ĠBIRPUBBLIKU ġ K AP. 279.
KAPITOLU 279
ATT DWAR IL-ĠBIR PUBBLIKU
Biex jipprovdi dwar ġbir pubbliku għal għanijiet ta’ karità u għanijiet
oħra u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ jew huma
anċillari għal hekk.
(13 ta’ Marzu, 1981)*
Sar liġi bl-ATT XVIII ta’ l-1979 u ġie emendat bl-Att VI ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
Emendat:
VI. 1995.3.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"dar" tinkludi post ta’ negozju;
"dħul" dwar ġbir, tfisser il-flus u l-proprjetà kollha mogħtija, sew
għal korrispettiv jew xort’oħra, bħala riżultat ta’ appell li jkun sar; 
"ġbir" tfisser appell lill-pubbliku jew lil parti jew sezzjoni mill-
pubbliku sew jekk bil-mezz ta’ żjajjar minn dar għal dar, jew b’xi
għemil li jidher fi triq jew f’post pubbliku ieħor, jew bil-mezz ta’ xi
reklam, jew b’xi mod ieħor ikun li jkun, biex jagħti, sew jekk għal
korrispettiv jew le, flus jew proprjetà oħra, iżda ma tinkludix - 
(a) il-bejgħ ta’ oġġetti f’xi triq jew post pubbliku ieħor
meta l-oġġetti jinbiegħu fil-kors normali tal-kummerċ,
u biex wieħed igħix minnu, u la l-bejjiegħ u lanqas xi
ħadd għalih ma jagħti wieħed x’jifhem li xi parti minn
dak id-dħul mill-bejgħ se jmur għal xi għan ta’ karità
jew għan simili;
(b) ġbir li jsir fi knisja fil-kors normali għall-
manutenzjoni tagħha jew sabiex din tissebbaħ jew
tinġieb ’il quddiem jew għal funzjonijiet li jsiru fiha;
(ċ) ġbir li jsir jew jiġi organizzat minn  bona fide  partit
politiku għall-użu tiegħu stess;
Kap. 10.
(d) ġbir magħmul bis-saħħa ta’ xi attività kif hemm
imsemmija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta’ 1-
artikolu 194 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija u kull
attività kif hemm imsemmija fil-paragrafu (b) ta’ 1-
imsemmi subartikolu;
"għan ta’ karità" tfisser kull għan ta’ karità, ta’ benevolenza jew
filantropija, sew jekk dak l-għan ikun ta’ karità skond tifsir mogħti
f’xi liġi oħra u sew jekk le u, bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li
ntqal qabel, tinkludi b’mod partikolari:
(a) it-tnaqqis ta’ faqar;
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li ġie
mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali 27 ta’ l-1981.
 2      KAP. 279.ħ      ĠBIRPUBBLIKU
(b) it-tmexxija ’l quddiem ta’ l-edukazzjoni kulturali u
fiżika;
(ċ) it-tmexxija ’l quddiem tar-reliġjon;
(d) it-tfakkir ta’ ġrajjiet storiċi u personalitajiet;
(e) għanijiet oħra ta’ benefiċċju għall-kommunità;
"kollettur" dwar ġbir, tfisser il-persuna li tagħmel l-appell waqt
iż-żjajjar minn dar għal dar, jew fi triq jew post pubbliku ieħor, u
tinkludi l-persuna indikata biex tirċievi dak id-dħul jew li fil-fatt
tirċevih;
"il-Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija u tinkludi
kull persuna awtorizzata mill-imsemmi Kummissarju għal hekk; 
"liċenza" tfisser liċenza taħt dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Pulizija; u
tinkludi kull persuna awtorizzata mill-imsemmi Ministru għal
hekk; 
"post pubbliku" tfisser kull triq u kull post ieħor fejn jidħol jew
ikollu aċċess għalih il-pubbliku u, bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak
li ntqal qabel, tinkludi kull knisja, kull dipartiment tal-Gvern u kull
post ta’ divertiment pubbliku;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taħt dan l-Att; 
"promotur" dwar ġbir, tfisser persuna li tqabbad lil ħaddieħor
jagħmilha, għal kumpens jew xort’oħra, ta’ kollettur għall-finijiet
ta’ ġbir, u tinkludi kull wieħed mill-individwi li jiffirmaw
applikazzjoni għal liċenza;
"triq" tfisser kull triq, sqaq, pjazza, fortifikazzjoni jew post ieħor
minn fejn igħaddi l-pubbliku, u kull post magħluq fil-beraħ li fiha
jidħol jew ikollu aċċess il-pubbliku.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, ġbir jitqies li jsir għal għan
partikolari meta l-appell isir flimkien ma’ turija li l-flus jew
proprjetà oħra li dwarhom isir l-appell, jew parti minnhom, ikunu
se jintużaw għal dak l-għan.
Irid ikun hemm 
liċenza għall-ġbir. 
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ma jista’
jsir ebda ġbir kemm-il darba ma jitħarsux il-ħtiġijiet ta’ dan l-Att
dwar liċenza biex dan ikun jista’ jsir.
(2) F’każ li persuna tippromovi ġabra u minħabba f’hekk issir
ġabra, kemm-il darba ma jkunx hemm fis-seħħ, dwar il-lokalità li
fiha ssir il-ġabra u fil-perijodu li matulu ssir, liċenza li
tawtorizzaha, jew li tawtorizza lil ħaddieħor li taħt l-awtorità
tagħha tkun qed taġixxi li tippromovi ġabra fil-lokalità u għall-
għan li għalih issir il-ġabra, dik il-persuna tkun ħatja ta’ reat.
(3) F’każ li persuna tagħmilha ta’ kollettur għall-għanijiet ta’
ġabra, kemm-il darba ma jkunx hemm fis-seħħ, dwar il-lokalità fejn
u l-ħinijiet kollha li matulhom hi hekk tagħmilha, liċenza li
tawtorizza promotur li taħt l-awtorità tiegħu taġixxi, jew li
tawtorizza lill-kollettur innifsu, li jippromovi ġabra fil-lokalità u
għall-għan li għalih issir il-ġabra, dik il-persuna tkun ħatja ta’ reat.
ĠBIRPUBBLIKU ġ K AP. 279.
Eżenzjoni.
għal għan ta’ karità f’Malta u tkun tixtieq tippromovi ġbir għal dak
il-għan, il-Ministru jista’ b’ordni jagħti direttiva li dik il-persuna
tkun eżentata mill-ħtieġa ta’ liċenza dwar il-ġbir kollu għal dak l-
għan f’dawk il-lokalitajiet li jistgħu jiġu preskritti fl-ordni, u fil-
waqt li jkun fis-seħħ ordni bħal dak dwar ġbir f’xi lokalità, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu jkollhom effett dwar il-
persuna eżentata, dwar kull promotur ta’ ġbir f’dik il-lokalità għal
dak l-għan li jaġixxi taħt l-awtorità tal-persuna eżentata, u dwar
persuna li tagħmilha ta’ kollettur għall-finijiet ta’ kull ġbir bħal
dak, daqslikieku kienet isseħħ liċenza li tawtorizza lill-persuna
eżentata li tippromovi ġabra f’dik il-lokalità għal dak il-għan.
(2) Kull ordni magħmul taħt dan l-artikolu jista’ f’kull żmien
jiġi revokat jew mibdul b’ordni ieħor li jsir mill-Ministru.
Liċenzi.
ħsiebha tippromovi, ġabra f’xi lokalità għal għan li għalih tista’
tingħata liċenza, tagħmel applikazzjoni lill-Kummissarju tal-
Pulizija fuq il-formula murija fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-
Att fejn tispeċifika l-għan tal-ġabra, il-lokalità (jekk limitata għal
lokalità) fejn tkun se ssir il-ġabra u l-ħwejjeġ l-oħra murija bħala
meħtieġa fl-imsemmija Skeda, u tagħtih kull tagħrif ieħor rilevanti
li jkun jeħtieġ, il-Kummissarju għandu, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, jagħtiha liċenza li
tawtorizzaha li tippromovi ġabra fil-lokalità u għall-għan muri fil-
liċenza, u skond il-kondizzjonijiet l-oħra li jkunu jinsabu fil-
liċenza.
(2) Ebda liċenza ma tingħata ħlief għal għan ta’ karità jew għal
għan approvat mill-Ministru, u ebda liċenza ma tingħata jekk l-
applikazzjoni għaliha ma tkunx iffirmata minn għall-anqas tlett
individwi.
(3) Liċenza tingħata għal dak il-perijodu, li ma jkunx itwal
minn tnax-il xahar, kif jiġi speċifikat fil-liċenza, u għandha, kemm-
il darba ma tiġix revokata qabel, tibqa’ fis-seħħ għall-perijodu
speċifikat.
(4) Il-Kummissarju jista’ jirrifjuta li jagħti liċenza, jew, meta
liċenza tkun ingħatat, jista’ jirrevokaha, jekk ikun jidhirlu -
(a) li l-ammont totali li x’aktarx jintuża bħala riżultat tal-
ġabra (magħdud kull ammont diġa hekk użat) għall-
għanijiet li għalihom il-liċenza tkun se tiġi, jew tkun
ġiet, mogħtija ma jkunx biżżejjed meta jitqies bħala
proporzjon tal-valur tad-dħul li x’aktarx jiġi riċevut
(magħdud kull dħul li jkun diġa riċevut);
(b) li rimunerazzjoni li tkun eċċessiva relattivament għall-
ammont totali msemmi qabel x’aktax se tkun, jew tkun
ġiet, miżmuma jew riċevuta mid-dħul tal-ġabra minn
xi persuna;
Kap. 9.
(ċ) li l-għoti ta’ liċenza x’aktarx jagħmel aktar faċli l-
għemil ta’ reat taħt il-paragrafu (w) jew (x) ta’ l-
artikolu 338 tal-Kodiċi Kriminali, jew li jkun sar reat
taħt dawk id-disposizzjonijiet dwar il-ġbir;
 4      KAP. 279.ħ      ĠBIRPUBBLIKU
(d) li l-applikant jew id-detentur tal-liċenza ma jkunx
persuna addattata u xierqa li jkollha liċenza;
(e) li l-applikant jew id-detentur tal-liċenza jkun għamel
reat kontra dan l-Att jew kontra xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu;
(f) li l-applikant jew id-detentur tal-liċenza, fil-
promozzjoni ta’ ġabra li dwarha tkun ingħatat liċenza,
ikun naqas li jeżercita diliġenza xierqa biex jiżgura li
l-persuni awtorizzati minnu biex jagħmluha ta’
kolletturi għall-għanijiet ta’ ġabra kienu persuni
addattati u xierqa biex jiġi żgurat il-ħarsien, minn
dawk il-persuni hekk awtorizzati, tad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u ta’ regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu, jew biex ma jħallix li distintivi preskritti jew
ċertifikati ta’ awtorità preskritti jinkisbu minn persuni
li ma jkunux persuni hekk awtorizzati; jew
(g) li l-applikant jew id-detentur tal-liċenza jkun irrifjuta
jew ittraskura li jagħti lill-Kummissarju dak it-tagħrif
li b’mod raġonevoli seta’ ħtieġ sabiex ikun jaf dwar il-
ħwejjeġ speċifikati fil-paragrafi ta’ qabel ta’ dan is-
subartikolu.
(5) Meta l-Kummissarju jirrifjuta li jagħti liċenza jew meta
jirrevoka liċenza li tkun ingħatat, hu għandu jagħti avviż bil-miktub
lill-applikant jew lid-detentur tal-liċenza tar-raġunijiet għar-rifjut
jew għar-revoka u fejn igħarrfu bil-jedd tiegħu għal appell skond
dan l-artikolu; u l-applikant jew id-detentur tal-liċenza jista’
imbagħad jappella lill-Ministru kontra r-rifjut jew ir-revoka tal-
liċenza, skond il-każ, u d-deċiżjoni tal-Ministru tkun finali.
(6) L-appell jista’ jsir fi żmien erbatax-il jum mid-data li fiha
jkun ingħata l-avviż skond is-subartikolu (5) ta’ dan l-artikolu.
(7) Jekk il-Ministru jiddeċiedi li l-appell għandu jiġi milqugħ,
il-Kummissarju għandu minnufih joħroġ liċenza jew iħassar ir-
revoka, skond il-każ, skond id-deċiżjoni tal-Ministru.
Tagħrif dwar dħul, 
spejjeż, eċċ.
6. (1) Bla ħsara għal kull ħtiġijiet oħra ta’ xi regolamenti
magħmula taħt dan l-Att, il-promotur ta’ kull ġbir għandu - 
(a) fi żmien xahar wara l-aħħar jum tal-ġabra jew wara l-
jum li fiha tiskadi l-liċenza, skond liema minnhom
ikun l-ewwel, jippubblika f’żewġ gazzetti lokali
dikjarazzjoni magħmula għal kollox kif meħtieġ b’dan
l-artikolu u li turi:
(i) isem il-promotur;
(ii) l-għan tal-ġabra u l-ismijiet tal-benefiċjarji li
jkunu maħsuba jibbenefikaw minnha;
(iii) id-dħul kollu mill-ġabra;
(iv) l-ammont totali ta’ l-ispejjeż li jkunu saru; u
(b) fi żmien ħames ġimgħat mill-ewwel wieħed mill-
imsemmija jiem jagħti lill-Kummissarju dikjarazzjoni
magħmula fil-formula murija fit-Tieni Skeda li tinsab
ĠBIRPUBBLIKU ġ K AP. 279.
ma’ dan l-Att u xort’oħra kollox kif meħtieġ b’dan l-
Att u li jkun fiha t-tagħrif hemm muri bħala meħtieġ,
liema dikjarazzjoni għandha tkun ċertifikata bħala
korretta mill-promotur jew, meta l-promotur ikun korp
ta’ persuni, minn individwu li jaġixxi f’isem u minflok
il-promotur, flimkien mal-qtugħ mill-gazzetti li juri li
l-pubblikazzjoni meħtieġa bil-paragrafu (a) ta’ dan is-
subartikolu tkun saret.
(2) Meta d-dħul kollu ta’ ġabra jkun iżjed minn ħames mitt lira
d-dikjarazzjonijiet meħtieġa li jiġu pubblikati jew konsenjati skond
is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu ċertifikati
bħala korretti u ffirmati minn uditur kwalifikat kif imiss u li ma
kollu b’ebda mod x’jaqsam mal-ġabra.
(3) Kull promotur li jonqos li jħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’ reat.
Regolamenti.
kull ħaġa li b’dan l-Att hi meħtieġa jew hi awtorizzata li tiġi
preskritta, biex jirregolaw il-mod li bih ġbir, li dwaru liċenzi jkunu
ġew mogħtija jew ordnijiet ikunu saru taħt l-artikolu 4 ta’ dan l-Att,
ikun jista’ jsir u l-imġieba ta’ promoturi u kolletturi dwar dak il-
ġbir.
(2) Il-Ministru jista’ wkoll, b’regolamenti magħmula taħt is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jemenda l-Iskedi li jinsabu ma’
dan l-Att u, bla ħsara għall-ġeneralità tas-setgħat mogħtija bid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, kull regolamenti
magħmula kif intqal qabel jistgħu jipprovdu dwar il-ħwejjeġ kollha
li ġejjin jew dwar uħud minnhom, jiġifieri - 
(a) biex ikun hemm ħtieġa ta’, u jiġi regolat l-użu mill-
kolletturi ta’ distintivi preskritti u ċertifikati ta’
awtorità preskritti, u l-ħruġ, kustodja, produzzjoni u
ritorn tagħhom, u b’mod partikolari biex jeħtieġu lill-
kolletturi li fuq talba ta’ uffiċjal tal-Pulizija jew minn
min joqgħod f’dar li fiha ssir żjara li jipproduċu ċ-
ċertifikati ta’ awtorità tagħhom;
(b) biex ikun hemm il-ħtieġa li ċ-ċertifikati ta’ awtorità
preskritti tal-kolletturi jiġu awtentikati b’mod
approvat mill-Kummissarju u li d-distintivi preskritti
tagħhom ikollhom imdaħħal fihom jew imwaħħal
magħhom b’dak il-mod u f’dik il-forma hekk
approvata indikazzjoni ġenerali ta’ l-għan tal-ġabra;
(ċ) biex jipprojbixxu persuni taħt età preskritta milli
jagħmluha, u oħrajn milli jqabbduhom jagħmluha, ta’
kolletturi;
(d) biex ma jiġux imdejjqa min joqgħod fi djar li fihom
isiru żjajjar mill-kolletturi jew persuni f’xi triq jew
post pubbliku ieħor;
(e) biex jeħtieġu li tagħrif preskritt dwar kull ħaġa li
għandha x’taqsam mal-ġabra jingħata, fil-każ ta’ ġbir
bil-liċenza lill-Kummissarju, u fil-każ ta’ ġbir li dwaru
jkun sar ordni taħt l-artikolu 4 ta’ dan l-Att lill-
 6      KAP. 279.ħ      ĠBIRPUBBLIKU
Ministru, u biex jeħtieġu li t-tagħrif mogħti jiġi pruvat
u awtentikat b’dak il-mod li jista’ jiġi preskritt.
(3) Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ regolament magħmul taħt dan l-Att tkun ħatja
ta’ reat.
Użu mhux 
awtorizzat ta’ 
distintivi, eċċ. 
8. Jekk xi persuna, dwar appell li hi tagħmel lill-pubbliku
flimkien ma’ rappreżentazzjoni li l-appell ikun għal għan ta’ karità,
turi jew tuża - 
(a) distintiv preskritt jew ċertifikat ta’ awtorità preskritt, li
ma jkunx distintiv jew ċertifikat li għal dak iż-żmien
ikun miżmum minnu għall-għanijiet ta’ l-appell skond
regolamenti magħmula taħt dan l-Att; jew
(b) xi distintiv jew mezz jew xi ċertifikat jew dokument
ieħor li jkun hekk jixbah distintiv preskritt jew, skond
il-każ, ċertifikat ta’ awtorità preskritt li jkun meqjus li
jqarraq,
tkun ħatja ta’ reat.
Kollettur jagħti 
ismu eċċ., lil 
Pulizija fuq talba.
9. Uffiċjal tal-Pulizija jista’ jeħtieġ lil kull persuna li jaħseb li
tkun qed tagħmilha ta’ kollettur għall-finijiet ta’ ġabra biex
tiddikjaralu minnufih isimha u l-indirizz tagħha u li tiffirmalu
isimha, u jekk persuna tonqos li tħares ħtieġa li ssirilha taħt dan l-
artikolu, tkun ħatja ta’ reat.
Pieni. 10. (1) Kull promotur ħati ta’ reat taħt is-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att jeħel meta jinsab ħati priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Kull kollettur ħati ta’ reat taħt is-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att jeħel meta jinsab ħati l-ewwel darba multa
ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira u fil-każ li jinsab ħati t-tieni darba
jew drabi oħra priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira, jew dik il-
priġunerija u multa flimkien.
(3) Kull promotur ħati ta’ reat taħt is-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 6 ta’ dan l-Att jeħel, meta jinsab ħati l-ewwel darba multa
ta’ mhux iżjed minn mitejn lira u fil-każ li jinsab ħati t-tieni darba
jew drabi oħra, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt
xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew dik il-
priġunerija u multa flimkien.
(4) Kull persuna ħatja ta’ reat taħt is-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 7 ta’ dan l-Att teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux
iżjed minn ħamsin lira.
(5) Kull persuna ħatja ta’ reat taħt l-artikolu 8 ta’ dan l-Att
teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira, jew dik il-
priġunerija u multa flimkien.
(6) Persuna ħatja ta’ reat taħt l-artikolu 9 ta’ dan l-Att teħel
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira.
(7) Jekk xi persuna filwaqt li tkun qed tagħti tagħrif jew
ĠBIRPUBBLIKU ġ K AP. 279.
tiċċertifika xi ħaġa għall-finijiet ta’ dan l-Att xjentement jew bi
traskuraġni tagħmel dikjarazzjoni falza f’xi ħaġa materjali, tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames
mitt lira, jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
 8      KAP. 279.ħ      ĠBIRPUBBLIKU
 
SKEDI
L-EWWEL SKEDA 
ġArtikolu 5(1)ħ
APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZA
1. Ismijiet u indirizzi ta’ l-applikanti (l)....................................................... 
(2)...................................................... 
(3)...................................................... 
2. Isem u indirizz tas-soċjetà, kumitat
jew korp ieħor li jorganizza l-ġabra
jew li xort’oħra jkun responsabbli
għaliha ...........................................................
3. Għan tal-ġabra ...........................................................
4. Partikolaritajiet tal-benefiċjarji mill-
ġabra, magħduda 
(a) ismijiet ta’ Karitajiet, Fondi,
eċċ., li huma maħsuba li
jibbenefikaw mill-ġabra 
(b) l-indirizzi tagħhom
(ċ) l-għanijiet tagħhom 
(d) l-isem u l-indirizz tas-Segretarju
jew ta’ uffiċjal responsabbli
ieħor
...........................................................
...........................................................
...........................................................
..........................................................
5. Data jew dati li matulhom hemm il-
ħsieb li ssir il-ġabra ...........................................................
6. Lokalità fejn hemm il-ħsieb li ssir il-
ġabra  ...........................................................
7. Mod tal-ġbir, u jekk ikunu se
jinbiegħu  badges  kampjun jew
deskrizzjoni tagħhom  ...........................................................
8. Kif se jitqassam id-dħul, b’mod
partikolari dwar spejjeż,
rimunerazzjoni- jiet jew għanijiet
oħra, fejn tingħata stima tagħhom ...........................................................
9. Data ta’ l-applikazzjoni  ...........................................................
10. Firma ta’ l-applikanti (l)............................................... 
(2)............................................... 
(3)............................................... 
ĠBIRPUBBLIKU ġ K AP. 279.
IT-TIENI SKEDA 
ġArtikolu 6(1) (b)ħ
DIKJARAZZJONI TA’ KONTIJIET GĦALL-FINIJIET TA’ 
L-ARTIKOLU 6 TA’ L-ATT DWAR IL-ĠBIR PUBBLIKU KAP. 279
1. Isem il-promotur  ...........................................................
2. Data tal-liċenza taħt l-Att ...........................................................
3. Dħul mill-ġabra Ammont
(a) Skond il-lista ta’ kolletturi u l-
ammonti rispettivi hawn annessi
(b) Minn għejjun oħra (agħti l-
għejjun) 
(ċ) Donazzjonijiet, skond il-lista
hawn annessa 
...........................................................
...........................................................
...........................................................
4. Spejjeż  Ammont
(a) Stampar u stationery 
(b) Pustaġġ
(ċ) Reklami 
(d) Badges jew emblemi oħra
(e) Rimunerazzjonijiet
(f) Spejjeż oħra
...........................................................
...........................................................
...........................................................
...........................................................
...........................................................
...........................................................
5. Tqassim tal-bilanċ
(Agħti partikolaritajiet magħduda
isem il-benefiċjarji u ammonti)
Benefiċjarji Ammont
...........................................................
...........................................................
...........................................................
...........................................................
...........................................................
...........................................................
6. Data tad-Dikjarazzjoni  ...........................................................
7. Firma tal-promoturi (i.e. firma ta’
kull wieħed mill-applikanti għall-
liċenza)
(l)............................................... 
(2)............................................... 
(3)............................................... 
8. Ċertifikat ta’ korrettezza minn uditur kwalifikat kif imiss kif u jekk meħtieġ bl-
artikolu 6(2) ta’ l-Att.
Isem l-uditur ...........................................................
Kwalifika ...........................................................
Indirizz ...........................................................
Ċertifika .............................................................................................................
Data .................................................. Firma .................................................
