TFALUŻGĦAŻAGĦ(ORDNIJIETGĦALL-ĦARSIEN) ġ K AP. 285.    1
KAPITOLU 285
ATT DWAR TFAL U ŻGĦAŻAGĦ
(ORDNIJIET GĦALL-ĦARSIEN) 
Biex jipprovdi għall-ħarsien ta’ tfal u żgħażagħ.
8 ta’ Awissu, 1980;
29 ta’ Novembru, 1985
L-ATT XVIII ta’ l-1980, kif emendat bl-Att XIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien).
Tifsir.
"Bord" tfisser il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ
inwaqqaf taħt l-artikolu 11;
"kustodju" tfisser tutur jew kuratur u tinkludi persuna li fil-fatt
tkun qed tagħmilha ta’ kustodju;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-għajnuna
soċjali; 
"tifel jew żagħżugħ" tfisser persuna li tkun taħt l-età  ta’ sittax-il
sena.
Ordni għal ħarsien 
meta tifel jinsab 
ħati ta’ reat.
3.* (1) Meta xi tifel jew żagħżugħ jinstab ħati ta’ reat minn
jew quddiem xi qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali, u fil-fehma ta’ l-
imsemmija qorti - 
(a) ebda wieħed mill-metodi l-oħra dwar x’jista’jsir bil-
każ skond il-liġi ma jkun xieraq; u
(b) it-tifel jew iż-żagħżugħ ikun jinħtieġ ħarsien jew
kontroll li x’aktarx ma jkunx ser jirċievi kemm-il
darba l-qorti ma tagħmilx ordni taħt dan l-artikolu
dwaru,
dik il-qorti tista’, minflok li tikkundannah għal priġunerija jew
tipprovdi dwaru b’xi mod ieħor skond il-liġi, tagħmel ordni li bih
jitqiegħed taħt il-ħarsien tal-Ministru għal żmien ta’ mhux inqas
minn sena u mhux iżjed minn ħames snin:
Iżda ordni magħmul taħt dan is-subartikolu għandu, kemm-
il darba ma jkunx waqaf l-effett tiegħu qabel, jieqaf milli jkollu
effett fid-data li fiha t-tifel jew iż-żagħżugħ li dwaru jsir l-ordni
jilħaq l-età  ta’ tmintax-il sena.
(2) Ordni magħmul taħt is-subartikolu (1) ikun suġġett għal
appell bl-istess mod u matul l-istess żmien bħalma hi sentenza
*Ara l-artikolu 14 (Disp. Trans.) ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema
artikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji.
  2      KAP. 285. ħ       TFALUŻGĦAŻAGĦ(ORDNIJIETGĦALL-ĦARSIEN)
mogħtija mill-qorti li tagħmel l-ordni.
(3) Jekk, fuq ir-rikors tal-Ministru, fil-fehma tal-qorti li tkun
għamlet ordni taħt is-subartikolu (1) dwar tifel jew żagħżugħ ikun
xieraq li dak l-ordni għandu jintemm, il-qorti tista’ ttemm dak l-
ordni.
Kap. 446.  (4) L-artikolu 25 ta’ l-Att dwar il-Probation għandu japplika
mutatis mutandis għal kull tifel jew żagħżugħ li jinstab ħati u li
dwaru jkun ħareġ ordni biex jitqiegħed taħt il-ħarsien tal-Ministru.
Ordni għal ħarsien 
dwar tifel jew 
żagħżugħ li jkun 
jinħtieġ ħarsien, 
protezzjoni jew 
kontroll.
Emendat:
XIII. 2002.12.
4. (1) Jekk, wara li jsirulu rappreżentazzjonijiet bil-miktub
mid-Direttur tad-Dipartiment responsabbli għall-Ħarsien Soċjali u
wara li jagħti lill-ġenituri u lill-kustodju, jekk ikun hemm, tat-tifel
jew taż-żagħżugħ opportunità  li jagħtu l-fehmiet tagħhom, u wara li
jisma’ lil kull persuna oħra li x’aktarx tista’ tgħinu, il-Ministru
jkun sodisfatt li dak it-tifel jew żagħżugħ ikun jinħtieġ ħarsien,
protezzjoni jew kontroll, ikun id-dmir tal-Ministru b’ordni bil-
miktub iffirmat minnu li jieħu lil dak it-tifel jew żagħżugħ taħt il-
ħarsien tiegħu.
(2) Kopja ta’ kull ordni magħmul mill-Ministru taħt is-
subartikolu (1) għandha tintbagħat minnufih b’ittra reġistrata lill-
persuna li tkun qed teżerċita s-setgħa ta’ missier fuq it-tifel jew iż-
żagħżugħ, jew lill-kustodju tiegħu, jekk ikun hemm, li jkun mitlub
igħid lid-Direttur tad-Dipartiment responsabbli għall-Ħarsien
Soċjali fi żmien wieħed u għoxrin jum mid-data li fiha jkun irċieva
l-imsemmija ittra, jekk joġġezzjonax għall-imsemmi ordni.
(3) Jekk il-persuna li lilha tintbagħat l-ittra reġistrata taħt is-
subartikolu (2), toġġezzjona, ukoll verbalment, għall-ordni fiż-
żmien preskritt fiha, id-Direttur tad-Dipartiment responsabbli
għall-Ħarsien Soċjali għandu, mħux iktar tard minn sebat ijiem
mid-data li fiha jsir jaf bl-oġġezzjoni, jibgħat il-każ lill-Qorti tal-
Minorenni b’dak il-mod li jiġi preskritt b’regolamenti magħmula
taħt l-artikolu 13 ta’ dan l-Att.
(4) Meta każ jintbagħat lill-Qorti tal-Minorenni skond is-
subartikolu (3), l-imsemmija qorti għandha, b’dak il-mod u f’dak
iż-żmien kif jiġi preskritt b’regolamenti magħmula taħt l-artikolu
13, tirrevedi l-każ kollu u tiddeċiedi jekk it-tifel jew iż-żagħżugħ
ikunx jinħtieġ ħarsien, protezzjoni jew kontroll u għandha skond
dan tikkonferma jew tirrevoka l-ordni magħmul taħt is-subartikolu
(1).
(5) Ordni magħmul taħt is-subartikolu (1) għandu, kemm-il
darba ma jkunx waqaf l-effett tiegħu qabel, jieqaf milli jkollu effett
fid-data li fiha t-tifel jew iż-żagħżugħ li dwaru jsir l-ordni jilħaq l-
età  ta’ tmintax-il sena.
Ordni temporanju. 5. Jekk, fuq rappreżentazzjonijiet li jsirulu minn xi persuna,
ukoll verbalment, il-Ministru jkun sodisfatt - 
(a) li tifel jew żagħżugħ ikun jinħtieġ ħarsien, protezzjoni
jew kontroll, u
(b) li jkun fl-interess ta’ l-imsemmi tifel jew żagħżugħ li
dan għandu jittieħed taħt il-ħarsien tal-Ministru
TFALUŻGĦAŻAGĦ(ORDNIJIETGĦALL-ĦARSIEN) ġ K AP. 285.    3
mingħajr il-proċedura stabbilita fi, u mingħajr ma jsir
ordni taħt, l-artikolu 4(1),
hu jista’, b’ordni bil-miktub iffirmat minnu, jieħu lil dak it-tifel jew
żagħżugħ taħt il-ħarsien tiegħu:
Iżda ordni bħal dak jieqaf milli jkollu effett wara li jgħaddu
wieħed u għoxrin jum mid-data li fiha jkun sar.
Ordni ta’ 
trasferiment. 
6. (1) Il-Ministru jista’, jekk ikun mogħti parir mill-Bord li
huwa spedjenti fl-interess ta’ l-edukazzjoni jew tal-ġid ta’ tifel jew
żagħżugħ li hekk jagħmel, b’ordni bil-miktub iffirmat minnu,
jittrasferixxi mill-ħabs lil dak it-tifel jew żagħżugħ li jkun il-ħabs
b’sentenza ta’ priġunerija għal reat, li ma jkunx omiċidju
volontarju, u jieħdu taħt il-ħarsien tiegħu.
(2) Ordni magħmul taħt is-subartikolu (1) għandu jieqaf milli
jkollu effett fid-data li fiha t-tifel jew iż-żagħżugħ kieku kien jiġi
meħlus mill-ħabs.
Ħarsien, 
protezzjoni jew 
kontroll. 
7. Għall-finijiet ta’ dan l-Att, tifel jew żagħżugħ jitqies li
jkun jinħtieġ ħarsien, protezzjoni jew kontroll jekk - 
(a) ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat mill-ġenituri jew mill-
kustodju tiegħu; jew
(b) ma jkunx qed jirċievi dak il-ħarsien, protezzjoni u
gwida li ġenituri tajba huma raġonevolment mistennija
li jipprovdu u - 
(i) it-tifel jew iż-żagħżugħ ikun qed jissieħeb ma’
kumpannija ħażina jew ikun serjament
imqiegħed f’periklu morali; jew
(ii) dak in-nuqqas ta’ ħarsien, protezzjoni jew gwida
x’aktarx iġib lit-tifel jew liż-żagħżugħ tbatija bla
bżonn jew serjament jolqot is-saħħa jew l-
iżvilupp xieraq tiegħu.
Setgħat u dmirijiet 
tal-Ministru dwar 
tfal u żgħażagħ taħt 
il-ħarsien tiegħu.
8. Il-Ministru jkollu, dwar kull tifel jew żagħżugħ li
jitqiegħed taħt il-ħarsien tiegħu b’ordni magħmul taħt l-artikolu 3
jew li jittieħed taħt il-ħarsien tiegħu b’ordni magħmul taħt l-
artikolu 4(1), taħt l-artikolu 5, jew taħt l-artikolu 6(1), l-istess
setgħat u dmirijiet dwar il-ħarsien u l-kustodja tiegħu kif kien
ikollhom il-ġenituri jew il-kustodju ta’ dak it-tifel jew żagħżugħ, li
kieku ma kienx l-ordni, u l-Ministru jista’, bla ħsara għal kull
regolamenti magħmula skond l-artikolu 13, jagħmel restrizzjonijiet
dwar il-libertà  ta’ dak it-tifel jew żagħżugħ sa dak il-limitu li l-
Ministru jidhirlu xieraq:
Kap. 9.
Iżda ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li tqiegħed
lill-Ministru responsabbli taħt l-artikolu 35(3) u (5), il-paragrafu (a)
tal-proviso għall-artikolu 36, il-provisi għas-subartikoli (1) u (2) ta’
l-artikolu 39, u l-artikolu 40(a) tal-Kodiċi Kriminali:
Iżda wkoll il-Ministru ma għandux iġiegħel li tifel jew
żagħżugħ li jkun taħt il-ħarsien tiegħu bis-saħħa ta’ ordni magħmul
taħt dan l-Att jitrabba f’xi twemmin reliġjuż barra minn dak li fih
kien jitrabba li kieku ma kienx hemm l-ordni.
  4      KAP. 285. ħ       TFALUŻGĦAŻAGĦ(ORDNIJIETGĦALL-ĦARSIEN)
Dmir ġenerali tal-
Ministru.
9. Meta tifel jew żagħżugħ ikun taħt il-ħarsien tal-Ministru
skond dan l-Att, ikun id-dmir tal-Ministru li jeżerċità  s-setgħat
tiegħu dwar il-ħarsien u l-kustodja ta’ dak it-tifel jew żagħżugħ
sabiex jinġiebu ’l quddiem l-aħjar interessi tiegħu u sabiex jagħtih
l-opportunità  li jiżviluppa b’mod xieraq il-karattru u l-ħiliet tiegħu:
Iżda jekk fil-fehma tal-Ministru jkun meħtieġ, sabiex jiġi
mħares il-pubbliku, li jeżerċita s-setgħa tiegħu dwar tifel jew
żagħżugħ partikolari li jkun taħt il-ħarsien tiegħu b’mod li jista’ ma
jkunx konsistenti mad-dmir ġenerali tiegħu taħt id-disposizzjoni ta’
qabel ta’ dan l-artikolu, il-Ministru jista’, minkejja dak id-dmir,
jaġixxi b’dak il-mod.
Mod kif jiġu 
provduti alloġġ u 
manteniment.
10. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-
Ministru jkun qed jaqdi dmiru dwar xi tifel jew żagħżugħ taħt il-
ħarsien tiegħu - 
(a) billi jipprovdilu alloġġ u jmantnih f’dar residenzjali,
hostel jew istituzzjoni oħra bħal din provduta mill-
Ministru sabiex tilqa’ tfal jew żgħażagħ li jkunu taħt
il-ħarsien tiegħu; jew
(b) billi jalloġġah ma’ persuna xierqa, sew jekk qarib sew
jekk le, jew ma’ istituzzjoni privata li tkun lesta biex
tieħu ħsiebu taħt dawk il-kondizzjonijiet dwar ħlas
mill-Ministru u xort’oħra kif il-Ministru jista’, bla
ħsara għal kull regolamenti magħmula taħt dan l-Att,
jistabbilixxi bi ftehim ma’ dik il-persuna jew mad-
diriġenti ta’ dik l-istituzzjoni.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ma għandha tiftiehem li ma
tħallix lill-Ministru milli juża, fil-każ ta’ xi tifel jew żagħżugħ taħt
il-ħarsien tiegħu, il-faċilitajiet u s-servizzi li jkunu jistgħu jinkisbu
minn tfal u żgħażagħ taħt il-ħarsien tal-ġenituri jew tal-kustodju
tagħhom u, għal dak l-għan, milli jagħmel arranġamenti għall-
alloġġ u għall-manteniment tagħhom b’xi mod xieraq mhux
speċifikat fis-subartikolu (1).
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu
u għas-setgħat u għad-dmirijiet tiegħu taħt l-artikoli 8 u 9, il-
Ministru jista’ jħalli li tifel jew żagħżugħ taħt il-ħarsien tiegħu,
għal kull żmien li l-Ministru jistabbilixxi jew sakemm il-Ministru
jordna xort’oħra, ikun taħt il-ħarsien u l-kontroll ta’ xi wieħed mill-
ġenituri, ta’ kustodju, qarib jew ħabib.
(4) Il-Ministru jista’, f’kull żmien u fid-diskrezzjoni tiegħu,
jitlaq minn taħt il-ħarsien tiegħu jew minn taħt il-ħarsien tal-
persuna jew istituzzjoni fejn ikun ġie alloġġat, skond il-każ, tifel
jew żagħżugħ li jkun ittieħed taħt il-ħarsien tiegħu skond l-artikolu
4(1), taħt l-artikolu 5 jew taħt l-artikolu 6(1), u jista’ hekk jitilqu
jew b’mod assolut jew taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru
jista’ jistabbilixxi.
(5) Il-Ministru jista’ wkoll minn żmien għal żmien, kif jidhirlu
xieraq, jibdel xi wieħed mill-arranġamenti magħmula taħt dan l-
artikolu.
TFALUŻGĦAŻAGĦ(ORDNIJIETGĦALL-ĦARSIEN) ġ K AP. 285.    5
Bord Konsultattiv 
dwar it-Tfal u ż-
Żgħażagħ. 
11. (1) Sabiex jingħataw pariri lill-Ministru fil-qadi tal-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, għandu jkun hemm Bord, li
jissejjaħ il-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ, li jkun
jinkludi omm u persuna li, fil-fehma tal-Ministru, ikollha tagħrif
biżżejjed fil-psikoloġija. Wieħed minn dawk il-membri, indikat
mill-Ministru, jagħmilha ta’ chairman.
(2) Il-membri tal-Bord jkunu maħtura mill-Ministru għal dak
iż-żmien u taħt dawk il-kondizzjonijiet kif il-Ministru jistabbilixxi. 
(3) Ikun id-dmir tal-Bord li jagħti pariri lill-Ministru dwar l-
aħjar metodi kif kull tifel jew żagħżugħ li jitqiegħed jew jittieħed
taħt il-ħarsien tiegħu skond dan l-Att għandu jiġi trattat, li jeżerċita
sorveljanża ġenerali dwar dawk it-tfal jew żgħażagħ u, b’mod
ġenerali, li jieħu ħsieb li tittejjeb il-qagħda tagħhom.
(4) Il-Ministru għandu jindika membru tad-Dipartiment tas-
Sigurtà  Soċjali biex jagħmilha ta’ Segretarju tal-Bord u l-persuna
hekk indikata għandha, bħala parti mid-dmirijiet tagħha, tkun
responsabbli biex iżżomm ir-records tal-Bord.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ dawk ir-
regolamenti li jistgħu jsiru taħt dan l-Att, il-Bord għandu jirregola
l-proċedura tiegħu stess.
Reati.
taħt il-ħarsien tal-Ministru skond dan l-Att jaħrab mill-post fejn hu
għandu jgħix jew ikun nieqes minn dak il-post f’ħin li fih ma
jkollux permess li jkun hekk nieqes, dan jista’ jiġi maqbud
mingħajr mandat minn xi membru tal-Pulizija u jittieħed lura f’dak
il-post.
(2) Kull persuna li xjentement iġġiegħel, tħajjar jew tagħti
għajnuna jew b’xi mod ieħor tgħin jew tassisti lil xi tifel jew
żagħżugħ biex jaħrab jew biex ikun jew jibqa’ nieqes kif imsemmi
fis-subartikolu (1) tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’
mhux iżjed minn mitt lira jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
13. Il-Ministru jkollu s-setgħa li jagħmel regolamenti li
jidhirlu xierqa sabiex jitwettqu aħjar id-disposizzjonijiet u l-
għanijiet ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, dawk ir-regolamenti jistgħu b’mod partikolari jippreskrivu
jew jipprovdu għal - 
(a) il-proċedura li għandha tintuża meta każ jintbagħat
lill-Qorti tal-Minorenni u l-mod li bih u ż-żmien li fih
l-imsemmija qorti għandha tirrevedi l-każ, taħt l-
artikolu 4(3) u (4) rispettivament;
(b) il-proċedura tal-Bord;
(ċ) il-mod li bih djar, hostels u istituzzjonijiet imsemmija
fl-artikolu 10(1)(a) għandhom jitmexxew;
(d) id-dmirijiet, dwar dawk it-tfal, tal-persuni jew ta’ l-
istituzzjonijiet li magħhom tfal jew żgħażagħ ikunu
alloġġati;
(e) żjajjar li jsiru lil tfal u żgħażagħ li jkunu taħt ħarsien;
  6      KAP. 285. ħ       TFALUŻGĦAŻAGĦ(ORDNIJIETGĦALL-ĦARSIEN)
u 
(f) ir-reviżjoni kull tant żmien minn welfare officers ta’
każijiet ta’ tfal jew żgħażagħ li jkunu taħt il-ħarsien.
14. Imħolli barra taħt l-Att IX ta’ l-1980. 
15. Imħolli barra taħt l-Att IX ta’ l-1980.
