PENSJONITAL-MEMBRITAL-PARLAMENT ġ K AP. 280.    1
KAPITOLU 280
ATT DWAR IL-PENSJONI TAL-MEMBRI 
TAL-PARLAMENT
Biex jipprovdi għall-ħlas ta’ pensjoni lill-Membri tal-Parlament.
14 ta’ Awissu, 1979
L-ATT XXV1 ta’ l-1979, kif emendat bl-Atti: XIII ta’ l-1981, VII ta’ l-
1989, XXIV ta’ l-1995, V ta’ l-1996 u XV ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Membri tal-Parlament.
Tifsir.
Emendat: 
XIII. 1981.2; 
VII. 1989.2.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"ħlas pensjonabbli" tfisser - 
(a) dwar is-servizz ta’ membru li għalih ma japplikax il-
paragrafu (b) ta’ din it-tifsira, l-onorarju li jitħallas lil
membru fid-data ta’ l-irtir tiegħu;
(b) dwar servizz minn membru li okkupa wkoll il-kariga
ta’ Speaker, jew ta’ Prim Ministru, jew ta’ Ministru,
jew ta’ Segretarju Parlamentari, jew ta’ Deputat
Speaker jew ta’ Kap ta’ l-Oppożizzjoni taħt xi waħda
mill-liġijiet speċifikati fis-subartikolu (2), għal
perijodu ta’ mhux inqas minn ħames snin, jew li
okkupa żewġ karigi jew iżjed bħal dawk għal perijodu
ta’ mhux inqas minn ħames snin b’kollox, jew li għal
perijodu ta’ inqas minn ħames snin, li jkun perijodu
sħiħ mill-ewwel seduta tal-Kamra jew l-Assemblea
Leġislattiva, wara xi xoljiment, sad-data meta l-Kamra
jew Assemblea Leġislattiva, skond il-każ, terġa’ tiġi
xolta, wara dik is-seduta (hawn aktar ’il quddiem
imsejjaħ "perijodu ta’ Leġislatura"), okkupa xi waħda
minn dawk il-karigi jew xi żewġ karigi jew iżjed bħal
dawk, is-salarju li jitħallas dwar dik il-kariga, jew il
medja tas-salarji li jitħallsu dwar l-imsemmija karigi li
jkollhom l-ogħla ħlas ikkalkolat skond it-tul tas-
servizz f’kull wieħed minn dawk il-karigi matul il-
ħames snin l-aktar favorevoli għall-membru jew matul
dak il-perijodu ta’ Leġislatura, skond il-każ, kif l-aktar
favorevoli għal membru, fid-data ta’ l-irtir tiegħu:
Iżda meta membru li ma jkunx okkupa kariga bħal dik jew
karigi bħal dawk għal perijodu sħiħ ta’ Leġislatura, iżda jkun
okkupa kariga bħal dik għal perijodu ta’ inqas minn ħames snin,
jew ikun okkupa xi tnejn jew iktar minn dawk il-karigi għal
perijodu ta’ inqas minn ħames snin b’kollox, il-medja tas-salarju li
jitħallas dwar dik il-kariga u ta’ l-onorarju li jitħallas lil membru,
għal perijodu ta’ ħames snin b’kollox, jew il-medja tas-salarji li
jitħallsu dwar dawk il-karigi u ta’ l-onorarju li jitħallas lil membru,
għal perijodu ta’ ħames snin b’kollox għandhom jiġu kalkolati bil-
  2      KAP. 280. ħ       PENSJONITAL-MEMBRITAL-PARLAMENT
mod fuq imsemmi matul il-ħames snin l-aktar favorevoli għall-
membru fid-data ta’ l-irtir tiegħu;
"ħlas pensjonabbli kurrenti", għandha l-istess tifsir bħal "ħlas
pensjonabbli" bis-sostituzzjoni ta’ riferenzi għal onorarji jew
salarji li jkunu qed jitħallsu f’data rilevanti minflok riferenzi għal
onorarji jew salarji li jkunu qed jitħallsu fid-data ta’ rtir;
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati mwaqqfa bl-artikolu 51
tal-Kostituzzjoni;
"membru" tfisser persuna li, fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar, 1976,
kienet jew saret membru tal-Kamra;
Kap. 318.
"pensjoni tas-servizz" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali;
"irtir" -
(a) dwar membru ’l fuq mill-età  ta’ wieħed u sittin sena li
jkun għadu membru, tfisser -
(i) it-twettiq tad-deċiżjoni ta’ dak il-membru li ma
jibqax membru jew li ma jerġax joħroġ għall-
elezzjoni bħala membru, u tinkludi l-każ li ma
jkunx reġa’ ġie elett jekk ikun ħareġ għall-
elezzjoni, jew
(ii) li membru jkun laħaq l-età  ta’ ħamsa u sittin
sena, 
skond liema minnhom jiġri l-ewwel;
(b) dwar membru li ma jkunx baqa’ membru qabel jilħaq
l-età  ta’ wieħed u sittin sena, meta jilħaq dik l-età ; 
"sena", ħlief sabiex tiġi stabbilita l-età  ta’ persuna, tfisser
perijodu ta’ tliet mija u ħamsa u sittin ġurnata, u tinkludi żewġ
perijodi jew iktar li b’kollox jammontaw għal tliet mija u ħamsa u
sittin ġurnata; 
"servizz" dwar kull membru, tfisser kull servizz mogħti minn dak
il-membru qabel jilħaq l-età  ta’ ħamsa u sittin sena bħala membru
tal-Kamra u kull servizz bħala membru ta’ l-Assemblea
Leġislattiva taħt xi waħda mill-imsemmija liġijiet u -
(a) dwar membru li jkun spiċċa minn membru max-
xoljiment tal-Parlament u li jerġa’ jiġi elett bħala
membru fl-ewwel elezzjoni ġenerali wara dak ix-
xoljiment, għandha tinkludi wkoll il-perijodu bejn l-
imsemmi xoljiment u l-ġurnata li fiha l-Kamra tiltaqa’
għall-ewwel darba wara dak ix-xoljiment;
(b) dwar membru li jkun okkupa l-kariga ta’ Speaker, jew
ta’ Ministru, jew ta’ Segretarju Parlamentari, għandha
tinkludi wkoll, għall-fini ta’ servizz bħala membru jew
f’xi waħda mill-imsemmija karigi, kull servizz f’dik l-
kariga filwaqt li l-Assemblea kienet xolta jew il-
Parlament kien xolt, hekk iżda li ebda perijodu bħala
membru u f’xi waħda mill-imsemmija karigi ma
għandu jiġi kalkolat aktar minn darba;
(ċ) dwar persuna li fil-5 ta’ Jannar, 1981, kienet membru u
PENSJONITAL-MEMBRITAL-PARLAMENT ġ K AP. 280.    3
laħqet l-età  ta’ ħamsa u sittin sena tinkludi wkoll kull
perijodu li matulu kienet membru bejn meta laħqet l-
età  ta’ ħamsa u sittin sena u l-4 ta’ Jannar, 1981;
(d) dwar persuna li fl-4 ta’ Jannar, 1981, kienet membru ’l
fuq mill-età  ta’ ħamsa u ħamsin sena u li kienet
membru għal inqas minn għaxar snin b’kollox tinkludi
wkoll kull perijodu li jibda fil-5 ta’ Jannar, 1981, jew
fil-jum li fih tilħaq l-età  ta’ ħamsa u sittin sena, skond
liema minnhom jiġri l-aħħar, u li jispiċċa fil-jum li fih
tkun għamlet b’kollox għaxar snin servizz bħala
membru.
(2) Il-liġijiet imsemmija fis-subartikolu (1) huma l-Letters
Patent ta’ l-1947 għal Malta (Kostituzzjoni), l-Ordni fil-Kunsill ta’
l-196l dwar il-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Ordni ta’ l-1964 dwar l-
Indipendenza ta’ Malta.
Nefqa mill-Fond 
Konsolidat. 
3. Il-flejjes kollha meħtieġa għan-nefqa skond dan l-Att
għandhom jiġu addebitati lill-Fond Konsolidat.
Pensjoni ta’ 
membri. 
Emendat: 
XIII. 1981.3; 
VII. 1989.3;
V. 1996.2;
XV. 2002.7.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, membru
li jkollu żmien ta’ servizz f’mill-anqas żewġ leġislaturi li b’kollox
dak iż-żmien ma jkunx ta’ anqas minn ħamsa u sittin xahar, malli
jirtira, jirċievi pensjoni bir-rata ta’ parti waħda minn mitejn u
sebgħin parti tal-ħlas pensjonabbli tiegħu għal kull xahar komplet
ta’ servizz sal-limitu stabbilit bis-subartikolu (4).
(2) Meta fl-aħħar ġurnata ta’ xi xahar li fih pensjoni jkollha
titħallas lil persuna taħt dan l-Att, il-pensjoni li jkollha hekk
titħallas flimkien ma’ kull pensjoni tas-servizz ikunu b’kollox iżjed
mill-ammont li kien ikun jitħallas lil dik il-persuna taħt is-
subartikolu (1) kieku l-pensjoni kienet kalkolata fuq il-ħlas
pensjonabbli kurrenti applikabbli fil-każ tagħha, dik il-persuna
għandha tirċievi biss dik il-parti tal-pensjoni li xort’oħra kienet
titħallas taħt dan l-Att hekk li jiġi żgurat li l-imsemmija
pensjonijiet flimkien ma jkunux iżjed mill-imsemmi ammont:
Iżda meta l-imsemmija pensjonijiet kollha flimkien ikunu
inqas mill-imsemmi ammont, il-pensjoni li xort’oħra kienet
titħallas taħt dan l-Att għandha tiżdied b’somma hekk li jiġi żgurat
li l-imsemmija pensjonijiet flimkien ilaħħqu għal dak l-ammont.
Kap. 318.
(3) F’kull każ li għalih japplika s-subartikolu (2) għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali,
sakemm dawn ikunu jirreferu għal pensjonijiet taħt dak l-Att.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
pensjoni li titħallas lil persuna taħt dan l-Att ma għandhiex tkun
iżjed minn żewġ terzi tal-ħlas pensjonabbli tagħha.
(5) Għall-fini tal-kalkolu ta’ xahar komplet ta’ servizz, xahar
ifisser xahar kalendarju:
Iżda meta s-servizz ta’ membru jkun magħmul minn
perijodi interrotti ta’ servizz li jingħaddu flimkien, l-għadd tal-
ġranet f’kull wieħed minn dawk il-perijodi li jkunu iżjed minn
xahar kalendarju komplet għandhom jingħaddu flimkien u kull total
ta’ tletin ġurnata li jirriżulta minn dik l-addizzjoni jitqies bħala
  4      KAP. 280. ħ       PENSJONITAL-MEMBRITAL-PARLAMENT
xahar komplet ieħor.
(6) (a) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jagħti l-
approvazzjoni tiegħu għall-għoti ta’ pensjoni lil
membru, li jkun għadu ma għalaqx l-età  ta’ wieħed u
sittin sena u li kien jissodisfa l-kondizzjonijiet biex
ikollu jedd għall-għoti ta’ pensjoni taħt dan l-Att li
kieku laħaq l-età  ta’ wieħed u sittin sena, jekk,
minnufih qabel l-irtir tiegħu, il-Ministru jkun sodisfatt
li dak il-membru jkun prekluż milli jagħmel xogħol bi
qligħ minħabba f’xi inkapaċità  mentali jew fiżika
speċifika.
(b) Għall-finijiet ta’ l-għoti ta’ pensjoni skond dan is-
subartikolu, il-Ministru għandu, qabel ma jagħti l-
approvazzjoni tiegħu, kemm-il darba t-talba għall-
pensjoni ma sseħħx minħabba f’kondizzjonijiet
statutorji oħra, jikkonsulta ruħu dwar l-aspetti mediċi
tat-talba ma’ bord mediku li jinħatar għal dak l-għan
mid-Direttur Ġenerali responsabbli għas-saħħa, u l-
membru jista’ għal dak l-għan jintalab jippreżenta ruhu
għal dak l-eżami jew għal dawk it-testijiet skond ma
dak il-bord jista’ jeħtieġ b’mod ragonevoli, il-Ministru
għandu jagixxi skond ir-rakkomandazzjonijiet li dak il-
bord jagħmel.
(ċ) Għall-fini ta’ dan is-subartikolu, id-Direttur Generali
responsabbli għas-saħħa għandu jagixxi skond l-
arbitriju professjonali u individwali tiegħu u ma jkun
suġġett għal ebda direzzjoni jew kontroll mingħand xi
persuna jew awtorità  oħra.
4A. Imħolli barra taħt l-Att IX ta’ l-1980.
Pensjoni li titħallas 
lill-President ta’ 
Malta. 
Miżjud:
V. 1996.3.
4B. (1) Persuna li tinħatar fil-kariga ta’ President ta’ Malta
għandha, meta tirtira mill-kariga, tkun intitolata għal pensjoni bir-
rata ta’ parti waħda minn disgħin parti tas-salarju li jkun qed
jingħatalha fid-data ta’ l-irtir tagħha għal kull xahar komplut ta’
servizz bħala President.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(2) sa (5) għandhom
ikunu japplikaw għar-rigward tal-pensjoni li titħallas taħt is-
subartikoli (1) u (4) bla ħsara għal dawn it-tibdiliet li ġejjin:
(a) kull referenza f’dawk is-subartikoli għal ħlas
pensjonabbli għandha tinftiehem bħala referenza għas-
salarju li jitħallas lill-President fid-data ta’ l-irtir
tiegħu;
(b) ħlas pensjonabbli kurrenti għandu jinftiehem bħala s-
salarju li jkun qiegħed korrentement jitħallas lill-
President ta’ Malta.
(3) Fil-każ tal-persuna maħtura bħala President ta’ Malta bis-
saħħa ta’ l-artikolu 49(4) tal-Kostituzzjoni kif fis-seħħ fit-13 ta’
Diċembru, 1974, is-servizz bħala President ta’ Malta għandu għall-
għanijiet tas-subartikolu (1) jinkludi wkoll servizz bħala Gvernatur
Ġenerali.
PENSJONITAL-MEMBRITAL-PARLAMENT ġ K AP. 280.    5
(4) L-armla jew armel sopraviventi ta’ persuna maħtura fil-
kariga ta’ President għandha mal-mewt ta’ dik il-persuna hekk
maħtura, tkun intitolata għal pensjoni, li tissejjaħ pensjoni ta’
armla, li tkun ekwivalenti għal ħames partijiet minn sitt partijiet,
tal-pensjoni li titħallas skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu lill-konjuġi tiegħu jew tagħha li kieku kienet ħajja, u jekk
il-persuna maħtura tmut waqt li tkun qed tokkupa l-kariga għal
ħames partijiet minn sitt partijiet tal-pensjoni li kienet tkun
intitolata għaliha li kieku tkun irtirat fid-data ta’ l-irtir tagħha:
Iżda persuna li tkun intitolata għal pensjoni taħt dan is-
subartikolu li tkun ukoll intitolata għal pensjoni taħt kull
disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att tkun biss intitolata tirċievi l-ogħla
pensjoni minn dawk it-tnejn.
Kontribuzzjoni ta’ 
membri. 
Emendat: 
XIII. 1981.5; 
VII. 1989.4. 
5. (1) Kontribuzzjoni, bir-rata speċifikata fis-subartikolu (2)
għandha, mill-bidu u wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, titħallas
minn kull membru taħt l-età  ta’ ħamsa u sittin sena filwaqt li jkun
membru, u dik il-kontribuzzjoni għandha titnaqqas mill-onorarju
jew mis-salarju ta’ kull wieħed minn dawk il-membri.
(2) Ir-rata tal-kontribuzzjoni tkun minn tnax wieħed ta’ l-
onorarju jew tas-salarju tal-membru li jikkontribwixxi.
Kap. 318. 
(3) Meta l-ammont ta’ kontribuzzjoni li jitħallas minn membru
taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, ikun daqs jew iktar minn l-
ammont ta’ kontribuzzjoni li għandha titħallas taħt dan l-Att jew
iktar, kalkolat fuq bażi fil-ġimgħa, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni
magħmula skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali, għandu, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, jitqies li hu ħlas
magħmul taħt dan l-Att.
Kap. 318. 
(4) Meta l-ammont ta’ kontribuzzjoni li jitħallas minn membru
taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, ikun inqas mill-ammont ta’
kontribuzzjoni li għandha titħallas taħt dan l-Att, kalkolat fuq bażi
fil-ġimgħa, l-ammont ta’ kontribuzzjoni li għandu jitħallas taħt dan
l-Att għandu jitnaqqas bl-ammont tal-kontribuzzjoni li titħallas taħt
l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali.
Kap. 123. 
(5) Kontribuzzjoni mħallsa taħt dan l-Att għandha, għall-
finijiet ta’ l-artikolu 53(1)(d) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq L-Income,
titqies bħala kontribuzzjoni annwali għal pensjoni approvata mill-
Kummissarju tat-Taxxi Nterni.
(6) Ebda kontribuzzjoni mħallsa taħt dan l-Att ma tkun tista’
titħallas lura.
(7) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
kontribuzzjoni taħt dan l-artikolu għandha titħallas minn membru li
għalih japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (d) tat-tifsira ta’
"servizz" li hemm fl-artikolu 2(1) dwar kull perijodu li jitqies taħt
dak il-paragrafu sabiex jiġi kalkolat iż-żmien ta’ servizz, li matulu
jkun ’il fuq mill-età  ta’ ħamsa u sittin sena.
Pensjoni ma 
titħallasx f’ċerti 
każijiet.
Emendat: 
XIII. 1981.6.
6. (1) Meta persuna taħt l-età  ta’ ħamsa u sittin sena li qabel
kienet membru u li tkun qed tirċievi pensjoni taħt dan l-Att terġa’
ssir membru, ebda pensjoni ma titħallas filwaqt li din tkun għadha
membru u sakemm tilħaq l-età  ta’ ħamsa u sittin sena:
  6      KAP. 280. ħ       PENSJONITAL-MEMBRITAL-PARLAMENT
Iżda meta l-onorarju jew is-salarju kurrenti ta’ dak il-
membru jkun inqas mill-ammont ta’ pensjoni li għalih kien ikun
intitolat taħt dan l-Att li kieku ma reġax sar membru, dan ikun
intitolat li jirċievi bħala pensjoni taħt dan l-Att id-differenza bejn
dak l-onorarju jew salarju u dik il-pensjoni sakemm hu ma jibqax
membru jew sakemm jilħaq l-età  ta’ ħamsa u sittin sena, skond
liema minnhom jiġri l-ewwel, u minn dak il-ħin il-pensjoni tiegħu
tkun dik li jkun intitolat għaliha skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att.
(2) Ebda pensjoni ma għandha titħallas lil persuna taħt dan l-
Att li ma tkunx baqgħet membru minħabba x-xoljiment tal-
Parlament sal-pubblikazzjoni tar-riżultat uffiċjali ta’ l-elezzjoni
ġenerali li taħbat wara jew, jekk din ma tkunx ħarġet biex terġa’
tiġi eletta, sakemm jagħlqu n-nominazzjonijiet għal dik l-elezzjoni.
(3) Ebda pensjoni ma għandha titħallas taħt dan l-Att lil
persuna li tkun skwalifikata milli tkun membru tal-Kamra b’xi liġi
jew taħt xi liġi li tkun għaż-żmien fis-seħħ minħabba li din tkun
instabet ħatja ta’ reat li jkollu x’jaqsam ma’ l-elezzjoni ta’ membri
tal-Parlament.
Pensjoni lil armla. 
Miżjud: 
XIII. 1981.7. 
Emendat: 
VII. 1989.5;
V. 1996.4. 
7. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
armla jew armel ta’ membru li fil-ħin ta’ mewtu kien intitolat għal
pensjoni taħt dan l-Att, ikunu intitolati li jirċievu pensjoni:
Iżda persuna li tkun intitolata għal pensjoni taħt dan l-
artikolu li tkun ukoll intitolata għal pensjoni taħt kull disposizzjoni
oħra ta’ dan l-Att tkun biss intitolata tirċievi l-ogħla pensjoni minn
dawn it-tnejn.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ħandhom ikunu
japplikaw ukoll għall-armla jew armel ta’ membru li:
(a) jkun għadu ma laħaqx l-età  ta’ wieħed u sittin sena fil-
waqt ta’ mewtu iżda li, qabel dik mewtu, ikun
issodisfa l-htiġiet ta’ l-artikolu 4(1); jew
(b) li kieku ma kienx għall-fatt li baqa’ membru wara li
laħaq l-età  ta’ wieħed u sittin sena, kien ikun intitolat
għal pensjoni taħt dan l-Att.
(3) Ir-rata ta’ pensjoni li għandha titħallas taħt dan l-artikolu
tkun daqs ħames partijiet minn sitt partijiet tal-pensjoni li membru
kien intitolat għaliha, jew, li kieku mhux għall-fatt li baqa’ membru
kien ikun intitolat għaliha, skond l-artikolu 4(1); u għall-finijiet ta’
dan is-subartikolu, ir-riferenza għall-ħlas pensjonabbli fl-artikolu
4(1) għandha tiftiehem bħala riferenza għall-ħlas pensjonabbli
kurrenti li kien ikun applikabbli għal dak il-membru kieku ma
mietx.
(4) Ir-rata ta’ pensjoni li għandha titħallas taħt dan l-artikolu
għandha titnaqqas bl-ammont ta’ kull pensjoni li għandha titħallas
lilha minn prinċipal tal-mejjet żewġha li jkollha x’taqsam ma’ l-
impieg tal-mejjet żewġha.
PENSJONITAL-MEMBRITAL-PARLAMENT ġ K AP. 280.    7
Kap. 318. 
(5) Ebda pensjoni ma għandha titħallas lil armla taħt l-età  ta’
ħamsa u sittin sena għal kull żmien li matulu jkollha dħul minn
xogħol bi qligħ li jkun iżjed mill-ammont speċifikat taħt l-artikolu
32 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, dwar xi perijodu ta’ erba’
ġimgħat.
Pensjoni ma tistax 
tiġi assenjata, eċċ. 
Emendat:
XXIV. 1995.360.
Kap. 12.
8. (1) Ebda pensjoni li titħallas taħt dan l-Att ma tista’ tiġi
assenjata, trasferita jew tkun suġġetta għal mandat ta’ qbid,
sekwestru jew għal atti ġudizzjarji minħabba dejn jew pretensjoni
oħra tkun li tkun, ħlief kif provdut fl-artikolu 381(3) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Kap. 13. 
(2) Jekk persuna li tkun qed tirċievi pensjoni taħt dan l-Att tiġi
dikjarata falluta, dik il-pensjoni għandha titqies li ma tagħmilx
parti mill-proprjetà  jew mill-assi ta’ dik il-persuna għall-finijiet ta’
kull waħda mid-disposizzjonijiet tat-Taqsima III tal-Kodiċi tal-
Kummerċ.
Amministrazzjoni 
ta’ l-Att. 
9. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jkun inkarigat mill-
amministrazzjoni ġenerali ta’ dan l-Att.
Riżerva.
tirċievi benefiċċju jew ħlas ieħor taħt l-Att ta’ l-1966 dwar
Benefiċċji ta’ Rtir għall-Membri tal-Parlament* jibqa’ jkollha jedd
li tirċievi dak il-benefiċċju jew ħlas ieħor, sakemm ma tibqax
ikollha jedd taħt dak l-Att:
Iżda kull persuna bħal dik ukoll titlef dak il-jedd għal xi
benefiċċju jew ħlas ieħor taħt dak l-Att jekk hi jkollha jedd li
tirċievi pensjoni taħt dan l-Att u tagħżel li tirċievi dik il-pensjoni. 
*Imħassar bis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 10 ta’ l-Att kif oriġinarjament
promulgat liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-
Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
