QORTITAL-MINORENNI ġKAP. 287.    1
KAPITOLU 287
ATT DWAR IL-QORTI TAL-MINORENNI 
Biex iwaqqaf Qorti tal-Minorenni u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li
għandhom x’jaqsmu ma’ tfal u żgħażagħ.
(25 ta’ Lulju, 1980)*
Sar liġi bl-ATT XXIV ta’ l-1980, kif emendat bl-Atti: XI ta’ l-1985 u
VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra - 
"tifel jew żagħżugħ" tfisser persuna li tkun taħt l-età ta’ sittax il-
sena;
"kustodja" tfisser tutur jew kuratur u tinkludi persuna li fil-fatt
tkun qed tagħmilha ta’ kustodju;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; 
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.
Qorti tal-
Minorenni. 
Emendat:
VIII. 1990.3. 
3. (1) Għandha titwaqqaf skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, qorti ta’ liġi li tkun magħrufa bħala l-Qorti tal-Minorenni
sabiex tisma’ akkużi kontra, jew proċedimenti oħra dwar, tifel jew
żagħżugħ skond dan l-Att u sabiex teżerċita kull ġurisdizzjoni oħra
mogħtija lill-qrati tal-minorenni b’dan jew taħt dan l-Att jew b’xi
jew taħt xi Att ieħor, sew jekk qabel kif ukoll wara l-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att.
(2) Bla ħsara għas-subartikolu  (1) ta’ dan l-artikolu, il-Qorti
tal-Minorenni titqies li hi Qorti tal-Maġistrati u jkollha l-istess
ġurisdizzjoni dwar is-smigħ ta’ akkużi u dwar proċedimenti oħra li
għandhom x’jaqsmu ma’ tfal jew żgħażagħ li l-Qorti tal-Magistrati,
bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali u bħala qorti ta’ inkjesta, kien
ikollha, kieku ma kinux għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Kap. 9.
liġi oħra li japplikaw għall-Qorti tal-Maġistrati għandhom, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, japplikaw għall-Qorti
tal-Minorenni.
(4) Deċiżjonijiet u digrieti interlokutorji tal-Qorti tal-
Minorenni jkunu suġġetti għal appell bl-istess mod u fl-istess
żmien bħal deċiżjonijiet u digrieti interlokutorji tal-Qorti tal-
Maġistrati bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali:
Kap. 285. 
Iżda ma jkun hemm ebda appell minn deċiżjoni tal-Qorti
tal-Minorenni taħt is-subartikolu (4) ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar
Tfal u Żgħażagħ (Ordnijiet għall-Ħarsien).
*Ara Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 380 tal-25 ta’ Lulju, 1980.
 2      KAP. 287.ħ      QORTITAL-MINORENNI
Kostituzzjoni tal-
Qorti tal-
Minorenni. 
Sostitwit: 
XI. 1985.2. 
4. (1) Il-Qorti tal-Minorenni hija magħmula minn maġistrat. 
(2) Fil-proċedimenti quddiemha, il-Qorti tal-Minorenni tkun
assistita minn żewġ persuni, li waħda minnhom tkun mara,
maħturin taħt dan l-artikolu, li l-qorti tista’ tikkonsulta f’kull każ
għad-deċiżjoni tagħha.
(3) Dik il-konsultazzjoni għandha ssir fil-qorti bil-miftuħ, u l-
qorti ma tkunx marbuta li toqgħod għall-fehma ta’ l-assistenti. 
(4) Iż-żewġ assistenti jkunu maħturin mill-President, li jaġixxi
fuq il-parir tal-Prim Ministru, minn fost persuni li fil-fehma tal-
Prim Ministru jkollhom esperjenza minn qabel u kwalifiki speċjali
biex jittrattaw il-problemi ta’ minorenni.
(5) Il-President jista’, f’kull żmien, jaħtar iktar minn żewġ
persuni bħala assistenti tal-Qorti tal-Minorenni iżda tnejn biss minn
dawn jistgħu jassistu lill-qorti f’kull każ wieħed.
(6) Il-kariga ta’ assistent tal-Qorti tal-Minorenni tkun vakanti - 
(a) meta jgħaddu ħames snin mid-data tal-ħatra tiegħu jew
qabel kif jista’ jiġi speċifikat fl-ittra tal-ħatra tiegħu;
jew
(b) jekk jitneħħa mill-kariga bl-istess mod u għall-istess
raġunijiet kif maġistrat jitneħħa mill-kariga tiegħu. 
(7) Persuna maħtura bħala assistent tal-Qorti tal-Minorenni
għandha, mal-bidu ta’ l-ewwel seduta tal-qorti wara li tkun ħadet il-
ħatra tagħha, tieħu ġurament fil-qorti bil-miftuħ li taqdi l-
funzjonijiet tagħha bl-onestà u b’imparzjalità u skond dan l-Att.
(8) L-assistenti tal-Qorti tal-Minorenni jistgħu jastjenu jew
jiġu rikużati għall-istess raġunijiet u fuq l-istess bażi kif, skond il-
liġi, maġistrat jista’ jastjeni jew jista’ jiġi rikużat. Kull kwistjoni
dwar xi każ ta’ astensjoni jew rikuża għandha tkun deċiża mill-
maġistrat.
Seduti tal-Qorti tal-
Minorenni. 
Emendat: 
XI. 1985.3. 
5. (1) Il-Qorti tal-Minorenni għandha żżomm seduti f’Malta
u f’Għawdex kull tant żmien kif ikun meħtieġ biex tmexxi x-xogħol
tagħha bil-ħeffa, u tista’ wkoll iżżomm seduti nhar ta’ Sibt. Il-jum
u l-ħin ta’ kull seduta jiġu stabbiliti mill-qorti.
(2) Il-Ministru għandu, b’avviż fil-Gazzetta, jistabbilixxi l-post
jew il-postijiet fejn il-Qorti tal-Minorenni għandha żżomm is-
seduti f’Malta u f’Għawdex.
Kompetenza tal-
Qorti tal-
Minorenni. 
Emendat: 
XI. 1985.4; 
VIII. 1990.3.
6. (1) Meta waqt xi proċedimenti quddiem il-Qorti tal-
Minorenni dik il-qorti jkun jidhrilha li l-persuna akkużata jew li
dwarha jkunu qed isiru proċedimenti laħqet l-età ta’ sittax-il sena,
l-imsemmija qorti tista’, jekk jidhrilha li ma jkunx opportun li
taġġorna l-każ u tirriferih lill-Qorti tal-Maġistrati kompetenti,
tgħaddi biex tisma’ u tiddeċiedi l-każ; jekk, iżda, l-Qorti tal-
Minorenni jidhrilha xort’oħra, għandha taġġorna l-każ u tirreferih
lill-Qorti kompetenti tal-Maġistrati li għandha tieħu konjizzjoni
tal-każ bħallikieku l-proċedimenti kienu nbdew quddiem l-
imsemmija Qorti tal-Maġistrati.
QORTITAL-MINORENNI ġKAP. 287.    3
(2) Meta waqt xi proċedimenti quddiem Qorti tal-Maġistrati
dik il-qorti jidhrilha li l-persuna akkużata jew li dwarha jkunu qed
isiru proċedimenti tkun taħt l-età ta’ sittax-il sena, l-imsemmija
qorti għandha taġġorna l-każ u tirriferih lill-Qorti tal-Minorenni li
għandha tgħaddi biex tisma’ u tiddeċiedi l-każ daqslikieku l-
proċedimenti jkunu nbdew quddiem l-imsemmija Qorti tal-
Minorenni.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, u
tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu, il-Qorti tal-Minorenni ma
tkunx kompetenti li tisma’ akkużi kontra, jew proċedimenti oħra
dwar, tifel jew żagħżugħ li jkun akkużat flimkien ma’ xi persuna
oħra li ma’ tkunx tifel jew żagħżugħ.
Esklużjoni tal-
pubbliku waqt 
seduti.
Emendat: 
XI. 1985.5. 
7. Ebda persuna oħra ħlief l-uffiċjali tal-Qorti tal-Minorenni
u tal-prosekuzzjoni, il-partijet fil-kawża u d-difensuri tagħhom jew
membri oħra tal-professjoni legali, rappreżentanti tal-Ministeru
responsabbli għall-Għajnuna Soċjali, ix-xhieda jew persuni oħra li
jkollhom x’jaqsmu direttament mal-każ, il-ġenituri jew qarib ieħor
jew il-kustodju tat-tifel jew żagħżugħ akkużat jew li jkollu
x’jaqsam fil-proċedimenti, u rappreżentanti bona fide tal-gazzetti,
ma għandha, ħlief bil-permess tal-Qorti tal-Minorenni, tkun
preżenti waqt seduta ta’ dik il-qorti jew f’xi post ieħor ma’ ġenb il-
kamra fejn ikun qed jinstema’ l-każ jew ikunu qed isiru l-
proċedimenti.
Restrizzjonijiet 
dwar rapporti ta’ 
proċedimenti fil-
Qorti tal-
Minorenni. 
8. (1) Bla ħsara għal kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, u bla
ħsara għal kif provdut hawnhekk iżjed ’il quddiem, ebda rapport
f’gazzetta jew xandir bis-smigħ jew bit-televiżjoni dwar xi
proċedimenti fil-Qorti tal-Minorenni ma għandu jikxef l-isem, l-
indirizz jew l-iskola, jew ikun fih xi partikolaritajiet li jistgħu
jwasslu għall-identifikazzjoni, ta’ xi tifel jew żagħżugħ li jkollu
x’jaqsam ma’ dawk il-proċedimenti, jew bħala l-persuna li kontra
tagħha jew li dwarha jkunu qed isiru l-proċedimenti jew bħala li
tkun xhud fihom, u lanqas ma għandu jiġi ppubblikat f’xi gazzetta
jew fuq it-televiżjoni xi ritratt bħala li jkun ritratt jew li jinkludi
ritratt ta’ xi tifel jew żagħżugħ li jkollu hekk x’jaqsam f’xi
proċedimenti kif intqal qabel:
Iżda l-Qorti tal-Minorenni jew il-Ministru jista’ f’kull każ,
jekk ikun sodisfatt li jkun xieraq li hekk jagħmel sabiex tiġi evitata
inġustizzja għat-tifel jew żagħżugħ, b’ordni jneħħi l-ħtiġijiet ta’
dan is-subartikolu dwar dak it-tifel jew żagħżugħ sa dak il-limitu li
jista’ jiġi speċifikat fl-ordni.
Kap. 9.
(2) Kull persuna li tippubblika jew ixxandar xi ħaġa bi ksur tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ disprezz ta’ l-
awtorità tal-Qorti tal-Minorenni u tista’ teħel ammenda jew multa
jew detenzjoni skond il-Kodiċi Kriminali, barra minn kull piena
oħra li għaliha jista’ jkun suġġett il-ħati skond il-liġi, kemm-il
darba bil-pubblikazzjoni jew bix-xandir jirriżulta reat ieħor:
Iżda għal dan ir-reat l-ieħor l-azzjoni kriminali titmexxa
separatament skond il-liġi.
(3) Bla ħsara għas-setgħat tal-Qorti tal-Minorenni mogħtija
lilha bis-subartikoli (2) u (3) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, jekk il-
 4      KAP. 287.ħ      QORTITAL-MINORENNI
Pulizija ssir taf bil-pubblikazzjoni jew bix-xandir ta’ xi ħaġa bi
ksur tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, din għandha minnufih
tgħarraf lill-Qorti tal-Minorenni u għandha tesegwixxi dawk id-
direttivi li tagħti l-Qorti tal-Minorenni, verbalment jew bil-miktub,
biex jittieħdu proċedimenti quddiem l-imsemmija qorti kontra min
ikun għamel ir-reat, b’ċitazzjoni jew b’arrest.
Il-qorti tista’ tisma’ 
xiehda bil-bibien 
magħluqin. 
9. (1) Meta, f’xi proċedimenti quddiem xi qorti ta’ ġustizzja
kriminali dwar reat kontra, jew xi mġieba kontra d-diċenza jew il-
moralità, tifel jew żagħżugħ jissejjaħ bħala xhud, il-qorti tista’
tordna li kull persuna, barra mill-persuni msemmija fl-artikolu 7 ta’
dan l-Att, tintbagħat barra mill-awla sakemm tkun qed tittieħed ix-
xiehda ta’ dak ix-xhud.
(2) Is-setgħat mogħtija lil qorti b’dan l-artikolu jkunu b’żieda
ma’, u mingħajr preġudizzju għal, kull setgħa oħra tal-qorti li
żżomm seduti bil-magħluq.
It-tfal ma jistgħux 
ikunu preżenti fil-
qorti. 
10. Ebda tifel jew żagħżugħ li ma jkunx ma’ wieħed mill-
ġenituri tiegħu jew ma’ qarib ieħor jew mal-kustodju tiegħu ma
jista’ jkun preżenti f’xi qorti ta’ ġustizzja kriminali waqt il-proċess
ta’ xi persuna akkużata b’reat jew waqt xi proċedimenti preliminari
għal dak il-proċess; u kull tifel jew żagħżugħ li jkun preżenti fil-
qorti u ma jkunx akkompanjat kif intqal qabel għandu jiġi ordnat
mill-qorti li jintbagħat ’l barra mill-awla kemm-il darba ma jkunx
il-persuna akkużata bir-reat, jew sakemm il-preżenza tiegħu ma
tkunx meħtieġa bħala xhud jew xort’oħra għall-finijiet tal-
ġustizzja.
Disposizzjonijiet li 
japplikaw għal 
qrati ta’ ġustizzja 
kriminali.
11. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull qorti ta’ ġustizzja
kriminali meta l-persuna jew waħda mill-persuni akkużati, jew
meta l-appellant jew l-appellat jew wieħed mill-appellanti jew
wieħed mill-appellati, ikun tifel jew żagħżugħ.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal proċedimenti quddiem kull qorti
ta’ ġustizzja kriminali.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Sostitwit:
XI.1985.6.
12. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi r-
rimunerazzjoni li għandha titħallas lill-assistenti tal-Qorti tal-
Minorenni.
