REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġKAP. 296.    1
KAPITOLU 296
ATT DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA’ ARTIJIET
Biex iwaqqaf Reġistru ta’ l-Artijiet biex jirregola ir-reġistrazzjoni ta’ titolu għal art, u biex
jipprovdi għal ħwejjeġ li huma inċidentali għal dan u konnessi miegħu.
(1 ta’ Marzu, 1982)*
(15 ta’ Novembru, 1982)#
Sar liġi bl-ATT XXXV ta’ l-1981 kif emendat bl-Atti: VIII ta’ l-1982, X1 ta’ l-1983, 1V ta’
l-1985, XII ta’ l-1989, VIII ta’ l-1990, XXI ta’ l-1993, VII u XXIV ta’ l-1995, u VI ta’ l-1996. 
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-2
Taqsima II.  Disposizzjonijiet Amministrattivi  3-9
Taqsima III. Reġistrazzjoni ta’ l-Art  10-25
Reġistrazzjoni Obbligatorja  10-16
Reġistrazzjoni Volontarja  17 
X’għandu jsir qabel ir-Reġistrazzjoni  18-20 
Effetti ta’ Reġistrazzjoni  21-25
Taqsima IV.  X’jista’ jsir minn Art Reġistrata  26-34
Trasferiment ta’ l-Art  26-27
Ipoteki fuq l-Art  28-33
Trasmissjoni ta’ Art u Ipoteka Reġistrati 34
Taqsima V.  Kawzjonijiet  35-37
Taqsima VA  Ipoteki Kawzjonali+ 
Taqsima VI.  Ċertifikati ta’ Art u Ipoteka¢
Taqsima VII.  Disposizzjonijiet Ġenerali dwar Reġistrazzjoni  43-50
Taqsima VIII.  Korrezzjonijiet fir-Reġistru u Indennizz  51-53
Taqsima IX.  Disposizzjonijiet Mixxellanji 54-58
Taqsima X.  Regoli u Ordnijiet dwar Drittijiet  59-60
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema subartikolu qed jiġi
mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-Avviż Legali l28 ta’ l-
1981.
#Ara l-Avviż Legali 54 ta’ l-1982.
+Taqsima VA (artikoli minn 37A sa 37F) imħassra bl-Att VII ta’ l-1995.
¢Taqsima VI (artikoli minn 38 sa 42) imħassra bl-Att VII ta’ l-1995.
 2      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’
Artijiet.
Tifsir.
Emendat: 
VIII. 1982.2;
XII. 1989.2;
VII. 1995.2. 
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"area ta’ reġistrazzjoni" tfisser area ta’ reġistrazzjoni
obbligatorja jew area ta’ reġistrazzjoni dikjaratorja skond il-kaz; 
"area ta’ reġistrazzjoni dikjaratorja" tfisser kull area f’Malta
dikjarata bħala tali mill-Ministru bis-saħħa ta’ l-artikoli 15 jew 16
ta’ dan 1-Att;
 "area ta’ reġistrazzjoni obbligatorja" tfisser kull area f’Malta
dikjarata mill-Ministru bħala area ta’ reġistrazzjoni taħt l-artikolu
10 ta’ dan 1-Att u tinkludi kull area dikjarata jew meqjusa li hi area
ta’ reġistrazzjoni bil-liġi jew bis-saħħa ta’ xi liġi oħra;
"art" tinkludi bini u kull kostruzzjoni jew xogħlijiet;
"art li qiegħda f’area ta’ reġistrazzjoni" tinkludi art li għaliha
japplika dan l-Att daqslikieku kienet hekk sitwata;
"interessi li jipprevalu" tfisser l-interessi hekk deskritti fl-
artikolu 43 ta’ dan l-Att;
"ipoteka" tfisser privileġġ speċjali fuq immobbli u ipoteka
speċjali, magħduda ipoteka speċjali miksuba minn ipoteka ġenerali
kemm jekk tkun legali, ġudizzjarja jew konvenzjonali;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għar-Reġistru ta’ l-
Artijiet;
"persuna" tinkludi persuna fiżika jew ġuridika sew jekk dik il-
persuna tkun korporali jew mhux korporali;
"preskritt" tfisser preskritt b’regoli magħmula taħt dan l-Att; 
"reġistratur" tfisser ir-Reġistratur ta’ l-Artijiet u kull assistent
reġistratur jew uffiċjal ieħor tar-Reġistru ta’ l-Artijiet awtorizzat
għal hekk mir-Reġistratur ta’ l-Artijiet;
"Reġistratur ta’ l-Artijiet" tfisser l-uffiċjal pubbliku inkarigat
mir-Reġistru ta’ l-Artijiet skond l-artikolu 4 ta’ dan l-Att;
"reġistru" tinkludi l-ġurnal li fih jidħlu n-numru progressiv ta’ l-
applikazzjonijiet magħmula, ir-reġistru ta’ titoli jew ir-reġistru ta’
l-ipoteki, u kull dokument ieħor li fuqu jsiru notamenti bis-saħħa
ta’ dan 1-Att, u "reġistrat" għandha tiftiehem skond hekk;
"trasferiment", meta wżata dwar ipoteka, tinkludi s-surroga fid-
dritt tal-proprjetarju ta’ l-ipoteka.
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġKAP. 296.    3
TAQSIMA II 
DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI
Reġistru ta’ l-
Artijiet.
3. (1) Għandu jkun hemm uffiċċju f’Malta li jissejjaħ ir-
Reġistru ta’ l-Artijiet għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ titoli għal
art. 
(2) Ir-Reġistru ta’ l-Artijiet ikun magħmul minn żewġ fergħat,
waħda fil-Gżira ta’ Malta fejn jiġu reġistrati titoli għal artijiet f’dik
il-gżira, u l-oħra f’Għawdex fejn jiġu reġistrati titoli għal artijiet
f’Għawdex u f’Kemmuna.
Ir-Reġistratur ta’ l-
Artijiet u uffiċjali 
oħra. 
Emendat:
VII. 1995.3.
4. (1) Ix-xogħol tar-reġistru għandu jitmexxa minn uffiċjal
pubbliku li jkun maħtur għal hekk u li jkun magħruf bħala r-
Reġistratur ta’ l-Artijiet, flimkien ma’ dawk l-uffiċjali (jiġifieri,
assistenti reġistraturi, skrivani w impjegati oħra) li minn żmien
għal żmien ikunu meqjusa li huma meħtieġa.
(2) Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar Reġistratur ta’ 1-
Artijiet kemm-il darba ma tkunx ħadmet bħala avukat jew nutar
pubbliku għal mill-anqas seba’ snin.
(3) Persuna ma tkunx kwalifikata biex tiġi maħtura bħala
assistent reġistratur kemm-il darba ma tkunx ħadmet bħala avukat
jew nutar pubbliku jew prokuratur legali għal mill-inqas tliet snin.
(4) Matul kull vakanza fil-kariga tar-Reġistratur ta’ l-Artijiet,
il-funzjonijiet, is-setgħat u l-awtoritajiet kollha li b’dan l-Att jew
b’xi liġi oħra huma assenjati jew mogħtija lir-Reġistratur ta’ l-
Artijiet għandhom jiġu eżerċitati minn assistent reġistratur magħżul
mill-Ministru biex jagħmilha ta’ Reġistratur ta’ l-Artijiet u dak
kollu li jkun magħmul minn assistent reġistratur hekk magħżul
għandu jkollu l-istess effett għal kollox bħal dak li jkun magħmul
minn Reġistratur ta’ l-Artijiet.
Tmexxija tax-
xogħol ta’ 
reġistrazzjoni. 
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ir-
Reġistratur ta’ l-Artijiet għandu jmexxi x-xogħol kollu ta’
reġistrazzjoni taħt dan l-Att u għandu jlesti u jieħu ħsieb li jiġu
stampati jew xort’oħra riprodotti u ċirkolati jew xort’oħra maħruġa
dawk il-formoli u direttivi li jidhirlu meħtieġa jew spedjenti sabiex
jiġu faċilitati proċedimenti taħt dan l-Att.
(2) Ir-Reġistratur ta’ l-Artijiet jista’ jiddelega lil kull wieħed
mill-assistenti reġistraturi l-funzjonijiet, is-setgħat u l-awtoritajiet
kollha jew uħud minnhom li b’dan l-Att jew b’xi liġi oħra huma
assenjati jew mogħtija lilu, u f’kull żmien jista’ jirrevoka jew jibdel
dik id-delega:
Iżda ebda delega bħal dik ma għandha titqies li tneħħi lir-
Reġistratur ta’ l-Artijiet xi waħda mill-funzjonijiet, setgħat jew
awtoritajiet tiegħu u hu jista’, jekk jidhirlu xieraq, jeżerċita dawk
il-funzjonijiet, setgħat jew awtoritajiet flimkien ma’ l-assistent
reġistratur hekk delegat.
 4      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
Setgħa tar-
reġistraturi li 
jħarrku xhieda u 
produzzjoni ta’ 
mapep, eċċ. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
6. (1) Ir-reġistratur jista’ jagħti ġurament jew jieħu
dikjarazzjoni bil-ġurament skond dan l-Att għal kull wieħed mill-
għanijiet ta’ dan l-Att u jista’ wkoll, b’taħrika iffirmata minnu,
jitlob l-attendenza ta’ dawk il-persuni kollha li jidhirlu xierqa dwar
ir-reġistrazzjoni ta’ kull titolu; hu jista’ wkoll, b’taħrika bħal din,
jeħtieġ lil kull persuna li jkollha fil-pussess tagħha jew taħt il-
ħarsien tagħha xi mappa, surveys, ktieb jew dokument ieħor dwar
artijiet biex tipproduċi dik il-mappa, survey, ktieb jew dokument
ieħor sabiex jispezzjonahom; u jista’ jeżamina bil-ġurament lil kull
persuna li tidher quddiemu u għal dan il-għan jagħti l-ġurament.
(2) Jekk xi persuna, wara li tkun ġiet konsenjata lilha taħrika
kif intqal qabel, jew kopja tagħha, għax trid tittraskura jew
tirrifjuta li tattendi skond dik it-taħrika, jew li tipproduċi dawk il-
mapep, surveys, kotba jew dokumenti oħra li jkunu meħtieġa li jiġu
prodotti skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew li twieġeb taħt
ġurament jew xort’oħra dawk il-mistoqsijiet leġittimi li jsirulha
minn reġistratur skond is-setgħat mogħtija b’dan l-Att, tkun ħatja
ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati, multa
ta’ mhux iżjed minn mitt lira.
Dipartimenti 
jistgħu jagħtu 
tagħrif lir-
reġistratur.
Emendat:
VII. 1995.4.
7. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi li tipprovdi għal
segretezza, dipartiment tal-Gvern għandu, fiż-żmien preskritt,
jagħti lir-Reġistratur ta’ l-Artijiet fuq talba tiegħu dawk il-
partikolaritajiet u dak it-tagħrif dwar artijiet u ipoteka li bil-liġi hu
intitolat li jitlob sidien ta’ proprjetà li jagħtuh direttament.
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà għal 
egħmil bona fide 
minn reġistratur. 
8. (1) Ir-Reġistratur ta’ l-Artijiet u kull assistent reġistratur
jew persuna oħra li taġixxi taħt l-awtorità tar-Reġistratur ta’ l-
Artijiet jew ta’ assistent reġistratur, jew taħt xi ordni jew regola
ġenerali magħmula skond dan l-Att, ma jkunux responsabbli u ma
jistgħux jiġu mħarrka għal danni jew xort’oħra, u ma jistgħux
jittieħdu proċedimenti oħra kontra tagħhom, għal jew dwar xi
egħmil jew xi ħaġa li tkun saret jew li tkun naqset milli ssir in bona
fide u bl-użu ta’ diliġenza ordinarja fl-eżerċizzju jew fl-eżerċizzju
suppost tas-setgħat ta’ dan l-Att, jew ta’ xi ordni jew regola
ġenerali magħmula skond dan l-Att.
(2) Il-Gvern ma jkunx responsabbli, f’danni jew xort’oħra, għal
ebda ħaġa li tkun saret jew li tkun naqset milli ssir taħt dan l-Att;
bla preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar indennizz
li jkollu jitħallas bis-saħħa tiegħu.
Siġill tar-Reġistru 
ta’ l-Artijiet. 
9. Għandu jkun hemm siġill tar-Reġistru ta’ l-Artijiet u kull
dokument li jkun jidher li huwa ssiġillat b’dak is-siġill ikun
aċċettabbli bħala prova u, kemm-il darba ma jkunx jidher il-
kuntrarju, għandu jitqies, mingħajr prova oħra, li jkun ħareġ
b’ordni jew taħt l-ordni tar-Reġistratur ta’ l-Artijiet.
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġKAP. 296.    5
TAQSIMA III
REĠISTRAZZJONI TA’ L-ART
Reġistrazzjoni Obbligatorja
Arei ta’ 
reġistrazzjoni. 
Emendat:
VII. 1995.5.
10. (1) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’ordni fil-
Gazzetta, jiddikjara arei f’Malta bħala arei ta’ reġistrazzjoni, u
għandu juri dawk l-arei b’riferenza għal mappa inkluża fl-ordni u
b’kull mod ieħor li jidhirlu xieraq, u dawk 1-arei għandhom ikunu
magħrufa bħala arei ta’ reġistrazzjoni obbligatorji.
(2) Meta art tiġi reġistrata taħt id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 12, is-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 14,
l-artikoli 15, 16, 16A jew 17 ta’ dan 1-Att dik l-art tibda titqies li hi
f’area ta’ reġistrazzjoni obbligatorja.
(3) Il-Ministru jista’ wkoll jiddikjara area li tkun parti bħala
area ta’ reġistrazzjoni obbligatorja u parti bħala area ta’
reġistrazzjoni dikjaratorja, u barra minn dan 1-istess area tista’ tkun
dikjarata area ta’ reġistrazzjoni bħal dik sabiex iseħħu 1-finijiet u
disposizzjonijiet kollha ta’ dan 1-Att jew x’uħud minnhom.
Liġijiet oħra ma 
japplikawx għal 
arei ta’ 
reġistrazzjoni.
Emendat: 
IV. 1985.2; 
XII. 1989.3.
Kap. 16. 
Kap. 12. 
11. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 996 tal-Kodiċi Ċivili u ta’
l-artikolu 239 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, kif
ukoll kull disposizzjoni oħra ta’ dawn il-Kodiċijiet jew ta’ xi liġi
oħra relattivi għar-reġistrazzjoni ta’ ċerti trasferimenti fir-Reġistru
Pubbliku, u li ma taqbilx ma’ dan l-Att, għandhom jieqfu mis-seħħ
dwar artijiet sitwati f’xi area ta’ reġistrazzjoni, u dwar artijiet li
jkunu ġew reġistrati:
Kap. 88.
dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, għandu
jkollhom seħħ minkejja kull disposizzjoni ta’ dan l-Att, u dan l-Att
japplika u jiftiehem bħala li jagħti kull seħħ lid-disposizzjonijiet ta’
l-imsemmija Ordinanza.
Trasferimenti ta’ 
artijiet f’area ta’ 
reġistrazzjoni 
għandhom jiġu 
reġistrati biex 
jibdew iseħħu. 
Emendat:
VII. 1995.7.
Kap. 364.
12. (1) F’kull area ta’ reġistrazzjoni -
(a) kull kuntratt li jittrasferixxi l-proprjetà ta’ beni
immobbli, jew xi dritt reali fuq dik il-proprjetà, jew li
bih xi att li jkollu l-effett li jittrasferixxi l-proprjetà ta’
beni immobbli, jew xi dritt reali fuq dik il-proprjetà,
jiġi xolt, imħassar jew revokat, u kull kuntratt li joħloq
jew li jibdel xi dritt bħal dak jew li bih xi dritt bħal dak
jinqaleb f’xi ieħor minn dawk id-drittijiet jew issir
rinunzja għalih, u kull kuntratt li bih beni immobbli
jiġu maqsuma, u kull kuntratt li jkollu effett
dikjaratorju dwar il-proprjetà ta’, jew xi dritt reali fuq,
beni immobbli (inkluż att magħmul skond 1-Att dwar
it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti iżda eskluż
kull att ieħor ta’ inventarju), u kull kuntratt ta’
antikresi; u
 6      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
(b) kull sentenza li biha xi att li jkollu effett li
jittrasferixxi l-proprjetà ta’ beni immobbli, jew xi dritt
reali fuq dik il-proprjetà, jiġi xolt, imħassar jew
revokat, jew li tordna t-trasferiment tal-proprjetà ta’
beni immobbli, jew ta’ xi dritt reali fuq dik il-
proprjetà, jew li jkollha l-effett li toħloq ipoteka, u kull
ipoteka li tinħoloq bis-saħħa tal-liġi; u
Kap. 16.
(ċ) kull trasferiment ta’ beni immobbli b’bejgħ bil-qorti, u
kull fidi ta’ ċens magħmul skond l-artikolu 1501 tal-
Kodiċi Civili,
safejn l-art inkluża fil-kuntratt, sentenza, bejgħ bil-qorti jew fiċ-
ċedoli ta’ fidi jew milquta bl-ipoteka tkun qiegħda f’area ta’
reġistrazzjoni, m’għandhom f’ebda każ jibdew iseħħu, dwar terzi
persuni, sakemm u kemm il-darba t-titolu għall-art trasferita jew
milquta, sew favur kemm kontra, bil-kuntratt, bis-sentenza, bil-
bejgħ bil-qorti, bil-fidi jew bl-ipoteka kif imsemmi qabel, tkun
reġistrata fil-ġurnal bil-mod preskritt.
(2) Ir-reġistratur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, bl-istess mod
jirreġistra t-titolu għall-artijiet li qegħdin barra minn area ta’
reġistrazzjoni u nklużi f’xi kuntratt, sentenza, bejgħ bil-qorti jew
fidi kif intqal qabel jew li jkunu milquta b’xi ipoteka kif intqal
qabel u f’kull każ bħal dan hu għandu jagħmel ir-reġistrazzjonijiet
xierqa fir-reġistru; u meta art tiġi hekk reġistrata dan l-Att għandu
japplika għaliha daqslikieku kienet qiegħda f’area ta’
reġistrazzjoni.
Dmirijiet ta’ nutara 
pubbliċi li jirċievu 
att li jolqtu artijiet 
f’arei ta’ 
reġistrazzjoni. 
Emendat: 
IV. 1985.3;
VII. 1995.8;
XXIV. 1995.362;
VI. 1996.2.
13. (1) Nutar pubbliku li jirċievi xi wieħed mill-kuntratti
msemmija fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 12 ta’
dan l-Att, u li għalihom japplika dak l-artikolu, għandu, fi żmien
ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ l-att, japplika, bil-mod preskritt,
għar-reġistrazzjoni tat-titolu ta’ l-art milquta u sabiex isiru r-
reġistrazzjonijiet xierqa fir-reġistru.
(2) Jekk nutar pubbliku jonqos li jħares il-ħtiġijiet ta’ dan l-
artikolu, hu jista’, b’żieda mar-responsabbiltà tiegħu għal kull
danni li jistgħu jiġġarrbu minħabba n-nuqqas tiegħu, jeħel, meta
jinsab ħati mill-Qorti ta’ Reviżjoni ta’ l-Atti Nutarili, ammenda ta’
mhux iżjed minn għoxrin lira:
Iżda nutar pubbliku jitqies li jkun ħares il-ħtiġijiet ta’ dan l-
artikolu jekk, sadanittant, talba għal reġistrazzjoni kif intqal qabel
tkun ġiet depożitata fir-reġistru minn xi waħda mill-partijiet
interessati jew minn nutar jew avukat jew prokuratur legali f’isem
xi waħda minn dawk il-partijiet.
(3) Meta skond l-artikolu 12 ta’ dan l-Att it-titolu għall-art
għandu jiġi reġistrat u għandhom isiru xi reġistrazzjonijiet fir-
reġistru wara sentenza jew bejgħ bil-qorti  jew il-fidwa jew ipoteka
maħluqa bis-saħħa ta’ liġi, għandha ssir talba għal hekk, bil-mod
preskritt, minn kull waħda mill-partijiet interessati jew minn avukat
jew nutar pubbliku jew prokuratur legali, f’isem xi waħda minn
dawk il-partijiet:
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġKAP. 296.    7
Iżda ma tiġi milqugħa ebda talba bħal dik sakemm tiġi
ċertifikata mir-Reġistratur tal-Qrati li s-sentenza tkun res judicata
jew li l-ordni tkun finali.
Reġistrazzjoni ta’ 
titolu għal artijiet 
inklużi 
f’suċċessjoni.
Emendat:
VII. 1995.9;
VI. 1996.3.
Kap. 12.
14. (1) Fil-ftuħ ta’ suċċessjoni ta’ xi persuna, it-titolu għal art
li tkun inkluża fit-trasmissjoni u li tkun qiegħda f’xi area ta’
reġistrazzjoni, għandha, sakemm ma tkunx digà reġistrabbli skond
1-artikolu 12 ta’ dan 1-Att, tiġi reġistrata f’isem il-persuni li
favurihom dik l-art tkun għaddiet, fuq talba li ssir bil-mod preskritt,
u kull trasferiment jew qasma ta’ xi art bħal dik u kull att ieħor
dwarha ma għandhiex issir qabel ma t-titolu għaliha jkun reġistrat,
u f’każ ta’ dikjarazzjoni ta’ ftuħ ta’ suċċessjoni bis-saħħa ta’ l-
artikolu 536 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, il-
qorti għandha tordna lir-rikorrent biex jagħmel dik ir-reġistrazzjoni
fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-dikjarazzjoni, u tinnomina kuratur
biex fin-nuqqas ta’ tali reġistrazzjoni mir-rikorrent, issir ir-
reġistrazzjoni mill-kuratur hekk appuntat għas-spejjez tar-rikorrent.
(2) Ir-reġistratur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jestendi d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għal kull art li
qiegħda barra mill-imsemmija area ta’ reġistrazzjoni u li tkun
inkluża fi trasmissjoni li tinkludi art sitwata f’area ta’
reġistrazzjoni kif intqal qabel; u meta dak is-subartikolu jkun hekk
estiż ir-reġistratur għandu jirreġistra dik l-art u dan l-Att għandu
japplika għaliha daqslikieku kienet sitwata f’area ta’ reġistrazzjoni.
Il-Ministru jista 
jordna li ċerti 
artijiet jiġu 
reġistrati.
Miżjud:
XI. 1983.2.
Emendat:
VII. 1995.10;
VI. 1996.4.
15. (1) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, b’ordni fil-
Gazzetta jordna li kull titolu għal art jiġi reġistrat sew jekk dik l-art
tkun f’area ta’ reġistrazzjoni sew jekk le.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel dak l-ordni jew:
(a) b’riferenza għal arei partikolari li jiġu murija
b’riferenza għal mappa jew mapep inklużi fl-ordni jew
b’dak il-mod l-ieħor li jidhirlu xieraq; jew
(b) b’riferenza għal xi persuna jew grupp ta’ persuni; jew
(ċ) b’riferenza għan-natura tal-jedd li hemm fl-art jew fuq
l-art.
(3) Il-Ministru jista’ f’kull ordni bħal dak jordna li dik ir-
reġistrazzjoni ssir fi żmien li jiġi stabbilit fl-ordni, liema żmien
f’ebda każ ma jkun inqas minn tliet xhur.
(4) Meta art tiġi reġistrata bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, dan l-
Att għandu japplika għaliha daqslikieku kienet qiegħda f’area ta’
reġistrazzjoni.
(5) Kull persuna li -
(a) tonqos li tħares ordni magħmul mill-Ministru bis-
saħħa tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu; jew
(b) waqt xi proċedimenti quddiem ir-reġistratur jew qorti
skond dan l-Att, u dwar xi art li għandha tiġi reġistrata
skond ordni magħmul mill-Ministru bis-saħħa tas-
subartikolu  (1) ta’ dan l-artikolu, bil-ħsieb li taħbi t-
titolu jew il-pretensjoni ta’ xi persuna, jew biex
tissostanzja talba falza, ma tressaqx, jew tipprova ma
 8      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
tressaqx, jew tkun kompliċi biex ma jitressaqx, xi
dokument jew fatt; jew
(ċ) dwar xi art li għandha tiġi reġistrata skond ordni
magħmul mill-Ministru bis-saħħa tas-subartikolu  (1)
ta’ dan l-artikolu, b’qerq tikseb, jew tipprova b’qerq
tikseb, jew tkun kompliċi biex b’qerq jinkiseb xi dħul
fi, tħassir minn jew tibdil, fir-reġistru jew f’xi
ċertifikat jew dokument,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att u teħel, meta tinsab ħatja, l-pieni
stabbiliti taħt is-subartikolu  (6) ta’ dan l-artikolu, u l-qorti tista’
tordna l-konfiska, favur il-Gvern, ta’ l-art li dwarha jkun sar ir-reat.
(6) Il-Ministru jista’ b’ordni magħmul bis-saħħa tas-
subartikolu (1) ta’ dan 1-artikolu jistabbilixxi 1-pieni li għalihom
persuna ħatja ta’ reat skond is-subartikolu (5) ta’ dan 1-artikolu
dwar dik 1-ordni għandha teħel; dik il-piena m’għandhiex tkun
aktar ħarxa minn dawk stabbiliti fl-artikolu 58 ta’ dan l-Att.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan 1-artikolu għandhom jitqiesu li
ġew imħarsa jekk l-applikazzjoni ssir minn xi parti interessata.
Reġistrazzjoni ta’ 
ċerti jeddijiet. 
Miżjud:
XI. 1983.2.
Emendat:
VII. 1995.11.
16. (1) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’ordni fil-
Gazzetta, jordna li l-jeddijiet imsemmija f’xi wieħed mill-paragrafi
(a) sa (l) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 43 ta’ dan l-Att jiġu
ddenunzjati lir-reġistratur, sew jekk l-art suġġetta għal dawk il-
jeddijiet tkun f’area ta’ reġistrazzjoni sew jekk le, u sew jekk dik l-
art tkun reġistrata sew jekk le.
(2) Il-Ministru jista’ jagħmel dak l-ordni jew:
(a) b’riferenza għal arei partikolari li jiġu murija
b’riferenza għal mappa jew mapep inklużi fl-ordni jew
b’dak il-mod l-ieħor li jidhirlu xieraq; jew
(b) b’riferenza għal xi persuna jew grupp ta’ persuni li l-
art tagħhom tkun suġġetta għal xi jedd imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu; jew
(ċ) b’riferenza għal xi persuna jew grupp ta’ persuni li
favurihom jew favur art tagħhom ikun jeżisti xi jedd
imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(3) Il-Ministru jista’ f’kull ordni bħal dak jordna li dik id-
denunzja ssir fi żmien li jiġi stabbilit fl-ordni, liema żmien f’ebda
każ ma jkun inqas minn tliet xhur.
(4) Id-denunzja msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandha ssir fuq dik il-formula li r-reġistratur joħroġ skond kif
jipprovdi s-subartikoIu (1) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att u għandu
jkollha magħha dik l-informazzjoni u dawk id-dokumenti li jista’
jitlob ir-reġistratur.
(5) Ir-reġistratur għandu jżomm elenku ta’, jew b’mod ieħor
idaħħal fir-reġistru, id-denunzji li jkunu saru lilu skond is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġKAP. 296.    9
(6)  Il-Ministru jista’ f’kull ordni bħal dak jordna li kull
persuna li favuriha jkun sar trasferiment ta’ xi jedd iddenunzjat lir-
reġistratur għandha, fi żmien ħmistax-il ġurnata minn dak it-
trasferiment, tagħti avviż dwaru lir-reġistratur fuq dik il-formula li
r-reġistratur joħroġ skond kif jipprovdi s-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 5 ta’ dan l-Att; u r-reġistratur għandu jagħmel notament ta’
dak it-trasferiment bil-mod provdut fis-subartikolu (5) ta’ dan l-
artikolu.
(7) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli  (5),  (6) u  (7) ta’ 1-
artikolu 15 ta’ dan 1-Att għandhom mutatis mutandis japplikaw
għal ordni magħmul mill-Ministru bis-saħħa ta’ dan 1-artikolu.
Reġistrazzjoni ta’ 
proprjetà ta’ sidien 
mhux magħrufa.
Miżjud:
VII. 1995.12.
16A. (1) Meta art jew sehem f’dik 1-art, jew xi jeddijiet fiha
jew fuqha huma reġistrabbli jew dikjarabbli bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet ta’ 1-artikolu 15 jew 16 ta’ dan 1-Att, u s-sid jew
sid presunt ma jkunx jista’ jew ma jkunx irid japplika għar-
reġistrazzjoni tagħha fiż-żmien preskritt, ir-reġistratur għandu, bla
ħsara għal kull responsabbiltà li jkollha xi persuna skond l-
imsemmija artikoli, jirreġistra dik l-art jew jagħmel id-
dikjarazzjoni xierqa f’isem is-sidien mhux magħrufa u dik l-art
għandha tiġi amministrata mill-Gvern f’isem dawk is-sidien mhux
magħrufa. Il-Kummissarju ta’ l-Art għandu kull sena jippubblika
lista ta’ dik il-proprjetà fil-Gazzetta.
(2) Meta art tkun reġistrata jew dikjarata mir-reġistratur f’isem
sidien mhux magħrufa, huwa għandu wkoll jirreġistra kull ipoteka,
kawzjoni, servitù jew kull interess ieħor li jipprevali, jew kull jedd
ieħor li għandu jiġi reġistrat skond dan 1-Att skond kif jista’ jolqot
dik 1-art u li huwa jista’ jkun jaf bihom.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23 ta’ dan l-Att għandhom
japplikaw għal kull reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni magħmula bis-
saħħa tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan 1-artikolu.
(4) Wara li jagħlqu tletin sena, kemm-il darba dik ir-
reġistrazzjoni ma tkunx ġiet ikkuntestata b’suċċess skond is-
subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, dik 1-art għandha tiġi reġistrata
b’titolu garantit favur u f’isem il-Gvern ta’ Malta, libera u libera
minn ipoteki, kawzjonijiet, servitujiet jew interessi li jipprevalu
oħra jew drittijiet oħra ħlief għal dawk li kienu debitament
reġistrati skond is-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu:
Iżda jekk l-ipoteka, kawzjoni, servitù jew interess li
jipprevali ieħor jew kull dritt ieħor reġistrabbli jkunu favur art li
tkun hi stess reġistrata favur sidien mhux magħrufa, iżda għar-
rigward ta’ dik l-art, il-perijodu ta’ tletin sena msemmi f’dan is-
subartikolu jkun għadu ma għalaqx, allura l-art servjenti għandha
tiġi reġistrata bħala suġġetta għal ipoteka, kawzjoni, servitù,
interess ieħor li jipprevali jew dritt ieħor, li jispiċċaw biss meta l-
perijodu ta’ tletin sena kif stabbilit f’dan is-subartikolu jagħlaq
ukoll għar-rigward ta’ l-art dominanti.
(5) Jeddijiet reġistrati f’isem sidien mhux magħrufa għandhom
bl-istess mod jgħaddu favur il-Gvern wara li jgħaddu tletin sena
minn meta jiġu dikjarati.
 10      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
Reġistrazzjoni Volontarja
Reġistrazzjoni 
volontarja ta’ titolu 
għal art. 
Emendat: 
1V. 1985.4.
17. (1) Bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet u proċeduri li
jistgħu jiġu preskritti, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 12 u tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu
14 ta’ dan l-Att, ir-reġistratur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, u sew
fuq l-inizjattiva tiegħu stess kemm fuq talba li ssir għal hekk,
jirreġistra t-titolu għal kull art, sew jekk dik l-art tkun sitwata
f’area ta’ reġistrazzjoni sew jekk le; u f’kull każ bħal dan għandu
jagħmel dawk ir-reġistrazzjonijiet li jidhirlu xierqa.
(2) Meta art tiġi reġistrata bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, dan l-
Att għandu japplika għaliha daqslikieku kienet qiegħda f’area ta’
reġistrazzjoni.
X’għandu jsir qabel ir-Reġistrazzjoni
Dmirijiet ta’ 
reġistratur.
18. L-eżami mir-reġistratur ta’ kull titolu taħt dan l-Att għandu
jitmexxa bll-mod preskritt:
Iżda -
(a) għandu jingħata avviż xieraq, fejn l-għoti ta’ dak l-
avviż jiġi preskritt, u għandha tingħata opportunità
biżżejjed lil kull persuna li tkun tixtieq toġġezzjona li
tfisser l-oġġezzjonijiet tagħha lir-reġistratur; u
(b) ir-reġistratur ikollu ġurisdizzjoni li jisma’ u jiddeċiedi
kull oġġezzjoni bħal dik salv li jkun hemm appell lill-
Qorti ta’ l-Appell bil-mod preskritt u bil-
kondizzjonijiet preskritti; u
(ċ) jekk ir-reġistratur, meta jeżamina xi titolu, ikun tal-
fehma li aktarx tista’ ssir oġġezzjoni għat-titolu, iżda
b’danakollu jkun titolu li l-pussess taħtu ma jkunx se
jiġi disturbat, hu jista’ japprova dak it-titolu, jew jista’
jitlob lill-applikant biex jagħmel rikors lill-qorti, fuq
dikjarazzjoni ffirmata mir-reġistratur, biex tiġi
sanzjonata r-reġistrazzjoni tagħha.
Dmirijiet ta’ l-
applikant għal 
reġistrazzjoni. 
Emendat:
VII. 1995.13.
19. (1) Qabel ma tkun kompletata r-reġistrazzjoni ta’ xi titolu
ta’ art li dwarha jkun meħtieġ eżami, min jitlob ir-reġistrazzjoni u
l-konsulent legali tiegħu għandhom, kull wieħed minnhom, jekk
meħtieġa mir-reġistratur, jagħmlu dikjarazzjoni bil-ġurament li,
skond l-aħjar tagħrif u twemmin tagħhom, kull att, kull testment u
kull dokument ieħor u l-ipoteki u piżijiet kollha li jolqtu t-titolu li
dwaru tkun qed issir it-talba, u l-fatti materjali kollha għal dak it-
titolu, ikunu ġew murija waqt l-investigazzjoni tat-titolu magħmula
mir-reġistratur, u huma jistgħu wkoll ikunu mitluba mir-reġistratur
li jiddikjaraw x’mezzi kellhom biex saru jafu bil-fatti msemmija
f’dan l-artikolu.
(2) Meta talba għal reġistrazzjoni tkun inkompatibbli ma’ titolu
li jkun digà reġistrat fir-reġistru b’mod li r-reġistrazzjoni ma tistax
tiġi effettwata, min jagħmel it-talba jista’ jdaħħal kawzjoni u d-
disposizzjonijiet tat-Taqsima V ta’ dan 1-Att għandhom mutatis
mutandis japplikaw għaliha, sakemm 1-art ma tkunx reġistrata
b’titolu garantit, f’liema każ min jagħmel it-talba jista’ jitlob biss
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
korrezzjoni tar-reġistru.
Taxxa ta’ spejjeż 
għal reġistrazzjoni.
Emendat:
XXIV. 1995.362. 
20. (1) L-infiq, id-drittijiet u l-ispejjeż kollha li jsiru minn xi
parti fi jew dwar xi proċedimenti għal reġistrazzjoni għandhom jiġu
intaxxati mir-reġistratur li għandu wkoll, fid-diskrezzjoni tiegħu,
sakemm il-partijiet ma jaqblux xort’oħra, jistabbilixxi b’ordni bil-
miktub il-persuni li għandhom iħallsu u l-mod kif għandhom jiġu
maqsuma dawk l-infiq, drittijiet u spejjeż, meta tiġi meqjusa d-
disposizzjoni li ġejja, jiġifieri, li kull applikant taħt dan l-Att ikun
responsabbli prima facie li jħallas kull infiq, drittijiet u spejjeż li
jkunu saru għall-applikazzjoni tiegħu jew minħabba fiha, ħlief -
(a) f’każ li parti li toġġezzjona jkollha d-drittijiet tagħha
garantiti tajjeb mingħajr ma tidher; u
(b) meta xi nfiq, drittijiet jew spejjeż ikunu saru bla ħtieġa
jew b’mod mhux xieraq.
(2) Kull ordni magħmul mir-reġistratur taħt dan l-artikolu
jkollu l-istess effett daqslikieku l-infiq, id-drittijiet jew l-ispejjeż
ikunu ġew intaxxati mir-Reġistratur tal-Qrati u bl-istess mod ikunu
suġġetti għal reviżjoni mill-qorti.
Effetti ta’ Reġistrazzjoni
Kif art tista’ tiġi 
reġistrata.
Sostitwit:
VII. 1995.14.
21. (1) Ma’ 1-applikazzjoni għall-ewwel reġistrazzjoni ta’ art
jew ipoteka jew jedd ieħor reġistrabbli jkun xi jkun it-titolu li bih
dik l-art, ipoteka jew jedd ieħor ikun għadda għand min jitlob ir-
reġistrazzjoni, ir-reġistratur għandu joħroġ għal daqshekk ċertifikat
għat-titolu għal dik 1-art, ipoteka jew jedd ieħor reġistrabbli, skond
it-titolu li bih dik l-art, ipoteka jew jedd ieħor ikun ġie għand dik il-
persuna.
(2) Meta 1-art għandha skond xi liġi oħra tiġi reġistrata b’titolu
garantit, jew meta 1-art tkun ser tiġi reġistrata f’isem il-Gvern ta’
Malta jew meta r-reġistrazzjoni tintalab b’effett ta’ trasferiment
mingħand il-Gvern ta’ Malta, għandha tiġi reġistrata b’titolu
garantit.
(3) Meta art tkun reġistrata, din għandha titqies li ġiet hekk
reġistrata b’seħħ mid-data li fiha 1-applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni tkun ġiet imdaħħla fil-ġurnal.
Effetti ta’ 
reġistrazzjoni 
b’titolu garantit. 
Emendat:
VII. 1995.15;
VI. 1996.5.
22. Ir-reġistrazzjoni ta’ kull persuna bħala sid ta’ art b’titolu
garantit jagħti lil persuna hekk reġistrata titolu irrevokabbli
għaliha, jiġifieri, titolu li ma jistax jiġi megħlub ħlief kif provdut
f’dan l-Att, flimkien mad-drittijiet, il-privileġġi u l-appartenenzi
kollha li jkollhom x’jaqsmu ma’ dik l-art, suġġetta għad-drittijiet u
l-interessi li ġejjin, jiġifieri -
(a) suġġetta għall-piżijiet u interessi oħra, jekk ikun
hemm, li jkunu jidhru fir-reġistru; u
(b) kemm-il darba ma jkunx espress il-kuntrarju fir-
reġistru, suġġetta għal dawk l-interessi li jipprevalu,
jekk ikun hemm, li jolqtu l-art reġistrata; u
 12      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
(ċ) dwar art miżmuma b’enfitewsi, suġġetta għal kull patt
espress jew mifhum, obbligazzjoni u responsabbiltà li
jkunu inċidentali għall-art reġistrata,
iżda ħielsa mill-jeddijiet u l-interessi l-oħra kollha huma x’inhuma:
Iżda jekk il-Ministru, bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 16 ta’ dan 1-Att, jordna li xi jew kull jedd jew interessi li
jipprevalu bħal dawk għandhom jiġu reġistrati, id-disposizzjonijiet
ta’ dan 1-artikolu m’għandhomx japplikaw dwar dawk il-jeddijiet
jew interessi li għandhom jiġu reġistrati iżda li ma jkunux ġew
hekk reġistrati.
Effetti ta’ 
reġistrazzjoni 
b’titolu li ma jkunx 
titolu garantit.
Emendat:
VII. 1995.16;
VI. 1996.6.
23. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ xi persuna bħala sid ta’ art b’titolu
li ma jkunx titolu garantit ma għandhiex tolqot jew tippreġudika li
jiġu nfurzat xi dritt jew interess li jkun kontra jew jidderoga t-titolu
ta’ l-ewwel sid reġistrat u li jkunu jeżistu jew li jistgħu jinqalgħu
meta l-art tiġi reġistrata għall-ewwel darba; iżda, ħlief kif intqal
qabel, għandu jkollha l-istess effett bħal reġistrazzjoni b’titolu
assolut.
(2) Bla ħsara għall-artikoli 16A u 46 ta’ dan 1-Att, ir-
reġistratur għandu, kemm-il darba ma tkunx saret applikazzjoni
biex tinkiser il-preskrizzjoni jew kawzjoni oħra li għandha 1-istess
effett, jibdel it-titolu f’titolu garantit wara li jgħaddu għaxar snin
mill-ewwel reġistrazzjoni.
Reġistrazzjoni 
b’titolu kwalifikat.
Emendat:
VII. 1995.17;
VI. 1996.7. 
24. (1) Meta ma’ l-eżami tat-titolu r-reġistratur ikun jidhirlu li
t-titolu jista’ jiġi stabbilit biss għal perijodu limitat, jew ikun
suġġett għal kondizzjoni jew għal ċerti riżervi, ir-reġistratur jista’,
bi dħul fir-reġistru, jagħmel eċċezzjoni mill-effett ta’ reġistrazzjoni
għal drittijiet jew interessi li jinqalgħu qabel data speċifikata jew
taħt att speċifikat jew xort’oħra deskritti b’mod partikolari fir-
reġistru.
(2) Ir-reġistrazzjoni ta’ persuna bħala sid ta’ art b’titolu
kkwalifikat skond dan l-artikolu ikollha l-istess effett bħar-
reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna b’titolu, jew titolu garantit, skond
il-każ, kemm-il darba reġistrazzjoni bħal dik ma tolqotx jew ma
tippreġudikax li jiġi nfurzat xi dritt jew interess li jkun jidher fir-
reġistru bħala li hu eċċettwat.
Persuni li jistgħu 
jiġu reġistrati bħala 
sidien ta’ l-art.
25. Il-persuni li ġejjin biss jistgħu jiġu reġistrati bħala sidien
ta’ art, jiġifieri -
(a) is-sid, il-padrun dirett, l-enfitewta, is-sid ta’ nuda
proprjetà, l-użufruttwarju;
(b) il-persuna li lilha l-pussess assolut tal-proprjetà ta’
assenti u l-eżerċizzju assolut tal-jeddijiet li jiddependu
fuq il-mewt tiegħu jkun ingħata b’sentenza jew b’ordni
tal-qorti; u
(ċ) l-awtorità kompetenti li tkun qed iżżomm l-art
b’pussess u użu jew b’dominju pubbliku, jew xi
persuna li lilha jkunu ġew mgħoddija dawk id-
drittijiet, u l-persuna li jkollha jedd għall-kera ta’ l-
akkwist jew il-kera ta’ għarfien:
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
Iżda d-detentur ta’ użufrutt legali ma jistax jiġi reġistrat
bħala proprjetarju, iżda jista’ jkollu l-interessi tiegħu mħarsa fir-
reġistru.
 TAQSIMA IV
X’JISTA JSIR MINN ART REĠISTRATA
Trasferiment ta’ l-Art
Trasferiment ta’ l-
art reġistrata.    
Emendat:     
VII. 1995.18.
26. (1) Is-sid jista’, bla ħsara għal kull dħul kuntrarju li jkun
hemm fir-reġistru, jittrasferixxi l-art reġistrata jew xi parti minnha,
u fuq trasferiment bħal dak għandha ssir applikazzjoni fi żmien
ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ l-att tat-trasferiment, u n-nutar li
jippubblika l-att għandu jagħmel fih riferenza għan-numru taċ-
ċertifikat tat-titolu li bih 1-art trasferita tkun reġistrata; u meta
nutar jonqos li jagħmel riferenza bħal dik, ikun dovut mingħand
dak in-nutar dritt żejjed għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment bħal
dak kif jista’ jkun preskritt.
(2) It-trasferiment ta’ jeddijiet reġistrati fuq l-art jew parti
minnha għandu jiġi kompletat mir-reġistratur billi jniżżel, fiċ-
ċertifikat, lill-akkwirent bħala l-proprjetarju tal-jeddijiet trasferiti
fuq talba li ssir bis-saħħa tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu; u
meta parti biss ta’ 1-art tkun trasferita, din għandha titniżżel ukoll,
u għandhom jinħarġu ċertifikati separati li juru kif ikun il-pussess
tal-partijiet differenti: u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ l-
artikolu 21 għandhom japplikaw  mutatis mutandis għar-
reġistrazzjoni ta’ dawk it-trasferimenti.
(3) L-interessi kollha trasferiti jew maħluqa b’disposizzjoni
magħmula mill-proprjetarju, barra minn trasferiment tal-jeddijiet
reġistrati fuq l-art jew parti minnha, għandhom bla ħsara għad-
disposizzjonijiet dwar ipoteki jiġu kompletati b’reġistrazzjoni bl-
istess mod u bl-istess effett kif provdut b’dan l-Att dwar
trasferiment ta’ jeddijiet reġistrati; u avviż ta’ dan għandu wkoll
jitniżżel fir-reġistru:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma tawtorizza r-
reġistrazzjoni ta’ kirja jew tagħmel meħtieġ ir-reġistrazzjoni ta’ xi
servitù ħlief bħala pertinenza ta’ art reġistrata, jew ta’ avviż dwarha
ħlief kontra t-titolu reġistrat ta’ l-art li tkun suġġetta għas-servitù.
Disposizzjoni ta’ 
art reġistrata.     
Emendat:   
VII. 1995.19.
27. (1) Disposizzjoni ta’ art reġistrata b’titolu garantit, jew ta’
xi jedd fuqha li dwarha d-detentur jista’ jiġi reġistrat bħala sid,
għandha, meta tiġi reġistrata, tagħti lill-persuna li favur tagħha
tkun saret id-disposizzjoni, titolu irrevokabbli għaliha, jiġifieri,
titolu li ma jistax jiġi megħlub ħlief kif provdut f’dan l-Att,
flimkien mal-jeddijiet, privileġġi u appartenenzi kollha ta’ l-art,
iżda tkun suġġetta -
(a) għall-piżijiet u interessi oħra, jekk ikun hemm, li
jkunu jidhru fir-reġistru; u
 14      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
(b) kemm-il darba ma jkunx espress kuntrarju fir-reġistru,
għall-interessi li jipprevalu, jekk ikun hemm, li jolqtu
l-art jew il-jedd trasferit jew maħluq; u
(ċ) dwar art miżmuma b’enfitewsi, għal kull patt espress
jew mifhum, obbligazzjoni, u responsabbiltà li jkunu
inċidentali għall-art jew għall-jedd trasferit jew
maħluq,
iżda ħielsa mill-interessi l-oħra kollha jkunu x’ikunu.
(2) Disposizzjoni ta’ art reġistrata b’titolu garantit ikkwalifikat
skond l-artikolu 24 ta’ dan l-Att, jew ta’ xi jedd fuqha li dwarha d-
detentur jista’ jiġi reġistrat bħala sid, għandha, meta tkun
reġistrata, ikollha l-istess effett bħalma kien ikollha kieku l-art
kienet reġistrata b’titolu garantit, ħlief li dik id-disposizzjoni ma
tolqotx jew ma tippreġudikax li jiġi nfurzat xi jedd jew interess li
jidher fir-reġistru bħala li hu eċċettwat.
(3) Disposizzjoni ta’ art reġistrata b’titolu li ma jkunx titolu
garantit, jew ta’ jedd għaliha li dwarha d-detentur jista’ jiġi
reġistrat bħala sid, ma tolqotx jew ma tippreġudikax li jiġi nfurzat
xi jedd jew interess li jkun kontra jew jidderoga t-titolu ta’ l-ewwel
sid reġistrat u li jkun jeżisti jew li jista’ jinqala’ fil-ħin tar-
reġistrazzjoni ta’ dak is-sid, iżda, ħlief għal dak li ntqal qabel,
għandha, meta tkun reġistrata, ikollha l-istess effett li kien ikollha
kieku l-art ġiet reġistrata b’titolu garantit:
Iżda meta art kienet reġistrata b’titolu, li ma jkunx titolu
garantit, ikkwalifikat skond l-artikolu 24 ta’ dan 1-Att, din id-
disposizzjoni ma taffettwax jew ma tippreġudikax it-twettiq ta’ xi
jedd jew interess li mir-reġistru jkun jidher li qiegħed jitħalla barra.
Ipoteki fuq l-Art
Ipoteki fuq artijiet 
reġistrati. 
28. (1) Is-sid ta’ art reġistrata jista’, suġġett għal xi
reġistrazzjoni kuntrarja li tkun tinsab fir-reġistru, jipoteka l-art
reġistrata bl-istess mod u sa l-istess limitu daqslikieku l-art ma
kenitx reġistrata; u art reġistrata tista’ tiġi ipotekata bis-saħħa tal-
liġi jew ta’ sentenza bl-istess mod u sa l-istess limitu daqslikieku l-
art ma kenitx reġistrata:
Iżda ipoteka ma tiġix reġistrata kemm-il darba l-art inkluża
fl-ipoteka ma tkunx, fl-att jew dokument ieħor li joħloq l-ipoteka
jew meħtieġ għar-reġistrazzjoni ta’ ipoteka li tinħoloq bis-saħħa
tal-liġi jew tas-sentenza, deskritta b’riferenza għar-reġistru jew
b’xi mod ieħor li jkun biżżejjed sabiex ir-reġistratur ikun jista’
jagħrafha mingħajr ma jara xi dokument ieħor.
(2) Kull provvediment li jkun jinsab f’ipoteka bil-ħsieb li -
 (a) ineħħi lis-sid is-setgħa li jittrasferiha b’disposizzjoni
reġistrata jew li jeħtieġ li t-twaqqif tagħha tiġi mniżżla
fir-reġistru; jew
(b) jolqot xi art reġistrata barra minn dik li dwarha l-
ipoteka tkun espressament reġistrata,
ikun null.
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
Ipoteki fuq art 
sitwata f’area ta’ 
reġistrazzjoni iżda 
mhux reġistrata.
Miżjud:
VII. 1995.20.
28A. (1) Art sitwata f’area ta’ reġistrazzjoni iżda li ma tkunx
ġiet reġistrata, tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan 1-artikolu, tiġi ipotekata bi ftehim, bis-saħħa tal-liġi jew ta’
sentenza sa l-istess limitu u bl-istess mod daqslikieku dik l-art
kienet ġiet reġistrata.
(2) Ipoteka reġistrata skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandha tkun suġġetta għall-kondizzjoni li fid-data ta’ l-
applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha, id-debitur kien is-sid ta’
1-art suġġetta għal dik l-ipoteka u li bl-ebda mod ma kien inabilitat
milli jipoteka 1-art, u tolqot l-art li tkun suġġetta għaliha biss sal-
limitu li d-debitur ikun is-sid ta’ dik 1-art jew ikollu interess fuqha.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu, ipoteka reġistrata skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għandha tolqot kull persuna li takkwista l-art sa l-istess
limitu u bl-istess mod daqslikieku dik l-art kienet reġistrata u dik l-
ipoteka kienet ipoteka dwar dik l-art reġistrata.
(4) Meta r-reġistratur jirċievi applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
ta’ 1-art suġġetta għall-ipoteka reġistrata skond is-subartikolu (1)
ta’ dan 1-artikolu, huwa għandu, jekk il-persuna li tapplika għar-
reġistrazzjoni tkun id-debitur imsemmi fl-ipoteka jew it-titolu jkun
ġej minn dak id-debitur li kien is-sid ta’ dik l-art u sal-limitu li kien
hekk sid, jirreġistra 1-ipoteka bħala ipoteka fuq it-titolu għall-art
hekk reġistrata.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ipoteka reġistrata skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu
jkollha 1-istess effett daqs kawzjoni depożitata mar-reġistratur fis-
sens li l-art suġġetta għall-ipoteka m’għandhiex tiġi reġistrata
għall-ewwel darba favur xi persuna sakemm jiġi notifikat avviż lill-
proprjetarju ta’ l-ipoteka; u s-subartikolu (3) ta’ 1-artikolu 35 u l-
artikolu 37 ta’ dan l-Att għandhom japplikaw għal proprjetarju ta’
ipoteka reġistrata skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu l-istess
kif japplikaw għal persuna li tagħmel il-kawzjoni.
Reġistrazzjoni ta’ 
ipoteki.                 
Emendat:      
VI. 1996.8. 
29. (1) Ipoteka tiġi kompletata billi r-reġistratur jirreġistra fir-
reġistru l-persuna li favur tagħha għandha tibqa’ l-ipoteka bħala l-
proprjetarju ta’ dik l-ipoteka u l-partikolaritajiet ta’ l-ipoteka.
(2) Meta l-art li dwarha ipoteka tkun reġistrata, tiġi reġistrata
b’titolu li ma jkunx titolu garantit jew b’titolu kwalifikat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-ipoteka għandu jkollha effett
suġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar art reġistrata
b’dak it-titolu.
Ipoteka tkun 
effettiva biss jekk 
reġistrata.
Emendat:
IV. 1985.6.
Sostitwit:
VII. 1995.21.
30. Ipoteka ma tolqotx persuna li takkwista xi art reġistrata jew
jedd fuqha kemm-il darba 1-ipoteka ma tkunx imħarsa
b’reġistrazzjoni fir-reġistru. Meta ssir reġistrazzjoni bħal dik
għandha titqies li tkun saret fid-data li fiha l-applikazzjoni tagħha
tkun reġistrata fil-ġurnal.
Preferenzi bejn 
ipoteki.     
Emendat:  
VII. 1995.22.
31. Bla ħsara għal preferenzi stabbiliti bil-liġi u għal kull
reġistrazzjoni kuntrarja li tkun tinsab fir-reġistru, ipoteki reġistrati
dwar l-istess art għandhom, jekk huma ta’ l-istess xorta u ma
jgawdux preferenza fihom infushom, jiġu wara xulxin skond in-
 16      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
numru progressiv relattiv tagħhom fil-ġurnal.
Trasferiment ta’ 
ipoteki.
Emendat:  
VII. 1995.23.
Kap. 56. 
32. (1) Ipoteka reġistrata tista’ tiġi trasferita bl-istess mod u
sa l-istess limitu daqslikieku kienet ipoteka reġistrata taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ta’ dan l-Att għandhom japplikaw
ukoll għal dawk it-trasferimenti.
(2) Trasferiment jiġi kompletat billi r-reġistratur iniżżel fir-
reġistru l-persuna li favur tagħha jkun sar it-trasferiment bħala sid
ta’ l-ipoteka trasferita, jew ta’ dik il-parti minn dik l-ipoteka li tiġi
trasferita, u r-reġistratur għandu joħroġ ċertifikat ta’ ipoteka fejn
jindika d-dettalji relattivi għal dik 1-ipoteka bil-mod preskritt, u
għandu wkoll iniżżel in-numru ta’ l-ipoteka fuq iċ-ċertifikat ta’
titolu meta dan jiġi kompletat. 
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ 1-artikolu 26 ta’ dan l-Att
għandhom mutatis mutandis japplikaw għat-trasferimenti ta’
ipoteki taħt dan 1-artikolu.
Kif tispiċċa 
ipoteka.  
Emendat:   
VII. 1995.24. 
33. (1) Ir-reġistratur għandu, fuq talba tas-sid ta’ xi ipoteka,
jew fuq prova xierqa li l-ipoteka tkun ġiet sodisfatta jew tkun
spiċċat, għal kollox jew f’parti, jagħmel notament fir-reġistru bil-
mod preskritt, billi jħassar jew jibdel ir-reġistrazzjoni oriġinali jew
xort’oħra, li tkun spiċċat l-ipoteka għal kollox jew f’parti, u malli
jsir dan l-ipoteka titqies li spiċċat, għal kollox jew f’parti, skond il-
każ.
Kap. 16.
(2) L-ipoteki għandhom jispiċċaw bl-istess mod kif provdut fil-
Kodiċi Ċivili fuq kif jispiċċaw l-ipoteki u privileġġi.
Trasmissjoni ta’ Art u Ipoteka Reġistrati
Trasmissjoni ta’ art 
u ipoteka reġistrati.   
Emendat:   
VII. 1995.25.
34. (1) Meta tinfetaħ is-suċċessjoni ta’ sid waħdieni jew ta’ xi
wieħed mis-sidien, is-suċċessur jew is-suċċessuri jkollhom jedd li
jiġu reġistrati bħala sid jew sidien minfloku.
(2) Il-fatt li xi persuna ġiet li għandha jedd fuq xi art jew
ipoteka reġistrati minħabba ftuħ ta’ suċċessjoni ta’ xi sid għandu
jiġi ppruvat b’dak il-mod li jiddeċiedi r-reġistratur.
(3) Ir-reġistrazzjoni ta’ suċċessur minflok il-proprjetarju taħt
dan 1-artikoIu jista’ jiġi ikkwalifikat bl-istess mod kif provdut fl-
artikolu 24 ta’ dan 1-Att ukoll jekk 1-art tkun reġistrata mingħajr
dik il-kwalifika.
(4) Bla ħsara għal dak li ntqal qabel, jista’ jiġi provdut b’regoli
dwar il-mod kif jingħata effett għal trasmissjonijiet mal-mewt jew
mat-teħid tal-voti reliġjużi.
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
TAQSIMA V 
KAWZJONIJIET
Kawzjonijiet 
kontra l-ewwel 
reġistrazzjonijiet.
Emendat:   
VII. 1995.26.
35. (1) Kull persuna li jkollha jew tippretendi li għandha dak
l-interess f’art li għadha mhijiex reġistrata jew li dwarha ebda
applikazzjoni għall-ewwel reġistrazzjoni għadha ma ġiet
magħmula, li tagħtiha l-jedd li toġġezzjona għar-reġistrazzjoni ta’
jedd fuq art li jolqot l-interess ta’ min jagħmel il-kawzjoni tista’
tiddepożita kawzjoni għand ir-reġistratur fis-sens li ebda
reġistrazzjoni ta’ dak id-dritt ma għandha ssir qabel ma jiġi
notifikat avviż lill-persuna li tagħmel il-kawzjoni.
(2) Il-kawzjoni għandu jkollha magħha dikjarazzjoni bil-
ġurament fejn jingħad ix-xorta ta’ l-interess tal-persuna li tagħmel
il-kawzjoni, l-art u l-jedd fuqha li jintlaqat minn dik il-kawzjoni, u
kull ħaġa oħra li tiġi preskritta.
(3) Wara li tkun ġiet depożitata xi kawzjoni bħal dik kontra
reġistrazzjoni dwar art li ma tkunx għadha ġiet reġistrata, ma ssir
ebda reġistrazzjoni ta’ dak id-dritt sakemm jiġi notifikat avviż lil
min jagħmel il-kawzjoni biex jidher u jopponi, jekk jidhirlu xieraq,
dik ir-reġistrazzjoni, u ż-żmien preskritt ikun skada mid-data tan-
notifika ta’ dak l-avviż, jew min jagħmel il-kawzjoni jkun deher,
skond liema minnhom jiġri l-ewwel.
Kawżjonijiet 
kontra negozju bl-
art.
Emendat: 
XXI. 1993.88.
36. (1) Kull persuna -
(a) li jkollha jew li tippretendi li għandha dritt reali mhux
reġistrat fuq art reġistrata f’isem xi persuna oħra; jew
(b) li tkun ippreżentat talba għad-dikjarazzjoni ta’
falliment ta’ sid reġistrat ta’ art jew ta’ ipoteka; jew 
(ċ) li tkun għamlet talba għall-interdizzjoni jew
inabilitazzjoni ta’ sid reġistrat ta’ art jew ta’ ipoteka;
jew
(d) li, bħala persuna miżżewġa lil sid reġistrat ta’ art jew
ipoteka reġistrata, teħtieġ li tissalvagwarda kull dritt
fuq dik l-art jew ipoteka reġistrata naxxenti bis-saħħa
ta’ kull liġi li tirregola r-relazzjonijiet matrimonjali;
jew
(e) li tkun għamlet wegħda bil-miktub ta’ bejgħ jew
enfitewsi mas-sid reġistrat rigward dik l-art;
tista’ tiddepożita kawzjoni mar-reġistratur fis-sens li ebda
disposizzjoni ta’ dik l-art jew ipoteka min-naħa tas-sid ma għandha
tiġi reġistrata sakemm ikun ġie notifikat avviż lill-persuna li
tagħmel il-kawzjoni.
(2) Il-kawzjoni għandu jkollha magħha dikjarazzjoni bil-
ġurament fejn jingħata x-xorta ta’ l-interess tal-persuna li tagħmel
kawzjoni, l-art li tkun milquta b’dik il-kawzjoni, u dawk il-ħwejjeġ
l-oħra li jkunu preskritti.
(3) Wara li xi kawzjoni bħal dik kontra negozji tkun ġiet
depożitata dwar xi art jew ipoteka reġistrata, ir-reġistratur ma
għandux, mingħajr il-kunsens tal-persuna li tagħmel il-kawzjoni,
 18      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
jirreġistra xi disposizzjonijiet jew jagħmel xi dħul fir-reġistru biex
iħares il-jeddijiet akkwistati b’xi negozju mis-sid dwar dik l-art jew
dik l-ipoteka sakemm jiġi notifikat avviż lill-persuna li tagħmel il-
kawzjoni, fejn tiġi mwissija li l-kawzjoni tagħha tieqaf milli jkollha
kull effett wara li jgħaddu n-numru ta’ jiem preskritti minnufih
wara d-data li fiha jkun notifikat dak l-avviż; u wara li jgħaddi dak
iż-żmien kif intqal qabel il-kawzjoni tieqaf mis-seħħ kemm-il darba
ma jsirx ordni kuntrarju mir-reġistratur, u malli l-kawzjoni hekk
tieqaf l-art reġistrata jew l-ipoteka reġistrata jista’ jsir minnhom
daqslikieku ebda kawzjoni ma tkun ġiet depożitata.
(4) Jekk, qabel ma jgħaddi l-imsemmi żmien, min jagħmel il-
kawzjoni, jew xi persuna oħra f’isimha, tidher quddiem ir-
reġistratur, u, meta hekk meħtieġa mir-reġistratur, tagħti garanzija
biżżejjed biex tindennizza kull waħda mill-partijiet kontra kull
danni li jistgħu jiġġarrbu minħabba li xi negozju dwar l-art
reġistrata jew l-ipoteka reġistrata, jew xi dħul fir-reġistru kif intqal
qabel, ikun ġie mwaqqaf għal xi żmien, ir-reġistratur jista’ malli
jsir hekk, jekk jidhirlu xieraq li hekk jagħmel u wara li jagħti kull
direttivi li jidhirlu meħtieġa jew spedjenti, iwaqqaf għal xi żmien li
jirreġistra kull negozju dwar l-art jew ipoteka jew li jagħmel
reġistrazzjonijiet għal dak iż-żmien li jidhirlu ġust.
Appell minn 
deċiżjoni ta’ 
reġistratur. 
Emendat: 
IV.  1985.7;
VII.1995.28. 
37. (1) Kull persuna milquta ħażin minn xi egħmil tar-
reġistratur dwar kawzjoni taħt dan l-Att tista’ tappella lill-Qorti ta’
l-Appell bil-mod preskritt.
(2) Kawzjoni depożitata skond dan l-Att ma tippreġudikax il-
pretensjoni jew it-titolu ta’ ebda persuna u ma jkollha ebda effett
ieħor ħlief kif imsemmi f’dan l-Att.
(3) Jekk xi persuna tiddepożita kawzjoni mar-reġistratur
mingħajr raġuni xierqa, din tkun responsabbli li tikkumpensa
b’mod ġust lil kull persuna li tkun ġarrbet danni bid-depożitu tal-
kawzjoni.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu
qabel dan, min jagħmel kawzjoni jista’ japplika biex jirtira
kawzjoni f’kull żmien.
(5) Persuna ma tistax titqies li tkun irreġistrat kawzjoni
mingħajr raġuni tajba għall-finijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu, sa fejn u sal-limitu li, fil-pjanti depożitati mal-kawzjoni,
b’bona fede u mingħajr negliġenza, hija setgħet tinkludi art li ma
kellhiex tiġi hekk inkluża.
(6) Id-depożitu ta’ kawzjoni ma hijiex applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni tal-pretensjoni jew tat-titolu li 1-kawzjoni tkun ġiet
depożitata bi protezzjoni tagħha u ma teżentax lill-persuna li
tiddepożita 1-kawzjoni mill-preżentazzjoni ta’ 1-applikazzjonijiet
rilevanti, jekk ikun il-każ, għar-reġistrazzjoni ta’ xi titolu jew
pretensjoni.
Miżjuda: 
1V. 1985.8.
TAQSIMA VA* 
#TAQSIMA VI
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
*It-Taqsima VA (artikoli minn 37A sa 37F) kienet miżjuda bl-Att IV ta’ l-
1985 u ġiet imħassra bl-artikolu 29 ta’ l-Att VII ta’ l-1995. Ara wkoll d-
disposizzjonijiet transitorji hawn taħt (artikolu 38 ta’ l-Att VII ta’ l-1995):
38. (1) Meta jiġi fis-seħħ it-tħassir tat-Taqsimiet VA u VI ta’ dan l-Att
(30 ta’ Ġunju,1995), ebda applikazzjoni għal ipoteka kawzjonali ma għandha
tintlaqa’, u kull ipoteka kawzjonali reġistrata fir-Reġistru ta’ 1-Artijiet qabel il-
bidu fis-seħħ ta’ l-imsemmi tħassir għandha titqies bħala ipoteka reġistrata
skond 1-artikolu 28A ta’ dan 1-Att.
(2) Iċ-Certifikati ta’ l-Art u ta’ 1-Ipoteki kollha maħruġa qabel it-30 ta’
Ġunju, 1995, għandhom ikunu ammissibbli f’xiehda biss bħala li huma prova
tal-kontenut tagħhom fid-data li jkunu nħarġu.
(3) Meta qabel il-bidu fis-seħħ tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 14 ta’ dan
1-Att (30 ta’ Ġunju, 1995), fil-ftuħ ta’ suċċessjoni ta’ xi persuna, it-titolu ta’ 1-
art inkluża fil-wirt u sitwata f’xi area ta’ reġistrazzjoni ma tkunx ġiet reġistrata
f’isem il-persuni li favur tagħhom dik 1-art setgħet għaddiet, għandha titqies
illi d-disposizzjonijiet ta’ 1-artikolu 14 ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-
Artijiet (Kap. 296), kif kienu fis-seħħ qabel il-bidu fis-seħħ ta’  l-imsemmi
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 14 ta’ dan 1-Att, ma kinux japplikaw għal dik 1-
art:
Iżda r-Reġistratur ta’ l-Artijiet jista’, wara li jagħti avviż kif jidhirlu xieraq,
jirreġistra dik l-art f’isem il-persuni li favur tagħhom dik l-art setgħet għaddiet
jew f’isem is-suċċessuri tagħhom fit-titolu, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Artijiet (Kap. 296) kif emendat bl-Att VII ta’ l-
1995, u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Artijiet (Kap.
296) li jagħtu s-setgħa lill-imsemmi reġistratur li jitlob persuna tipproduċi xi
dokument jew tagħrif għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta’ dan il-
proviso.
(4) It-titoli għall-art reġistrata bis-saħħa ta’ l-Avviż Legali Numru 37 ta’
l-1983, u elenkati fis-subartikolu li ġej wara dan l-artikolu għandhom jitqiesu li
ġew debitament u regolarment reġistrati skond id-disposizzjonijiet ta’ 1-Att
dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Artijiet (Kap. 296) u kull transazzjoni ta’ dik l-art
wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan is-subartikolu (30 ta’ Ġunju, 1995) għandu jkun
reġistrabbli fir-Reġistru ta’ l-Artijiet bħallikieku dik l-art kienet sitwata f’area
ta’ reġistrazzjoni:
Iżda kull trasferiment jew ipoteka dwar dik l-art reġistrata fir-Reġistru
Pubbliku wara 1-ħruġ ta’ l-imsemmi Avviz Legali u qabel it-30 ta’ Ġunju,
1995, għandu jitqies li huwa ta’ interess li jipprevali u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 43 ta’ 1-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ l-Artijiet (Kap. 296) għandhom
japplikaw għalih.
(5) It-titoli ta’ l-art li għalihom is-subartikolu  (4) ta’ dan l-artikolu
japplika huma dawn li ġejjin:
Ċertifikati ta’ Titolu Numri 547200001, 547200002, 546900003,
567300008, u minn 547400004 sa 547400007 (iż-żewġ numri nklużi).
(6) Meta qabel it-30 ta’ Ġunju, 1995, titolu kwalifikat ġie maħruġ mir-
reġistratur skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’
Artijiet (Kap. 296),  kif fis-seħħ qabel it-30 ta’ Ġunju, 1995, għandu jitqies li
huwa titolu reġistrat skond id-disposizzjonijiet korrispondenti ta’ l-Att dwar ir-
Reġistrazzjoni ta’ Artijiet (Kap. 296) kif emendat bid-disposizzjonijiet ta’ l-Att
VII ta’ l-1995, ikkwalifikat skond l-artikolu 24 ta’ l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni
ta’ Artijiet (Kap. 296), kif emendat bid-disposizzjonijiet ta’ l-Att VII ta’ l-
1995.
(7) Kull titolu assolut u kull titolu ta’ pussess reġistrati qabel it-30 ta
Ġunju, 1995, għandhom jitqiesu li huma titolu garantit u titolu li mhux garantit
rispettivament, u kull riferenza f’kull liġi oħra għal reġistrazzjoni b’titolu
possessorju jew reġistrazzjoni b’titolu assolut għandha tiftiehem bħala
reġistrazzjoni b’titolu li mhux titolu garantit u reġistrazzjoni b’titolu garantit,
rispettivament.
#It-Taqsima VI  (artikoli 38 sa 42)  ġiet imħassra bl-artikolu 29 ta’ l-Att VII ta’ l-
1995.
 20      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
TAQSIMA VII 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR REĠISTRAZZJONI
Interessi li 
jipprevalu.      
Emendat:    
VII. 1995.30.
43. (1) L-artijiet kollha reġistrati għandhom, kemm-il darba
ma huwiex espress il-kuntrarju fuq ir-reġistru skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jitqiesu li huma suġġetti għal dawk
l-interessi li jipprevalu li ġejjin li jkunu għal dak iż-żmien jeżistu
dwarhom, jiġifieri -
(a) servitujiet;
(b) deċmi u piżijiet oħra;
(ċ) jeddijiet akkwistati jew li jkunu se jiġu akkwistati bi
preskrizzjoni, jew b’konfiska jew bħala bona vacantia;
(d) il-jeddijiet ta’ kull persuna li fil-fatt tkun qed tokkupa
l-art, ħlief meta jintalab tagħrif b’att ġudizzjarju lil dik
il persuna u l-jeddijiet ma jiġux svelati;
(e) fil-każ ta’ xi titolu anke jekk ikkwalifikat skond l-
artikolu 24 ta’ dan 1-Att, il-jeddijiet, l-interess u s-
setgħat kollha mħollija barra mill-effett ta’
reġistrazzjoni;
(f) il-jeddijiet tal-Gvern għal u fuq minerali stabbiliti jew
imħarsa b’liġi;
(g) kirjiet;
(h) privileġġi ġenerali, ipoteki ġenerali u l-benefiċċju tal-
firda tal-beni reġistrati kif imiss taħt il-liġijiet li jkunu
fis-seħħ meta jkunu nħolqu dawk il-jeddijiet;
(hh) privileġġi speċjali u ipoteki speċjali li huma ta’ piż fuq
1-art u reġistrati fir-Reġistru Pubbliku qabel ma l-art
milquta tkun ġiet inkluża f’area ta’ reġistrazzjoni;
Kap. 88.
(i) il-jeddijiet ta’ l-awtorità kompetenti akkwistati taħt l-
Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet
Pubbliċi kemm-il darba u sakemm ma jkunux reġistrati
jew imħarsa fir-reġistru bil-mod preskritt;
(j) jeddijiet għal kaċċa u jeddijiet oħra bħalhom;
(k) użufrutti legali kemm-il darba u sakemm ma jkunux
imħarsa fir-reġistru bil-mod preskritt;
(l) il-jeddijiet tal-werrieta ta’ min imut l-ewwel fost
miżżewġin fuq proprjetà li tkun parti mill-komunjoni
ta’ l-akkwisti u li tkun reġistrata f’isem min jibqa’ ħaj
mill-koppja miżżewġa:
Iżda, meta jkun ippruvat għas-sodisfazzjon tar-reġistratur li
xi art reġistrata jew li tkun se tiġi reġistrata tkun ħielsa minn
servitujiet jew ħielsa minn deċmi u piżijiet oħra, ir-reġistratur jista’
jniżżel dan il-fatt fir-reġistru bil-mod preskritt.
(2) Meta fil-ħin ta’ l-ewwel reġistrazzjoni xi servitù jew jedd
reali ieħor jew xi deċmi jew piżijiet maħluqa b’att pubbliku jew
b’testment u reġistrati kif imiss taħt il-liġi li tkun fis-seħħ fiż-
żmien li fih ikunu nħolqu dawk il-jeddijiet, jolqtu l-art b’mod li
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
jkunu kontra tagħha, ir-reġistratur għandu jniżżel nota tagħhom fir-
reġistru.
(3) Meta l-eżistenza ta’ interess li jipprevali msemmi f’dan l-
artikolu tkun ipprovata għas-sodisfazzjon tar-reġistratur jew issir
ammissjoni dwarha, dan jista’ (bla ħsara għal kull eċċezzjoni
preskritta) iniżżel avviż dwarha, jew pretensjoni għaliha fir-
reġistru, iżda ebda pretensjoni għal servitù li ma tkunx maħluqa
b’att pubbliku ma għandha titniżżel kontra t-titolu għall-art
suġġetta għas-servitù jekk sid dik l-art (wara li jingħatalu l-avviż
preskritt) juri raġuni biżżejjed għaliex dan m’għandux isir.
Disposizzjoni bis-
saħħa ta’ interessi 
li jipprevalu.
44. Meta bis-saħħa ta’ xi interess jew jedd li jkun interess li
jipprevali persuna tiddisponi minn xi jedd jew iġġiegħel li ssir
disposizzjoni ta’ xi jedd fuq art reġistrata, u d-disposizzjoni tkun
tista’ tiġi reġistrata, jew ikollha dak l-interess f’art li jkun jista’ jiġi
reġistrat, ir-reġistratur għandu, jekk hekk mitlub, jagħti effett lid-
disposizzjoni jew l-interess fir-reġistru.
Appartenenzi.      
Emendat:     
VII. 1995.31.
45. Jekk qabel ir-reġistrazzjoni ta’ xi interess f’art b’titolu
garantit xi servitù jew jedd ieħor ikun ġie akkwistat favur tagħha,
f’dan il-każ, ma’ dik ir-reġistrazzjoni, is-servitù jew il-jedd
għandu, suġġett għal reġistrazzjoni kuntrarja fir-reġistru, isir
jappartjeni lill-art reġistrata bl-istess mod bħallikieku kien ingħata
lis-sid li jkun reġistrat kif intqal qabel.
Akkwist ta’ art bi 
preskrizzjoni.   
Emendat:    
VII. 1995.32.
46. (1) Kull persuna li tippretendi li akkwistat bi preskrizzjoni
titolu għal art reġistrata f’isem persuna oħra tista’ tapplika biex tiġi
reġistrata bħala sid tagħha.
(2) Ir-reġistratur għandu, meta jkun sodisfatt dwar it-titolu ta’
l-applikant, jirreġistra lill-applikant bħala sid b’titolu garantit jew
titolu ieħor, inkluża kull kwalifika, skond il-każ, iżda bla ħsara
għal kull jedd jew interess imħares b’reġistrazzjoni fir-reġistru li
seta’ ma ntilifx bi preskrizzjoni; u dik ir-reġistrazzjoni għandha,
bla ħsara kif intqal qabel, l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta’ l-
ewwel sid; iżda s-sid jew l-applikant jew kull persuna oħra
interessata tista’ titlob lill-qorti kompetenti biex tistabbilixxi kull
kwistjoni li tinqala’ taħt dan l-artikolu.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jistgħu jiġu applikati,
suġġetti għal modifiki meħtieġa, għal każijiet meta servitù jew jedd
reali ieħor ikun ġie akkwistat bi preskrizzjoni.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jistgħu wkoll jiġu
applikati bil-modifiki meħtieġa għal każijiet meta titolu għal art
ikun akkwistat mill-Gvern b’konfiska jew bħala bona vacantia.
Preskrizzjonijiet 
interrotti jiġu 
reġistrati. 
47. Kull att idoneu biex jikser l-preskrizzjoni dwar art
reġistrata, jew dwar ipoteka reġistrata, jew dwar debitu protett
minn ipoteka reġistrata jew minn jedd li jkun interess li jipprevali
fuq art reġistrata, ma jolqotx lill-persuna li takkwista xi interess
f’dik l-art kemm-il darba u sakemm ma jkunx ġie reġistrat avviż
dwaru fir-reġistru wara talba magħmula bil-mod preskritt.
Deskrizzjoni ta’ art 
reġistrata. 
Emendat:
IV. 1985.14. 
48. Art reġistrata tista’ tiġi deskritta -
(a) permezz ta’ deskrizzjoni verbali u l-pjanta ppreżentata
 22      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
jew il-mappa ġenerali, ibbażata fuq il-mappa uffiċjali
tar-reġistru ta’ l-artijiet; jew
(b) b’riferenza għal att jew dokumenti oħra, li kopja jew
estratt tagħhom tiġi ppreżentata fir-reġistru, li jkun
fiha deskrizzjoni biżżejjed u pjanta jew mappa tagħha;
jew
(ċ) xort’oħra kif ikun jixtieq l-applikant għar-
reġistrazzjoni u kif japprova r-reġistratur,
basta wieħed jara li jkun hemm identifikazzjoni ta’ malajr tal-
biċċiet ta’ art, deskrizzjoni korretta ta’ konfini, u, kemm jista’ jkun,
uniformità tal-prattika; iżda l-konfini ta’ l-artijiet kollha u d-
dettalji kollha meħtieġa dwarhom għandhom, kull meta jista’ jsir,
jitniżżlu fir-reġistru jew fuq il-pjanta ppreżentata, jew il-mappa
ġenerali; u l-pjanta ppreżentata, jekk ikun hemm, jew mappa
ġenerali għandhom jintużaw biex jgħinu għall-identifikazzjoni ta’
l-art.
Kif titolu jsir 
wieħed garantit.   
Emendat:   
VII. 1995.33;
VI. 1996.9.
49.(1)(a) Meta jagħlaq iż-żmien imsemmi fis-subartikolu (2) ta’
1-artikolu 23 ta’ dan 1-Att, ir-reġistratur għandu, bla
ħsara għas-subartikolu li ġej ta’ dan 1-artikolu u wara
li jagħti dak 1-avviż, jekk ikun hemm, kif jista’ jiġi
preskritt, jirreġistra dak it-titolu bħala titolu garantit
kemm jekk il-proprjetarju jagħti l-kunsens tiegħu għal
dik ir-reġistrazzjoni, sew jekk ma jagħtihx.
(b) Meta r-reġistratur ikun soddisfatt li jew bħala riżultat
ta’ aktar provi li jinġiebulu jew li b’mod ieħor ikollu
fil-pussess tiegħu, jew bħala riżultat ta’ żmien, jew
b’riżultat tat-tnejn, huwa jista’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu u kull
disposizzjoni oħra ta’ dan 1-Att, wara li jingħataw
dawk l-avviżi, jekk ikun hemm, kif jista’ jiġi preskritt,
iħassar kull kwalifika mniżżla fir-reġistru skond dan 1-
Att, kemm jekk il-proprjetarju jagħti 1-kunsens tiegħu
għal dak it-tħassir sew jekk ma jagħtix.
(2) Jekk issir xi pretensjoni li tkun kuntrarja għat-titolu tas-sid,
m’għandhiex issir reġistrazzjoni fir-reġistru taħt dan l-artikolu
kemm-il darba u sakemm il-kwistjoni dwar il-pretensjoni ma tkunx
ġiet maqtugħa.
(3) Kull persuna, barra mis-sid, li ġġarrab telf minħabba li
jkunu saru reġistrazzjonijiet fir-reġistru bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
jkollha jedd għal indenniz taħt dan l-Att daqslikieku jkun sar żball
fir-reġistru.
Indirizzi għal 
notifika w avviżi.
50. (1) Kull persuna li isimha jkun imniżżel fir-reġistru bħala
sid ta’ xi art reġistrata jew ipoteka reġistrata, jew bħala persuna li
tagħmel kawzjoni, jew bħala li għandha jedd li tirċievi xi avviż,
jew taħt xi sura oħra, għandha tagħti lir-reġistratur post ta’ indirizz
f’Malta.
(2) Kull avviż li b’dan l-Att hu meħtieġ li jingħata lil xi
persuna għandu jiġi notifikat personalment, jew jintbagħat bil-
posta f’ittra reġistrata markata fuq barra "Reġistru ta’ l-Artijiet", u
mibgħuta lil dik il-persuna fl-indirizz mogħti lir-reġistratur u,
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
sakemm ma tiġix lura, għandha titqies li l-persuna li lilha tkun
indirizzata tkun irċevietha f’dak iż-żmien, li ma jkunx inqas minn
tlett ijiem, eskluż il-jum li fih tiġi mpustata, li jkun preskritt.
(3) Il-Postmaster-General għandu jagħti direttivi sabiex
jingħataw lura minnufih lir-reġistratur l-ittri kollha mmarkati kif
intqal qabel, u indirizzati lil xi persuna li ma tkunx tista’ tinstab u
malli tingħata lura xi ittra li jkun fiha xi avviż, ir-reġistratur
għandu jaġixxi, dwar il-kwistjoni li tkun teħtieġ li jingħata dak l-
avviż, kif ikun preskritt.
(4) Persuna li takkwista interess f’art reġistrata ma tiġix
milquta min-nuqqas li jintbagħat xi avviż li skond dan l-Att għandu
jingħata jew mill-fatt li dan ma jkunx ġie riċevut.
TAQSIMA VIII 
KORREZZJONIJIET FIR-REĠISTRU U INDENNIZZ
Korrezzjonijiet fir-
reġistru.   
Emendat:   
VII. 1995.34.
51. (1) Jistgħu jsiru korrezzjonijiet fir-reġistru fuq ordni tal-
qorti kompetenti jew fuq ordni tar-reġistratur, salv li jkun hemm
appell lill-Qorti ta’ l-Appell, f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin,
iżda bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu:
(a) bla ħsara għal kull disposizzjoni kuntrarja espressa ta’
dan l-Att, meta qorti kompetenti tkun iddeċidiet li xi
persuna għandha xi jedd jew interess f’xi art reġistrata
jew ipoteka reġistrata, u minħabba dik id-deċiżjoni l-
qorti tkun tal-fehma li jkun meħtieġ li ssir korrezzjoni
fir-reġistru, u tordna f’dan is-sens;
(b) bla ħsara għal kull disposizzjoni kuntrarja espressa ta’
dan l-Att, meta l-Qorti ta’ l-Appell, fuq talba bil-mod
preskritt ta’ xi persuna li tkun milquta bi dħul li jkun
sar jew bin-nuqqas ta’ dħul fir-reġistru, jew minħabba
li jkun sar xi nuqqas, jew għax ikun hemm dewmien
mingħajr meħtieġ, f’xi dħul fir-reġistru, tordna li ssir
korrezzjoni fir-reġistru;
(ċ) f’kull każ u f’kull żmien bil-kunsens tal-partijiet
interessati;
(d) meta qorti kompetenti jew ir-reġistratur ikun sodisfatt
li dħul fir-reġistru jkun inkiseb b’qerq jew bi vjolenza
u fil-każ tal-qorti, tordna li ssir korrezzjoni fir-
reġistru;
(e) meta żewġ persuni jew iżjed, li ma jkollhomx jedd li
jiġu reġistrati flimkien, ikunu bi żball reġistrati bħala
sidien ta’ l-istess jedd fuq art reġistrata jew ta’ l-istess
ipoteka;
(f) f’kull każ ieħor meta, minħabba xi żball jew nuqqas
fir-reġistru, jew minħabba li xi dħul li jkun sar bi
żball, jitqies ġust li ssir korrezzjoni fir-reġistru.
(2) Jistgħu jsiru korrezzjonijiet fir-reġistru taħt dan l-artikolu
 24      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
minkejja li l-korrezzjoni tista’ tolqot xi jeddijiet, ipoteka jew
interessi akkwistati jew imħarsa b’reġistrazzjoni, jew b’xi
reġistrazzjoni fir-reġistru, jew xort’oħra.
(3) Ma jistgħux isiru korrezzjonijiet fir-reġistru, barra milli
sabiex jingħata effett lil interess li jipprevali, li jista’ jolqot it-titolu
tas-sid li jkollu l-pussess -
(a) ħlief meta dak is-sid ikun parti jew ikollu sehem jew
ikun il-kawża jew ikun sostanzjalment ikkontribwixxa,
bl-egħmil, bit-traskuraġni jew bin-nuqqas tiegħu,
għall-qerq, vjolenza, żball jew ommissjoni li minħabba
fihom tkun qed tintalab korrezzjoni; jew
(b) ħlief meta d-disposizzjoni immedjata favur tiegħu
kienet nulla, jew id-disposizzjoni lil xi persuna li min
għandha jkun irċieva barra jekk b’titolu oneruż tkun
nulla; jew
(ċ) ħlief meta għal xi raġuni oħra, f’xi każ partikolari,
wieħed ikun tal-fehma li jkun inġust li ma ssirx
korrezzjoni fir-reġistru kontra tiegħu.
(4) Ir-reġistratur għandu jobdi l-ordni ta’ kull qorti kompetenti
dwar kull art reġistrata meta tiġi notifikata lilu s-sentenza jew meta
tingħatalu kopja uffiċjali tagħha flimkien ma’ dikjarazzjoni mir-
Reġistratur tal-Qorti li tiċċertifika li s-sentenza tkun finali u
konklusiva.
(5) Qorti ma għandhiex tordna l-korrezzjoni tar-reġistru kemm
il-darba r-Reġistratur ta’ l-Artijiet ma jkunx parti fil-proċedimenti
li dwarhom isir l-ordni.
(6) Ħlief sabiex jingħata effett lil interess li jipprevali, ma
tista’ ssir ebda korrezzjoni fir-reġistru wara li jgħaddu għaxar snin
mid-data li fiha ssir:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem li
tolqot il-jedd ta’ xi persuna li tippretendi danni mingħand xi
persuna li tkun responsabbli għalihom.
(7) Ma’ kull korrezzjoni fir-reġistru kull ċertifikat jew
dokument li jkun milqut għandu jiġi prodott lir-reġistratur sakemm
dan ma jordnax il-kuntrarju.
Jedd għal 
indennizz f’ċerti 
każijiet.
52. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet kuntrarji ta’ dan l-Att,
kull persuna li ġġarrab telf minħabba xi korrezzjoni fir-reġistru taħt
dan l-Att għandha jedd li tkun indennizzata taħt dan l-Att.
(2) Meta jkun sar żball jew nuqqas fir-reġistru, iżda r-reġistru
ma jiġix korrett, kull persuna li ġġarrab telf minħabba dak l-iżball
jew nuqqas, ikollha, suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
jedd għal indennizz taħt dan l-Att.
(3) Meta xi persuna ġġarrab telf minħabba t-telf jew id-
distruzzjoni ta’ xi dokument depożitat fir-reġistru sabiex jiġi
spezzjonat jew sabiex jinżamm fiż-żgur jew minħabba żball f’xi
riċerka uffiċjali, din ikollha jedd li tiġi indennizzata taħt dan l-Att.
(4) Bla ħsara għal dak provdut iżjed ’il quddiem hawnhekk, sid
ta’ art reġistrata jew ta’ ipoteka reġistrata li bil-bona fide jressaq
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
pretensjoni taħt disposizzjoni falsifikata, għandu jitqies, meta jkun
hemm korrezzjoni fir-reġistru, li ġarrab telf minħabba dik il-
korrezzjoni u jkollu jedd li jiġi indennizzat taħt dan l-Att.
(5) Ebda indennizz ma jitħallas taħt dan l-Att f’kull wieħed
mill-każijiet li ġejjin:
(a) meta min jagħmel it-talba jkun hu nnifsu wassal jew
ikkontribwixxa b’mod sostanzjali għat-telf b’qerq jew
bi vjolenza min-naħa tiegħu, jew jikseb titolu  (barra
minn taħt disposizzjoni b’titolu oneruż li hi reġistrata
jew imħarsa fir-reġistru) mingħand persuna li tagħmel
dak il-qerq jew dik il-vjolenza;
(b) meta l-korrezzjoni fir-reġistru ma ssirx skond is-
subartikolu (6) ta’ l-artikolu 51 ta’ dan l-Att;
(ċ) meta ssir korrezzjoni fir-reġistru sabiex jingħata effett
lil interess li jipprevali;
(d) minħabba spejjeż li jkunu saru sabiex jittieħdu xi
proċedimenti legali jew sabiex issir difiża għalihom
mingħajr il-kunsens tar-reġistratur.
(6) Meta jitħallas indennizz dwar telf ta’ jedd fuq jew interess
fi jew ipoteka fuq, art, l-ammont hekk imħallas ma għandux ikun
iżjed minn -
(a) meta ma ssirx korrezzjoni fir-reġistru, il-valur tal-jedd,
interess jew ipoteka fil-ħin li jkun sar l-iżball jew in-
nuqqas li minnu jkun iġġarrab it-telf;
(b) meta tkun saret il-korrezzjoni fir-reġistru, il-valur  (li
kieku ma saret ebda korrezzjoni) tal-jedd, interess jew
ipoteka, minnufih qabel il-ħin li fih saret il-
korrezzjoni.
(7) Ir-reġistratur jista’, jekk l-applikant hekk jitlob, u suġġett
għal appell lill-Qorti ta’ l-Appell, jaqta’ jekk jedd għal indennizz
ikunx dovut taħt dan l-artikolu, u, jekk ikun hekk, jagħti indennizz.
Fil-każ ta’ appell lill-qorti r-rikorrent ma jkunx meħtieġ li jħallas xi
spejjeż ħlief tiegħu stess, ukoll jekk jitlef l-appell, kemm-il darba l-
qorti ma jidhrilhiex li l-appell ma kienx raġonevoli.
(8) Fl-għoti ta’ xi indennizz ir-reġistratur jista’ jqis kull infiq u
spejjeż li jkunu saru b’mod xieraq dwar il-kwistjoni, u dawn jista’
jżidhom mal-flus ta’ l-indennizz li xort’oħra kien ikollhom
jitħallsu.
(9) Meta jitħallas indennizz għal telf, ir-reġistratur, f’isem il-
Gvern, ikollu l-jedd li jiġbor lura l-ammont imħallas mingħand kull
persuna li tkun wasslet jew ikkontribwiet b’mod sostanzjali għat-
telf bil-qerq, vjolenza, traskuraġni jew nuqqas tagħha, u jkollu jedd
li jinforza kull patt, garanzija jew jedd ieħor kemm jekk espressi
jew mifhuma li l-persuna li tkun indennizzata kien ikollha jedd li
tinforza dwar il-kwistjoni relattivament għall-indennizz li jkun
tħallas.
(10) Kull talba għal indennizz taħt dan l-Att tista’ titqies biss
jekk issir fi żmien ħames snin mid-data li fiha jinħoloq il-jedd għal
indennizz, u dak iż-żmien jgħaddi kontra kulħadd:
 26      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
Iżda meta l-persuna li jkollha l-jedd għal indennizz tkun
minorenni t-talba minnha tista’ ssir fi żmien sentejn minn meta ssir
maġġorenni jew fi żmien ħames snin mid-data li fiha jinħoloq il-
jedd għal indennizz, skond liema tkun l-aħħar data.
(11) Dan l-artikolu japplika għall-Gvern bl-istess mod kif
japplika għal persuna privata.
Fond ta’ 
assigurazzjoni. 
53. (1) Għandu jkun hemm fond ta’ assigurazzjoni sabiex
minnu jitħallsu talbiet għal indennizz skond dan l-Att.
(2) Għandha titwarrab u titħallas fl-imsemmi fond f’egħluq
kull sena finanzjarja dak il-parti minn dħul li jsir mid-drittijiet li
jinġabru mir-reġistru taħt dan l-Att li l-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’ jistabbilixxi b’ordni.
(3) Il-fond ta’ assigurazzjoni għandu jiġi investit f’dawk l-
ismijiet u b’dak il-mod li l-imsemmi Ministru jista’ jordna minn
żmien għal żmien.
(4) Jekk il-fond ta’ assigurazzjoni jkun f’xi żmien mhux
biżżejjed biex jitħallas indenniz għal xi telf li għandu jitħallas
minnu, id-differenza għandha, bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr
aktar assigurazzjoni, tkun addebitata lil u mħallsa mill-Fond
Konsolidat; iżda kull somma hekk imħallsa mill-Fond Konsolidat
għandha titħallas lura mill-flus li wara jkunu għall-kreditu tal-fond
ta’ assigurazzjoni.
(5) Kontijiet tal-fond għandhom jinżammu u jiġu verifikati
bħal kontijiet pubbliċi, skond dawk ir-regolamenti li l-Ministru
responsabbli għall-finanzi jista’ jagħmel minn żmien għal żmien.
TAQSIMA IX 
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI
Spezzjon tar-
reġistru u kopji. 
54. (1) Kull persuna tista’, mal-ħlas tad-dritt preskritt,
tispezzjona kull reġistru jew dokument dwar xi art reġistrata jew
ipoteka reġistrata li jkun qiegħed għand ir-reġistratur.
(2) Kull persuna tista’, mal-ħlas tad-dritt preskritt, titlob lir-
reġistratur biex jagħmel kopji ta’ u estratti minn xi reġistru jew
dokument dwar xi art reġistrata jew ipoteka reġistrata li jkun
qiegħed għand ir-reġistratur.
Kopji, eċċ., 
maħruġa mill-
uffiċċju jistgħu 
jinġiebu bħala 
prova.
55. Kopji u estratti uffiċjali ta’ u minn reġistru, u ta’ u minn
dokumenti u pjanti ppreżentati fir-reġistru, jistgħu jinġiebu bħala
prova f’kull azzjoni jew ħaġa, u bejn il-persuni u l-partijiet kollha,
bl-istess mod kif oriġinali jistgħu jinġiebu, iżda kull persuna li
ġġarrab telf minħabba ineżattezza f’xi kopja bħal dik jew estratt
bħal dak ikollha jedd li tiġi indennizzata taħt dan l-Att, u ebda
persuna ma tkun tista’ tinġieb azzjoni kontriha dwar xi telf li jkun
inqala’ minħabba li tkun ibbażat ruħha fuq xi kopja bħal dik jew
estratt bħal dak.
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
Dokumenti jew 
fatti li ma 
jitressqux. 
56. Jekk waqt xi proċedimenti quddiem ir-reġistratur jew qorti
skond dan l-Att xi persuna, bil-ħsieb illi taħbi t-titolu jew il-
pretensjoni ta’ xi persuna, jew biex tissostanzja talba falza, ma
tressaqx, jew tipprova ma tressaqx, jew tkun kompliċi biex ma
jitressaqx, xi dokument jew fatt, il-persuna li hekk ma tressaqx,
tipprova ma tressaqx, jew tkun kompliċi biex ma jitressaqx, tkun
ħatja ta’ reat.
Reġistrazzjonijiet 
qarrieqa.      
Emendat:     
VII. 1995.35.
57. (1) Jekk xi persuna b’qerq tikseb, jew tipprova b’qerq
tikseb, jew tieħu sehem biex b’qerq jinkiseb, xi dħul fi, tħassir
minn, jew tibdil fir-reġistru, jew xi dokument ieħor li hemm fi, jew
maħruġ mir-Reġistratur ta’ l-Artijiet, tkun ħatja ta’ reat.
(2) Kull dħul, tħassir, jew tibdil li hekk isir b’qerq ikun null
bejn il-persuni kollha li jkunu partijiet jew jieħdu sehem fil-qerq.
Piena.
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn erba’ snin jew multa ta’
mhux iżjed minn ħamest elef lira, jew dik il-priġunerija u multa
flimkien.
TAQSIMA X
REGOLI U ORDNIJIET DWAR DRITTIJIET
Regoli.   
Emendat:       
VII. 1995.36;
VI. 1996.10.
59. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’ jagħmel regoli ġenerali sabiex jirregola l-mod, il-
proċedura jew il-kondizzjonijiet li bihom jew taħthom għandhom
jiġu applikati d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, sabiex jiġu regolati
dawk il-ħwejjeġ kollha li b’dan l-Att huma meħtieġa jew
awtorizzati li jiġu preskritti jew li dwarhom għandu jiġi provdut
b’regoli, u b’mod ġenerali sabiex tiġi regolata kull ħaġa li għandha
x’taqsam mat- twaqqif u mat-tmexxija tar-reġistru ta’ l-artijiet u
mar-reġistrazzjoni ta’ titoli għal art.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, regoli magħmula taħt dan l-
artikolu jistgħu jsiru wkoll għall-għanijiet kollha li ġejjin jew għal
għan wieħed jew iżjed minnhom:
(a) sabiex jiġi regolat il-mod li bih għandu jsir u jinżamm
ir-reġistru;
(b) sabiex jiġu preskritti l-forom li għandhom jiġu mħarsa,
il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu, l-atti li
għandhom jintużaw, l-avviżi li għandhom jingħataw u
l-provi li għandhom jinġiebu fil-proċedimenti kollha
quddiem ir-reġistratur jew relattivament għar-
reġistrazzjoni;
(ċ) sabiex tiġi regolata l-proċedura meta ssir talba għall-
ewwel reġistrazzjoni;
(d) sabiex jagħti poter lir-reġistratur li jordna, jew
jagħmel kejl ta’ kull art in konnessjoni mar-
reġistrazzjoni tagħha taħt dan l-Att;
 28      KAP. 296.ħ      REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET
(e) sabiex jiġi regolat kif għandhom jinżammu d-
dokumenti li minn żmien għal żmien jiġu f’idejn ir-
reġistratur, bis-setgħa li tingħata l-ordni għad-
distruzzjoni ta’ kull dokument minn dawk li jkunu ġew
sostitwiti għal kollox b’reġistrazzjonijiet fir-reġistru,
jew li jkunu saru mingħajr ebda effett;
(f) sabiex jiġu applikati d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
dwar reġistrazzjoni obbligatorja;
(g) sabiex jitmexxew riċerki uffiċjali kontra kawzjonijiet,
inibizzjonijiet, u ħwejjeġ oħra ta’ din ix-xorta kif jiġi
preskritt;
(h) sabiex ikun jista’ jidħol fir-reġistru, u f’ċertifikati, il-
prezz imħallas jew il-valur dikjarat ma’ l-ewwel
reġistrazzjoni, trasferimenti, u trasmissjonijiet ta’ art;
(i) sabiex jiġi regolat il-mod kif avviżi meħtieġa taħt dan
l-Att, iridu jingħataw;
(j) għar-reġistrazzjoni, b’avviż, ma’ l-ewwel
reġistrazzjoni ta’ l-art, ta’ kull servitù, jedd, jew
privileġġ, maħluq b’att u li qed jaħdem skond il-liġi, li
jidher li jolqot l-art b’mod avvers, u safejn ikun
prattikabbli b’riferenza għall-att li joħloqhom;
(k) sabiex kull persuna li takkwista xi servitù, jedd jew
privileġġ bħal dak, wara d-data ta’ l-ewwel
reġistrazzjoni ta’ l-art, tkun tista’ titlob  (suġġett li
jingħata avviż lis-sid ta’ l-art li tkun suġġetta għas-
servitù) li jsir dħul fir-reġistru ta’ avviż għal dan, u
kemm jista’ jkun b’riferenza għall-att li joħloq il-jedd;
(l) sabiex l-ewwel sid jew kull sid ieħor warajh ikun jista’
jitlob li avviż tat-titolu tiegħu għal kull jedd jew
interess bħal dak, sew jekk akkwistat b’att jew bi
preskrizzjoni jew xort’oħra, jiġi reġistrat fir-reġistru,
u, kemm jista’ jkun b’riferenza għall-att  (jekk ikun
hemm) li joħloq il-jedd jew l-interess, u sabiex jiġi
preskritt l-effett ta’ kull reġistrazzjoni bħal dik;
(m) sabiex jiġu regolati l-ħruġ u l-forom ta’ ċertifikati, u,
jekk ikun meħtieġ, sabiex jiġi preskritt kull avviż
speċjali fuq iċ-ċertifikat li għandu jingħata bħala
twissija meta piżijiet, avviżi, u reġistrazzjonijiet oħra
kuntrarji jkunu jidhru fir-reġistru;
(n) sabiex jiġi provdut għal każijiet meta r-reġistratur
jista’ jagħti ċertifikat li disposizzjoni li tkun ser issir hi
awtorizzata u tiġi reġistrata jekk tiġi ippreżentata;
(o) sabiex jiġi preskritt l-effett ta’ avviżi ta’ preċedenza u
kawzjonijiet u inibizzjonijiet ta’ preċedenza;
(p) sabiex jipprovdu għal kull ħaġa anċillari għal jew
konsegwenzjali għal komputerizzazzjoni tar-Reġistru
ta’ l-Artijiet;
(q) sabiex id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar
trasferimenti ta’ artijiet reġistrati jiġu adattati għal
REĠISTRAZZJONITA’ARTIJIET ġ K AP. 296.
disposizzjonijiet oħra li jkunu awtorizzati li jsiru mis-
sid;
(r) sabiex ikunu jistgħu jsiru reġistrazzjonijiet fir-reġistru
malli xi interess ikun ċedut, spiċċa jew ġie sodisfatt
mingħajr ma qabel jiġi reġistrat it-titolu għall-interess
li jkun ingħaqad jew spiċċa.
Drittijiet.
għall-finanzi, jagħmel ordnijiet dwar l-ammonti ta’ drittijiet li
għandhom jitħallsu għal kull ħaġa li tkun saret jew għal kull servizz
provdut taħt dan l-Att.
(2) L-ordnijiet dwar drittijiet li għandhom x’jaqsmu jew li
huma inċidentali għar-reġistrazzjoni ta’ titolu għandhom jiġu
mibdula minn żmien għal żmien sabiex iħallu, kemm jista’ jkun
ammont biżżejjed biex minnhom jitħallsu s-salarji u l-ispejjeż l-
oħra  (magħduda l-kontribuzzjonijiet fis-sena fil-fond ta’
assigurazzjoni) li huma inċidentali sabiex jaħdem dan l-Att.
