KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA ġ KAP. 291.    1
KAPITOLU 291
ATT DWAR IL-KUMMISSARJI 
GĦALL-ĠUSTIZZJA 
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ sistema għad-dipenalizzazzjoni u għas-
smigħ ta’ każijiet żgħar.
15 ta’ Ġunju, 1981
L-ATT XIX ta’ l-1981, kif emendat bl-Atti XXIII ta’ l-1981, I ta’ l-1982,
XIII ta’ l-1983, I ta’ l-1985, XVII ta’ l-1989, VIII ta’ l-1990 u XII ta’ l-
1990, bl-Avviż Legali 107 ta’ l-1996; bl-Att XXI ta’ l-1999; bl-Avviżi
Legali 254 ta’ l-2000, 295 ta’ l-2001 u 138 u 316 ta’ l-2002; bl-Att XXXI
ta’ l-2002; u bl-Avviżi Legali 337 ta’ l-2003 u 36 ta’ l-2004.
Titolu fil-qosor. 
Kummissarji għall-Ġustizzja.
Tifsir.
Emendat: 
VIII. 1990.3;
XII. 1995.2;
XXXI. 2002.214.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtiegx
xort’oħra -
"awtorità" tfisser kull korp ġuridiku jew mhux ġuridiku, kif ukoll
kull assoċjazzjoni ta’ persuni, ikun x’ikun l-isem li bih tissejjaħ;
"Kummissarju" tfisser Kummissarju għall-Ġustizzja maħtur
skond l-artikolu 3;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja;
"Qorti tal-Maġistrati" tfisser il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew
il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), skond il-każ, bħala qorti ta’
ġudikatura kriminali;
"reat imniżżel fl-Iskeda" tfisser reat imniżżel fl-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Att;
"reat imniżżel fl-Iskeda speċifikat fl-akkuża" tfisser reat li għalih
tirreferi l-akkuża maħruġa mill-Pulizija Eżekuttiva jew mill-kunsill
lokali jew mill-awtorità skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5,
u tinkludi dawk l-infrazzjonijiet l-oħra b’żieda magħhom jew
minflokhom kif Kummissarju jista’, skond l-artikolu 5(5),
jawtorizza;
Kap. 354.
"Reġistru Elettorali" għandu jkollu l-istess tifsira kif mogħtija lilu
bl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.
Kummissarji għall-
Ġustizzja. 
Emendat: 
XXIII. 1981.2;
XII. 1995.3;
XXXI. 2002.215.
Kap. 363.
Kap. 363.
3. (1) Għandhom jinħatru Kummissarji għall-Ġustizzja li
separatament ikollhom il-funzjonijiet u s-setgħat mogħtija lilhom
b’dan l-Att, jew taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, jew b’xi Att ieħor,
inkluż il-funzjonijiet u s-setgħat - 
(a) li jikkunsidraw kull akkuża miġjuba quddiemhom
mill-Pulizija Eżekuttiva skond l-artikolu 5 jew mill-
kunsilli lokali taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, jew
minn xi awtorità oħra taħt xi Att ieħor;
(b) li jisimgħu xhieda bil-ġurament jew b’dikjarazzjoni u
li jeżaminaw dawk il-provi li jistgħu jinġiebu
 2      KAP. 291.ħ    KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA
quddiemhom;
(ċ) li jiddeċiedu jekk, fuq il-provi hekk miġjuba, ir-reat
imniżżel fl-Iskeda speċifikat fl-akkuża jkunx ġie
ppruvat li għamlitu l-persuna akkużata jew le;
(d) li jimponu dik il-penali skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 10(2), u
Kap. 9. 
b’mod ġenerali, sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħa
tagħhom, il-Kummissarji jkollhom, mutatis mutandis, dawk is-
setgħat kollha li huma, bid-disposizzjonijiet tat-Tieni Ktieb tal-
Kodiċi Kriminali, vestiti fil-Qorti tal-Maġistrati.
(2) Kull għemil jew nuqqas ma għandux, għall-finijiet ta’ dan
l-Att, jitqies li hu att kriminali minkejja d-disposizzjoni ta’ dik il-
liġi imniżżla fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, iżda minkejja dan
kollu għandu jitqies li jikkostitwixxi reat li għalih Kummissarju
jista’, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(2), jordna l-ħlas
tal-penali hemmhekk speċifikata.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11, il-Qorti
tal-Maġistrati ma jkollhiex ġurisdizzjoni dwar reati mniżżlin fl-
Iskeda:
Iżda l-Qorti tal-Maġistrati jkollha ġurisdizzjoni dwar kull
reat imniżżel fl-Iskeda li l-akkuża dwaru titressaq ma’ akkuża ta’ xi
reat ieħor li dwaru l-imsemmija qorti jkollha ġurisdizzjoni.
Ħatra ta’ 
Kummissarji. 
Emendat: 
XVII. 1989.2;
XII. 1995.4;
XXI.1999.43. 
4. (1) Il-Kummissarji jkunu maħtura mill-Prim Ministru minn
fost persuni ta’ kwalunkwe sess.
(2) Kummissarju jkun maħtur għal perijodu ta’ sentejn u
għandu jħalli l-kariga tiegħu malli jispiċċa l-perijodu tal-ħatra
tiegħu.
(3) Il-Kummissarji jkunu jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid.
(4) Matul il-kariga tagħhom il-Kummissarji ma jistgħux
jitneħħew ħlief bl-istess mod u għall-istess raġunijiet kif maġistrat
jista’ jitneħħa mill-kariga.
(5) Fl-eżerċizzju tal-funzjoni tiegħu Kummissarju ma jkunx
suġġett għad-direzzjoni jew il-kontroll ta’ xi persuna jew awtorità
oħra.
Kap. 9. (6) Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar l-astensjoni
u r-rikuża ta’ maġistrati għandhom japplikaw għall-astensjoni u
għar-rikuża ta’ Kummissarju.
(7) Meta Kummissarju jkun hemm oġġezzjoni għalih jew ikun
astjena milli joqgħod, jew ikun xort’oħra ma jistax jaġixxi,
Kummissarju ieħor għandu jiġi surrogat minfloku mill-Ministru.
(8) Imħassar: XXI.1991.43.
(9) Mal-ħatra tiegħu, il-Kummissarju jieħu ġurament biex
jeżamina u jiddeċiedi l-każijiet miġjuba quddiemu b’imparzjalità u
b’ekwità skond il-liġi. Il-ġurament għandu jittieħed quddiem l-
Avukat Ġenerali.
(10) Il-Kummissarju jista’ jżomm is-seduti tiegħu f’dawk il-
KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA ġ KAP. 291.    3
jiem u f’dawk il-ħinijiet kif il-Ministru jista’ jiddeċiedi u dawk is-
seduti jistgħu jsiru nhar ta’ Sibt u barra l-ħinijiet li soltu r-reġistri
tal-qrati jkunu magħluqin.
(11) Is-seduti għandhom isiru f’dak il-post jew dawk il-postijiet
indikati mill-Ministru bħala Tribunali Lokali.
(12) Il-mandati jew l-ordnijiet għandhom ikunu ffirmati minn
Kummissarju.
(13) Il-ġurament lix-xhieda jingħata minn Kummissarju.
(14) Il-Kummissarji għandhom jirċievu dik ir-rimunerazzjoni kif
il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja, bi ftehim mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ minn żmien għal żmien
jippreskrivi. Dik ir-rimunerazzjoni ma tistax tinbidel bi żvantaġġ
ta’ Kummissarju waqt il-perijodu tal-ħatra tiegħu.
Proċeduri quddiem 
Kummissarju. 
Emendat: 
I. 1982.2; 
XIII. 1983.4;
XII. 1995.5;
XXXI. 2002.216.
5. (1) Il-Pulizija Eżekuttiva, il-kunsill lokali jew awtorità oħra,
kif ikun il-każ, għandhom id-dmir li jiġbru xiehda u li jakkużaw
persuni quddiem Kummissarju dwar xi reat imniżżel fl-Iskeda li dwar
l-Kummissarju, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jista’ jeżerċita
l-funzjonijiet tiegħu.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14(4), il-Pulizija
Eżekuttiva, il-kunsill lokali jew awtorità oħra, kif ikun il-każ,
għandhom, permezz ta’ ordni bil-miktub, iħarrku il-persuna akkużata
b’reat imniżżel fl-Iskeda biex tidher quddiem Kummissjarju fil-
ġurnata u fil-ħin speċifikati fl-ordni msemmija.
(3) Fit-taħrika għandu jitniżżel tagħrif ċar fuq il-persuna
mħarrka u dikjarazzjoni qasira tal-fatti ta’ l-akkuża flimkien ma’
dak it-tagħrif dwar ħin u post kif ikun meħtieġ jew prattiku li
jingħata. Fit-taħrika għandha titniżżel ukoll twissija li fin-nuqqas li
tidher il-persuna hekk imħarrka hija għandha titqies li tkun
ammettiet l-akkuża.
(4) Fit-taħrika għandu jkun hemm formola li tindika l-pieni li
tista’ teħel il-persuna akkużata jekk tinstab li tkun għamlet ir-reat kif
ukoll il-penali massima addizzjonali li tista’ teħel skond dan l-Att, u l-
persuna akkużata tista’, sa tliet ijiem qabel is-smigħ, taċċetta l-akkuża
billi tħallas il-penali biss. F’dan il-każ dik il-persuna m’għandhiex
għalfejn tidher quddiem il-Kummissarju.
(5) Kummissarju jista’ f’kull stadju tal-proċeduri, jawtorizza li
tiżdied akkuża oħra dwar reat imniżżel fl-Iskeda jew li l-akkuża
mniżżla fit-taħrika tiġi sostitwita b’akkuża oħra dwar reat imniżżel
fl-Iskeda:
Iżda l-persuna akkużata tingħata żmien xieraq sabiex tħejji
d-difiża tagħha:
Iżda kull żieda jew sostituzzjoni tista’ ssir biss qabel il-
prosekuzzjoni tagħlaq il-każ tagħha.
 4      KAP. 291.ħ    KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA
Notifika ta’ atti 
ġudizzjarji. 
Miżjud:
I. 1982.3.
Emendat:
XII. 1995.6;
XXI.1999.43.
Sostitwit:
XXXI.2002.217.
Kap. 12.
6. (1) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti biex jirregola l-mod kif għandhom jiġu notifikati l-atti
ġudizzjarji taħt dan l-Att.
(2) Sakemm isiru dawn ir-regolamenti, d-disposizzjonijiet tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u ta’ xi regolamenti
magħmula taħtu għandhom jgħoddu għan-notifika ta’ atti ġudizzjarji
taħt dan l-Att.
Nuqqas ta’ persuna 
li tidher meta tkun 
imħarrka. 
Miżjud: 
I. 1982.3. 
Emendat: 
XIII. 1983.4.
Sostitwit:
XII. 1995.7.
Emendat:
XXXI. 2002.218.
Kap. 9.
7. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(4), jekk xi
persuna li tiġi notifikata kif imiss b’taħrika tonqos li tidher
personalment quddiem il-Kummissarju, hija għandha titqies bħala
li tkun ammettiet l-akkuża, u, minkejja kull ħaġa li tinsab fil-
Kodiċi Kriminali, il-Kummissarju għandu ma’ dan jgħaddi biex
jordna li jsir il-ħlas tal-piena u jagħti dawk l-ordnijiet oħra, skond
il-każ, kif provdut fl-artikolu 10(2) fin-nuqqas tal-persuna
akkużata.
Disposizzjonijiet 
tal-Kodiċi 
Kriminali 
japplikaw għal 
proċeduri quddiem 
Kummissarju. 
Emendat: 
XXIII. 1981.3;
VIII. 1990.3;
XII. 1995.8;
XXXI. 2002.219. 
Kap. 9.
8. Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar proċeduri
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati japplikaw mutatis mutandis għal
proċeduri quddiem Kummissarju u riferenza magħmula għal dik il-
qorti f’dak il-Kodiċi għandha, għall-għanijiet u finijiet kollha tal-
liġi, titqies li hi riferenza magħmula għal Kummissarju:
Iżda Kummissarju jista’ jipproċedi bis-smigħ ta’ l-akkuża
fin-nuqqas tal-persuna akkużata.
Reġistru tal-
Kummissarji. 
Emendat: 
VIII. 1990.3;
XII. 1995.9. 
9. Ir-Reġistru tal-Qrati tal-Maġistrati jkun ir-Reġistru tal-
Kummissarji u l-karti tal-Kummissarji jiġu depożitati hemmhekk.
Deċiżjonijiet tal-
Kummissarji. 
Emendat: 
XXIII. 1981.4;
XVII. 1989.3;
XII. 1995.10;
XXI.1999.43;
XXXI. 2002.221. 
10. (1) Meta Kummissarju jiddeċiedi li l-persuna akkużata ma
tkunx ħatja tar-reat imniżżel fl-Iskeda speċifikat fl-akkuża, il-
persuna li dwarha tapplika d-deċiżjoni ma tkunx suġġetta, dwar dak
ir-reat, għal proċeduri oħra wara quddiem Kummissarji jew
quddiem xi qorti.
(2) Meta Kummissarju jiddeċiedi li l-persuna akkużata tkun
ħatja tar-reat imniżżel fl-Iskeda speċifikat fl-akkuża, il-
Kummissarju għandu jiddikjara lil dik il-persuna ħatja ta’
infrazzjoni u jordna lil dik il-persuna biex tħallas penali f’ammont
li ma jkunx iżjed mill-ogħla ammont tal-multa (multa jew
ammenda) preskritta bil-liġi għar-reat u meta dik il-liġi tipprovdi
għas-sekwestru ta’ xi oġġett użat fl-għemil tar-reat, jew għar-
revoka jew għas-sospensjoni ta’ xi liċenza l-Kummissarju għandu
jordna dak is-sekwestru jew dik ir-revoka jew sospensjoni flimkien
mal-penali:
Iżda l-Kummissarju għandu, jekk jikkunsidra li d-difiża tal-
persuna hi frivola jew vessatorja, jew jekk il-persuna tonqos milli
tidher quddiemu u skond l-artikolu 7 dik il-persuna titqies li tkun
ammettiet l-akkuża, jew jekk din il-persna tidher quddiemu biss biex
tammetti l-akkuża, jordna lil dik il-persuna biex tħallas b’żieda mal-
penali dik il-penali oħra li ma tkunx aktar mill-massimu ta’ l-istess
KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA ġ KAP. 291.    5
penali mogħtija lilha jew ħamsin lira liema tkun l-inqas u li ma tkunx
inqas mill-penali minima ta’ għaxar liri stabbilita bil-proviso li jmiss
ta’ dan l-artikolu:
Iżda wkoll meta ma tiġi indikata ebda multa jew ammenda
minima, jew meta multa jew ammenda minima jew massima tiġi
stabbilita bil-liġi bħala anqas minn ħames liri, dik il-piena minima
jew massima għall-finijiet ta’ dan l-Att għandha tkun ta’ għaxar
liri.
(3) Meta Kummissarju jkun għamel ordni għall-ħlas ta’ dik il-
penali, ir-Reġistratur tat-Tribunal jew persuna oħra maħtura mill-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja, għandu jipproċedi, u fil-każijiet
fejn il-penali oriġinali li toħroġ mill-akkuża hi dovuta lil Kunsill
Lokali jew lil xi awtorità oħra skond xi Att, dak il-Kunsill Lokali jew
l-awtorità għandhom jipproċedu, għall-ġbir tal-penali malli ssir l-
ordni. Ir-reġistratur għandu minnufih jinforma lill-awtoritajiet xierqa
bil-miktub b’kull konfisika ta’ xi oġġett użat fl-għemil tar-reat, jew
għar-revoka jew is-sospensjoni ta’ xi liċenza ordnata mill-
Kummissarju u għandu jibgħat lill-awtorità kopja ċertifikata tad-
deċiżjoni tal-Kummissarju.
(4) Meta minħabba l-għemil tar-reat, xi awtorità pubblika,
inkluż kunsill lokali, tkun għamlet spejjeż biex tirrimedja l-
konsegwenzi ta’ l-imsemmi reat, il-Kummissarju jista’ wkoll
jordna l-ħlas lil dik l-awtorità ta’ somma li ma tkunx iktar minn elf
lira li tkun ipprovata għas-sodisfazzjon tiegħu li tkun intefqet minn
dik l-awtorità biex tirrimedja dawk il-konsegwenzi. Dak l-ammont
ikun bla ħsara għal kull azzjoni oħra quddiem xi qorti biex tinġabar
lura kull spiża li tkun iżjed mis-somma ordnata mill-Kummissarju,
u dak l-ammont ikun jista’ jinġabar minn dik l-awtorità bħala dejn
ċivili, likwidat u ċert.
Kap. 363.
Kap. 12.
(5) L-ammont tal-penali jkun dovut u għandu jitħallas lill-
Gvern, jew meta l-ammont tal-penali jkun dovut lil Kunsill Lokali
skond l-Att dwar Kunsilli Lokali, bħala dejn ċivili, likwidat u ċert,
u jista’ jiġi miġbur mir-Reġistratur tal-Qrati jew mill-Kunsill
Lokali, skond il-każ. L-ordni msemmija fis-subartikolu (2) għandha
tikkostitwixxi titolu eżekuttiv skond u għal finijiet tat-Titolu VII
tat-Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
(6) Id-dejn ċivili msemmi fis-subartikolu (5) ma jgħaddix fuq l-
eredi tal-persuna li tkun ordnata tħallas xi penali bħal dik.
Rikorsi lill-Qorti 
tal-Maġistrati. 
Emendat: 
XIII. 1983.4;
XVII. 1989.4;
III. 1990.3;
XII. 1995.11. 
Kap. 9.
11. (1) Kull persuna li tħossha aggravata bid-deċiżjoni ta’
Kummissarju tista’, fi żmien sitt ijiem tax-xogħol mill-jum li fih
tingħata dik id-deċiżjoni, tagħmel rikors lill-Qorti tal-Maġistrati
sabiex id-deċiżjoni tal-Kummissarju tiġi revokata jew mibdula, u l-
imsemmija qorti tkun minn dak il-ħin vestita b’ġurisdizzjoni li
tiddeċiedi dwar il-meriti tar-rikors.
(2) Sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha taħt dan l-artikolu, il-
Qorti tal-Maġistrati għandha tipproċedi skond id-disposizzjonijiet
tal-Kodiċi Kriminali:
Iżda d-deċiżjoni dwar il-meriti tar-rikors lill-Qorti tal-
Maġistrati ma tkunx suġġetta għal appell quddiem xi qorti oħra.
 6      KAP. 291.ħ    KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA
(3) Il-Qorti tal-Maġistrati tista’, jekk jidhrilha li r-rikors ikun
frivolu jew vessatorju, tordna lill-appellant iħallas penali ta’ mhux
iżjed minn ħamsin lira.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10(3), (5) u (6) għandhom
jgħoddu għal kull deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati li tikkonferma
jew tvarja deċiżjoni tal-Kummissarju, inkluż kull ordni magħmula
taħt is-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu.
Preskrizzjoni. 
Emendat:
XXXI. 2002.223.
12. (1) Kull azzjoni quddiem Kummissarju tkun suġġetta
għall-istess regoli ta’ preskrizzjoni li jistgħu minn żmien għal
żmien ikunu applikabbli għall-azzjoni kriminali li tittieħed dwar
reat imsemmi fl-Iskeda:
Iżda l-perjodu ta’ preskrizzjoni rigward atti quddiem
Kummissarju jkun sospiż mid-data li fiha jiġu notifikati u jibqa’ hekk
sospiż għal perjodu ta’ sitt xhur.
(2) Il-perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni kriminali dwar reat
imsemmi fl-Iskeda tkun sospiża bil-proċeduri quddiem il-
Kummissarju.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Sostitwit:
XII. 1995.12.
Emendat:
XXXI. 2002.224.
13. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti:
(a) li jkollhom x’jaqsmu mal-proċedura li għandha
titħares mill-Kummissarji;
(b) li jemendaw l-Iskeda billi jżidu magħha jew
inaqqsulha reati; iżda ma jista’ jiżdied ebda reat ma’ l-
Iskeda permezz ta’ regolamenti li jinħarġu bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu jekk il-piena għal dak ir-reat tkun
iktar mill-pieni stabbiliti għall-kontravenzjonijiet;
(ċ) li jistabbilixxu d-drittijiet li jistgħu jkunu dovuti skond
dan l-Att;
(d) li jistabilixxu kull formola li għandha tiġi wżata skond
dan l-Att;
(e) li jistabbilixxu l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti
fir-Reġistru tat-Tribunali Lokali;
(f) li jistabbilixxu u jiffissaw il-funzjonijiet tar-
Reġistratur u ta’ uffiċjali oħra tat-Tribunal Lokali;
(g) li jipprovdu għar-regoli ta’ notifika ta’ atti ġudizzjarji
skond dan l-Att;
(h) li jistabbilixxu regoli rigward il-mod kif jistgħu
jinġabru l-penali, l-konfiska ta’ oġġetti u t-tneħħija u
s-sospensjoni ta’ liċenzi skond dan l-Att; u
b’mod ġenerali dwar kull ħaġa li tista’ tiġi minnu stabbilita,
ordnata, diretta jew preskritta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att u kull ħaġa oħra li tista’ tkun spedjenti sabiex jingħata effett
aħjar lil dan l-Att.
Kap. 249.
(2) Mingħajr ebda preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 11 ta’ l-Att dwar l-Interpretazzjoni, kull emenda għall-
Iskeda magħmula b’regolamenti bis-saħħa tas-subartikolu ta’ qabel
dan ta’ dan l-artikolu ma għandhomx jibdew iseħħu ħlief wara li
jgħaddu tletin jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawk ir-
KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA ġ KAP. 291.    7
regolamenti fil-Gazzetta.
Proċedura speċjali 
f’ċerti liġijiet.
Miżjud:
XII. 1995.13.
Emendat:
XXI.1999.43;
XXXI. 2002.225.
14. (1) Minkejja kull liġi oħra li tipprovdi għall-proċediment
u l-piena għal reati, meta xi persuna tagħmel reat li taħt din il-liġi
jew taħt xi liġi oħra jkun ġie dikjarat bħala reat fl-iskeda,
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin taħt dan l-
artikolu.
(2) Kull uffiċjal tal-Pulizija u kull uffiċjal, awtorità jew
persuna oħra li skond xi liġi kif issemma’ qabel ikunu responsabbli
li jinfurzaw dik il-liġi, li fil-fehma tagħhom ikun sar xi reat bħal
dak, jistgħu jagħtu lil min jagħmel ir-reat avviż li jkun fih
deskrizzjoni ġenerali tar-reat, il-penali li għandha titħallas, il-post
fejn tista’ titħallas din il-penali, iż-żmien li fih jista’ jsir dan il-ħlas
u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħlas:
Iżda jekk tkun ġiet użata vettura bil-mutur, dgħajsa jew
oġġett ieħor biex isir ir-reat, dak l-avviż għandu jitqiegħed mal-
windscreen jew parti oħra ta’ din il-vettura bil-mutur, dgħajsa jew
oġġett ieħor:
Iżda wkoll meta ma jkunx prattikabbli li jingħata avviż, jew
li jiġi mwaħħal kif imsemmi qabel, l-avviż jista’ jiġi notifikat lil
min jikser il-liġi bl-istess mod bħal ma tista’ tiġi notifikata taħrika
skond l-artikolu 6.
(3) Meta jkun ingħata jew ġie mwaħħal xi avviż kif provdut fis-
subartikolu (2), il-persuna msemmija f’dak l-avviż tista’ tħallas fil-
post imsemmi f’dak l-avviż fiż-żmien indikat fl-avviż, li f’ebda każ
m’għandu jkun inqas minn sebat ijiem, penali dwar kull reat
imsemmi f’kull avviż bħal dak, kemm-il darba dik il-penali ma
tkunx iżjed mill-minimu stabbilit fil-liġi għal kull reat jew għaxar
liri skond liema tkun l-ogħla.
(4) (a) Meta l-penali imposta taħt is-subartikolu (3) ma
titħallasx fiż-żmien fuq imsemmi, jistgħu jittieħdu
proċedimenti ordinarji dwar ir-reat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi liġi oħra.
(b) Fil-proċedimenti quddiem Kummissarju ma jeħtieġ li
tingħata l-ebda notifika lil min għamel ir-reat ta’ xi
data li għaliha tiġi differita kawża li tħalliet għas-
smigħ jew li bdiet tinstama’ u min ikun għamel ir-reat
ikun responsabbli li jivverifika din id-data.
(5) Il-ħlas ta’ kull penali bħal dik għandu, għall-finijiet u effetti
kollha tal-liġi, jitqies bħala ammissjoni ta’ l-għemil tar-reat.
(6) Data jew informazzjoni oħra minn apparat elettroniku jew
apparat ieħor użat minn Uffiċjal tal-Pulizija jew xi uffiċjal,
awtorità jew persuna oħra li skond xi liġi kif imsemmi qabel tkun
responsabbli li tenforza dik il-liġi għandha titqies bħala prova tal-
kontenut tagħha kemm-il darba l-akkużat ma jippruvax xort’oħra.
(7) (a) Fejn ix-xiehda li għandha tingħata minn xi persuna
għandha x’taqsam mar-reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-
mutur, dgħajjes jew oġġetti oħra li jeħtieġu li jiġu
reġistrati skond xi liġi, dik ix-xdiehda tista’ tingħata p-
ermezz ta’ affidavit.
 8      KAP. 291.ħ    KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA
(b) Fejn ix-xiehda tingħata permezz ta’ ritratti, video-film
jew mezzi viżwali oħra, dik ix-xiehda għandha tkun
awtentikata mill-persuna li tkun ħadet dawk ir-ritratti,
video-film jew mezzi viżwali oħra.
(8) L-ebda proċedimenti quddiem Kummissarju m’għandhom
jiġu meqjusa li huma invalidi minħabba fin-nuqqas ta’ osservanza
ta’ xi formalitajiet jew proċeduri jekk kien hemm konformità
sostanzjali mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u xi regolamenti
magħmula taħtu u l-prinċipji tal-ġustizzja naturali ġew osservati.
(9) Il-Kummissarju għandu jisma’ u jiddeċiedi l-kawżi kollha
miġjuba quddiemu fl-ewwel ġurnata tas-smigħ u għandu biss f’każi
eċċezzjonali jaċċetta xi talba għall-aġġornament tas-smigħ.
Emendata: 
I. 1985.2; 
XVII. 1989.5;
XII. 1995.14;
A.L. 107 ta’ l-
1996;
A.L. 254 ta’ l-
2000;
A.L. 295 ta’ l-
2001;
A.L. 138 ta’ l-
2002;
A.L. 316 ta’ l-
2002;
A.L. 337 ta’ l-
2003;
A.L. 36 ta’ l-2004.
SKEDA
(Artikolu 2)
Reati, li jsiru infrazzjonijiet u jistgħu jinstemgħu minn 
Kummissarji, kontra dawn li ġejjin:
1. L-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Kap.65)
Artikolu 3, it-Tieni Skeda dwar Ipparkjar jew stennija jew waqfien
f’postijiet ipprojbiti.
2. Regolamenti ta’ l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur
Regolamenti 17, 18, 21, 24, 25, 28 sa 38, 41 sa 44, 47, 55, 59 sa 61,
65, 67 sa 103, 105 sa 110, 112, 114 sa 118, 123, 125, 126, 128 sa
131, 139(1), 139(2), 139(3), 144, 146, 147, 149 sa 151, 154, 156,
158, 162, 163, 170, 176, 178, 195, 197, 228, 229, 235, 237 u 242.
3. Il-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10)
Artikolu 38 (1) (a) (b) (ċ) (d) (i) (j) (k), 40(b), 49, 51 sa 60, 73, 77,
82, 86, 87, 89.
4. Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Kap. 449)
Il-paragrafu 2 tat-Taqsima VIII tar-Regolamenti dwar l-Iġjene ta’
l-Ikel.
*5. Regolamenti ta’ l-1969 dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-
Marki tal-Karreġġata
Regolament 2. 
6. Att dwar Żibel u Skart (Kap. 206) 
Artikoli 3, 4, 5, 8.
#7. Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327)
Artikolu 44(1)(b).
8. Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur
għar-Riskji ta’ Terzi Persuni (Kap. 104)
Artikolu 8 (1).
9. Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk (Kap. 315)
*Ara l-artikolu 3 ta’ l-Att I ta’ l-1985. (Disp. Trans.)
#Ara l-artikolu 6 ta’ l-Att XVII ta’ l-1989. (Disp. Trans.)
KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA ġ KAP. 291.    9
Artikolu 14.
10. Regolamenti ta’ l-2003 dwar l-Użu ta’ Seat  Belts fuq
Vetturi bil-Mutur 
(Avviż Legali 252 ta’ l-2003).
11. Regolamenti ta’ l-2000 dwar il-Kontroll tal-Klieb
Avviż Legali 242 ta’ l-2000.
12. Regolamenti ta’ l-2001 dwar Skemi ta’ Ipparkjar
Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali)
Avviż Legali 295 ta’ l-2001.
13. Regolamenti ta’ l-2002 dwar Attivitajiet li jinħtieġu
Permess mill-Kunsilli Lokali
Avviż Legali 119 ta’ l-2002.
14. Regolamenti ta’ l-2002 dwar Liċenzi mill-Kunsilli Lokali
għall-Ftuħ ta’ Wiċċ ta’ Triq
Avviż Legali 313 ta’ l-2002.
