LOTTERIJITAL-GVERN ġKAP. 292. 
KAPITOLU 292
ATT DWAR IL-LOTTERIJI TAL-GVERN 
Biex jipprovdi li jsiru lotteriji tal-Gvern.
(3 ta’ Lulju, 1981)*
Sar liġi bl-ATT XXIV ta’ l-1981, kif emendat bl-Atti: XXVI ta’ l-1986,
XXVII ta’ l-1988 u XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra -
"aġent" tfisser persuna maħtura mid-Direttur biex tmexxi l-bejgħ
ta’ biljetti barra minn Malta;
"bejjiegħ" tfisser persuna maħtura mid-Direttur biex tbiegħ
biljetti f’Malta;
"biljett" tfisser biljett li jieħu sehem f’lotterija li ssir taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"biljett rebbieħ" tfisser biljett li jkollu l-ittra u/jew in-numri li
jitilgħu f’lotterija partikolari;
"Dipartiment" tfisser id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku; 
"Direttur" tfisser id-Direttur tal-Lottu Pubbliku u tinkludi kull
persuna msemmija mill-Ministru biex taqdi kull funzjoni jew dmir
tad-Direttur;
"ġogatur" tfisser persuna li tixtri jew ikollha biljett;
"lotterija" tfisser kull twettiq wieħed ta’ xi proġett magħmul u
immexxi taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu għat-tqassim ta’ premjijiet
li jintrebħu bix-xorti minn ġogaturi li jieħdu sehem f’dak il-proġett;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"sena finanzjarja" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fil-
Kostituzzjoni.
Bidu ta’ lotterija 
tal-Gvern. 
3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, il-Ministru jista’
jawtorizza lid-Direttur biex jagħmel u jmexxi lotterija tal-Gvern
skond dawk id-direttivi li l-Ministru jidhirlu xierqa li jagħti għal
hekk u, bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, jista’
jawtorizza lid-Direttur biex jagħmel ix-xogħol kollu għat-tħejjija
kif id-Direttur jidhirlu meħtieġ biex jagħmel u jmexxi kull lotterija
bħal dik.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 367 tat-3 ta’ Lulju, 1981.
 2      KAP. 292.ħ      LOTTERIJITAL-GVERN
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti. 
Emendat: 
XXVI. 1986.2.
4. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħti effett lil
kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u b’mod partikolari,
u bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, dawk ir-
regolamenti jistgħu jippreskrivu:
(a) in-numru ta’ lotteriji li għandhom isiru f’kull sena u l-
jum, ħin u post tat-tlugħ ta’ kull lotterija tal-Gvern;
(b) il-proċedura li biha għandha titmexxa kull lotterija
bħal dik;
(ċ) in-numru u l-valur tal-premjijiet li għandhom
jingħataw dwar kull tlugħ u l-mod kif jitħallsu l-
premjijiet;
(d) is-setgħat u d-dmirijiet ta’ kull persuna li l-preżenza
tagħha tkun meħtieġa waqt it-tlugħ;
(e) il-prezz li bih kull biljett li jista’ jintuża f’xi lotterija
bħal dik jista’ jinbiegħ, u l-biljetti u d-dokumenti l-
oħra li jistgħu jintużaw f’xi lotterija bħal dik;
(f) in-numru ta’ biljetti li għandhom jinħarġu għall-bejgħ
f’xi tlugħ partikolari;
(g) iż-żmien li fih u l-mod kif premjijiet tista’ ssir talba
għalihom jew jitħallsu;
(h) il-mod u l-kundizzjonijiet ta’ kif għandu jsir minnhom
dawk il-premjijiet li ma ssirx talba għalihom;
(i) il-penali, li ma tkunx iżjed minn multa ta’ mitt lira li
tista’ tingħata għal kull ksur ta’ xi regolament
magħmul skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(j) kull ħaġa li għandha jew li tista’ tiġi preskritta taħt dan
l-Att u biex jipprovdi aktar dwar kull ħaġa bħal dik
hekk kif jidhirlu xieraq.
Ħatra ta’ bejjiegħa 
u aġenti. 
5. (1) Id-Direttur jista’ jġiegħel li biljetti ta’ lotterija
jinbiegħu permezz ta’ kull uffiċjal pubbliku mpjegat fid-
Dipartiment u jista’ jaħtar bejjiegħa u aġenti għal dak iż-żmien li
jiġi speċifikat fil-ħatra u jista’ jagħti dawk id-direttivi u jimponi
dawk il-kondizzjonijiet li d-Direttur jidhirlu xierqa dwar id-
dmirijiet ta’ dawk il-persuni, iż-żmien li fih għandu jintbagħat id-
dħul mill-bejgħ tal-biljetti, il-prospetti, il-formuli u r-rapporti li
jistgħu jsiru u t-tagħrif li jista’ jiġi mitlub mingħand dawk il-
persuni mid-Direttur fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.
(2) Id-Direttur jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jirrifjuta kull talba
minn kull persuna għall-ħatra bħala bejjiegħ jew bħala aġent u
jista’ mingħajr ma jidħol f’xi responsabbiltà u mingħajr ma jagħti
xi raġuni, jirrevoka kull ħatra bħal dik f’kull żmien:
Iżda l-persuna li għaliha jirreferi dak ir-rifjut jew tħassir
tista’ tapplika għand il-Ministru biex jikkonsidra l-każ tagħha.
Oġġetti mibgħuta 
bil-posta għar-
riskju ta’ min 
jibgħathom.
6. Rimessi, biljetti u kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam ma’
lotterija, li jintbagħtu bil-posta jmorru għar-riskju tal-ġogatur.
LOTTERIJITAL-GVERN ġKAP. 292. 
Id-Direttur jiġi 
avżat b’biljett 
rebbieħ. 
7. (1) Avviż ta’ biljett rebbieħ għandu jingħata lid-Direttur
f’dak iż-żmien u b’dak il-mod li jiġi preskritt mill-Ministru b’avviż
fil-Gazzetta.
(2) Il-biljett rebbieħ għandu jiġi ppreżentat lid-Direttur biex
jivverifikah skond l-istruzzjonijiet tiegħu.
(3) Id-Direttur għandu joħroġ riċevuta dwar kull biljett rebbieħ
li hu hekk jirċievi.
Setgħa tad-Direttur 
li jirrifjuta biljett 
bħala validu. 
8. (1) Id-Direttur jista’ jeħtieġ mingħand min ikollu biljett
rebbieħ dik il-prova li jidhirlu meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-
identità ta’ dik il-persuna.
(2) Min ikollu biljett li jidher li jkun biljett rebbieħ ma jkollux
jedd għal premju jekk id-Direttur ikun sodisfatt li dak il-biljett -
(a) ikun fih xi tibdil, korrezzjoni, tħassir jew brix tan-
numru u/jew ta’ ittra li tkun stampata fuqu, jew
(b) ikun mutilat, rikostitwit, ma jinqarax jew stampat
ħażin, jew
(ċ) ma jgħaddix minn xi wieħed mill-eżamijiet ta’
validazzjoni konfidenzjali tad-Dipartiment:
Iżda meta d-Direttur ikun sodisfatt li żewġ biljetti jew iktar
li jkunu ġenwini jkollhom l-istess numru rebbieħ dwar xi premju
partikolari fi tlugħ partikolari, dak il-premju għandu jinqasam
indaqs bejn dawk li jkollhom dawk il-biljetti rebbieħa.
(3) Id-deċiżjoni tad-Direttur dwar xi ħaġa li taqa’ taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu tkun
finali.
Il-biljetti tal 
Lotterija l-Kbira 
jkollhom parti 
stakkabbli.
Miżjud:
XXVII.1988.2. 
8A. Il-biljetti tal-Lotterija l-Kbira għandu jkollhom parti
stakkabbli li testendi minnhom, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan
l-Att imsejħa "il-parti stakkabbli", li ġġib l-istess numru tal-biljett.
Il-ġugatur jista’ jikteb ismu u l-indirizz tiegħu fuq il-parti
stakkabbli li tista’ tintbagħat personalment jew bil-posta lid-
Direttur qabel it-tlugħ relattiv tal-Lotterija l-Kbira:
Iżda d-Direttur ma jkunx responsabbli f’każ li għal xi
raġuni li tkun huwa ma jirċievix il-parti stakkabbli jew jekk għal xi
raġuni dik l-parti ma tkunx tista’ tinstab.
Ħlas ta’ premju 
għal biljett rebbieħ. 
Emendat: 
XXVII. 1988.3.
9. (1) Id-Direttur għandu jħallas il-premju għal biljett rebbieħ
lill-persuna li tippreżentalu dak il-biljett għal hekk:
Iżda, meta wara li jkunu għaddew ħamsin ġurnata tax-
xogħol wara tlugħ, persuna tipproduċi għas-sodisfazzjon tad-
Direttur prova biżżejjed li tidentifikaha bħala s-sid leġittimu tal-
biljett rebbieħ tal-Lotterija l-Kbira, id-Direttur jista’, fid-
diskrezzjoni assoluta tiegħu, jagħti l-premju lil dik il-persuna wkoll
jekk il-biljett rebbieħ ma jiġix preżentat:
Iżda wkoll id-Direttur għandu sommarjament jirrifjuta talba
jekk il-parti stakkabbli tal-biljett rebbieħ ma tkunx fil-pussess
tiegħu.
 4      KAP. 292.ħ      LOTTERIJITAL-GVERN
(2) Meta d-Direttur ikun avżat b’att ġudizzjarju li hemm jew li
se jkun hemm litigazzjoni dwar ta’ min hu biljett rebbieħ jew lil
min għandu jitħallas il-premju, id-Direttur għandu jiddepożita l-
ammont tal-premju fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili kompetenti u dak
il-premju ma jiġix irtirat sakemm il-kwistjoni tkun deċiża finalment
mill-qorti jew il-kwistjoni tinqata’ xort’oħra. Id-Direttur għandu
jieħu ħsieb li kopja taċ-ċedola tad-depożitu tiġi notifikata lill-
persuna li fl-interess tagħha jiġi preżentat l-att ġudizzjarju.
(3) Meta jsir xi depożitu mid-Direttur kif provdut taħt is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu u ma tinbeda ebda azzjoni
ġudizzjarja minn ebda parti li jkollha interess fil-qorti kompetenti
fuq l-ammont hekk depożitat fi żmien disgħin jum minn dak id-
depożitu, dak l-ammont jintilef favur il-Gvern.
(4) Kull drittijiet u spejjeż ġudizzjarji li jsiru mid-Direttur biex
iħares id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3) ta’ dan l-artikolu
għandu jnaqqashom mill-ammont hekk depożitat jew irtirat, skond
il-każ.
Fond għal Lotteriji 
tal-Gvern. 
Emendat:
XVI. 1997.8.
10. (1) Il-flus kollha li jiġu riċevuti mill-bejgħ ta’ biljetti jew
li jintilfu favur il-Gvern taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
għandhom jitħallsu lit-Teżor mid-Direttur u għandhom jiġu
akkreditati f’kont li jinżamm f’dak id-Dipartiment li jissejjaħ "il-
Fond għal Lotteriji tal-Gvern".
(2) Għandhom jitħallsu mill-Fond għal Lotteriji tal-Gvern,
mingħajr approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, il-premjijiet, l-
ispejjeż ta’ amministrazzjoni u l-ħlasijiet l-oħra kollha li għandhom
x’jaqsmu ma’ dan.
(3) Kull bilanċ ta’ kreditu wara l-egħluq tal-kontijiet meta
tispiċċa s-sena finanzjarja għandu jitħallas fil-Fond Konsolidat.
(4) Jekk f’xi żmien il-flus akkreditati fil-Fond għal Lotteriji
tal-Gvern ma jkunux biżżejjed biex jitħallsu, jew għal kollox jew
f’parti, il-premjijiet, l-ispejjeż ta’ amministrazzjoni u l-ħlasijiet l-
oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, dak in-nuqqas għandhom
jagħmlu tajjeb għalih avvanzi temporanji mill-Fond ta’ Ħelsien tat-
Teżorerija, b’warrants iffirmati mill-Ministru.
(5) Dikjarazzjoni tad-dħul fi u ta’ l-infiq mill-Fond għal
Lotteriji tal-Gvern, għandha kemm jista’ jkun malajr wara l-egħluq
ta’ kull sena finanzjarja u f’kull każ mhux aktar tard minn tliet xhur
wara l-egħluq ta’ dik is-sena, tintbagħat mill-Accountant General
lill-Awditur Ġenerali.
Projbizzjoni ta’ 
bejgħ ta’ biljetti 
ħlief bil-prezz 
stabbilit.
11. Kull persuna li tbigħ xi biljett ta’ lotterija tal-Gvern bi
prezz ogħla jew inqas minn dak stabbilit taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att u teħel, meta tinsab
ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħamsin lira u mhux iżjed minn
mitejn lira.
Serq ta’ flejjes 
pubbliċi.
12. Kull bejjiegħ jew aġent li jagħmel użu ħażin minn xi flus
fdati f’idejh minħabba l-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att ikun ħati
ta’ reat kontra dan l-Att u jeħel, meta jinsab ħati, multa li tkun daqs
tliet darbiet l-ammont hekk użat ħażin, jew priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
LOTTERIJITAL-GVERN ġKAP. 292. 
Falsifikazzjoni ta’ 
dokumenti ta’ 
lotterija tal-Gvern. 
13. (1) Kull min jiffalsifika xi biljett, matriċi, riċevuta jew xi
dokument ieħor maħruġ dwar lotterija tal-Gvern ikun ħati ta’ reat
kontra dan l-Att u jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’
minn tlettax-il xahar sa erba’ snin.
(2) Meta r-reat isir minn bejjiegħ jew aġent jew uffiċjal
pubbliku li jkun qed jaqdi d-dmirijiet fid-Dipartiment, il-piena
għandha tkun ta’ priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn
sentejn iżda mhux iżjed minn ħames snin.
Meta tingħata 
piena ogħla. 
14. Meta l-fatt li jikkostitwixxi reat taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jikkostitwixxi wkoll reat taħt xi liġi oħra li dwaru jkun
hemm piena ogħla taħt dik il-liġi, għandha tiġi applikata dik il-
piena ogħla.
Ġurisdizzjoni 
esklużiva tal-qrati 
ta’ Malta.
15. Il-kwistjonijiet kollha li jinqalgħu dwar kull ħaġa li għaliha
jirreferi dan l-Att għandhom jiġu deċiżi mill-qrati f’Malta skond il-
liġi ta’ Malta bl-esklużjoni ta’ kull liġi oħra.
Dekadenza.
għoti jew mal-ħlas ta’ xi premju taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att jew ma’ xi tlugħ, ma tistax tinbeda wara li jgħaddu disgħin jum
mid-data tat-tlugħ.
