KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI ġ K AP. 288.    1
KAPITOLU 288
ATT DWAR IL-KONTROLL TAL-PREZZIJIET 
TAL-BINI 
Biex jipprovdi għall-kontroll tal-prezzijiet fil-kostruzzjoni tal-bini u
sabiex jitwaqqaf Tribunal għall-Kontroll ta’ Prezzijiet tal-Bini.
25 ta’ Lulju, 1980
L-ATT XXVI ta’ l-1980, kif emendat bl-Atti: VI ta’ l-1985, VIII ta’ l-
1990, XXIV ta’ l-1995 u VI ta’ l-2001.
Titolu fil-qosor. 
Prezzijiet tal-Bini.
Tifsir.
Sostitwit: 
VI. 1985.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"bini" tinkludi kull struttura tal-ġebla, brick jew struttura oħra
tal-konkrit u kull struttura magħmula minn xi materjal ieħor, jew
taħlita ta’ wħud mill-imsemmi materjal, ikun x’ikun l-għan li
għalih tkun maħsuba dik l-istruttura;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għax-xogħlijiet, u,
sal-limitu ta’ kull funzjonijiet delegati, tinkludi kull uffiċjal
pubbliku li jaġixxi taħt l-awtorità  tal-Ministru;
"prezz" tfisser il-prezz stabbilit taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 3 ta’ dan l-Att u tinkludi kull rimunerazzjoni jew kumpens
ieħor u kull obbligazzjoni hekk stabbilita għal jew dwar xi xogħol,
servizz jew materjal imsemmi fil-prezz;
"reġistrat" tfisser reġistrat taħt l-artikolu 6; 
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tat-Tribunal;
"Tribunal" tfisser it-Tribunal imwaqqaf bl-artikolu 9.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
3. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jistabbilixxu l-
prezz li jista’ jintalab għal kull xogħol magħmul jew kull materjal
użat fil-kostruzzjoni, servizz, dekorazzjoni jew tlestija ta’ bini jew
xort’oħra dwar dawn il-ħwejjeġ u, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak
li ntqal qabel, jista’ - 
(a) jistabbilixxi dak il-prezz skond il-kwalità  tax-xogħol u
l-materjal użat;
(b) jistabbilixxi l-prezz għax-xogħol u għall-materjal jew
bħala prezz wieħed jew separatament;
(ċ) jistabbilixxi l-prezz għal kull xogħol jew servizz li hu
anċillari għal xi wieħed mix-xogħlijiet imsemmija
qabel.
Effetti meta jiġi 
stabbilit prezz. 
4. (1) Meta jkun hemm fis-seħħ prezz stabbilit mill-Ministru
taħt dan l-Att dwar xi xogħol jew materjal, ebda persuna ma tkun
tista’ titlob jew tirċievi, dwar xi xogħol hekk magħmul jew materjal
hekk provdut matul is-seħħ ta’ l-imsemmi prezz, prezz li jkun ogħla
  2      KAP. 288. ħ        KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI
mill-imsemmi prezz.
(2) Meta l-prezz mitlub jew riċevut għal xi xogħol magħmul
jew materjal provdut dwar bini jkun prezz li jkopri kemm xogħol
jew materjal li dwaru prezz stabbilit mill-Ministru taħt dan l-Att
ikun fis-seħħ kif ukoll xogħol jew materjal li dwaru ma jkun hemm
ebda prezz bħal dak fis-seħħ, id-differenza bejn il-prezz mitlub jew
riċevut u l-prezz tas-suq tax-xogħol u l-materjal li dwaru ma jkun
hemm fis-seħħ ebda prezz stabbilit kif intqal qabel għandha, għall-
finijiet kollha ta’ din il-liġi, titqies li hi l-prezz mitlub jew riċevut
għax-xogħlijiet jew materjal li dwaru jkun fis-seħħ prezz stabbilit
taħt dan l-Att kif intqal qabel.
Reati u pieni.  5. Persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 4 tkun ħatja ta’ reat u teħel, għal kull reat - 
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn mitt lira jew daqs l-ammont li jkun tħallas iżjed
mill-prezz stabbilit mill-Ministru, skond liema
minnhom tkun l-akbar;
(b) meta persuna tinsab ħatja t-tieni darba jew wara, multa
ta’ mhux inqas minn mitejn lira jew daqs id-doppju ta’
l-ammont imħallas iżjed mill-prezz stabbilit mill-
Ministru, skond liema minnhom tkun l-akbar, u l-qorti
għandha wkoll tordna t-tħassir tar-reġistrazzjoni taħt l-
artikolu 6 ta’ dan l-Att ta’ min jagħmel ir-reat, u tista’
wkoll tordna li min jagħmel ir-reat ikun skwalifikat
milli jkun hekk reġistrat għal dak il-perijodu li l-qorti
tista’ tispeċifika fis-sentenza.
Reġistrazzjoni ta’ 
persuni li jaħdmu 
fl-industrja tal-
bini.
Emendat: 
VI. 1985.3.
6. (1) Ebda persuna ma tista’ tikkuntratta dwar xi xogħol jew
tipprovdi xi materjal li dwaru hemm stabbilit prezz b’dan l-Att jew
taħtu, kemm-il darba dik il-persuna ma tkunx reġistrata taħt dan l-
Att bħala persuna awtorizzata li tagħmel dak ix-xogħol jew li
tipprovdi dak il-materjal.
(2) Kull persuna li tkun trid li tiġi reġistrata taħt dan l-Att
għandha tiġi hekk reġistrata mill-Ministru, fuq applikazzjoni li ssir
fuq il-formula xierqa u li jkun fiha - 
(a) l-isem u l-kunjom, l-età , l-indirizz, ix-xogħol, is-
sengħa, il-kummerċ, u n-negozju jew il-professjoni ta’
l-applikant;
(b) l-isem tal-bankier tiegħu;
(ċ) ix-xorta tax-xogħol jew il-materjal li dwaru tkun qed
issir applikazzjoni għal reġistrazzjoni; u
(d) dawk il-partikolaritajiet l-oħra jew dak it-tagħrif l-
ieħor li jista’ jiġi mitlub fil-formula ta’ l-
applikazzjoni. 
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(b) u ta’ l-
artikolu 7(b), il-Ministru għandu jieħu ħsieb li isem l-applikant
jitniżżel fir-reġistru miżmum għal hekk u għandu jieħu ħsieb li l-
persuna hekk reġistrata jinħarġilha Karta ta’ Reġistrazzjoni li turi l-
isem u l-indirizz tal-persuna reġistrata u x-xogħol li jista’ jsir
KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI ġ K AP. 288.    3
minnha jew il-materjal li tista’ tipprovdi.
(4) Ir-reġistrazzjoni ta’ persuna taħt dan l-artikolu tista’
titħassar:
(a) b’ordni tal-qorti taħt l-artikolu 5 jew 7; jew
(b) jekk il-Ministru jkun sodisfatt li l-persuna reġistrata
ma tkunx aktar qed tagħmel ix-xogħol jew tipprovdi l-
materjal li għalih tkun ġiet reġistrata.
(5) Ebda persuna ma tkun tista’ tikkuntratta dwar xi xogħol jew
tipprovdi xi materjal li dwaru prezz jista’ jiġi stabbilit mill-
Ministru taħt dan l-Att, sew jekk dak il-prezz ikun ġie stabbilit sew
jekk le, kemm-il darba, qabel ma jkun beda x-xogħol jew ipprovda
dak il-materjal, ma jkunx ta lill-persuna li tqabbad dak ix-xogħol
jew li takkwista l-materjal, lista dettaljata bil-miktub, jew fattura, li
tispeċifika l-prezz ta’ kull partita li tirriferi għax-xogħol jew għall-
bejgħ.
Reati u pieni. 
Emendat: 
VI. 1985.4. 
7. Persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) jew ta’ l-artikolu 6(5) tkun ħatja ta’ reat u teħel,
għal kull reat - 
(a) meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas
minn għoxrin lira;
(b) meta tinsab ħatja t-tieni darba jew wara, multa ta’
mhux inqas minn ħamsin lira u l-qorti għandha wkoll
tordna t-tħassir tar-reġistrazzjoni taħt l-artikolu 6 ta’
dan l-Att ta’ min jagħmel ir-reat u tista’ wkoll tordna li
min jagħmel ir-reat ikun skwalifikat milli jiġi reġistrat
għal dak iż-żmien, li ma jkunx iżjed minn sentejn kif
jista’ jkun speċifikat fis-sentenza.
Azzjoni biex 
eċċess jittieħed 
lura tkun preskritta 
wara sentejn.
Sostitwit: 
VI. 1985.5. 
8. (1) Meta xi persuna tkun ħallset xi prezz li jkun iżjed mill-
prezz stabbilit taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dik il-persuna
jew kull persuna oħra li jkollha interess leġittimu jkollha jedd li
tieħu lura dak li jkun tħallas żejjed.
(2) L-azzjoni biex jintalab lura dak iż-żejjed tkun preskritta
meta jgħaddu sentejn mid-data ta’ l-aħħar ħlas.
Tribunal għall-
Kontroll ta’ 
Prezzijiet tal-Bini.
Sostitwit: 
VI. 1985.5.
Kap. 12.
9. (1) Għandu jkun hemm tribunal li jkun magħruf bħala t-
Tribunal għall-Kontroll ta’ Prezzijiet tal-Bini, li jkollu
ġurisdizzjoni li jiddeċiedi talbiet u kwistjonijiet oħra dwar kull
ħaġa li tolqot il-prezz li għandu jitħallas u kull ħlas lura li jkollu
jsir, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Sabiex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-artikolu, it-
Tribunal ikollu, skond il-każ, is-setgħat kollha li bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma mogħtija lill-Qorti Ċivili,
Prim’Awla.
Twaqqif tat-
Tribunal.
Emendat: 
VI. 1985.6;
XXIV. 1995.362;
VI. 2001.16. 
10. (1) It-Tribunal għandu jkun magħmul minn -
(a) chairman li jkun imħallef irtirat jew maġistrat irtirat
jew persuna li tkun eżerċitat bħala avukat f’Malta għal
perjodu jew perjodi li jammontaw, b’kollox, għal
  4      KAP. 288. ħ        KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI
mhux inqas minn seba’ snin; u
(b) żewġ membri maħtura, wieħed minn fost persuni li
jkollhom il-warrant ta’ Arkitett u Inġinier Ċivili u
ieħor minn fost kuntratturi fl-industrja tal-bini.
(2) Iċ-chairman u l-membri l-oħra tat-Tribunal għandhom
jinħatru mill-President ta’ Malta li jaġixxi skond il-parir tal-Prim
Ministru:
Iżda l-President ta’ Malta jista’ f’kull żmien jaħtar iktar
minn chairman wieħed u iktar minn żewġ membri oħra tat-
Tribunal, iżda chairman wieħed biss u żewġ membri biss minn
dawk il-membri għandhom joqogħdu fuq it-Tribunal dwar każ
wieħed.
(3) Iċ-chairman u l-membri ma għandhomx jibdew iwettqu d-
dmirijiet tal-kariga tagħhom qabel ma jieħdu u jiffirmaw ġurament
quddiem l-Avukat Ġenerali li jaqdu l-funzjonijiet tagħhom taħt dan
l-Att b’imparzjalità  u skond il-liġi. 
(4) Iċ-chairman u l-membri tat-Tribunal għandhom jibqgħu
fil-kariga għal perjodu ta’ sentejn u ma jistgħux jitneħħew mill-
kariga tagħhom ħlief għar-raġunijiet u bil-mod kif imħallef jew
maġistrat jistgħu jitneħħew mill-kariga, lanqas ma għandha r-
rimunerazzjoni tagħhom tinbidel bi żvantaġġ għalihom filwaqt li
jkunu għadhom fil-kariga.
Kap. 12.  (5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 735 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili dwar kif imħallfin jastjenu jew
jiġu rikużati għandhom japplikaw għal astensjoni u rikuża taċ-
chairman u tal-membri tat-Tribunal. Kull kwistjoni dwar xi raġuni
għal astensjoni jew rikuża għandha tiġi deċiża miċ-chairman tat-
Tribunal.
Kap. 12. 
(6) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja għandu jaħtar
uffiċjal pubbliku biex ikun Segretarju tat-Tribunal, u jista’ jqabbad
ukoll uffiċjali pubbliċi oħra biex jgħinu lis-Segretarju fil-qadi ta’
dmirijietu. Is-Segretarju tat-Tribunal ikollu mutatis mutandis dawk
is-setgħat u d-dmirijiet li bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili huma vestiti fir-Reġistratur tal-Qrati.
Proċedimenti. 
Sostitwit: 
VI. 1985.7.
11. (1) Il-proċedimenti quddiem it-Tribunal għandhom
jinbdew b’rikors.
Ir-rikors għandu jkun fih - 
(a) tifsira ċara u sewwa ta’ l-oġġett u r-raġuni tat-talba, 
(b) it-talba jew it-talbiet, u dak kollu meħtieġ bil-liġi dwar
atti bil-miktub.
(2) It-Tribunal jista’ f’kull żmien jagħti permess li ssir xi
emenda fir-rikors sabiex dan ikun iktar ċar.
Kap. 12. 
(3) Ir-rikors għandu jkun notifikat lill-parti l-oħra skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
u dik il-parti għandha tippreżenta r-risposta tagħha bil-miktub fi
żmien sitt ijiem tax-xogħol mill-jum tan-notifika.
KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI ġ K AP. 288.    5
Kap. 12. 
(4) Meta ż-żmien għall-preżentata tar-risposta jagħlaq it-
Tribunal għandu jistabbilixxi data għas-smigħ tal-kawża u s-
Segretarju għandu jieħu ħsieb li lista tal-kawżi li s-smigħ tagħhom
għandu jsir f’seduta partikolari tat-Tribunal tiġi mwaħħla fid-daħla
tal-kamra tat-Tribunal, u għandu wkoll jara li l-partijiet ikunu
notifikati, skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni
u Proċedura Ċivili, b’avviż tal-jum stabbilit għas-smigħ mill-anqas
jumejn tax-xogħol qabel il-jum hekk stabbilit; l-artikolu 194(2) u
(3) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom
japplikaw għal dik il-lista.
(5) Jekk il-parti tippreżenta risposta fejn tammetti t-talba li
jkun hemm fir-rikors, it-Tribunal jista’ jilqa’ r-rikors in camera.
(6) Jekk matul is-smigħ, it-Tribunal isib li r-rikors huwa
vessatorju, it-Tribunal jista’ jordna lill-parti li tagħmel dan ir-rikors
li tħallas lill-parti l-oħra penali ta’ mhux iżjed minn għoxrin lira.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), id-
deċiżjonijiet tat-Tribunal jittieħdu b’maġġoranza tal-voti, u
għandhom jingħataw miċ-chairman fil-qorti bil-miftuħ, sew jekk
fil-preżenza jew fin-nuqqas tal-membri l-oħra tat-Tribunal:
Iżda kull punt ta’ liġi jkun deċiż miċ-chairman waħdu.
(8) L-ispejjeż tal-proċedimenti jitħallsu mill-partijiet jew minn
uħud minnhom skond kif jordna t-Tribunal.
Kap. 12. 
(9) It-Tribunal ikollu s-setgħat li jeżegwixxi d-deċiżjonijiet
tiegħu bil-mod preskritt fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
(10) Kull mandat jew ordni maħruġ mit-Tribunal ikun iffirmat
miċ-chairman u ċċertifikat mis-Segretarju tat-Tribunal.
(11) Ir-Reġistru tal-Qrati Superjuri f’Malta jew ir-Reġistru tal-
Qrati tal-Maġistrati f’Għawdex, skond il-każ, ikunu r-Reġistru tat-
Tribunal u l-proċessi tat-Tribunal għandhom jiġu depożitati
hemmhekk.
Seduti. 
Sostitwit:
VI. 1985.7. 
12. (1) It-Tribunal għandu jżomm is-seduti tiegħu, skond kif
jistabbilixxi ċ-chairman, f’dawk il-jiem u f’dak il-ħin kif il-Qorti
tal-Maġistrati żżomm is-seduti tagħha.
(2) Is-seduti tat-Tribunal għandhom jinżammu fil-bini fejn il-
qrati ordinarji soltu jżommu s-seduti tagħhom kemm-il darba l-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja ma jordnax xort’oħra b’avviż
pubblikat fil-Gazzetta.
Appelli. 
Sostitwit: 
VI. 1985.7.
Emendat:
VI. 2001.16.
13. (1) Ma jkun hemm ebda appell minn deċiżjoni tat-
Tribunal ħlief fuq punt ta’ liġi deċiż mit-Tribunal.
(2) L-appell għandu jinġieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell
(Kompetenza Inferjuri) b’rikors li jsir fi żmien sitt ijiem tax-xogħol
mill-jum li fih tingħata s-sentenza tat-Tribunal.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli, li ma
jkunux inkonsistenti ma’ dan l-Att, li jirregolaw appelli lill-Qorti
ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-Att.
  6      KAP. 288. ħ        KONTROLLTAL-PREZZIJIETTAL-BINI
Drittijiet. 
Emendat: 
VI. 1985.8;
VI. 2001.16.
Kap. 12. 
14. Id-drittijiet li jitħallsu fir-Reġistru tat-Tribunal jew tal-
Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri) u lill-konsulenti legali
jkunu dawk preskritti għal proċedimenti quddiem il-Qorti Ċivili,
Prim’Awla, fit-Tariffi tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura
Ċivili.
Rimunerazzjoni ta’ 
membri. 
15. Għandha titħallas lill-membri tat-Tribunal, barra miċ-
chairman, dik ir-rimunerazzjoni li l-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja jista’ jistabbilixxi bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
Ġurisdizzjoni u 
limitazzjoni għal 
prosekuzzjoni. 
Sostitwit: 
VI. 1985.9. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
Kap. 9.
16. (1) Kull reat kontra dan l-Att għandu jinġieb quddiem il-
Qorti tal-Maġistrati skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali; kull sentenza ta’ dik il-qorti tista’ tkun appellata kif
provdut fl-artikolu 413 tal-Kodiċi Kriminali.
(2) Kull meta ċ-chairman tat-Tribunal ikollu raġuni jaħseb li
jkun sar reat kontra dan l-Att minn parti fil-proċedimenti quddiem
it-Tribunal, hu għandu ma’ dan jieħu ħsieb li r-reat li jkun hemm
suspett dwaru jkun rappurtat lill-Kummissarju tal-Pulizija.
(3) Proċedimenti dwar xi reat kontra dan l-Att jistgħu jinbdew
f’kull żmien sa sentejn mill-jum li fih ikun sar ir-reat.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti u 
ordnijiet mill-
Ministru tal-
ġustizzja.
17. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti li jippreskrivu jew ikunu dwar il-proċedura tat-
Tribunal, u kull ħaġ’oħra li tista’ tkun spedjenti biex dan l-Att
ikollu effett aħjar.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ wkoll, bi
ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jagħmel
regolamenti li jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar
kull reġistrazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 6.
