ĦSARATTAL-GWERRA ġKAP. 289.   1
KAPITOLU 289
ATT LI JĦASSAR L-ORDINANZA DWAR IL-
ĦSARAT TAL-GWERRA
Biex iħassar l-Ordinanza ta’ l-1943 dwar il-Ħsarat tal-Gwerra, u biex
jipprovdi għal ħwejjeġ li huma konsegwenzjali jew inċidentali għal dan
jew li huma konnessi miegħu.
(31 ta’ Ottubru, 1980)*
Sar liġi bl-ATT XXIX ta’ l-1980 u ġie emendat bl-Att XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
il-Ħsarat tal-Gwerra.
Tifsir.
xort’oħra -
"jum stabbilit"# tfisser il-jum hekk stabbilit mill-Ministru
b’avviż fil-Gazzetta, u jistgħu jiġu hekk stabbiliti jiem differenti
għal disposizzjonijiet differenti jew għal għanijiet differenti ta’ dan
l-Att;
"Kummissjoni" tffsser il-Kummissjoni għall-Ħsarat tal-Gwerra
mwaqqfa skond l-artikolu 3 ta’ l-Ordinanza;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja, li
jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi;
Ord. Nru. III ta’ l-
1943.
"Ordinanza" tfisser l-Ordinanza ta’ l-1943 dwar il-Ħsarat tal-
Gwerra;
"Segretarju" tfisser il-persuna li għal dak iż-żmien hi maħtura
taħt l-Ordinanza bħala Segretarju tal-Kummissjoni.
Depożiti biex 
jitħallsu talbiet li 
għadhom quddiem 
il-Kumissjoni.
3. (1 ) Kemm jista’ jkun malajr wara li jibda jseħħ dan l-Att,
is-Segretarju għandu, fil-kariga tiegħu bħala Segretarju, jiddepożita
fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili dawk is-somom ta’ flus li skond ir-
records tal-Kummissjoni u l-esperjenza tagħha ta’ l-imgħoddi
jkunu biżżejjed biex titħallas kull waħda mid-diversi talbiet li
jkunu għadhom pendenti quddiem il-Kummissjoni minnufih qabel
id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u li ma kinux preskritti f’dik
id-data.
(2) Dak id-depożitu għandu jsir b’ċedoli ta’ depożitu separati
għal kull waħda mill-imsemmija talbiet; u minkejja kull liġi oħra,
id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan is-subartikolu għandu jkollhom
effett dwar dawk iċ-ċedoli:
(a) meta min ikun għamel it-talba oriġinarjament, jew xi
wieħed minnhom, ikun mejjet jew ikun ittrasferixxa
jew xort’oħra ddispona mill-jeddijiet tiegħu taħt l-
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 602 tal-31 ta’ Ottubru, 1980.
#Il-jum stabbilit huwa l-15 ta’ Ġunju. 1981. Ara l-Avviż Legali 57 ta’ l-1981.
ĦSARATTAL-GWERRA ġKAP. 289.   3
tkunx ġiet imħassra;
(ii) dwar xi talba li jkollha x’taqsam ma’ xogħlijiet
li ma jkunux tlestew fid-data tal-preżentata taċ-
ċedola tad-depożitu relattiva, jeżerċita dawk il-
funzjonijiet u jinforza dawk il-ħtiġijiet li setgħu
jiġu eżerċitati jew setgħu jiġu nfurzati mill-
Kummissjoni li kieku l-Ordinanza kienet għadha
fis-seħħ u dwar kull talba, jiżgura li ebda ħlas
ma jsir li ma kienx ikun seta’ jsir skond il-liġi
mill-Kummissjoni kieku l-Ordinanza baqgħet
fis-seħħ; u
(iii) meta xi somma, kieku ma tħassritx l-Ordinanza,
kienet tkun dovuta lill-Kummissjoni minn xi
persuna li jkollha jedd għal xi parti tad-depożitu,
inaqqas dik is-somma minn kull flejjes li
jkollhom jitħallsu minn dak id-depożitu.
(3) Meta jagħlaq il-perijodu applikabbli għall-każ kif provdut
fis-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, kull bilanċ li jibqa’ ma
tħallasx, jew xort’oħra ma sar xejn minnu, minn kull somma
depożitata taħt dan l-artikolu, għandha tintilef favur il-Gvern u
għandha titħallas mir-Reġistratur tal-Qrati fil-Fond Konsolidat
skond direttivi mogħtija mill-Ministru permezz ta’ nota ppreżentata
fir-reġistru tal-qrati superjuri mill-Avukat Ġenerali jew f’ismu.
(4) Il-perijodi msemmija fis-subartikolu  (3) ta’ dan l-artikolu
huma:
(a) meta l-ħlas ikun dovut dwar xogħlijiet li jkunu tlestew
qabel il-jum stabbilit, sentejn wara dak il-jum;
(b) meta l-ħlas ikun dovut għal xogħlijiet li jkunu ma
tlestewx jew li ma jkunux inbdew qabel il-jum
stabbilit-
(i) sitt xhur wara l-jum stabbilit, jekk ix-xogħlijiet
ma jinbdewx u ma jitkomplewx b’ħeffa jew jekk
ikunu ġa nbdew ma jitkomplewx b’ħeffa qabel
ma jagħlaq dak il-perijodu;
(ii) sentejn mill-jum stabbilit, jekk ix-xogħlijiet
jinbdew u jitkomplew b’ħeffa jew hekk
jitkomplew kif intqal qabel:
Iżda jekk, wara li jkunu nbdew u tkomplew
jew tkomplew kif intqal qabel, ix-xogħlijiet ma
jitkomplewx jew ma jitkomplewx bid-diliġenza
xierqa, il-perijodu msemmi fis-subartikolu  (3)
ta’ dan l-artikolu jkun il-perijodu li jispiċċa fil-
jum ċertifikat bil-firma tal-Ministru bħala l-jum
li fih ix-xogħlijiet ma tkomplewx jew ma
tkomplewx b’diliġenza xierqa.
(5) Minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjonijiet ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu - 
(a) jekk meta jgħaddu sentejn wara l-jum stabbilit kien
ikun dovut ħlas kieku ma kienx hemm id-
disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu  (ii) tal-paragrafu
