ĠARRTA’MERKANZIJABIL-BAĦAR ġKAP. 283.   1
KAPITOLU 283
ATT LI JIRREGOLA L-ĠARR TA’ 
MERKANZIJA BIL-BAĦAR
Biex jirregola l-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar għal u minn Malta.
(29 ta’ Jannar, 1980)*
Sar liġi bl-ATT IIta’ l-1980, kif emendat bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu fil-qosor. 
Merkanzija bil-Baħar.
Tifsir.
xort’oħra - 
"linja ta’ bastimenti" tinkludi liner conference; 
"merkanzija" tinkludi merkanzija ta’ kull deskrizzjoni; 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-portijiet u sal-
limitu ta’ l-awtorità mogħtija, tinkludi kull persuna awtorizzata
mill-imsemmi Ministru għal hekk;
"port" tfisser kull post fejn il-merkanzija titgħabba fuq bastiment
jew tinħatt minnu.
Il-ġarr ta’ 
merkanzija għal u 
minn Malta hu 
regolat.
3. (1) Meta dwar il-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar għal jew
minn Malta minn jew għal port f’xi pajjiż ieħor il-Ministru ikun
b’ordni fil-Gazzetta, ipprovda li ebda ġarr bħal dak li ntqal qabel
ma jista’ jsir ħlief bil-permess tiegħu, ebda merkanzija li tinġarr
jew li hi maħsuba li tinġarr bil-baħar minn jew għal Malta minn jew
għal port f’xi pajjiż ieħor li għalih japplika ordni kif intqal qabel
ma għandha titgħabba jew tinħatt f’Malta kemm-il darba dik it-
tagħbija jew dak il-ħatt ma jkunx permess mill-Ministru u ħlief
skond il-permess tal-Ministru u kull kondizzjonijiet jew
disposizzjonijiet oħra li jkunu jinsabu fih.
(2) Meta dwar il-ġarr ta’ merkanzija bil-baħar għal jew minn
Malta minn jew għal port f’xi pajjiż ieħor ikun hemm fis-seħħ
ftehim sabiex jinqasam il-ġarr ta’ dik il-merkanzija bejn linji ta’
bastimenti, u dak il-ftehim ikun ġie approvat mill-Ministru għall-
finijiet ta’ dan l-Att, dik l-approvazzjoni, u kull kondizzjoni jew
disposizzjoni oħra tagħha għandu jkollhom l-effett ta’ permess
mogħti taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu u, bla ħsara għal
kull kondizzjoni jew disposizzjoni oħra li jkun hemm fl-
approvazzjoni tal-Ministru, id-disposizzjonijiet tal-ftehim ikollhom
l-istess effett daqslikieku kienu disposizzjonijiet tal-permess tal-
Ministru.
(3) Il-permess jew l-approvazzjoni tal-Ministru taħt wieħed
mis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jistgħu jingħataw b’dak
il-mezz u b’dak il-mod jew forma li l-Ministru jidhirlu xierqa, u
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 106 tad-29 ta’ Jannar, 1980.
 2      KAP. 283.ħ     RTA’MERKANZIJABIL-BAĦAR
jistgħu jkunu ġenerali, speċifiċi jew applikabbli għal klassi jew
klassijiet ta’ każijiet.
Il-permess jew l-
approvazzjoni tal-
Ministru jkunu 
pubblikati. 
4. Meta l-Ministru jkun ta permess taħt is-subartikolu (1) ta’
l-artikolu 3 ta’ dan l-Att jew ikun approva ftehim taħt is-
subartikolu (2) ta’ dak l-artikolu, il-Ministru għandu, b’avviż fil-
Gazzetta, jew fl-ordni jew regolament li jkun fih dak il-permess
jew l-approvazzjoni jew li jipprovdi għalihom, jagħti dak it-tagħrif
dwar il-permess jew il-ftehim, magħduda l-pajjiżi, il-bastimenti u l-
linji ta’ bastimenti milquta bih, kif ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi.
Stqarrija mill-
Ministru tkun 
prova konklużiva. 
5. Stqarrija ffirmata mill-Ministru li tgħid li merkanzija tista’
jew ma tistax titgħabba fuq jew tinħatt minn bastiment speċifikat,
jew bastiment ta’ linja ta’ bastimenti speċifikata, f’Malta, tkun
prova konklużiva ta’ dak li jkun fiha.
Setgħa ta’ l-
Awtorità Marittima 
ta’ Malta. 
Emendat: 
XVII. 1991.81. 
6. L-Awtorità Marittima ta’ Malta ikollha s-setgħa li tirrifjuta
d-dħul f’kull port f’Malta jew il-ħruġ minnu jekk ikollha raġuni
tajba li taħseb li disposizzjoni ta’ dan l-Att tkun ġiet miksura jew
x’aktarx tinkiser dwar dak il-bastiment jew il-merkanzija tagħha.
Regolamenti.  7. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jagħti effett
lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, bla ħsara għall-ġeneralità ta’
dak li ntqal qabel, sabiex - 
(a) jeżenta merkanzija mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; 
(b) jipprovdi għal dak li hu inċidentali jew supplimentari
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Reati u pieni. 8. Persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att jew xi ordni jew regolament magħmul taħt
dan l-Att tkun ħatja ta’ reat u teħel għal kull reat meta tinsab ħatja
multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn ħamest
elef lira; u kull merkanzija li titgħabba jew tinħatt bi ksur ta’ xi
waħda minn dawk id-disposizzjonijiet tiġi konfiskata favur il-
Gvern.
