 PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY ġ K AP. 281.  1
KAPITOLU 281
ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA’ 
L-ACCOUNTANCY
Biex jirregola l-professjoni ta’ l-accountancy u biex jipprovdi għal
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ dik il-professjoni jew li huma anċillari
għaliha.
1 ta’ April, 1980;
30 ta’ Marzu, 1981;
1 ta’ Frar, 1987;
1 ta’ April, 1987
L-ATT XXVIII ta’ l-1979, kif emendat bl-Atti XXXIV ta’ l-1986, XVI ta’
l-1991 u XVIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Professjoni ta’ l-Accountancy.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra - 
"accountant" u "uditur" tinkludi, rispettivament, soċjetà  ta’
accountants  u soċjetà  ta’ udituri;
"Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Accountancy imwaqqaf bl-artikolu 6;
"korp ta’ accountancy approvat" tfisser għaqda ta’ accountants
lokali li għal dak iż-żmien tkun magħrufa mill-Ministru bħala korp
ta’ accountancy approvat taħt l-artikolu 9;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi u, sal-
limitu ta’ kull funzjonijiet delegati lilu mill-Ministru, tinkludi l-
Bord;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taħt dan l-Att.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att riferenzi għal warrant   maħruġ
bis-saħħa tiegħu jinkludu riferenzi għal warrant  meqjus li hekk
inħareġ. 
Meħtieġ warrant  
għall-eżerċizzju 
tal-professjoni.
Emendat: 
XXXIV. 1986.2; 
XVI. 1991.2.
3. (1) Ebda persuna ma tista’ teżerċita l-professjoni ta’
accountant kemm-il darba ma jkollhiex warrant  maħruġ taħt l-
artikolu 4 jew l-artikolu 5.
(2) Ebda persuna ma tista’ taġixxi ta’ uditur kemm-il darba ma
jkollhiex warrant maħruġ taħt l-artikolu 5.
(3) Persuna ma tikkwalifikax għal warrant taħt ebda wieħed
mill-imsemmija artikoli, ħlief jekk - 
(a) tkun ċittadin ta’ Malta;
(b) tkun ta’ kondotta tajba u ta’ karattru morali tajjeb; 
(ċ) tkun tista’ taġixxi għal kollox skond il-liġi; u
(d) tkun kisbet il-grad ta’ Baċillier ta’ l-Arti (Bl-Unuri) fl-
Accountancy, jew kull grad ieħor mill-Università  ta’
  2      KAP. 281. ħ        PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY
Malta rikonoxxut mill-Bord bħala ekwivalenti għalih:
Iżda meta persuna jkollha kwalifika akkademika li
għandha x’taqsam mal-professjoni ta’ l-accountancy l-
istess bħalma fil-waqt ta’ l-applikazzjoni tkun
rikonoxxuta mill-Bord bħala suffiċjenti għall-finijiet
ta’ dan is-subartikolu, il-Bord għandu jeżenta lil dik il-
persuna mill-ħtiġiet ta’ dan il-paragrafu wara li dik il-
persuna tkun għaddiet minn dak l-eżami jew dawk l-
eżamijiet fuq il-liġijiet lokali u f’dawk is-suġġetti l-
oħra li l-Bord jista’ jippreskrivi;
(e) tissodisfa lil Bord li jkollha esperjenza xierqa fil-
prattika ta’ l-accountancy  għal żmien aggregat ta’ tliet
snin, li minnhom l-ekwivalenti ta’ mill-inqas sena
esperjenza għandha tinkiseb wara li l-persuna tkun
kisbet il-kwalifiki akkademiċi msemmija fil-paragrafu
(d).
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3), il-
Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord, joħroġ, lil xi
persuna li tkun kwalifikata kif imiss biex taġixxi bħala uditur barra
minn Malta, warrant biex taġixxi bħala uditur f’Malta għal dak il-
perijodu limitat jew għal dawk il-perijodi limitati jew għal dak l-
għan speċifiku jew għal dawk l-għanijiet speċifiċi, jew kemm għal
dak il-perijodu kif ukoll għal dak l-għan, u suġġett għal kull
kondizzjoni oħra li tista’ tiġi speċifikata fil-warrant.
(5) Kull persuna li taġixxi bi ksur ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u teħel dwar
kull reat meta tinsab ħatja, dwar l-ewwel reat multa ta’ mhux iżjed
minn mitt lira u dwar it-tieni reat jew reati oħra wara multa ta’
mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’
mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien,
u fil-każ ta’ reat kontinwu multa addizzjonali ta’ mhux iżjed minn
għaxar liri għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
(6) Kull persuna li, sabiex tikseb warrant taħt dan l-Att, tagħti
xi tagħrif ħażin jew xort’oħra taġixxi b’mod qarrieqi jew bi frodi,
tkun ħatja ta’ reat u teħel għal kull reat meta tinsab ħatja multa ta’
mhux iżjed minn elf lira jew priġunerija għal mhux iżjed minn
tnax-il xahar jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(7) Kull persuna li, meta ma tkunx id-detentur tal-warrant
xieraq maħruġ taħt dan l-Att, tassumi t-titolu jew l-isem ta’
"accountant pubbliku ċertifikat" jew ta’ "accountant u uditur
pubbliku ċertifikat" jew l-abbrevjazzjoni tagħhom "CPA" jew
"CPAA" jew b’xi mod ieħor turi li jkollha l-jedd li teżerċita l-
professjoni ta’ accountant jew li taġixxi ta’ uditur f’Malta, tkun
ħatja ta’ reat u teħel, għal kull reat meta tinsab ħatja multa ta’ mhux
iżjed minn mitt lira u dwar it-tieni reat jew reati oħra wara
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
 PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY ġ K AP. 281.  3
Accountants  
Pubbliċi 
Ċertifikati. 
Emendat: 
XXXIV. 1986.3; 
XVI. l991.3. 
4.* (1) Warrant għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ accountant
jinħareġ mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord lil kull
persuna li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-artikolu 3(3).
(2) Id-detentur ta’ warrant maħruġ taħt dan l-artikolu jkollu l-
jedd li juża l-isem ta’ "Accountant Pubbliku Ċertifikat" kif ukoll l-
abbrevjazzjoni "CPA".
Accountants u 
Udituri Pubbliċi 
Ċertifikati. 
Emendat: 
XVI. 1991.4;
II. 2003.28.
5.* (1) Warrant biex persuna taġixxi bħala uditur jinħareġ
mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord lil persuna li:
(a) tkun accountant pubbliku ċertifikat; u 
(b) tissodisfa lill-Bord li:
(i) ikollha l-kwalifika xierqa fil-verifika; u
(ii) tkun kisbet esperjenza ta’ tliet snin full time fil-
verifika f’livell maġġuri taħt is-superviżjoni ta’
detentur ta’ warrant ta’ Accountant u Uditur
Pubbliku Ċertifikat (CPAA) jew dik l-esperjenza
full time fil-verifika f’livell adegwat f’pajjiż
barra minn Malta taħt is-superviżjoni ta’ dik il-
persuna jew dawk il-persuni li l-Bord
jikkunsidra li jkunu xierqa għal dan l-għan, jew
kombinazzjoni ta’ dik l-esperjenza full time
ġewwa Malta u barra minn Malta:
Iżda sentejn mill-anqas minn din l-
esperjenza għandhom ikunu nkisbu wara li l-
persuna tkun kisbet il-grad jew kwalifika
akkademika li tirrigwarda l-professjoni ta’ l-
acountancy kif preskritt fl-artikolu 3(3)(d):
Iżda wkoll kull esperjenza miksuba qabel
il-kwalifika msemmija qabel għandha titqies li
tammonta biss għal nofs iż-żmien hekk mgħoddi
u ma għandha f’ebda każ titqies li taqbeż sena
waħda:
Iżda wkoll is-superviżjoni meħtieġa taħt dan
l-artikolu għandha titwettaq minn persuni li
jkunu qegħdin jipprovdu dawk il-garanziji
adegwati dwar it-taħriġ bħalma jistgħu jiġu
ordnati.
Kap. l68.
(2) Awtorizzazzjoni biex persuna taġixxi bħala uditur maħruġa
qabel il-25 ta’ Lulju, 1978, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
141 ta’ l-Ordinanza dwar is-Soċjetajiet Kummerċjali#, kif fis-seħħ
meta tkun inħarġet dik l-awtorizzazzjoni, favur persuna li f’dak iż-
żmien kienet membru ta’ korp ta’ accountants magħruf għall-
finijiet ta’ dak l-artikolu, ikollha, għall-finijiet kollha, l-istess effett
bħal warrant maħruġ taħt dan l-artikolu u għandha titqies li tkun
hekk ħarġet.
(3) Id-detentur ta’ warrant maħruġ taħt dan l-artikolu jkollu l-
jedd juża l-isem "Accountant u Uditur Pubbliku Ċertifikat" kif
*Ara l-artikolu 6 ta’ l-Att XXXIV ta’ l-1986. (Disp. Tranż.)
#Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
  4      KAP. 281. ħ        PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY
ukoll l-abbrevjazzjoni "CPAA".
Bord ta’ l-
Accountancy. 
Emendat: 
XXXIV. 1986.4. 
6. (1) Għandu jkun hemm Bord, li jkun magħruf bħala l-Bord
ta’ l-Accountancy, li jkun magħmul minn chairman u minn sitt
membri oħra, li jkunu maħtura mill-Ministru u għandhom iżommu
l-kariga għal dak iż-żmien, ta’ mhux iżjed minn tliet snin, u taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti fl-ittri tal-ħatra tagħhom:
Iżda meta jgħaddi ż-żmien tal-ħatra ta’ persuna skond dan
is-subartikolu, dik il-persuna tkun tista’ tiġi maħtura mill-ġdid.
(2) Il-president u żewġ membri mis-sitta l-oħra għandhom
ikunu persuni ta’ livell u esperjenza magħrufa fil-qasam tan-
negozju jew f’relazzjonijiet industrijali jew fis-servizz pubbliku; l-
erba’ membri l-oħra jkunu detenturi ta’ warrant maħruġ taħt l-
artikolu 4 jew l-artikolu 5 u għandhom ikunu persuni b’esperjenza
fil-qasam akkademiku jew professjonali. Tnejn minn dawn l-erba’
membri l-oħra jinħatru mill-Ministru, wieħed wara li tiġi konsultata
l-Università  ta’ Malta, u l-ieħor wara li jiġu konsultati xi
assoċjazzjoni jew assoċjazzjonijiet li għal dak iż-żmien ikunu
magħrufa bħala korp approvat jew korpi approvati ta’ accountancy.
(3) In-numru ta’ membri preżenti meħtieġ biex ikun hemm
quorum ikun ta’ erbgħa, iżda, dejjem jekk ikun hemm quorum, il-
Bord jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fost il-membri tiegħu.
(4) Barra minn dak li ntqal qabel il-Bord jista’ jagħmel ir-
regoli tiegħu stess u xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu stess.
(5) Il-Ministru jista’ wkoll jagħżel uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord, iżda s-segretarju ma jkollux vot. 
Funzjonijiet tal-
Bord.
Emendat:
II. 2003.28.
7. (1) Il-funzjonijiet tal-Bord huma:
(a) li jikkunsidra applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ warrant
taħt l-artikolu 4 jew l-artikolu 5 u li jagħmel ir-
rakkomandazzjonijiet tiegħu dwarhom lill-Ministru; 
(b) li jittratta każijiet li jwasslu għas-sospensjoni jew l-
irtirar ta’ l-imsemmija warrants kif provdut f’dan l-Att
jew bis-saħħa tiegħu;
(ċ) li jagħti pariri, jew jagħmel rakkomandazzjonijiet jew
xort’oħra jagħti l-fehmiet tiegħu lill-Ministru dwar
kull ħaġa li dwarha l-Ministru jikkonsulta lill-Bord
jew li fuqha l-Bord għandu jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-Ministru jew li fuqha l-
Ministru jkun talab il-fehma jew ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord;
(d) dawk il-funzjonijiet l-oħra li joħorġu minn dan l-Att
jew minn xi liġi oħra jew li jiġu delegati lilu mill-
Ministru taħt dan l-Att.
(2) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt is-subartikolu
(1)(ċ) jew (d), il-Bord jista’ jikkonsulta ma’ dawk il-persuni li
jidhirlu xierqa, u jista’ wkoll jaħtar kumitati, li ċ-chairman
tagħhom ikun membru tal-Bord sabiex ikunu jistgħu jsiru dawk l-
istudji jew dak ix-xogħol l-ieħor li l-Bord jista’ jagħtihom.
 PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY ġ K AP. 281.  5
(3) Il-Bord għandu, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li
tispiċċa kull sena, jippubblika lista tal-persuni li, fil-31 ta’
Diċembru ta’ l-imsemmija sena, kellhom warrant maħruġ taħt dan
l-Att. Dik il-lista tkun tinkludi l-ismijiet u l-indirizzi tad-detenturi
ta’ warrant kollha u ta’ kull soċjetà  reġistrata skond ma hemm fl-
artikolu 10 u fil-każ ta’ soċjetajiet bħal dawk l-ismijiet u l-indirizzi
wkoll tas-soċji rispettivi tagħhom.
Regolamenti.
regolamenti li ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, biex jagħti effett aħjar lil xi waħda minn dawk id-
disposizzjonijiet u b’mod ġenerali biex tiġi regolata l-professjoni
ta’ l-accountants , u, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, dawk ir-regolamenti jistgħu b’mod partikolari jinkludu
disposizzjonijiet dwar - 
(a) it-twaqqif ta’ livelli, proċeduri u dmirijiet u prattika
oħra dwar l-accountancy  u l-verifika tal-kontijiet li
għandhom jiġu mħarsa minn accountants  jew udituri,
jew mit-tnejn, jew b’mod ġenerali jew f’oqsma ta’
attività  partikolari;
(b) l-imġieba professjonali ta’ accountants   u  udituri u l-
livelli ta’ kompetenza u integrità  li għandhom
jinżammu f’dik il-professjoni;
(ċ) il-ħruġ ta’ linji ta’ kondotta u pariri oħra lil
accountants  u udituri;
(d) l-għarfien ta’ korp ta’ accountancy   approvat, il-
kondizzjonijiet għal dak l-għarfien u s-sospensjoni jew
l-irtirar tiegħu;
(e) ix-xogħol li ma jistax isir u s-servizzi li ma jistgħux
jingħataw, sew għal kollox jew f’parti, ħlief minn
persuna li jkollha warrant taħt dan l-Att;
(f) ix-xogħol li ma jistax isir u s-servizzi li ma jistgħux
jingħataw minn persuni li jkollhom warrant taħt dan l-
Att;
(g) id-drittijiet li għandhom jitħallsu lil accountants   u
udituri sew għas-servizzi tagħhom bħala hekk jew għal
servizzi oħra mogħtija minnhom f’karigi oħra li, fil-
fehma tal-Ministru, ikollhom x’jaqsmu mal-kwalifiki
professjonali tagħhom; l-awtorità , jekk ikun hemm, li
għandha tiddeċiedi kull kwistjoni dwar dawk id-
drittijiet u l-proċedura li fuqha għandha timxi kull
awtorità  bħal dik;
(h) kull ħaġa li b’dan l-Att hi meħtieġa jew awtorizzata li
tiġi preskritta;
(i) il-proċeduri li fuqhom għandhom jitmexxew każijiet
ta’ mġieba professjonali ħażina u każijiet oħra li
jwasslu għas-sospensjoni jew l-irtirar ta’ warrant
maħruġ taħt l-artikolu 4 jew l-artikolu 5 ta’ dan l-Att;
(j) il-pieni, penalitajiet u konsegwenzi u effetti oħra li
persuna tkun suġġetta għalihom jew li jistgħu jiġru fil-
  6      KAP. 281. ħ        PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY
każ ta’ xi ksur ta’, jew nuqqas ta’ tħaris ma’, xi
disposizzjoni ta’ xi regolament magħmul taħt dan l-
artikolu; hekk iżda li ebda piena hekk imposta ma tkun
iżjed minn multa ta’ elfejn lira, jew priġunerija għal
żmien ta’ sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien,
jew, fil-każ ta’ reat kontinwu, multa ta’ għaxar liri
għal kull ġurnata li matulu jkompli r-reat, sew b’żieda
sew mhux b’żieda ma’ l-imsemmija pieni.
Regolamenti dwar 
rikonoxximent 
reċiproku ta’ 
kwalifiki.
Miżjud:
XVIII. 2002.10.
Kap. 450.
8A. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex iġib fis-seħħ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’
Kwalifiki u r-regolamenti kollha magħmulin taħtu, dwar ir-
rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki ta’ accountant u awditur.
Korp ta’ 
accountancy  
approvat. 
9. (1) Il-Ministru jista’, wara konsu1tazzjoni mal-Bord,
jagħraf kull assoċjazzjoni lokali ta’ accountants  bħala korp ta’
accountancy  approvat għall-finijiet ta’ dan l-Att jekk ikun
sodisfatt, fost dawk il-ħwejjeġ l-oħra li jistgħu jiġu preskritti, li l-
kwalifiki edukattivi u professjonali mitluba minn dik l-
assoċjazzjoni sabiex wieħed isir membru assoċjat tagħha jkunu
jaqblu mal-livelli aċċettati għal dak iż-żmien u li ċ-ċittadini kollha
ta’ Malta li jkollhom dawk il-kwalifiki jkunu jistgħu jidħlu
membri.
(2) Dak l-għarfien għandu jkun suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ jimponi fl-għoti ta’ dak l-
għarfien jew kif jista’ jiġi preskritt minn żmien għal żmien; u jekk
f’xi żmien xi waħda mill-imsemmija kondizzjonijiet, jew xi waħda
mid-disposizzjonijiet li jinsabu fi jew li jiġu preskritti taħt is-
subartikolu li jaħbat wara dan, ma tiġix imħarsa jew sodisfatta, jew
ikun hemm tibdil materjali fiċ-ċirkostanzi li taħthom ikun ingħata
l-għarfien, il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Bord,
jissospendi jew jirtira dak l-għarfien.
(3) Korp ta’ accountancy  approvat għandu jżomm reġistru tal-
membri assoċjati tiegħu u għandu jirreġistra fih l-ismijiet tal-
persuni kollha li jikkwalifikaw bħala membri tiegħu. L-imsemmi
reġistru għandu jinżamm b’dak il-mod li jiġi preskritt.
Soċjetajiet ta’ 
accountants  jew 
ta’ udituri.
10. (1) Meta żewġ accountants  pubbliċi kwalifikati jew iktar
ikun bi ħsiebhom jaħdmu flimkien bħala accountants , jew żewġ
accountants  u udituri pubbliċi ċertifikati jew iktar ikun bi
ħsiebhom jaħdmu flimkien bħala udituri, jew kemm bħala udituri u
bħala accountants , huma jistgħu jiffurmaw soċjetà  ċivili li l-iskop
waħdieni tagħha jkun ix-xogħol ta’ l-accountancy  (f’dan l-Att
imsejħa "soċjetà  ta’ accountants ") jew, skond il-każ, il-qadi ta’
funzjonijiet bħala udituri jew kemm bħala udituri u bħala
accountants  (f’dan l-Att imsejħa "soċjetà  ta’ udituri"), u li jkollha
dawk is-setgħat li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-
soċjetà .
(2) Ebda persuna barra minn accountant pubbliku ċertifikat jew
accountant u uditur pubbliku ċertifikat ma tista’ tkun imsieħba
f’soċjetà  ta’ accountants ; u ebda persuna barra minn accountant u
 PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY ġ K AP. 281.  7
uditur pubbliku ċertifikat ma tista’ tkun imsieħba f’soċjetà  ta’
udituri.
(3) Kull soċjetà  bħal dik għandha, meta tkun iffurmata kif
imiss skond il-liġi, tiġi reġistrata mal-Bord, u ma’ dik ir-
reġistrazzjoni is-soċji jkunu, sakemm tibqa’ hekk reġistrata,
awtorizzati mill-Ministru biex jaġixxu f’isem u għas-soċjetà , bħala
accountants  pubbliċi ċertifikati jew bħala accountants  u udituri
pubbliċi ċertifikati, jew bħala t-tnejn, skond il-każ, u s-soċjetà
jkollha l-jedd li jkun li tuża wieħed mill-ismijiet imsemmija u l-
abbrevjazzjoni korrispondenti "CPAs" jew "CPAAs".
(4) Kull soċjetà  bħal dik għandha tagħti lill-Ministru jew lill-
Bord dak it-tagħrif li jkun raġonevolment meħtieġ jew li jista’ jiġi
preskritt, u għandha tagħti avviż lill-Ministru jew lill-Bord b’kull
tibdil rilevanti f’kull tagħrif li qabel ikun ingħata lilhom fi żmien
ħmistax-il jum mid-data li fiha jkun sar dak it-tibdil.
(5) Dwar soċjetà  reġistrata taħt dan l-artikolu, id-
disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw minkejja kull
disposizzjonijiet oħra ta’ dan l-Att jew ta’ kull legislazzjoni oħra u
minkejja kull ftehim kuntrarju, jiġifieri - 
(a) kull għemil jew ħaġa li tista’ ssir mid-detentur ta’
warrant taħt dan l-Att tista’ ssir minn wieħed jew iżjed
mis-soċji f’isem is-soċjetà ; u kull għemil jew ħaġa li
ssir f’isem is-soċjetà  għandha ssir minn wieħed jew
iżjed mis-soċji;
(b) kull projbizzjoni mposta b’dan l-Att jew taħtu dwar
wieħed mis-soċji għandha tapplika għas-soċji kollha u
għas-soċjetà  ukoll jekk l-egħmil projbit jew ristrett,
jew li minnu tinqala’ l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni,
ikun sar minn wieħed mis-soċji;
(ċ) is-soċji jkunu responsabbli in solidum għall-egħmil u
għan-nuqqasijiet ta’ kull wieħed minnhom fil-qadi ta’
dmirijiethom, it-tiżmim tal-livelli u l-imġieba
professjonali meħtieġa u b’mod ġenerali għall-qadi ta’
l-obbligi tagħhom taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra
applikabbli, u għandhom hekk in solidum ikunu
responsabbli għal kull telf jew danni riżultanti,
u l-imsemmija responsabbiltajiet għal kull ħaġa li tkun saret jew li
tkun naqset milli ssir matul il-perijodu li fih il-persuna kienet soċju
m’għandhomx jieqfu, dwar dik il-persuna, minħabba li din tkun
irtirat, mietet jew għal xi raġuni oħra li minħabba fiha ma tibqax
soċju.
(6) Kull persuna li tagħmel użu mill-isem "accountants
pubbliċi ċertifikati" jew "accountants  u udituri pubbliċi ċertifikati"
jew l-abbrevjazzjonijiet tagħhom "CPAs" jew "CPAAs" dwar
soċjetà  li ma tkunx reġistrata taħt dan l-artikolu jew li b’xi mod
ieħor xjentement tagħmel użu minn isem falz li jindika li teżisti
soċjetà  ta’ accountants  jew ta’ udituri, jew li dik is-soċjetà  tkun
reġistrata, jew li xort’oħra tista’ tiffunzjona b’mod legali, taħt dan
l-artikolu, jew li tagħmel xi att ieħor maħsub biex iwassal għat-
twemmin li jeżisti xi wieħed mill-imsemmija fatti meta dan fil-fatt
  8      KAP. 281. ħ        PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY
ma jkunx jeżisti, tkun ħatja ta’ reat u teħel dwar kull reat meta
tinsab ħatja, dwar l-ewwel reat multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira,
u dwar it-tieni reat jew reati oħra wara multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur jew dik il-priġunerija u multa flimkien, u fil-każ ta’ reat
kontinwu multa addizzjonali ta’ mhux iżjed minn għaxar liri għal
kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(6) għandhom, bil-
modifiki u l-adattamenti meħtieġa, japplikaw għar-reġistrazzjoni
ta’ soċjetà  taħt dan l-artikolu kif japplikaw għall-ħruġ ta’ warrant
taħt dan l-Att.
Assigurazzjoni 
għal indenniz u 
penalitajiet għal 
ksur ta’ dmirijiet. 
Emendat: 
XXXIV. 1986.5.
11. (1) Kull persuna li jkollha warrant biex taġixxi ta’
accountant, jew ta’ uditur jew, dwar żewġ persuni bħal dawk jew
iktar li jkunu rreġistraw bħala soċjetà  taħt l-artikolu 10, kull soċjetà
bħal dik, għandhom, sakemm ikollhom dak il-warrant  jew, skond
il-każ, sakemm jibqgħu hekk reġistrati, u wara dan dwar kull ħaġa
li tkun saret jew li tkun naqset milli ssir matul dak iż-żmien, ikunu
koperti minn assigurazzjoni għal indenniz, minn dik il-kumpannija,
b’dak il-mod u għal dak l-ammont kif jistgħu jiġu preskritti, kontra
kull responsabbiltà  li dik il-persuna jew dik is-soċjetà  jista’
jkollhom għal kumpens dwar xi telf jew danni li klijent jew xi
persuna oħra tista’ ġġarrab minħabba xi għemil, żball jew nuqqas
negliġenti li jkun sar minn dik il-persuna jew minn dik is-soċjetà ,
jew minn xi soċju tagħha, jew minn xi wieħed mill-impjegati
tagħhom, fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom bħala accountants  jew
bħala udituri, kif ukoll dwar kull talba għal telf jew danni li
jinħolqu jew li jkun hemm kontribut għalihom minn xi għemil jew
nuqqas diżonest, qarrieqi, kriminali jew malizzjuż ta’ xi wieħed
mill-impjegati tagħhom.
(2) (a) L-assigurazzjoni għal indenniz imsemmija fis-
subartikolu (1) għandha wkoll tkun estiża biex tkopri
kull talba dwar telf jew danni li ssir matul il-ħames
snin li jiġu minnufih wara t-temm fis-seħħ tal-polza
minħabba f’illi xi soċju jew eżerċitant tal-professjoni
jkun jew irtira, jew ċeda l-warrant , u sakemm l-għemil
negliġenti, żball jew nuqqas li jagħtu lok għat-talba
jkunu ġraw matul is-seħħ tal-polza ta’ assigurazzjoni.
(b) Fil-każ li polza ta’ assigurazzjoni tiġi trasferita
mingħand assiguratur għal assiguratur ieħor, il-polza l-
ġdida għandha tkun estiża biex tindennizza lill-
assigurat kontra kull talba dwar telf jew danni li ssir
kontra l-assigurat għar-rigward ta’ kull għemil
negliġenti, żball jew nuqqas li jkunu ġraw, jew li jkun
allegat illi ġraw, qabel il-bidu fis-seħħ tal-polza l-
ġdida, sakemm l-assigurat ma jkunx jaf b’dan it-telf
jew danni fiż-żmien meta jkun qed jikkompleta l-polza
l-ġdida, u dan it-telf jew danni ma jkunux ġew avżati
taħt xi polza oħra li tkun fis-seħħ qabel il-bidu fis-seħħ
tal-polza ġdida.
(3) (a) Il-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal indenniz skond dan l-
artikolu ma tkunx tapplika lil min ikun detentur tal-
 PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY ġ K AP. 281.  9
warrant  ta’ accountant jew ta’ uditur għar-rigward ta’
xi sena li matulha hu ma jkunx ipprattika l-professjoni
ta’ accountant jew uditur u li jkun qabel ma bdiet dik
is-sena informa lill-Bord bil-miktub li matul dik is-
sena ma kienx sejjer jipprattika l-professjoni ta’
accountant jew ta’ uditur, skond ma jkun il-każ.
(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ma għandhomx
jinftehmu bħala li jeżentaw lil xi persuna mill-obbligu
li tkun koperta minn assigurazzjoni għal indenniz
matul il-perijodu ulterjuri ta’ ħames snin minnufih
wara xi sena li matulha tkun ipprattikat il-professjoni.
(ċ) Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu kull min huwa
detentur tal-warrant  ta’ accountant jew tal-warrant  ta’
udituri li matul xi sena - 
(i) ma jkun b’ebda mod jipprattika xi waħda mill-
professjonijiet imsemmija; jew
(ii) jipprattika xi waħda mill-professjonijiet
imsemmija bħala impjegat tal-Gvern, jew ta’
enti morali mwaqqfa b’liġi, jew ta’ persuna oħra,
jew ta’ soċjetà  ta’ accountants   jew ta’ udituri,
għar-rigward biss tal-prattika ta’ dawn il-
professjonijiet fil-qadi ta’ dmirijietu matul dan l-
impieg,
huwa eżentat mill-obbligu li jkun kopert minn
assigurazzjoni għal indenniz skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu.
(4) Kull persuna jew soċjetà  li huma marbutin li jkunu koperti
minn assigurazzjoni għal indenniz skond dan l-artikolu għandhom,
ta’ kull sena u fi żmien ġimgħa minn meta jkunu kkuntrattaw jew
ġeddu din l-assigurazzjoni għal indenniz, javżaw lill-Bord bil-
miktub dwar l-isem tal-kumpannija assiguratriċi u n-numru relattiv
tal-polza ta’ assigurazzjoni.
(5) Kull persuna jew soċjetà  li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u
teħel għal kull reat meta tinsab ħatja multa ta’ mhux iżjed minn
ħames mitt lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
tliet xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien, u fil-każ ta’ reat
kontinwu multa addizzjonali ta’ mhux iżjed minn ħamsin lira għal
kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
(6) Kull persuna jew soċjetà  li taġixxi, jew li tonqos li taġixxi,
bi ksur tad-dmirijiet professjonali tagħha bħala accountant jew
bħala uditur għandha, jekk dak l-egħmil jew dak in-nuqqas ikun
diżonestà  jew każ serju ta’ mġieba ħażina, teħel, meta tinsab ħatja,
priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn sena u mhux iżjed
minn ħames snin, u l-qorti tista’ wkoll twaħħalha multa ta’ mhux
iżjed minn ħamest elef lira.
Ftehim projbit.
jeżenta lil accountant jew lil uditur minn xi responsabbiltà , piż jew
dmir ieħor taħt dan l-Att jew taħt xi leġislazzjoni oħra, jew li
teħilsu minnhom, jew, ħlief taħt polza ta’ assigurazzjoni magħmula
  10      KAP. 281. ħ        PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY
taħt l-artikolu 11 ta’ dan l-Att, biex jingħata indenniz kontra kull
responsabbiltà  bħal dik jew piż bħal dak, ikun null u mingħajr
effett.
Rimunerazzjoni ta’ 
udituri, eċċ. 
13.* (1) Uditur jitħallas biss bid-drittijiet tiegħu; u d-drittijiet li
jistgħu jintalbu minn uditur għal servizzi bħala uditur ma jistgħux
ikunu iżjed mid-drittijiet preskritti jew ikunu kontra dawk ir-regoli
li jistgħu jiġu preskritti.
(2) Accountant jew uditur li jagħti servizz f’xi kariga oħra, jew
parti bħala accountant jew uditur u parti f’dik il-kariga l-oħra,
għandu, dwar is-servizz mogħti f’dik il-kariga l-oħra, jitħallas biss
bid-drittijiet tiegħu; u d-drittijiet li jista’ jitlob għal dak is-servizz
ma jistgħux ikunu iżjed minn dawk preskritti.
(3) Accountant jew uditur m’għandux iħallas jew jagħti, jew
jiftiehem li jħallas jew li jagħti, lil xi persuna, sew direttament jew
indirettament, xi kummissjoni jew senselija, jew xi sehem jew parti
mid-drittijiet tiegħu jew minn xi dħul ieħor professjonali,
f’ċirkostanzi li soltu titħallas jew tingħata kummissjoni jew
senselija.
Sospensjoni, 
revoka jew irtirar 
ta’ warrants u 
sospensjoni jew 
tħassir ta’ 
reġistrazzjonijiet.
14. (1) Warrant   maħruġ taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att jista’ jiġi sospiż jew revokat, u r-reġistrazzjoni ta’
soċjetà  taħt l-artikolu 10 tista’ tiġi sospiża jew imħassra, mill-
Ministru, skond id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu, jekk
il-persuna li lilha jkun inħareġ il-warrant  jew is-soċjetà  jew wieħed
mis-soċji tas-soċjetà  - 
(a) ikun, wara inkjesta li ssir mill-Bord, instab ħati ta’ xi
wieħed mill-atti jew nuqqasijiet li ġejjin:
(i) diżonestà , imġieba ħażina jew negliġenza
qawwija fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu;
(ii) imġieba bi ksur ta’ regolamenti dwar il-livell,
prattika jew integrità  professjonali;
(iii) imġieba li tiskredita l-professjoni;
(iv) nuqqas ta’ tħaris ta’ xi kondizzjoni mqegħda fil-
warrant  taħt is-subartikolu (5); jew
(b) ikun instab ħati minn qorti - 
(i) ta’ reat taħt dan l-Att jew xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu; jew
(ii) ta’ delitt li jolqot fiduċja pubblika jew ta’ serq
jew frodi jew li xjentement ikun irċieva
proprjetà  miksuba b’serq jew bi frodi.
(2) Warrant  maħruġ taħt dan l-Att u r-reġistrazzjoni ta’ soċjetà
taħt l-artikolu 10 jistgħu - 
(a) jiġu rtirati jew imħassra mill-Ministru fuq it-talba tad-
detentur tal-warrant  jew fuq talba tas-soċjetà ;
(b) jiġu revokati jew kanċellati mill-Ministru wara
konsultazzjoni mal-Bord, kull meta l-Ministru jkun
*Dan l-artikolu għadu ma ġiex fis-seħħ.
 PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY ġ K AP. 281.  11
tal-fehma li jkun hemm ċirkostanzi materjali dwar il-
persuna li lilha jkun ingħata l-warrant  jew dwar is-
soċjetà  li, kieku dak il-warrant  ma jkunx ġie maħruġ
jew is-soċjetà  ma tkunx ġiet reġistrata, skond l-każ,
dik il-persuna kienet tiġi skwalifikata milli tikseb
warrant   jew dik is-soċjetà  kienet tiġi skwalifikata
milli tiġi reġistrata.
(3) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-artikolu l-
Bord għandu jaġixxi skond dawk ir-regoli u proċeduri li jiġu
preskritti; u d-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu suġġetti li jintbagħtu
lura, jigu riveduti jew isir appell minnhom, skond kif jiġi preskritt.
(4) Meta warrant   jew reġistrazzjoni tkun ġiet sospiża taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, is-sospensjoni tista’
titneħħa f’kull żmien mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-Bord;
u meta l-warrant  jew ir-reġistrazzjoni tkun ġiet irtirata taħt is-
subartikolu (2)(a), jista’ jinħareġ warrant  ġdid, jew tista’ ssir
reġistrazzjoni ġdida f’kull żmien jekk il-kondizzjonijiet għal dak l-
ħruġ jew għal dik ir-reġistrazzjoni jkunu sodisfatti.
(5) Meta warrant   ikun ġie revokat taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, barra mis-subartikoli (1)(a)(i) u
(b)(ii) u barra mill-paragrafu (b)(i) ta’ l-imsemmi subartikolu dwar
reat kontra l-artikolu 3(6) jew l-artikolu 10(7), il-Ministru jista’,
wara li jgħaddu sentejn mid-data tar-revoka, u jekk il-Bord hekk
jirrakkomanda, joħroġ warrant  ġdid taħt l-artikolu 4 jew l-artikolu
5, skond il-każ, taħt dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(6) Mar-revoka jew irtirar ta’ warrant   maħruġ taħt dan l-Att,
jew matul dak il-perijodu li dak il-warrant  ikun sospiż, il-persuna li
lilha l-warrant  ikun ġie maħruġ ma tibqax id-detentur ta’ dak il-
warrant ; u mat-tħassir ta’ xi reġistrazzjoni ta’ soċjetà  taħt l-
artikolu 10, jew għal dak il-perijodu li matulu dik ir-reġistrazzjoni
tkun sospiża, is-soċjetà  ma tibqax hekk reġistrata.
Disposizzjonijiet 
oħra dwar reati.
15. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jistabbilixxu reati u
pieni dwarhom ma jolqtux l-applikazzjoni ta’ xi liġi oħra li
tistabbilixxi reati u pieni dwar l-istess atti jew ommissjonijiet u
m’għandhomx, b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi
piena ogħla taħt xi liġi oħra.
(2) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 3(7) u ta’ l-artikolu 10(6), l-użu
fuq xi biljett, karta ta’ l-ittri, tabella, kartellun, pjanċa, reklam jew
ta’ mezz, strument jew dokument ieħor miktub, stampat jew
imnaqqax, tal-kliem "accountant pubbliku ċertifikat" jew
"accountant u uditur pubbliku ċertifikat" jew l-abbrevjazzjonijiet
"CPA" jew "CPAA", sew fil-forma singolari tagħhom jew fil-
plural, dwar isem, ikun prova biżżejjed tat-tagħrif ta’ dak l-użu
mill-persuna li dwar isimha l-imsemmija kliem jew
abbrevjazzjonijiet ikunu wżati, kemm-il darba dik il-persuna ma
tippruvax li l-użu sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li meta saret taf
b’dak l-użu ħadet il-passi xierqa biex twaqqfu.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-Att - 
(a) persuna ma titqiesx li teżerċita l-professjoni ta’
accountant jew li taġixxi bħala uditur jekk biss taġixxi
  12      KAP. 281. ħ        PROFESSJONITA’L-ACCOUNTANCY
bħala mpjegat jew bħala assistent ta’, accountant
pubbliku ċertifikat jew accountant u uditur pubbliku
ċertifikat jew ta’ soċjetà  ta’ accountants  jew udituri, u
ma toħroġ ebda dikjarazzjoni ta’ kontijiet jew
dikjarazzjoni finanzjarja bil-firma tagħha;
(b) sal-limitu li jiġi hekk preskritt, persuna ma titqiesx li
teżerċita l-professjoni ta’ accountant jew li tagħmilha
ta’ uditur jekk din tkun f’dak l-impieg jew ikollha jew
taġixxi f’dik il-kariga, jew tkun tagħmel biss dak ix-
xogħol, dawk is-servizzi, dak l-egħmil jew dawk il-
funzjonijiet, kif jistgħu jiġu preskritti.
