġigħ lura tagħha taħt dan l-
Att; iżda jekk il-qorti ma tkunx hekk sodisfatta jew
ikun hekk projbit li dik il-persuna tintbagħat taħt
kustodja għal dak il-fini, il-qorti għandha teħlisha
mill-kustodja:
Iżda minkejja kull ordni li jeħlisha minn kustodja dik il-
persuna tibqa’ f’kustodja sakemm igħaddu tlett ijiem tax-xogħol
minn kull ordni bħal dak u, meta jkun sar appell mill-Avukat
Ġenerali, sakemm l-appell jinqata’ jew jiġi abbandunat, jew l-
Avukat Ġenerali jagħti l-kunsens tiegħu għall-ħelsien ta’ dik il-
persuna.
Kap. 9.
(4) Meta persuna tkun inġiebet quddiem qorti rimandanti kif
provdut fis-subartikolu (1), id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
401(1) tal-Kodiċi Kriminali għandhom japplikaw bħallikieku l-
kelma "xahar" kulfejn din hemm tinsab kienet sostitwita bil-kelma
"xahrejn" u bħallikieku l-kliem "tliet xhur" fil-proviso tiegħu kienu
sostitwiti bil-kliem "sitt xhur".
(5) Meta l-persuna arrestata tiddikjara quddiem il-qorti
rimandanti li tkun trid titreġġa’ lura dik il-qorti għandha, jekk tkun
sodisfatta li dik id-dikjarazzjoni tkun saret b’mod volontarju,
tibgħat lil dik il-persuna taħt kustodja sakemm din tkun qed
jistenna li terġa’ lura u d-disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att għat-
treġġigħ lura tagħha għandhom jitqiesu bħala sodisfatti u l-Ministru
għandu malli dan, minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att
iżda salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21(2) u (4) tiegħu,
jordnalha b’mandat li titreġġa’ lura lejn il-pajjiż li jagħmel it-talba.
Ma jista’ jsir ebda appell mid-deċiżjoni tal-qorti li tibgħat lill-
persuna taħt kustodja taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu.
  10      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
Dmir tal-qorti 
rimandanti li 
tgħarraf persuna 
bil-jeddijiet 
tagħha.
Emendat:
III. 2002.163.
Kap. 319.
16. Meta persuna tintbagħat f’kustodja skond l-artikolu 15, il-
qorti għandha, barra milli tgħarrafha li ma tkunx se titreġġa’ lura
qabel ma jgħaddu ħmistax-il jum mid-data ta’ l-ordni ta’ kustodja u
li, ħlief fil-każ li tinbagħat taħt kustodja biex tistenna li titreġġa’
lura taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15(5), hi tista’ tappella
lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali, tgħarrafha wkoll illi, jekk jidhrilha
li xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(1) u (2) tkun ġiet
miksura jew li xi disposizzjoni tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jew ta’ l-
Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea hija, tkun ġiet jew x’aktarx tkun
se tiġi miksura dwar il-persuna tagħha hekk li tkun ġustifikata r-
revoka, l-annullament jew il-modifika ta’ l- ordni ta’ kustodja tal-
qorti, hija għandha jedd li titlob rimedju skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 46 ta’ l-imsemmija Kostituzzjoni jew ta’ l-Att dwar il-
Konvenzjoni Ewropea, skond il-każ.
Kustodja. 17. (1) Kull persuna mqiegħda jew mibgħuta taħt kustodja
skond l-artikolu 15 għandha tintbagħat il-ħabs u għandha tiġi
meqjusa bħala persuna li tkun qed tistenna biex isirulha l-
proċeduri.
(2) Dik il-persuna għandha titqies li tkun taħt kustodja legali
mill-ħin li hekk titqiegħed jew tintbagħat sakemm tkun ’il barra
mill-ġurisdizzjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja Kriminali ta’ Malta.
Appell minn 
persuna mibgħuta 
f’kustodja. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
18. (1) Appell minn ordni li jibgħat persuna taħt kustodja
skond l-artikolu 15 għandu jsir b’rikors lill-Qorti ta’ l-Appell
Kriminali, li jkun fih talba għar-revoka ta’ l-ordni tal-qorti, u
għandu jiġi preżentat fir-reġistru tal-qorti rimandanti mhux iktar
tard minn erbat ijiem tax-xogħol mid-data ta’ l-imsemmi ordni.
(2) Ir-Reġistratur tal-qorti rimandanti għandu, mhux aktar tard
mill-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara, jibgħat ir-rikors, flimkien
mal-proċess, lir-Reġistratur tal-Qorti ta’ l-Appell Kriminali, li
għandu, mingħajr dewmien, jibgħat kopja tar-rikors lill-Avukat
Ġenerali.
(3) Avviż tal-jum stabbilit għas-smigħ ta’ l-appell għandu
jintbagħat mir-Reġistratur tal-Qorti ta’ l-Appell Kriminali lill-
appellant u lill-Avukat Ġenerali:
Iżda, ħlief bil-kunsens kemm ta’ l-appellant u kemm ta’ l-
Avukat Ġenerali, dak is-smigħ ma għandux isir qabel ma jgħaddu
jumejn tax-xogħol wara li l-imsemmi avviż ikun ingħata.
(4) Jekk il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali tirrevoka d-deċiżjoni
tal-Qorti tal-Maġistrati il-qorti għandha tordna li l-appellant jiġi
liberat.
Appell mill-
Avukat Ġenerali. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
19. (1) Meta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati tkun hekk li
t-treġġigħ lura tal-persuna li jkun mitlub ma jistax isir, il-qorti
għandha, fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa, tibgħat lill-Avukat
Ġenerali l-proċess flimkien ma’ kopja tad-deċiżjoni tagħha, u l-
Avukat Ġenerali jista’, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mid-data li
fiha jirċievi dak il-proċess, jappella lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali
b’rikors, li jkollu miegħu l-imsemmi proċess u kopja tad-deċiżjoni
tal-qorti rimandanti, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti ta’ l-Appell
Kriminali. Kopja tar-rikors għandha tiġi notifikata lill-persuna li t-
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    11
treġġigħ lura tagħha jkun qed jiġi mitlub.
(2) Fuq kull appell skond dan l-artikolu d-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 18(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis u jekk il-
Qorti ta’ l-Appell Kriminali tordna li l-persuna li t-treġġigħ tagħha
jkun qed jiġi mitlub tintbagħat taħt kustodja dak l-ordni għandu jiġi
meqjus, għall-finijiet kollha barra milli għal appell dwaru, bhala
ordni li jibgħat lil dik il-persuna taħt kustodja.
Setgħa tal-Qorti ta’ 
l-Appell Kriminali 
u tal-Qorti 
Kostituzzjonali.
20. Fuq appell magħmul lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali jew
fuq rikors għal rimedju lill-Qorti Kostituzzjonali taħt l-artikolu 46
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, kull waħda mill-imsemmija qrati tista’,
bla ħsara għal kull ġurisdizzjoni oħra, tordna li l-persuna mibgħuta
taħt kustodja tiġi meħlusa mill-kustodja jekk fil-fehma ta’ dik il
qorti - 
(a) minħabba n-natura trivjali tar-reat li bih hija akkużata
jew ġiet misjuba ħatja; jew
(b) minħabba ż-żmien li jkun għadda minn meta jingħad li
għamlet ir-reat jew li saret ħielsa kontra l-liġi, skond
il-każ; jew
(ċ) minħabba li l-akkuża miġjuba kontriha mhix
magħmula in bona fide fl-interess tal-ġustizzja,
ikun, meta jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha, inġust jew
oppressiv li tiġi mreġġa’ lura.
Ordni għat-
treġġigħ lura lejn 
il-pajjiż li għamel 
it-talba.
Emendat:
III. 2002.163.
21. (1) Meta persuna tkun mibgħuta taħt kustodja biex
tistenna li titreġġa’ lura u ma tiġix liberata b’ordni tal-Qorti ta’ l-
Appell Kriminali jew ta’ xi qorti kompetenti oħra, il-Ministru jista’
b’mandat jordna li tiġi mreġġa’ lura lill-pajjiż li għamel it-talba
kemm-il darba t-treġġigħ lura ta’ dik il-persuna ma jkunx projbit,
jew projbit għal dak iż-żmien, bl-artikolu 10 jew bl-artikolu 12, jew
il-Ministru jiddeċiedi skond dan l-artikolu jew skond l-artikolu 11
ta’ dan l-Att li ma jagħmel ebda ordni bħal dak fil-każ tagħha.
(2) Persuna m’għandhiex titreġġa’ lura għal xi pajjiż skond dan
l-Att - 
(a) f’kull każ, sakemm igħaddu ħmistax-il jum li jibdew
bil-jum li fih ikun sar l-ordni biex tiġi mibgħuta taħt
kustodja;
(b) jekk il-persuna mibgħuta taħt kustodja jkollha l-jedd
tibda xi proċedimenti, sew ta’ appell jew xort’oħra, li
jistgħu jwasslu għar-revoka, l-annullament jew il-
modifika ta’ l-ordni tal-qorti biex tiġi mibgħuta taħt
kustodja, u l-persuna li tintbagħat tkun bdiet dawk il-
proċedimenti jew, jekk ikun hemm stabbilit b’liġi jew
ikun ġie stabbilit b’ordni jew b’sentenza tal-qorti
żmien li fih dawk il-proċedimenti għandhom jinbdew,
sakemm igħaddi dak iż-żmien;
(ċ) jekk xi proċedimenti msemmija fl-aħħar paragrafu ta’
qabel dan ikunu nbdew, sakemm jispiċċaw dawk il-
proċedimenti:
Iżda il-proċedimenti għandhom jitqiesu li
  12      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
spiċċaw ukoll jekk jiġu rtirati jew abbandunati;
(d) jekk il-persuna mibgħuta taħt kustodja tkun ġiet
akkużata jew tqatta’ ż-żmien ta’ xi sentenza kif
provdut fl-artikolu 12, sakemm din tkun ġiet meħlusa
jew b’liberazzjoni jew għax jiskadilha ż-żmien tas-
sentenza jew xort’oħra.
(3) Il-Ministru ma għandux jagħmel ordni skond dan l-artikolu
fil-każ ta’ xi persuna, jekk ikun jidher lill-Ministru, għar-raġunijiet
imsemmija fl-artikolu 20 ta’ dan l-Att, li jkun inġust jew oppressiv
li dik il-persuna titreġġa’ lura jew jekk ikun tal-fehma, għar-
raġunijiet imsemmija fl-artikolu 10(1), li l-ordni ma għandux isir.
(4) Il-Ministru jista’ jiddeċiedi li ma jagħmel ebda ordni f’dak
iż-żmien taħt dan l-artikolu għat-treġġigħ lura ta’ persuna
miżmuma għal hekk mill-qorti minħabba talba magħmula minn xi
pajjiż jekk talba oħra għat-treġġigħ lura tagħha skond dan l-Att
tkun saret minn pajjiż ieħor u l-Ministru jkun jidhirlu, meta
jikkonsidra ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ u b’mod partikolari - 
(a) il-gravità  relattiva tar-reat li jkun;
(b) id-data li fiha kull waħda minn dawk it-talbiet ġew
magħmula; u
(ċ) in-nazzjonalità  jew iċ-ċittadinanza tal-persuna li tkun
u r-residenza ordinarja tagħha,
li għandha tingħata preferenza lit-talba l-oħra.
(5) Avviż tal-ħruġ ta’ mandat taħt dan l-artikolu għandu
jingħata minnufih lill-persuna li tkun se tiġi mreġġa’ lura bis-saħħa
tiegħu.
Provi. 22. (1) F’kull proċeduri taħt jew għall-finijiet ta’ dan l-Att
dwar persuna taħt kustodja skond dan l-Att - 
(a) dokument, awtentikat kif imiss, li juri xiehda mogħtija
taħt ġurament fil-pajjiż li għamel it-talba jiġi ammess
bħala prova ta’ dak li jkun fih;
(b) dokument, awtentikat kif imiss, li juri li ġie riċevut
bħala prova, jew li hu kopja ta’ dokument hekk
riċevut, f’xi proċeduri f’xi pajjiż bħal dak għandu jiġi
ammess bħala prova;
(ċ) dokument, awtentikat kif imiss, li jiċċertifika li
persuna tkun ġiet misjuba ħatja f’data speċifikata fid-
dokument ta’ reat kontra l-liġi ta’, jew ta’ parti minn,
xi pajjiż bħal dak għandu jiġi ammess bħala prova tal-
fatt u tad-data li fih tkun instabet ħatja.
(2) Id-dokument għandu jitqies li huwa awtentikat kif imiss
għall-fini ta’ dan l-artikolu - 
(a) fil-każ ta’ dokument li juri xiehda mogħtija kif intqal
qabel, jekk id-dokument juri li hu ċċertifikat minn
imħallef jew maġistrat jew uffiċjal f’dak jew ta’ dak il-
pajjiż bħala li hu dokument oriġinali li fih jew li
jirreġistra dik ix-xiehda jew kopja vera ta’ dak id-
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    13
dokument oriġinali;
(b) fil-każ ta’ dokument li juri li ġie riċevut bħala prova
kif intqal qabel jew li hu kopja ta’ dokument hekk
riċevut, jekk id-dokument juri li hu ċċertifikat kif
intqal qabel li kien, jew li hu kopja vera ta’ dokument
li jkun ġie hekk riċevut;
(ċ) fil-każ ta’ dokument li jiċċertifika li persuna kienet
misjuba ħatja kif intqal qabel, jekk id-dokument juri li
hu ċċertifikat kif intqal qabel,
u f’kull każ bħal dan id-dokument ikun awtentikat jew bil-ġurament
ta’ xhud jew bis-siġill uffiċjali ta’ Ministru fil-pajjiż jew tal-pajjiż
li għamel it-talba.
(3) Il-Kummissarju tal-Pulizija jew l-Avukat Ġenerali, skond
il-każ, ikun jista’ kif ukoll tkun tista’ l-persuna li t-treġġigħ lura
tagħha ikun qed jiġi mitlub, tipproduċi provi quddiem il-Qorti ta’ l-
Appell Kriminali wkoll jekk dawk il-provi ma jkunux inġiebu
quddiem il-qorti rimandanti.
(4) F’dan l-artikolu, "ġurament" tinkludi affermazzjoni jew
dikjarazzjoni; u ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tinftiehem li
tippreġudika l-ammissjoni bħala prova ta’ xi dokument li huwa
ammissibbli bħal prova wkoll minbarra dan l-artikolu.
Konsenja ta’ 
proprjetà . 
23. (1) Il-Ministru jista’, permezz tal-Kummissarju tal-
Pulizija, jaqbad u jikkonsenja lill-pajjiż li għamel it-talba kull
proprjetà  - 
(a) li tista’ tkun meħtieġa bħala prova f’dak il-pajjiż; jew 
(b) li tkun ġiet akkwistata bħala riżultat tar-reat u li, fil-
ħin ta’ l-arrest tal-persuna li t-treġġigħ lura tagħha
jkun qed jiġi mitlub, tinsab fil-pussess ta’ dik il-
persuna jew tinsab wara.
(2) Il-proprjetà  msemmija fis-subartikolu (1) tista’ tiġi
kkonsenjata lill-pajjiż li għamel it-talba wkoll jekk l-estradizzjoni,
li tkun ġiet milqugħa, ma tkunx tista’ ssir minħabba l-mewt jew il-
ħarba tal-persuna li t-treġġigħ lura tagħha jkun qed jiġi mitlub.
(3) Meta l-imsemmija proprjetà  tkun tista’ tiġi maqbuda jew
konfiskata f’Malta, il-Ministru jista’, dwar il-proċeduri li jkunu
pendenti jew dwar proċeduri li jkunu se jittieħdu, temporanjament
iżomm dik il-proprjetà  jew jikkonsenjaha lill-pajjiż li għamel it-
talba bil-kondizzjoni li tingħata lura.
Liberazzjoni fil-
każ ta’ dewmien 
fit-treġġigħ lura.
Emendat: 
VIII. 1990.3.
24. (1) Jekk xi persuna miżmuma bi stennija għat-treġġigħ
lura tkun taħt kustodja f’Malta skond dan l-Att wara li jgħaddi ż-
żmien li ġej, jiġifieri - 
(a) f’kull każ, iż-żmien ta’ xahrejn li jibda jgħodd fl-
ewwel jum li fih, meta jitqies l-artikolu 21(2), hi
setgħet titreġġa’ lura;
(b) meta mandat biex titreġġa’ lura jkun ġie maħruġ skond
l-artikolu 21 iż-żmien ta’ xahar li jibda jgħodd fil-jum
li fih dak il-mandat ikun ġie maħruġ,
  14      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
tkun tista’ titlob b’rikors lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali, bħala
qorti ta’ appell minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Maġistrati, li tiġi
liberata.
(2) Jekk fuq talba bħal dik il-qorti tkun sodisfatta li jkun
ingħata avviż xieraq tat-talba proposta lill-Ministru, il-qorti tista’,
kemm-il darba ma jkunx muri li hemm raġuni biżżejjed fis-sens
kuntrarju, b’ordni ġġiegħel li r-rikorrent jiġi liberat mill-kustodja,
u, jekk mandat biex jitreġġa’ lura jkun ġie maħruġ skond l-
imsemmi artikolu 21, tħassar dak il-mandat.
TAQSIMA V
KIF JIĠU TRATTATI PERSUNI LI JITREĠĠGĦU 
LURA MALTA
Restrizzjonijiet 
dwar proċeduri 
f’Malta għal reati 
oħra.
25. (1) Dan l-artikolu japplika għal kull persuna akkużata jew
misjuba ħatja ta’ reat skond il-liġi ta’ Malta li titreġġa’ lura Malta
minn xi pajjiż tal-Commonwealth speċifikat jew minn xi pajjiż
barrani speċifikat skond xi liġi ta’ dak il-pajjiż li tikkorrispondi
għal dan l-Att.
(2) Ma għandu jsir xejn f’Malta dwar persuna li għaliha
japplika dan l-artikolu, matul iż-żmien imsemmi fis-subartikolu
(3), għal jew dwar xi reat magħmul minnha qabel ma treġġgħet lura
Malta ħlief dwar- 
(a) ir-reat li dwaru hi tkun treġġgħet lura;
(b) xi reat anqas gravi ppruvat mill-fatti li ġew ippruvati
biex jiġi żgurat it-treġġigħ lura tagħha; jew
(ċ) xi reat ieħor li dwaru l-pajjiż li minnu tkun ġiet
imreġġa’ lura jagħti l-kunsens tiegħu li tittieħed
azzjoni kontra dik il-persuna.
(3) Iż-żmien imsemmi fis-subartikolu (2) dwar persuna li
għaliha japplika dan l-artikolu huwa ż-żmien li jibda bid-data tal-
wasla tagħha f’Malta meta tkun treġġgħet lura kif imsemmi fis-
subartikolu (1) u li jispiċċa ħamsa u erbgħin jum mill-għada li hi
kellha l-opportunità  li titlaq minn Malta.
Kap. 9. (4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali
ma għandhomx japplikaw dwar persuna li għaliha japplika dan l-
artikolu jekk il-bidu jew it-tkomplija tal-proċeduri kriminali
kontriha ma jkunux jistgħu jsiru minħabba t-tħaddim tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu.
Treġġigħ lura ta’ 
persuni mhux 
proċessati jew 
liberati.
26. (1) Dan l-artikolu japplika għal kull persuna akkużata
b’reat taħt il-liġi ta’ Malta li titreġġa’ lura f’Malta kif imsemmi fl-
artikolu 25(1).
(2) Jekk, fil-każ ta’ persuna li għaliha japplika dan l-artikolu,
jew - 
(a) proċeduri kontriha għar-reat li minħabba fih hi ġiet
imreġġa’ lura jew għal xi reat li dwaru tista’ tittieħed
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    15
azzjoni kontra tagħha skond l-artikolu 25(2)(b) jew (ċ)
ma jinbdewx fi żmien tliet xhur li jibdew fil-jum tal-
wasla tagħha f’Malta meta treġġgħet lura; jew
Kap. 446.
(b) wara li tiġi proċessata għal dak ir-reat, ma tinstabx
ħatja, jew tiġi liberata għal kollox jew taħt kondizzjoni
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation,
il-Ministru jista’, jekk jidhirlu xieraq, fuq it-talba ta’ dik il-
persuna, jagħmel arranġamenti biex hi tintbagħat lura mingħajr ħlas
u bl-inqas dewmien possibbli lejn il-pajjiż li minnu treġġgħet lura.
TAQSIMA VI 
KONSENJA TA’ ĦATJIN
LILL-QORTI KRIMINALI INTERNAZZJONALI
Kif tapplika t-
Taqsima VI.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26A. Huma biss id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, ħlief
meta jiġi xort’oħra espressament indikat, li għandhom japplikaw
għal talbiet mill-ICC għall-arrest u l-konsenja ta’ persuna li tkun
allegata li għamlet delitt ICC, jew li tkun ġiet misjuba ħatja mill-
ICC.
Interpretazzjoni.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26B. (1) F’din it-Taqsima, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra -
"ordni ta’ konsenja" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bis-
subartikolu 26E;
Kap. 452.
"delitt ICC" tfisser delitt (minbarra d-delitt ta’ aggressjoni) li
fuqu l-ICC għandha ġurisdizzjoni skond it-Trattat ICC li l-artikoli
rilevanti tiegħu jinsabu riprodotti fl-Iskeda I li tinsab ma’ l-Att
dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali;
"l-ICC" tfisser il-Qorti Kriminali Internazzjonali mwaqqaf bit-
Trattat ICC;
"it-Trattat ICC" tfisser l-Istatut tal-Qorti Kriminali
Internazzjonali, magħmul f’Ruma fis-17 ta’ Lulju, 1998;
"il-Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja.
(2) Il-kliem u l-frażijiet li jintużaw f’din it-taqsima u li
jintużaw ukoll fit-Trattat ICC għandu jkollhom l-istess tifsir
bħalma hu mogħti lilhom fl-imsemmi Trattat ICC.
Talba għal arrest u 
konsenja.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26Ċ. (1) Meta l-Ministru jirċievi talba mill-ICC għall- arrest u
konsenja ta’ persuna li tkun allegata li għamlet xi delitt ICC, jew li
tkun ġiet misjuba ħatja mill-ICC, huwa għandu jgħaddi t-talba u d-
dokumenti relattivi kollha lill-Avukat Ġenerali.
(2) Jekk mat-talba jkun hemm ukoll ordni ta’ arrest u l-Avukat
Ġenerali jkun sodisfatt li kif jidhru l-affarijiet l-ordni tkun inħarġet
mill-ICC, huwa għandu jagħmel rikors quddiem Maġistrat biex dan
jawtorizza l-eżekuzzjoni ta’ l-ordni. Il-Maġistrat għandu jawtorizza
dik l-eżekuzzjoni meta jkun sodisfatt li l-ordni tkun tabilħaqq
inħarġet mill-ICC.
  16      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
(3) Jekk fil-każ ta’ persuna misjuba ħatja mill-ICC ma jkunx
hemm flimkien mat-talba ordni ta’ arrest, imma jkun hemm -
(a) kopja tas-sentenza tas-sejbien ta’ ħtija,
(b) informazzjoni li tkun turi li l-persuna mfittxa tkun dik
imsemmija fis-sentenza tas-sejbien ta’ ħtija, u
(ċ) meta l-persuna mfittxa tkun ġiet mogħtija sentenza,
kopja tas-sentenza mogħtija u dikjarazzjoni dwar kull
żmien diġà  mgħoddi fil-ħabs u ż-żmien li jifdal biex
jingħadda fil-ħabs,
l-Avukat Ġenerali għandu jagħmel rikors quddiem Maġistrat għall-
ħruġ ta’ ordni għall-arrest tal-persuna li dwarha tkun saret it-talba u
għandu jehmeż id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni msemmija
f’dan is-subartikolu.
(4) Il-Maġistrat għandu joħroġ l-ordni meta jkun sodisfatt li kif
jidhru l-affarijiet,  il-persuna mfittxa tkun ġiet misjuba ħatja mill-
ICC  u li jkunu inġiebu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni
msemmija f’dan l-artikolu.
(5) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u ta’ l-artikoli
msemmija fl-artikolu 14(5) għandhom japplikaw għal ordni
maħruġa taħt din it-Taqsima.
Talba għal arrest 
provviżorju.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26D. (1) Meta l-Ministru jirċievi mill-ICC talba għall-arrest
provviżorju ta’ persuna li tkun allegata li għamlet delitt ICC jew li
tkun ġiet misjuba ħatja mill-ICC huwa għandu jittrasmetti t-talba u
d-dokumenti li jkun hemm magħha lill-Avukat Ġenerali.
(2) Meta jsir rikors mill-Avukat Ġenerali fejn jiddikjara li
jkollu tassew għaliex jaħseb -
(a) li tkun saret talba mill-ICC għall-arrest ta’ persuna, u
(b) li dik il-persuna tkun qegħda jew tkun ġejja lejn Malta,
Maġistrat għandu joħroġ ordni għall-arrest ta’ dik il-persuna u
għandu javża lill-Ministru bil-ħruġ ta’ l-ordni.
Kif tiġi ttrattata 
persuna arrestata 
taħt ordni 
provviżorja.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26E. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15(1), minbarra r-
riferenza li hemm fihom għall-artikolu 14(3), għandhom ikunu
mutatis mutandis japplikaw għal persuna arrestata taħt ordni
provviżorja taħt din it-Taqsima.
(2) Jekk tinġieb quddiem il-qorti ordni ta’ arrest maħruġa taħt
l-artikolu 26Ċ dwar il-persuna mressqa quddiemha, il-qorti
għandha tmexxi bħallikieku l-persuna kienet arrestata taħt dik l-
ordni. Jekk ma tinġieb ebda ordni bħal dik, il-qorti għandha
żżommha arrestata sakemm tinġieb dik l-ordni.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jispeċifikaw -
(a) il-perjodu li fih persuna tista’ tkun hekk miżmuma fil-
kustodja f’kull żmien, u
(b) il-perjodu totali li fih persuna tista’ tkun hekk
miżmuma fil-kustodja,
fil-qies ta’ l-iskadenzi speċifikati fir-Regoli dwar Xiehda u
Proċedura għall-finijiet ta’ l-Artikolu 92.3 tat-Trattat ICC.
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    17
(4) Jekk f’kull żmien li l-persuna tkun miżmuma fil-kustodja
kif hawn qabel imsemmi tinġieb fil-qorti ordni maħruġa taħt l-
artikolu 26Ċ dwarha -
(a) il-qorti għandha ttemm il-perjodu ta’ kustodja, u
(b) il-persuna għandha tiġi ttrattata bħallikieku arrestata
taħt dik l-ordni -
(i) jekk tkun miżmuma fil-kustodja, meta tinġieb l-
ordni fil-qorti;
(ii) jekk tkun miżmuma fil-kustodja bi pleġġ, meta
titlef il-pleġġ tagħha.
(5) Jekk ma tinġieb ebda ordni bħal dik fil-qorti qabel tmiem il-
perjodu ta’ kustodja (inkluża kull estensjoni ta’ dak il-perjodu), il-
qorti għandha tilliberaha.
(6) Il-fatt li persuna tkun ġiet liberata taħt dan l-artikolu ma
jipprevjenix l-arrest tagħha mill-ġdid taħt ordni maħruġa taħt l-
artikolu 26Ċ.
Trattament ta’ 
persuna arrestata 
taħt ordni maħruġa 
taħt l-artikolu 26Ċ.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26F. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26E(1) għandhom
ikunu japplikaw għal persuna arrestata taħt ordni maħruġa taħt l-
artikolu 26Ċ.
(2) Jekk il-qorti tkun sodisfatta -
(a) li l-ordni -
(i) tkun ordni ta’ l-ICC, jew
(ii) tkun inħarġet kif imiss taħt l-artikolu 26Ċ(3), u
(b) li l-persuna miġjuba quddiem il-qorti tkun il-persuna
msemmija jew deskritta fl-ordni,
il-qorti għandha tagħmel ordni ta’ konsenja.
(3) "Ordni ta’ konsenja" hija ordni li l-persuna tiġi konsenjata -
(a) fil-kustodja ta’ l-ICC, jew
(b) jekk l-ICC hekk jordna fil-każ ta’ persuna misjuba
ħatja mill-ICC, fil-kustodja ta’ l-istat ta’ infurzar,
skond arranġament li jsir mill-Ministru.
(4) Fil-każ ta’ persuna li tkun allegata li għamlet delitt ICC, il-
qorti tista’ taġġorna l-proċedimenti sakemm ikun hemm eżitu għall-
kontestazzjoni quddiem l-ICC dwar l-ammissibbilità  tal-każ jew
dwar il-ġurisdizzjoni ta’ l-ICC.
(5) Meta tiddeċiedi li tagħmel ordni ta’ konsenja l-qorti
m’għandhiex għalfejn tinvestiga -
(a) jekk xi ordni maħruġa mill-ICC tkunx inħarġet kif
imiss jew le, jew
(b) fil-każ ta’ persuna li tkun allegata li għamlet delitt
ICC, jekk ikunx hemm provi li jiġġustifikaw li tiġi
pproċessata għal xi reat li tkun allegata li għamlet.
  18      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
Kunsens għall-
konsenja.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26G. (1) Meta persuna arrestata taħt din it-Taqsima tinġieb
quddiem il-qorti, dik il-persuna tista’ tagħti l-kunsens tagħha li
tintbagħat fil-kustodja ta’ l-ICC jew, fil-każ ta’ persuna misjuba
ħatja mill-ICC, ta’ l-istat ta’ infurzar.  Dak il-kunsens jissejjaħ
f’din it-Taqsima bħala "kunsens għall-konsenja".
(2) Meta l-persuna arrestata tagħti l-kunsens tagħha għall-
konsenja, il-qorti għandha,  meta tkun sodisfatta bil-volontarjetà
tal-kunsens, tagħmel ordni ta’ konsenja u kull disposizzjoni ta’ din
it-Taqsima għall-konsenja ta’ dik il-persuna għandha titqies li tkun
ġiet sodisfatta.
(3) Ma għandu jkun hemm ebda appell minn ordni ta’ konsenja
magħmula taħt dan l-artikolu.
Procedimenti meta qorti tiċħad milli tagħti 
ordni ta’ konsenja
Meta ordni ta’ 
konsenja tkun 
rifjutata.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26H. (1) Meta l-qorti tirrifjuta milli tagħmel ordni ta’
konsenja, hija għandha madankollu tagħmel ordni fejn tibgħat lill-
persuna arrestata fil-kustodja u dik il-persuna għandha tibqa’ fil-
kustodja kif provdut fil-proviso ta’ l-artikolu 15(3).
(2) Il-qorti għandha tavża lill-Ministru bid-deċiżjoni li ma
tagħmilx ordni ta’ konsenja u bir-raġunijiet għal dan.
Appell mill-Avukat 
Ġenerali kontra r-
rifjut ta’ ordni ta’ 
konsenja.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26I. Meta l-qorti tiffifjuta milli tagħmel ordni ta’ konsenja, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19 għandhom mutatis mutandis
japplikaw u jekk Qorti ta’ l-Appel Kriminali tilqa’ l-appell, din
għandha tagħmel ordni ta’ konsenja li għandha tiġi ttrattata, għal
kull għan minbarra appell minnha, bħala ordni li tibgħat f’kustodja
lill-persuna li għandha tiġi konsenjata.
Procedimenti meta qorti tagħmel ordni ta’ konsenja
Meta qorti tagħmel 
ordni ta’ konsenja.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26J. (1) Meta l-qorti tagħmel ordni ta’ konsenja dwar xi
persuna, il-qorti għandha -
(a) tibgħat lill-persuna fil-kustodja biex jistenna l-
ordnijiet tal-Ministru dwar l-eżekuzzjoni ta’ l- ordni,
(b) tavża lill-Ministru bid-deċiżjoni tagħha.
(2) Salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26K, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 16 u 17 għandhom mutatis mutandis
japplikaw għal persuna li tintbagħat fil-kustodja taħt dan l-artikolu.
Appell minn ordni 
ta’ konsenja minn 
persuna li għandha 
tiġi konsenjata.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26K. Salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26L, il-persuna li
għandha tiġi konsenjata wara ordni ta’ konsenja tista’ tappella mill-
ordni quddiem il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali u d-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 18 għandhom mutatis mutandis ikunu japplikaw għall-
appell.
Twarrib tad-dritt 
ta’ appell u ta’ 
drittijiet oħra.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26L. (1) Persuna li dwarha tkun saret ordni ta’ konsenja tista’
twarrab id-dritt tagħha li tappella u d-dritt tagħha li tapplika għal
rimedju taħt il-Kostituzzjoni u kull dritt ieħor li tapplika għal
reviżjoni tal-leġittimità  ta’ l-arrest u d-detenzjoni tagħha.
(2) Meta persuna tkun warrbet id-drittijiet tagħha skond kif
provdut fis-subartikolu (1), il-qorti għandha tissodisfa lilha
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    19
nnifisha bil-volontarjetà  ta’ dak it-twarrib u malli dan l-ordni ta’
konsenja għandha titwettaq għal kull għan validu tal-liġi.
Effett ta’ ordni ta’ 
konsenja.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26M. (1) Ordni ta’ konsenja tikkostitwixxi awtoritˆ biżżejjed
biex persuna taġixxi skond l-ordnijiet tal-Ministru li jirċievi lill-
persuna li l-ordni tkun inħarġet dwarha, li żżommha fil-kustodja u
li twassalha fil-post fejn tkun se tiġi konsenjata fil-kustodja ta’ l-
ICC (jew, skond ma jista’ jkun il-każ, ta’ l-istat ta’ infurzar) skond
arranġamenti magħmula mill-Ministru.
(2) Jekk persuna li dwarha jkun hemm ordni ta’ konsenja
taħrab jew tkun fil-libertà  b’mod mhux leġittimu, hija tista’ tkun
arrestata mill-pulizija mingħajr ebda ordni u tittieħed f’xi post fejn,
bis-saħħa ta’ din it-Taqsima, tenħtieġ li tkun jew li tittieħed fih.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21(2) għandhom mutatis
mutandis japplikaw għal kull persuna li dwarha tkun saret ordni ta’
konsenja.
Pleġġ, liberazzjoni, passaġġ u inżul bla mistenni
Konsultazzjoni 
ma’ l-ICC dwar 
pleġġ.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26N. (1) Meta tintalab pleġġ fi proċedimenti taħt din it-
Taqsima -
(a) il-qorti għandha tavża lill-Ministru bir-rikors,
(b) il-Ministru għandu jikkonsulta ma’ l-ICC, u
(ċ) ma għandhiex tingħata pleġġ mingħajr ma titqies kull
rakkomandazzjoni magħmula mill-ICC.
(2) Fid-deliberazzjoni dwar applikazzjoni għal pleġġ taħt dan l-
artikolu l-qorti għandha tikkonsidra -
(a) jekk, fil-qies tal-gravità  tar-reat jew reati li l-persuna
tkun allegata li għamlet jew, skond ma jista’ jkun il-
każ, li dwaru tkun ġiet misjuba ħatja mill-ICC, ikunx
hemm ċirkostanzi urġenti u eċċezzjonali li jkunu
jiġġustifikaw l-iskarċerazzjoni bi pleġġ, u
(b) jekk ikunux ittieħdu jew se jittieħdu miżuri meħtieġa
sabiex jiġi żgurat li persuna tagħti ruħha biex tittieħed
fil-kustodja skond il-pattijiet tal-pleġġ tiegħu.
Liberazzjoni ta’ 
persuna li ma 
tkunx konsenjata.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26O. (1) Jekk il-persuna li dwarha tkun saret ordni ta’ konsenja
ma tiġix konsenjata taħt l-ordni fi żmien xahrejn li jibdew
għaddejin ma’ l-ewwel jum meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 26M(3), hija setgħet tiġi mreġġgħa lura, hija tista’ tapplika
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell Kriminali, li toqgħod bħala qorti ta’ l-
appell minn sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati, għal-liberazzjoni
tagħha.
(2) Malli jsir rikors bħal dak id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
24(2) għandhom mutatis mutandis japplikaw b’dan illi r-riferenza
għall-ordni taħt dak is-subartikolu għandha titqies bħala riferenza
għall-ordni ta’ konsenja.
  20      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
Liberazzjoni ta’ 
persuna li ma 
tkunx tenħtieġ 
aktar li tiġi 
konsenjata.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26P. Meta l-ICC jgħarraf lill-Ministru li xi persuna arrestata taħt
din it-Taqsima ma tkunx għadha meħtieġa li tiġi konsenjata -
(a) il-Ministru għandu javża lill-Avukat Ġenerali b’dak il-
fatt, u
(b) l-Avukat Ġenerali għandu, meta jirċievi dak l-avviż,
jagħmel rikors quddiem il-qorti għal ordni ta’
liberazzjoni tal-persuna arrestata.
Talba għal passaġġ.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26Q. (1) Dan l-artikolu japplika meta l-Ministru jirċievi talba
mill-ICC għall-passaġġ ta’ persuna li tkun qegħda tiġi konsenjata
minnn xi stat ieħor.
(2) Jekk il-Ministru jilqa’ t-talba -
(a) it-talba għandha tiġi ttrattata għal kull fini ta’ din it-
Taqsima bħallikieku din kienet talba għall-arrest u l-
konsenja ta’ dik il-persuna,
(b) l-eżekuzzjoni ta’ l-ordni li tmur flimkien mat-talba
għandha titqies li tkun ġiet awtorizzata taħt l-artikolu
26Ċ(2), u
(ċ) il-persuna li ssir it-talba dwarha għandha, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, tiġi ttrattata
meta din tasal Malta bħallikieku hija kienet arrestata
taħt dik l-ordni.
(3) Għar-rigward ta’ xi każ fejn japplika dan l-artikolu-
(a) il-qorti li quddiemha tinġieb il-persuna li dwarha ssir
it-talba konformement mad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 26F(2)(a)(i), għandha d-dmir li taċċerta ruħha
li l-Ministru jkun fil-fatt laqa’ t-talba għall-passaġġ; u
(b) l-artikolu 16 imsemmi fl-artikolu 26J(2) għandu jkollu
effett bħallikieku r-riferenza għal ħmistax-il ġurnata
kienet riferenza għal jumejn tax-xogħol.
(4) Persuna li tkun qegħda f’passaġġ taħt dan l-artikolu ma
għandhiex tingħata pleġġ.
Inżul bla mistenni.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26R. (1) Jekk persuna li tkun qegħda tiġi konsenjata minnn xi
stat ieħor tagħmel inżul bla mistenni f’Malta, hija tista’ tkun
arrestata mill-pulizija mingħajr ordni b’dan illi għandhom mutatis
mutandis japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15(1), ħlief
għar-riferenza li hemm fih għall-artikolu 14(3) u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Il-qorti għandha tibgħatha fil-kustodja sakemm -
(a) il-Ministru jirċievi t-talba mill-ICC għall-passaġġ
tagħha, u
(b) tingħata d-deċiżjoni tal-Ministru dwar jekk jilqagħx it-
talba.
(3) Jekk il-Ministru ma jirċevix talba bħal dik qabel tmiem sitta
u disgħin siegħa li jibdew għaddejjin fil-waqt ta’ l-inżul bla
mistenni tal-persuna arrestata -
(a) il-Ministru għandu minnufih javża lill-qorti b’dak il-
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    21
fatt, u
(b) il-qorti għandha, malli jaslilha dak l-avviż, tillibera
lill-persuna arrestata.
(4) Jekk il-Ministru jirċievi dik it-talba qabel tmiem dak il-
perjodu, huwa għandu javża lill-qorti mingħajr dewmien bid-
deċiżjoni tiegħu dwar jekk għandux jilqa’ t-talba.
(5) Jekk il-Ministru javża lill-qorti li jkun iddeċieda li jilqa’ t-
talba -
(a) il-qorti għandha, malli tirċievi l-avviż, ittemm il-
perjodu ta’ kustodja, u
(b) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26Q għandhom
japplikaw billi minflok kull riferenza għaż-żmien tal-
wasla f’Malta fis-subartikolu (2)(ċ) ta’ dak l-artikolu
tiġi sostitwita riferenza għaż-żmien ta’ l-avviż li
jingħata lill-qorti taħt dan is-subartikolu.
(6) Jekk il-Ministru javża lill-qorti li jkun iddeċieda li ma
jilqax it-talba tagħha, il-qorti għandha, malli tirċievi l-avviż,
tillibera lill-persuna arrestata.
Disposizzjonijiet supplimentari
Immunità  statali 
jew diplomatika.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26S. (1) Meta persuna jkollha immunitˆ statali jew
diplomatika minħabba fil-konnessjoni li jkollha ma’ xi stat li jkun
parti fit-Trattat ICC, din ma tipprevjenix proċedimenti taħt din it-
Taqsima għar-rigward ta’ dik il-persuna.
(2) Meta -
(a) persuna jkollha immunità  statali jew diplomatika
minħabba fil-konnessjoni li jkollha ma’ xi stat
minbarra stat li jkun parti fit-Trattat ICC, u
(b) jinkiseb it-twarrib ta’ dik immunità  mill-ICC għar-
rigward ta’ talba għall-konsenja ta’ dik il-persuna,
dak it-twarrib għandu jiġi ttrattat bħala li jestendi għal
proċedimenti taħt din it-Taqsima f’konnessjoni ma’ dik it-talba.
(3) Ċertifikat mill-Ministru -
(a) li stat ikun jew ma jkunx parti għat-Trattat ICC, jew
(b) li kien hemm twarrib bħal dak imsemmi fis-
subartikolu (2),
hu prova konklużiva għal dak il-fatt għal kull fini ta’ din it-
Taqsima.
(4) Il-Ministru jista’ f’xi każ partikolari, wara konsultazzjoni
ma’ l-ICC u l-istat inkwistjoni, jordna li ma għandhomx jinbdew
proċedimenti (jew proċedimenti ulterjuri) kontra xi persuna taħt din
it-Taqsima li, għajr għas-subartikolu (1) jew (2), kienu jkunu
prevjenuti minħabba fl-immunità  statali jew diplomatika li jkollha
persuna.
Kap. 365.
(5) Is-setgħa li jsiru regolamenti mogħtija bis-subartikolu ta’ l-
artikolu 3(1) ta’ l-Att dwar Poteri li jsiru Regolamenti fl-Interess
  22      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
Nazzjonali, tinkludi s-setgħa li jsiru għar-rigward ta’ kull
proċediment kull tali provvediment li jikkorrispondi għall-
provvediment magħmul b’dan l-artikolu għar-rigward tal-
proċedimenti, imma bl-ommissjoni -
(a) fis-subartikolu (1), tal-kliem "minħabba fil-
konnessjoni li jkollha ma’ xi stat li jkun parti fit-
Trattat ICC", u
(b) tas-subartikoli (2) u (3),
bħalma jkun jidher lill-Prim Ministru li jkun meħtieġ jew spedjenti
b’konsegwenza ta’ dak ir-riferiment bħalma hemm imsemmi fl-
artikolu 13(b) (riferiment mill-Kunsill tas-Sigurtà  tan-Nazzjonijiet
Uniti).
(6) F’dan l-artikolu "immunità  statali jew diplomatika" tfisser
kull privileġġ jew immunità  li persuna jkollha, minħabba fl-istatus
ta’ dik il-persuna jew ta’ xi persuna oħra bħala kap ta’ stat, jew
bħala rappreżentant, uffiċjal jew aġent ta’ stat, taħt -
Kap. 191.
Kap. 144.
Kap. 344.
Kap. 235.
(a) l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi, l-
Att dwar il-Konvenzjonijiet dwar il-Konslijiet, l-Att
dwar it-Twaqqif ta Delegazzjoni tal-Komunitajiet
Ewropej, l-Att dwar id-Dħul ta’ Malta bħala Membru
ta’ Orgnizzazzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali,
(b) xi provvediment leġislattiv ieħor magħmul għall-fini
ta’ l-implimentazzjoni ta’ xi obbligazzjoni
internazzjonali, jew
(ċ) xi liġi derivata mill-liġi internazzjonali
konswetudinarja.
Il-konsenja ta’ 
persuni skond ċerti 
proċedimenti eċċ.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26T. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għat-twettiq aħjar
tad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima u mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dak hawn qabel imsemmi jista’ b’dawk ir-
regolamenti jipprovdi dwar każijiet meta huwa jirċievi talba għall-
arrest jew il-konsenja, jew l-arrest provviżorju, ta’ xi persuna -
(a) li kontriha jkun hemm pendenti jew għaddejin
proċedimenti kriminali quddiem qorti f’Malta, jew li
tkun ġiet ittrattata fi proċedimenti bħal dawk, jew
(b) li kontriha jkun hemm pendenti jew għaddejin
proċedimenti ta’ estradizzjoni f’Malta, jew li dwarha
tkun saret xi ordni bil-miktub jew ingħata ordni
f’dawk il-proċedimenti.
Dokumenti.
Miżjud:
XXIV. 2002.14.
26U. (1) Għal kull fini ta’ din it-Taqsima l-kopja ta’ l-ordni
maħruġa mill-ICC, jiġifieri trasmessa lis-Segretarju ta’ xi Stat
Ministru, għandha tiġi ttrattata bħallikieku din kienet l-ordni
oriġinali.
(2) Meta tintuża trasmissjoni facsimile -
(a) għall-għemil ta’ xi talba mill-ICC jew għat-
trasmissjoni ta’ xi dokument li jinġieb  b’sostenn, jew
(b) għat-trasmissjoni ta’ xi dokument għax tkun saret dik
it-talba,
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    23
din it-Taqsima għandha tapplika bħallikieku d-dokumenti hekk
mibgħuta kienu l-oriġinali tad-dokumenti hekk trasmessi u dawn
għandhom jiġu riċevuti u jkunu ammissibbli daqslikieku kienu
prova għaldaqstant.
(3) Meta l-ICC jemenda ordni ta’ arrest, id-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima japplikaw għall-ordni emendat bħallikieku din
kienet xi ordni ġdida; hekk li dan ma jolqotx il-validitˆ ta’ xi ħaġa
li tkun saret abbażi ta’ l-ordni l-qadima.
TAQSIMA VII
MIXXELLANJI 
Ilsien tad-
dokumenti. 
27. Kull dokument li għandu jinġieb dwar it-talba għat-
treġġigħ lura ta’ persuna skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
għandu jkun jew bil-Malti jew bl-Ingliż u, meta xi dokument bħal
dak ma jkun bl-ebda wieħed minn dawn l-ilsna, il-Ministru jista’
jitlob li d-dokument jiġi maqlub għall-Ingliż.
Regolamenti. 
kull mandat jew ordni li għandu jiġi maħruġ jew magħmul skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Ġarr ta’ priġunieri 
għal jew minn 
pajjiżi oħra u 
esekuzzjoni ta’ 
pieni barranin. 
29. (1) Meta jkun sar arranġament ma’ xi pajjiż dwar il-ġarr
ta’ persuna li tkun qed tiskonta sentenza ta’ priġunerija f’Malta jew
f’xi pajjiż ieħor bħal dak, minn jew għal Malta jew minn jew għal
dak il-pajjiż l-ieħor, jew xort’oħra dwar l-esekuzzjoni f’pajjiż
wieħed ta’ xi piena imposta jew mogħtija f’pajjiż ieħor, il-Ministru
jista’ jagħmel ordni biex jagħti seħħ lil dak l-arranġament, b’dawk
l-eċċezzjonijiet, modifiki u kwalifiki li jsiru fl-ordni jew f’xi ordni
ieħor wara, u kull ordni bħal dak jista’ jkun fih dik id-disposizzjoni
li l-Ministru jidhirlu xierqa fiċ-ċirkostanzi, magħduda l-
applikazzjoni, b’kull modifiki xierqa, ta’ kull waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi leġislazzjoni oħra.
(2) F’dan l-artikolu l-frażi "arranġament" għandha l-istess tifsir
dwar il-ħwejjeġ imsemmija fis-subartikolu (1) kif għandha fid-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att dwar it-treġġigħ lura ta’
kriminali maħrubin.
Riserva.
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Atti tal-Parlament tar-Renju Unit
imsejħa l-Extradition Acts 1870 to 1932* fil-ġurnata li tiġi
minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, għandu, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att ikompli hekk
japplika sakemm jiġi revokat.
*Imħassra bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 30 ta’ l-Att kif oriġinarjament
promulgat liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
  24      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
Reati ta’ 
estradizzjoni 
speċjali.
Miżjud:
XVII. 1996.19.
Kap. 9.
Kap. 371.
31. (1) Ir-reati msemmija fl-artikolu 5(1)(e) u (g) tal-Kodiċi
Krimmali għandhom jitqiesu li ġew inklużi bħala reati ta’
estradizzjoni fit-trattati ta’ estradizzjoni kollha magħmulin minn
Malta (jew li japplikaw għal Malta) ma’ pajjiżi mseħbin fil-
Konvenzjonijiet u li jestendu għal, u jorbtu lil, Malta fid-data tal-
bidu fis-seħħ ta’ l-Att dwar Servizz ta’ Sigurtà .
(2) Meta dan l-Att ma jkunx japplika fil-każ ta’ xi Stat li jkun
parti fil-Konvenzjoni dwar Persuni Protetti Internazzjonalment u il-
Konvenzjoni dwar it-Teħid ta’ Ostaġġi, il-Ministru jista’ b’ordni
magħmul bis-saħħa ta' l-artikoli 4 u 7, jispeċifika dak il-pajjiż
bħala pajjiż tal-Commonwealth skond 1-imsemmi artikolu 4 jew
bħala pajjiż barrani skond l-artikolu 7, skond il-każ, u dak l-ordni
għandu għall-għanijiet ta’ l-imsemmi artikolu 7, jitqies li jkun
arranġament kif inhu msemmi f’dak l-artikolu.
(3) Meta dan l-Att ikun japplika għal xi stat bis-saħħa biss ta’
xi ordni magħmul skond is-subartikolu (2), ebda applikazzjoni għal
estradizzjoni minn dak l-istat ma għandu jkollha x’taqsam ma’ xi
reat ta’ estradizzjoni fil-kuntest tat-tifsir mogħti f’dan l-Att ħlief
għal reati li jitqiesu li huma inklużi fil-lista ta’ reati ta’
estradizzjoni li jirriżultaw mis-subartikolu (1).
(4) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, kull għemil, isir fejn isir, li
jkun reat imsemmi taħt dan l-Att u reat kontra l-liġi ta’ stat f’liema
każ dan l-Att ikun japplika b’ordni magħmul bis-saħħa tas-
subartikolu (2), għandu jitqies li jkun reat li jsir fil-limiti tal-
ġurisdizzjoni ta’ dak l-istat.
(5) F’dan l-artikolu:
"pajjiżi mseħbin fil-Konvenzjonijiet" tfisser dawk il-pajjiżi li
huma partijiet kontraenti fil-Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-
Terroriżmu, fil-Konvenzjoni dwar Persuni Protetti
Internazzjonalment, u fil-Konvenzjoni dwar it-Teħid ta’ Ostaġġi;
"Konvenzjoni dwar Persuni Protetti Internazzjonalment" tfisser
il-konvenzjoni magħrufa bħala Convention on the Prevention and
Punishment of Crimes against Internationally Protected Persons
adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1973;
"Konvenzjoni dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu" tfisser il-
konvenzjoni magħrufa bħala European Convention on the
Suppression of Terrorism magħmula fi Strasbourg fis-27 ta’ Jannar,
1977;
"Konvenzjoni dwar it-Teħid ta’ Ostaġġi" tfisser il-konvenzjoni
magħrufa bħala International Convention against the Taking of
Hostages li bdiet tiġi ffirmata fi New York fit-18 ta’ Diċembru,
1979.
Reati ta’ 
estradizzjoni oħra 
speċjali.
Miżjud:
III. 2002.163.
Kap. 9.
32. (1) Ir-reati msemmija fl-artikoli 115 sa 121B tal-Kodiċi
Kriminali għandhom jitqiesu bħala li ġew inklużi bħala reati ta’
estradizzjoni f’kull trattat ta’ estradizzjoni li saru minn Malta (jew
li japplikaw għal Malta) ma’ pajjiżi mseħbin fil-Konvenzjoni u li
jestendu għal, u jorbtu lil, Malta fid-data tad-dħul fis-seħħ għal
Malta tal-Konvenzjoni.
(2) Meta dan l-Att ma jkunx japplika fil-każ ta’ xi Stat li jkun
ESTRADIZZJONI ġ K AP. 276.    25
parti fil-"Konvenzjoni tad-Dritt Penali dwar il-Korruzzjoni" id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31(2) u (3) għandhom mutatis
mutandis japplikaw għal kull tali pajjiż b’dan illi r-referenza "mis-
subartikolu (1)" fl-imsemmi saubartikolu (3) għandha tinqara u
tiftiehem bħala referenza għas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(3) F’dan l-artikolu -
"pajjiżi mseħbin fil-Konvenzjoni" tfisser dawk il-pajjiżi li huma
partijiet kontraenti fil-Konvenzjoni;
"il-Konvenzjoni" tfisser "il-Konvenzjoni tad-Dritt Penali dwar
il-Korruzzjoni" magħruf bħala Criminal Law Convention on
Corruption magħmula fi Strasbourg fis-27 ta’ Jannar, 1999.
Emendata:
III. 2001.28.
SKEDA 
ġ Artikolu 5ħ
1. Omiċidju volontarju 
2. Omiċidju involontarju
3. Reat kontra l-liġi dwar l-abort
4. Offiża volontarja fuq il-persuna gravi
5. Assalt li jwassal għal offiża fuq il-persuna 
6. Stupru vjolenti
7. Serq ta’ persuna
8. Konġunġiment karnali ma’ mara kontra l-liġi 
9. Attentat għall-pudur bil-vjolenza
10. Tressiq jew kummerċ ta’ persuni taħt l-età  jew nisa għal
skopijiet immorali 
11. Bigamija
12. Arrest, detenzjoni jew sekwestru kontra l-liġi, jew negozju
ta’ skjavi
13. Tneħħija kontra l-liġi ta’ persuna f’pajjiż barrani jew
sekwestru ta’ persuna f’dak il-pajjiż
14. Serq, abbandun jew esposizzjoni ta’ tfal 
15. Korruzzjoni
16. Sperġur, korruzzjoni għall-fini ta’ sperġur jew
kospirazzjoni biex ma ssirx ġustizzja skond il-liġi
17. Ħruq jew għoti ta’ nar 
18. Reat dwar flus foloz
19. Reat kontra l-liġi dwar il-falsifikazzjoni 
20. Serq
21. Approprjazzjoni bla jedd, frodi dwar sigurtà , baratterija,
abbuż ta’ karta in bjank jew xort’oħra, qerq fil-kummerċ
  26      KAP. 276. ħ         ESTRADIZZJONI
jew fl-industrija, frodi b’egħmil qarrieqi, każijiet oħra ta’
qligħ b’qerq
22. Riċettazzjoni
23. Approprjazzjoni bla jedd jew użu ħażin minn uffiċjal jew
impjegat pubbliku 
24. Rikatt, vjolenza kontra l-privat, eżazzjoni minn uffiċjal
pubbliku ta’ flus jew ħwejjeġ oħra kontra l-liġi, estorsjoni
25. Reat kontra l-liġi dwar il-falliment jew il-liġi dwar il-
kumpanniji 
26. Ħsara b’qerq jew volontarja lil proprjetà
27. Azzjonijiet magħmula bil-ħsieb ta’ perikolu lil vetturi,
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru
28. Reat kontra l-liġi dwar il-mediċini jew narkotiċi perikolużi
29. Piraterija
30. Rewwixta kontra l-awtorità  ta’ kaptan ta’ bastiment jew ta’
kmandant ta’ inġenji ta’ l-ajru
31. Reat kontra l-liġi dwar l-użu mhux kif dovut tal-computer
