KURATURPUBBLIKU ġKAP. 299.   1
KAPITOLU 299
ATT DWAR IL-KURATUR PUBBLIKU 
Biex jipprovdi għall-kariga ta’ Kuratur Pubbliku.
(  )*
Sar liġi bl-ATT X ta’ l-1982 kif emendat bl-Att XVI ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor u 
bidu fis-seħħ. 
1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar il-Kuratur Pubbliku, u
għandu jibda jseħħ f’dik id-data li l-Ministru responsabbli għall-
ġustizzja, jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta.
Kariga ta’ Kuratur 
Pubbliku. 
2. (1) Għandu jkun hemm Kuratur Pubbliku li l-kariga tiegħu
għandha tkun kariga uffiċjali, u li jkollu l-funzjonijiet li huma
vestiti fih b’dan l-Att jew taħtu.
(2) Il-Kuratur Pubbliku jkun maħtur mill-Prim Ministru, għal
dak iż-żmien u taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet, li l-Prim
Ministru jista’ jiddeċiedi.
(3) Ebda persuna ma tkun tista’ tinħatar Kuratur Pubbliku,
sakemm ma tkunx laħqet l-età ta’ 25 sena, u sakemm ma tkunx jew
uffiċjal fis-servizz pubbliku jew persuna li fil-fehma tal-Prim
Ministru, wara li jqis l-abbiltà  u l-esperjenza tagħha fl-
amministrazzjoni ta’ patrimonji, tkun xierqa biex tiġi hekk
maħtura.
(4) Il-Prim Ministru jista’ jaħtar kull uffiċjal pubbliku jew dak
in-numru ta’ persuni li ma jkunux uffiċjali pubbliċi kif jista’
jiddeċiedi biex ikunu uffiċjali tal-Kuratur Pubbliku għal dak iż-
żmien u taħt dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Prim Ministru
jista’ jiddeċiedi.
(5) Mal-ħatra tagħhom il-Kuratur Pubbliku u l-uffiċjali tal-
Kuratur Pubbliku għandhom jieħdu ġurament li jaqdu fedelment u
onestament il-funzjonijiet kollha li jkunu meħtieġa jaqdu taħt dan l-
Att. Il-ġurament għandu jittieħed quddiem l-Avukat Ġenerali.
Funzjonijiet ta’ 
Kuratur Pubbliku. 
3. (1) Bla ħsara għal u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, il-funzjonijiet hawn taħt imsemmija jistgħu jingħataw u jistgħu
jsiru mill-Kuratur Pubbliku:
(a) l-amministrazzjoni ta’ patrimonji; 
(b) esekutorija testamentarja;
Kap. 16.
(ċ) l-esekuzzjoni ta’ testmenti li għaliha jirreferi l-artikolu
778 tal-Kodiċi Ċivili;
Kap. 12.
(d) il-funzjoni ta’ sekwestratarju ġudizzjarju kif imsemmi
fis-Sub-Titolu III tat-Titolu VI tat-Tielet Ktieb tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċeduri Ċivili;
(e) kurazija ta’ persuni interdetti, inabilitati jew neqsin, u
wirt battal;
*Għadu mhux fis-seħħ.
 2      KAP. 299.ħ      KURATURPUBBLIKU
(f) l-ispezzjon ta’ kontijiet ta’ tuturi, kuraturi jew
amministraturi oħra.
(2) Fl-eżerċizzju ta’ dawk il-funzjonijiet il-Kuratur Pubbliku
jkollu dawk il-jeddijiet kollha u jkun suġġett għal dawk l-obbligi
kollha li taħt xi liġi huma inerenti għal dawk il-funzjonijiet:
Iżda l-Kuratur Pubbliku jkun eżentat milli jagħti xi
garanzija jew assigurazzjoni oħra qabel jew malli tiġi vestita fih xi
funzjoni taħt dan l-Att:
Iżda wkoll il-Kuratur Pubbliku għandu jżomm reġistru tal-
proprjetà li dwarha hu jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu u malli jsir ir-
reġistru u avviż tiegħu jingħata fil-Gazzetta, il-Kuratur Pubbliku
ma jkunx marbut li jagħmel xi att ieħor meħtieġ b’liġi dwar id-
deskrizzjoni ta’ dik il-proprjetà.
(3) (a) Il-Kuratur Pubbliku jista’ jawtorizza bil-miktub lil kull
wieħed mill-uffiċjali tiegħu biex f’ismu jaqdi kull
waħda mill-funzjonijiet vestiti fih skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(b) fl-eżerċizzju tal-jeddijiet u tal-funzjonijiet tagħhom l-
uffiċjali tal-Kuratur Pubbliku jkunu taħt ir-
responsabbiltà tal-Kuratur Pubbliku.
(4) Bla ħsara għal kull dritt li għandha taħt xi liġi, kull persuna
aggravata b’xi egħmil jew nuqqas tal-Kuratur Pubbliku fl-
eżerċizzju tal-funzjoni tiegħu taħt dan l-Att, tista’ b’rikors, tirreferi
l-każ lis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili, u l-qorti wara li tisma’ lill-
Kuratur Pubbliku, għandha tagħti dak l-ordni u dak il-parir li fil-
fehma tal-qorti jwassal għal soluzzjoni prattika u ekwa tal-każ.
(5) Il-kontijiet dwar il-proprjetà li dwarha l-Kuratur Pubbliku
jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, flimkien ma’ rapport ta’ l-
amministrazzjoni tagħha, għandhom jingħataw kull sena lil dik il-
persuna jew awtorità, f’dawk iż-żminijiet u b’dak il-mod kif jista’
jiġi preskritt taħt dan l-Att:
Iżda fil-każ ta’ proprjetà li dwarha ebda persuna li jkollha
interess ma tista’ tinstab, il-Kuratur Pubbliku għandu kull sena
jagħmel rapport ta’ l-amministrazzjoni ta’ dik il-proprjetà lill-
Ministru responsabbli għall-ġustizzja. Dak ir-rapport għandu
jinkludi l-kontijiet ta’ l-amministrazzjoni għal perijodu ta’ tnax-il
xahar li jagħlqu fil-31 ta’ Diċembru, verifikati kif imiss skond l-
artikolu 11 ta’ dan l-Att, u għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-
Kamra tad-Deputati mill-imsemmi Ministru mhux iktar tard mill-31
ta’ Marzu li jaħbat wara s-sena li għalih jirreferu r-rapport u l-
kontijiet.
Proċedura dwar il-
ħatra ta’ Kuratur 
Pubbliku bħala 
amministratur, eċċ.
Kap. 12.
4. (1) Il-Kuratur Pubbliku għandu jiġi nominat, maħtur jew
konfermat biex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu bħala amministratur,
esekutur, sekwestratarju jew kuratur dwar kull proprjetà msemmija
fl-att tan-nomina, ħatra jew konferma, minn kull qorti li jkollha
ġurisdizzjoni jew minn kull persuna, skond il-każ, bl-istess mod
kif, fid-disposizzjonijiet jew taħt id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jew ta’ xi liġi oħra, huma
applikabbli għal dik il-funzjoni, safejn dawk id-disposizzjonijiet
KURATURPUBBLIKU ġKAP. 299.   3
ma jkunux ma jaqblux mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att:
Iżda l-Kuratur Pubbliku jitqies li jkun ikkonfermat bħala
esekutur testamentarju mis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili malli
jippreżenta nota fir-reġistru ta’ l-istess qorti, fejn jiddikjara li
aċċetta l-eżekutorija testamentarja.
(2) Malli l-Kuratur Pubbliku jieħu l-inkarigu, b’dikjarazzjoni
ppubblikata fil-Gazzetta biex jamministra l-proprjetà, l-
amministrazzjoni għandha bis-saħħa ta’ dan l-Att u bla ħtieġa ta’ xi
formalità oħra mitluba mill-liġi, tiġi, vestita fih.
Il-Kuratur 
Pubbliku ma jistax 
jirrifjuta ħatra.
5. (1) Il-Kuratur Pubbliku jista’ jirrifjuta li jamministra xi
proprjetà jew b’mod assolut jew b’kondizzjoni:
Iżda l-Kuratur Pubbliku ma jistax jirrifjuta xi ħatra minn
qorti taħt dan l-Att, kemm-il darba s-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili,
fuq rikors tal-Kuratur Pubbliku meta tiġi mogħtija raġuni xierqa ma
tawtorizzahx biex hekk jagħmel:
Iżda wkoll il-Kuratur Pubbliku ma jistax hekk jirrifjuta, jew
ikun hekk awtorizzat biex jirrifjuta, biss minħabba l-fatt li l-valur
tal-patrimonju biex jiġi amministrat ikun żgħir.
(2) Is-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili tista’, fuq rikors tal-
Kuratur Pubbliku f’kull żmien wara l-ħatra tiegħu, tissostitwixxi xi
persuna oħra minflok, jew taħtar lil xi persuna flimkien ma’, il-
Kuratur Pubbliku fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu kollha jew ta’
wħud minnhom dwar kull proprjetà speċifikata fid-digriet tal-qorti.
(3) Il-Kuratur Pubbliku m’għandux jaċċetta xi ħatra li tinvolvi
t-tmexxija, jew it-tkomplija, ta’ xi negozju, ħlief fil-każijiet li jkun
awtorizzat għalihom taħt regolamenti magħmula taħt dan l-Att,
lanqas ma għandu jaċċetta l-amministrazzjoni ta’ xi patrimonju li
hu jkollu raġun jaħseb li ma jkunx solvibbli.
(4) Il-Kuratur Pubbliku m’għandux jaċċetta l-amministrazzjoni
ta’ xi proprjetà li l-għanijiet tagħha jkunu esklużivament reliġjużi
jew ta’ karità.
Il-Kuratur 
Pubbliku jaġixxi fl-
interess tal-
patrimonju. 
6. Fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, il-Kuratur
Pubbliku għandu jaġixxi fl-aħjar interessi tal-persuni li jkollhom
id-dritt fil-proprjetà jew fuq il-proprjetà mqiegħda taħt il-kontroll
tiegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Drittijiet li jitħallsu 
lil Kuratur 
Pubbliku. 
7. (1) Id-drittijiet li għandhom jitħallsu għal servizzi
magħmula taħt dan l-Att għandhom ikunu dawk preskritti taħt l-
artikolu 17 ta’ l-Att.
(2) Il-Kuratur Pubbliku għandu jiġbor dawk id-drittijiet f’isem
il-Gvern.
Amministrazzjoni 
ta’ patrimonju 
żgħar.
8. (1) Kull persuna li jkollha interess f’patrimonju, li l-valur
kapitali gross tiegħu jkun inqas minn għaxart elef lira, tista’
b’rikors titlob lis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili biex tordna li l-
amministrazzjoni ta’ dak il-patrimonju tiġi vestita fil-Kuratur
Pubbliku.
(2) Mar-rikors il-qorti għandha tisma’ lill-Kuratur Pubbliku, u
għandha, sakemm ma jkunx hemm raġuni serja biex ma tagħmilx
 4      KAP. 299.ħ      KURATURPUBBLIKU
hekk fl-interess tal-persuni konċernati, tinvesti fil-Kuratur
Pubbliku l-amministrazzjoni tal-patrimonju.
(3) Is-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili tista’, mingħajr ma jsiru
proċedimenti ġudizzjarja, tagħti permess lill-Kuratur Pubbliku biex
ibigħ jew xort’oħra jittrasferixxi kull proprjetà amministrata
minnu.
(4) Kull persuna li, kieku ma kienx hemm id-digriet tal-qorti li
bih ġiet vestita l-amministrazzjoni fil-Kuratur Pubbliku, kien
ikollha jedd li tamministra l-patrimonju, tkun meħlusa mir-
responsabbiltà kollha li toħroġ mill-amministrazzjoni ħlief dwar
kull responsabbiltà li tkun daħlet għaliha qabel id-digriet.
Sostituzzjoni ta’ 
esekutur 
testamentarju, eċċ., 
bil-Kuratur 
Pubbliku. 
9. Kull persuna li tkun qed taqdi xi funzjoni li tista’, skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att tingħata lill-
Kuratur Pubbliku, minkejja li dik il-persuna tkun aġixxiet fl-
amministrazzjoni tal-patrimonju, tista’, bl-approvazzjoni tal-qorti,
u wara li jkun ingħata dak l-avviż lill-persuni interessati
benefiċjarjament, kif il-qorti tista’ tordna, tittrasferixxi l-
amministrazzjoni ta’ dak il-patrimonju lill-Kuratur Pubbliku:
Iżda l-qorti tista’ tordna li dak il-patrimonju jiġi
amministrat mill-Kuratur Pubbliku waħdu jew flimkien mar-
rikorrent u/jew ma’ persuna oħra.
Kuratur Pubbliku 
jista’ jaġixxi 
flimkien ma’ 
oħrajn. 
10. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Kuratur
Pubbliku jista’ jaġixxi jew waħdu jew flimkien ma’ xi persuna oħra
f’kull funzjoni li jista’ jkun imqabbad jagħmel taħt dan l-Att.
Kontijiet suġġetti 
għal verifika mill-
Awditur Ġenerali.
Emendat:
XVI. 1997.8.
11. Il-kontijiet dwar il-proprjetà mqiegħda taħt il-kontroll tal-
Kuratur Pubbliku jkunu suġġetti għal verifika mill-Awditur
Ġenerali.
Spezzjon ta’ 
kontijiet mill-
Kuratur Pubbliku. 
Kap. 12. 
12. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 513 tal-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jew ta’ xi liġi oħra,
l-ispezzjon tal-kontijiet ta’ tuturi, kuraturi jew amministraturi oħra
għandha ssir mill-Kuratur Pubbliku.
(2) Malli jispiċċa l-ispezzjon l-Kuratur Pubbliku għandu
jagħmel rapport u jiċċertifika li l-kontijiet juru stampa ċara tal-
qagħda ta’ l-amministrazzjoni jew li dawk il-kontijiet ikunu
defiċjenti f’dak li jiġi speċifikat f’dan iċ-ċertifikat.
(3) Dik l-ispezzjon tista’ ssir kull meta l-Kuratur Pubbliku
jidhirlu xieraq u għandha ssir ukoll fuq ordni tal-qorti, jew tista’
ssir ukoll fuq it-talba ta’ xi tutur, kuratur jew amministratur ieħor
responsabbli għal, jew benefiċjarju li jkollu interess fi, l-kontijiet li
jridu jiġu spezzjonati, ukoll jekk dik l-amministrazzjoni tkun
inbdiet qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Kuratur Pubbliku 
jkollu aċċess għall-
kotba.
13. Il-Kuratur Pubbliku jkollu l-jedd ta’ aċċess għall-kotba tal-
kontijiet u għal kull dokument ieħor li jkollu x’jaqsam ma’ l-
amministrazzjoni u jista’ jeħtieġ mingħand kull tutur, kuratur jew
amministratur ieħor dak it-tagħrif u dik l-ispjegazzjoni li jidhirlu
meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tiegħu.
KURATURPUBBLIKU ġKAP. 299.   5
Nuqqas li jiġu 
prodotti 
dokumenti. 
14. Jekk xi persuna jkollha l-kustodja ta’ xi ktieb ta’ kontijiet
jew ta’ dokumenti oħra li l-Kuratur Pubbliku jkollu jedd ta’ aċċess
għalihom taħt dan l-Att, tonqos li tipproduċi lil, jew tirrifjuta li
tħalli, lill-Kuratur Pubbliku li jkollu aċċess għalihom jew li b’xi
mod ieħor ittellef li jsir eżami, il-Kuratur Pubbliku jista’ jagħmel
rikors fis-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili, u ma’ dan il-qorti għandha
tagħti dak l-ordni li jidhrilha xieraq biex ikun infurzat il-jedd tal-
Kuratur Pubbliku. Nuqqas li jitħares digriet mogħti mill-qorti
jitqies li hu disprezz tal-qorti u għalih ikun hemm l-istess pieni.
Persuni interessati 
jkollhom jedd li 
jispezzjonaw 
kontijiet, eċċ. 
15. Kull persuna li jkollha interess f’xi proprjetà mqiegħda taħt
il-kontroll tal-Kuratur Pubbliku jkollha jedd, bla ħsara għal kull
regolament magħmul taħt dan l-Att, li fil-ħinijiet kollha raġonevoli
tispezzjona u tieħu kopji tal-kontijiet dwar dik il-proprjetà, u, mal-
ħlas ta’ dawk id-drittijiet li jistgħu jiġu preskritti, tingħata kopji
tagħhom jew estratti minnu.
Reati u pieni. 
xi liġi oħra, kull persuna li f’xi dokument, maħsub għall-Kuratur
Pubbliku, xjentement tagħmel dikjarazzjoni jew stqarrija falza jew
tagħti tagħrif falz tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
17. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jagħmel
regolamenti biex jippreskrivu - 
(a) id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-Kuratur Pubbliku
għal servizzi mogħtija taħt dan l-Att;
(b) kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta taħt dan l-Att;
(ċ) il-mod kif proprjetà amministrata mill-Kuratur
Pubbliku jew xi amministratur ieħor għandha tiġi
offerta għall-bejgħ jew għal kull xorta oħra ta’
trasferiment; u
(d) b’mod ġenerali, biex jiżguraw it-twettiq aħjar ta’ kull
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
