INDĦILBARRANI ġKAP. 300.   1
KAPITOLU 300
Sostitwit: 
I. 1987.2. 
ATT DWAR INDĦIL BARRANI
Biex jirregola l-limitazzjonijiet fuq l-attivitajiet politiċi ta’ barranin, u
dan skond l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma  (1950) għall-
Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali.
(1 ta’ Settembru, 1982)*
Sar liġi bl-ATT XI ta’ l-1982, kif emendat bl-Atti: XVII ta’ l-1982; XIII
ta’ l-1983 u I ta’ l-1987#.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Sostitiwit: 
I. 1987.3.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"aġent intermedjarju" tfisser kull persuna jew grupp ta’ persuni
illi, minkejja l-għanijiet mistqarra tagħhom, ikunu involuti
f’attività politika, u tinkludi kull ċittadin ta’ Malta li jkun residenti
barra minn Malta li jaġixxi b’dan il-mod;
"Awtorità tax-Xandir" tfisser l-Awtorità tax-Xandir imwaqqfa
bl-artikolu 118 tal-Kostituzzjoni;
"barrani" meta tirreferi għal individwu tfisser persuna li ma
tkunx ċittadin ta’ Malta; meta tirreferi għal għaqda ta’ persuni, jkun
liema jkun il-mod ta’ kostituzzjoni ġuridika, tfisser kull għaqda ta’
persuni bħal din li tkun direttament jew indirettament kontrollata
minn persuni li ma jkunux ċittadini ta’ Malta, u tinkludi kull Stat
jew Gvern; u meta tirreferi għal xandira tfisser kull xandira bħal
din imxandra minn stazzjon jew stallazzjoni li jkunu jinsabu barra
mit- territorju ta’ Malta u li ma tkunx awtorizzata mill-Awtorità
tax-Xandir;
"Kumitat ta’ Kontroll" tfisser il-Kumitat imwaqqaf taħt dan l-
Att;
"Malta" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-affarijiet
barranin;
"persuna" tinkludi kull partit politiku, u kull organizzazzjoni
politika jew xort’oħra, istituzzjoni jew għaqda li tkun;
"politiku" fejn ma tirriferix għal partit, persuna, każin jew
istituzzjoni simili għandha tifsira ristretta għal materji konnessi
ma’ l-elezzjonijiet f’Malta, jew li jistgħu raġonevolment jitqiesu li
jinfluwenzaw dawn l-elezzjonijiet, u materji konnessi ma’ l-
affarijiet interni jew barranin ta’ Malta;
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji u n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 461 ta’ l-1 ta’ Settembru, 1982. 
#Ara l-artikolu 9 ta’ l-Att I ta’ l-1987.
 2      KAP. 300.ħ      INDĦILBARRANI
"programm" tinkludi reklam;
"xandira" tfisser xandira b’telegrafija mingħajr fili jew bil-fili
jew bit-tnejn, u tinkludi xandira kemm ta’ smigħ kif ukoll ta’
televiżjoni. 
Attivitajiet ristretti. 
Emendat: 
XVII. 1982.2.
Sostitwit:
I. 1987.4.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ebda
barrani ma jista’ jwettaq, jagħmel, iżomm, jieħu parti fi, jgħin jew
jassisti, jew jippermetti, xi attività ristretta f’Malta.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, "attività ristretta" tfisser -
(a) kull attività, jew parteċipazzjoni f’xi attività, ta’ xorta
politika jew li jkollha għan politiku kull żmien waqt il-
perijodu li jibda minn disa’ xhur qabel id-data meta l-
Parlament kien ikun, sakemm ma jkunx ġie xolt qabel,
xolt bis-saħħa tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 76 tal-
Kostituzzjoni u d-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultati
ta’ elezzjoni, jew f’kull żmien bejn ix-xoljiment tal-
Parlament skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 76 tal-
Kostituzzjoni u d-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultati
ta’ l-elezzjoni;
(b) l-għoti f’kull żmien, lil jew għal benefiċċju ta’ partit,
persuna, każin jew istituzzjoni simili, ilkoll politiċi,
sew direttament jew permezz ta’ aġent intermedjarju,
ta’ xi flus, tagħmir jew materjal ieħor, bħala rigal jew
mod ieħor li ma jkunx kumpens ekwivalenti ta’ valur,
bl-esklużjoni ta’ kotba u pubblikazzjonijiet oħra
maħsuba għall-bejgħ jew għat-tqassim mhux b’mod
esklużiv jew prinċipalment għal Malta, ħlief jekk dan
l-għoti jkun awtorizzat mill-Kumitat ta’ Kontroll
skond dan l-Att:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha titqies li
tinkludi xi ħaġa li meqjus il-valur tagħha u kull ċirkostanzi oħra,
tista’ tkun raġonevolment meqjusa bħala rigal ta’ natura bona fide
ta’ ebda sinifikat politiku.
(3) Attività kif imfissra fil-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu ma għandhiex tkun attività ristretta f’kull żmien
ieħor ħlief dak imsemmi fl-istess paragrafu, sakemm min ikun bi
ħsiebu li jwettaq jew jorganizza dik l-attività javża bil-miktub minn
ħamest ijiem qabel lis-Segretarju tal-Kumitat tal-Kontroll
imwaqqaf taħt dan l-Att, iżda s-Segretarju jista’ fid-diskrezzjoni
tiegħu f’każ urġenti jaċċetta avviż bil-miktub fi żmien iqsar.
(4) Ebda disposizzjoni f’dan l-artikolu ma għandha titqies
bħala li għandha xi effett fuq l-attivitajiet diplomatiċi normali.
(5) Ebda disposizzjoni f’dan l-artikolu ma għandha tkun
tapplika għal xi attività li tkun organizzata minn organizzazzjoni
internazzjonali li tagħha l-Istat ta’ Malta jkun membru, bla ħsara
madankollu għall-kundizzjoni li jekk tkun attività politika, din ma
tkunx organizzata minn grupp politiku partikulari li jkun jagħmel
parti minn dik l-organizzazzjoni.
INDĦILBARRANI ġKAP. 300.   3
Xandir riċevut 
f’Malta.
Emendat: 
I. 1987.5. 
4. (1) Meta programm barrani ta’ xorta politika mxandar
minn xi post barra minn Malta jiġi riċevut f’Malta u, minħabba l-
lingwa wżata jew il-kontenut tal-programm, dik ix-xandira tista’
b’mod raġonevoli titqies li hi maħsuba biex tiġi riċevuta
primarjament f’Malta, ebda persuna li tkun ċittadin ta’ Malta jew li
tkun ordinarjament toqgħod f’Malta ma tkun tista’, sew f’isimha
jew f’isem jew għal xi persuna oħra, tieħu sehem f’xi xandira bħal
dik jew b’xi mod ikun li jkun tgħin jew tassisti fl-egħmil ta’ dik ix-
xandira, jew tagħmel xi ħaġa li direttament jew indirettament tista’
tgħin jew tħajjar biex issir dik ix-xandira jew biex tiġi riċevuta
f’Malta, u b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak
li ntqal qabel, tippubblika l-ħinijiet jew dettalji oħra dwar xi
xandira bħal dik.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu persuna li l-egħmil jew il-
vuċi tagħha jidhru jew ikunu riprodotti fuq xi programm imxandar
kif intqal qabel, ħlief meta dik il-persuna tkun biss spettatur, titqies
li tkun ħadet sehem fih kemm-il darba ma tippruvax li l-programm
kien irrekordjat mingħajr it-tagħrif tagħha jew li l-programm kien
irrekordjat jew imxandar kontra l-istruzzjonijiet espressi tagħha.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu iżda bla ħsara għall-
ġeneralità tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, persuna li
tirreklama, jew tinvita jew tħajjar lil oħrajn biex jirreklamaw xi
oġġetti, servizz jew xi ħaġ’oħra fuq stazzjon tax-xandir li minnu
jixxandru programmi bi ksur tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu,
titqies li tkun ħadet sehem f’dik ix-xandira.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma japplikawx jekk
ix-xandira ssir bil-permess jew bi qbil bil-miktub ta’ l-Awtorità tax
Xandir, mogħti bi tħaris tal-funzjonijiet tagħha taħt il-Kostituzzjoni
daqslikieku dik ix-xandira oriġinat f’Malta, u bi tħaris strett ta’ kull
kondizzjoni, limitazzjoni jew restrizzjoni li għalih dak il-permess
jew qbil ikun ġie suġġett.
Pieni.
Emendat: 
I. 1987.6.
5. (1) Kull persuna barranija u kull persuna oħra li tgħin jew
tassisti lil xi persuna barranija bħal dik, u kull persuna li tkun aġent
intermedjarju li taġixxi bi ksur ta’, jew tonqos li tikkonforma ma’,
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli msemmija qabel ta’
dan l-Att, jew li tagħmel xi ħaġa li ma tistax tagħmel taħtu tkun
ħatja ta’ reat kontra dan l-Att u għal kull wieħed minn dawk ir-reati
teħel, meta tinsab ħatja l-ewwel darba, multa ta’ mhux iżjed minn
elf lira, meta tinsab ħatja t-tieni darba, multa ta’ mhux inqas minn
elf lira u mhux iżjed minn ħamest elef lira u meta tinsab ħatja t-
tielet darba jew wara, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sitt xhur u multa ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira, u, fil-każ ta’
reat kontinwu kull meta tinsab ħatja, multa addizzjonali ta’ mhux
iżjed minn mitt lira għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra dwar il-
konfiska, kull fondi, tagħmir jew ħaġ‘oħra mobbli tkun li tkun, sew
jekk ta’ l-istess xorta sew jekk le, miżmumin jew użati għal jew
dwar xi attività ristretta jew xandira li ssir bi ksur ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandhom jiġu konfiskati favur il-
Gvern, u dik il-konfiska għandha tiġi ordnata mill-qorti f’kull każ u
sew jekk dawk il-fondi, tagħmir jew ħaġa oħra jkunu proprjetà ta’,
 4      KAP. 300.ħ      INDĦILBARRANI
jew ikunu miżmuma jew użati minn, il-persuna misjuba ħatja jew
ikunu l-proprjetà ta’ jew ikunu wżati jew miżmuma minn xi
persuna oħra tkun min tkun, u sew jekk le.
(3) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 56 tal-Kostituzzjoni "indħil
barrani" tfisser kull reat li jsir kontra xi waħda mid-
disposizzjonijiet imsemmija qabel ta’ dan l-Att:
Iżda f’każ ta’ xandira barranija, ma għandux jitqies li jkun
hemm indħil barrani bħal dan, jekk il-persuna jew il-partit politiku
li favur tiegħu jew a benefiċċju tiegħu xandira bħal dik tkun saret
jew tkun maħsuba li ssir, jipprova li hu jew il-partit politiku, kif
ikun il-każ, ma jkunx għamel dik ix-xandira jew ma jkun b’ebda
mod għin jew assista, qabel, matul, jew wara t-trasmissjoni, xi
persuna f’dik ix-xandira.
Kumitat ta’ 
Kontroll. 
Emendat: 
III. 1983.4, 5. 
Sostitwit: 
I. 1987.7. 
6. (1) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, għandu
jitwaqqaf Kumitat, li jkun magħruf bħala l-"Kumitat ta’ Kontroll",
li jkun magħmul mill-Ministru, u żewġ membri li għandhom ikunu
membri tal-Parlament u li wieħed minnhom ikun nominat mill-Prim
Ministru u l-ieħor mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(2) Dawk il-membri hekk nominati għandhom jibqgħu membri
tal-Kumitat minkejja li l-Parlament jista’ jkun ġie xolt, u dan
sakemm jinħatru membri ġodda minflokhom.
(3) L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati għandu jkun is-
Segretarju tal-Kumitat.
(4) Il-Kumitat għandu jkollu l-funzjonijiet mogħtija lilu b’dan
l-Att.
(5) Il-Kumitat ma għandux jawtorizza li jiġu riċevuti xi flus,
tagħmir jew materjal ieħor minn xi partit politiku ħlief jekk dawn
ikunu bilanċjati b’mod sew b’kontribuzzjoni simili jew ekwivalenti
lill-partiti politiċi l-oħrajn, meta wieħed iqis id-daqs ta’
rappreżentanza tagħhom fil-Parlament, u d-deċiżjoni għandha
tittieħed b’vot unanimu.
(6) Il-Kumitat jista’ jaġixxi minkejja kull vakanza fost il-
membri tiegħu, iżda ma għandux jaġixxi sakemm ma jkunx hemm
mill-anqas żewġ membri li jżommu l-kariga u mill-anqas żewġ
membri jkunu preżenti waqt il-laqgħa li matulha tittieħed id-
deċiżjoni.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
imsemmija qabel il-Kumitat jista’ jirregola l-proċedura tiegħu
stess.
(8) Il-Ministru għandu mhux aktar tard mill-ewwel seduta tal-
Parlament wara l-ħmistax ta’ Jannar ta’ kull sena jpoġġi fuq il-
Mejda tal-Kamra rapport li fih juri kull awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kumitat ta’ Kontroll skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
matul is-sena preċedenti.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat: 
I. 1987.8.
7. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti - 
(a) biex jippreskrivu l-forma li għandha tintuża għall-
finijiet ta’ dan l-Att u kull ħaġa oħra li tista’ tiġi
INDĦILBARRANI ġKAP. 300.   5
preskritta taħt dan l-Att;
(b) b’mod ġenerali biex titwettaq aħjar kull waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew għal kull ħaġa
inċidentali jew supplementari għalihom.
