REĠISTRAZZJONI ELETTRO-MANJETIKA TA’ PROĊEDIMENTIġKAP. 284.   1
KAPITOLU 284
ATT DWAR IR-REĠISTRAZZJONI 
ELETTRO-MANJETIKA TA’ PROĊEDIMENTI 
Biex jipprovdi għar-reġistrazzjoni ta’ proċedimenti b’mezzi elettro-
manjetiċi.
(9 ta’ Mejju, 1980)*
Sar liġi bl-ATT XVI ta’ l-1980 u ġie emendat bl-Att XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Elettro-Manjetika ta’ Proċedimenti.
Tifsir.
Emendat:
XXIV. 1995.360.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"proċedimenti" tinkludi xiehda, sottomissjonijiet verbali,
deċiżjoni ta’ arbitru, konstatazzjoni, ordni, digriet, deċiżjoni jew
sentenza u kull kliem li jingħadu fil-qorti bil-miftuħ jew in camera
waqt it-tmexxija tax-xogħol tal-qorti;
"qorti" tfisser kull qorti ta’ liġi, Bord, arbitraġġ, tribunal,
kummissjoni jew kumitat ta’ inkjesta, li b’liġi għandu s-setgħa li
jisma’ xiehda waqt il-proċedimenti;
"Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tal-Qrati u kull segretarju ta’
kull Bord, arbitraġġ, tribunal, kummissjoni jew kumitat ta’
inkjesta; 
"tapes" tfisser it-tapes jew oġġetti oħra li fuqhom ikunu ġew
reġistrati proċedimenti b’xi mezzi elettro-manjetiċi u jinkludu
wkoll master tape;
"traskrittur" tfisser il-persuna li tingħata d-dmir mir-Reġistratur
biex ir-reġistrazzjonijiet fuq it-tapes tittraskrivihom bil-miktub.
Reġistrar u 
traskrizzjoni ta’ 
proċedimenti.
3. (1) Minkejja kull disposizzjoni f’xi liġi oħra, kull qorti
tista’ tordna li l-proċedimenti tagħha jew xi parti minnhom jiġu
reġistrati b’mezzi elettro-manjetiċi.
(2) Ir-Reġistratur għandu jara li r-reġistrazzjoni fuq it-tapes
tiġi traskritta:
Iżda f’ġurijiet fuq att ta’ akkuża ir-Reġistratur ma jkunx
obbligat li jara li ssir it-traskrizzjoni ħlief meta, u safejn, il-Qorti
Kriminali jew il-Qorti ta’ Appelli Kriminali, tkun hekk ordnat:
Iżda, ukoll, kull qorti tista’ tordna li parti biss tal-
proċedimenti tiġi traskritta.
(3) It-traskrizzjoni tista’ tkun miktuba bl-idejn jew bit-
typewriter mit-traskritturi kif jordna r-Reġistratur, u għandha
tagħmel parti mill-atti tal-proċedimenti.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 266 tad-9 ta’ Mejju, 1980.
 2      KAP. 284.ħ REĠISTRAZZJONI ELETTRO-MANJETIKA TA’ PROĊEDI-
(4) It-traskrittur għandu jiffirma kull paġna tat-traskrizzjoni u
għandu jagħmel dikjarazzjoni fit-tarf tagħha li hu bis-sewwa u
fedelment u skond l-aħjar tagħrif u ħila tiegħu, ittraskriva r-
reġistrazzjonijiet fuq it-tapes.
(5) It-tapes għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-atti tal-
proċedimenti tal-qorti sakemm ma jitħassrux skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Tista’ tiġi 
reġistrata s-
sustanza tal-
proċedimenti. 
4. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 u ta’ kull
liġi oħra, il-qorti tista’ tordna li s-sustanza biss tal-proċedimenti
jew tax-xiehda miġjuba waqt il-proċedimenti, kif iddettata mill-
qorti, tiġi reġistrata b’mezzi elettro-manjetiċi.
(2) Meta l-qorti tordna li s-sustanza biss ta’ xiehda għandha
tiġi reġistrata b’mezzi elettro-manjetiċi u dik is-sustanza tkun ġiet
iddettata mill-qorti quddiem ix-xhud, minkejja d-disposizzjonijiet
ta’ kull liġi oħra li teħtieġ li t-traskrizzjoni tax-xiehda għandha
tinqara mix-xhud waqt jew wara s-seduta u li nota ta’ dak il-qari
titniżżel fit-tarf ta’ dik it-traskrizzjoni, dak il-qari ma jsirx, u t-
traskrizzjoni titqies li tkun inqrat kif imiss u tkun ġiet ikkonfermata
mix-xhud, iżda l-qorti għandha tagħmel dikjarazzjoni fit-tarf ta’
dak li tkun iddettat fil-qosor li s-sustanza tax-xiehda tkun ġiet
iddettata mill-qorti quddiem ix-xhud.
Ħarsien ta’ tapes. 5. 1r-Reġistratur ikun responsabbli għall-kustodja u għall-
ħarsien tat-tapes:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jaħtar lil
xi persuna oħra biex taqdi l-imsemmija dmirijiet.
Tħassir ta’ tapes. 6. Meta tkun ingħatat sentenza finali jew meta l-kwistjoni
tkun definita għal kollox jew meta tkun saret it-traskrizzjoni tar-
reġistrazzjoni ir-Reġistratur jista’ jordna li r-reġistrazzjoni
titħassar:
Iżda l-qorti tista’, jew ex officio jew fuq talba magħmula, fi
żmien sebat ijiem mid-data tar-reġistrazzjoni, minn kull waħda
mill-partijiet, tordna li r-reġistrazzjoni jew parti minnha ma
titħassarx sakemm ma jingħatax kontro-ordni fuq talba tar-
Registratur.
Kopji ta’ tapes.
Miżjud:
XXIV. 1995.360.
7. Ir-Reġistratur jista’ jagħti kopji ta’ l-oriġinali ta’  tapes
mal-ħlas ta’ dak id-dritt li l-Ministru responsabbli għall-ġustizzja
jista’ b’regolamenti jistabbilixxi.
