UŻUTA’CERTUKLIEM   ġKAP. 277.   1
KAPITOLU 277
ATT LI JIRREGOLA L-UŻU TA’ ĊERTU KLIEM
Biex jikkontrolla u jirregola l-użu ta’ ċertu kliem.
(1 ta’ Novembru, 1978)*
Sar liġi bl-ATT XXII ta’ l-l978, kif emendat bl-Att XII ta’ l-l990.
Titolu fil-qosor. 
Kliem.
Projbizzjoni ta’ l-
użu tal-kliem 
Malta u nazzjon 
f’ċerti każijiet. 
Emendat: 
XII. 1990.2.
2. (1) Minn meta jibda jseħħ dan l-Att ebda persuna ma tista’
tuża jew tkompli tuża xi kelma jew kliem bħala parti mill-isem ta’
kumpannija jew soċjetà oħra, jew ta’ ditta jew negozju, jew ta’ xi
organizzazzjoni, assoċjazzjoni jew korp ieħor ta’ persuni, jew bħala
parti minn trademark jew ħaġa bħal dik, jew bħala l-isem jew it-
titolu ta’ xi stampat, li biha jew bihom xi ħadd jista’, jingħata
x’jifhem li dik il-persuna, kumpannija, soċjetà, ditta, negozju,
organizzazzjoni jew assoċjazzjoni, tkun qiegħda taġixxi għal jew
f’isem il-Gvern ta’ Malta jew li l-prodott li fuqu t-trademark jew
ħaġa bħal dik tkun imwaħħla jew l-istampat ikun qiegħed isir mill-
Gvern ta’ Malta.
(2) Meta l-Prim Ministru jkun jidhirlu li xi isem, trademark jew
ħaġa bħal dik jew titolu jkun jikser id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’, mingħajr
preġudizzju għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4), (5) u (6) ta’
dan l-artikolu, jordna lil xi ħadd li jibdel dak l-isem, trademark jew
ħaġa bħal dik jew titolu fi żmien ħmistax-il jum minn meta jingħata
dik l-ordni.
(3) Kull min iħoss ruħu aggravat b’ordni li jinħareġ skond is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jkollu dritt li jappella minn dak l-
ordni b’rikors li jsir quddiem il-Qorti ta’ l-Appell fiż-żmien
imsemmi ta’ ħmistax-il jum minn meta jingħata dak l-ordni, u meta
jippreżenta dak ir-rikors, dik il-qorti tista’ fid-diskrezzjoni tagħha
tordna li dak l-ordni li jkun sar appell minnu ma jkunx iseħħ ħlief
jekk u sakemm ikun ġie konfermat minn dik il-qorti.
(4) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu jew tonqos milli tikkonforma ruħha ma’ ordni
li jingħata mill-Prim Ministru jew ma’ deċiżjoni tal-Qorti ta’ l-
Appell, skond il-każ, tkun ħatja ta’ reat, u meta tinstab ħatja, tista’
teħel multa ta’ mhux inqas minn għaxar liri u mhux iżjed minn
ħames mitt lira u fil-każ ta’ reat kontinwu multa addizjonali ta’
mhux inqas minn lira u mhux iżjed minn għaxar liri għal kull jum li
matulu jkun kompla r-reat.
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji.
 2      KAP. 277.ħ     UŻUTA’CERTUKLIEM
Kap. 248.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-Att l-espressjoni "stampat" u
"pubblikazzjoni", u d-derivattivi jew varjazzjonijiet grammatikali
tagħhom, għandhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom bl-artikolu 2
ta’ l-Att dwar l-Istampa.
(6) Ma jistgħux jinbdew proċeduri taħt dan l-Att ħlief bil-
kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
