 RATIFIKATA’TRATTATI ġKAP. 304.   1
KAPITOLU 304
ATT DWAR IR-RATIFIKA TA’ TRATTATI 
Biex jipprovdi għar-ratifika ta’ ċerti trattati.
(9 ta’ Marzu, 1983)*
Sar liġi bl-ATT V ta’ l-1983.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra - 
"trattat" tfisser ftehim internazzjonali bil-miktub finalizzat bejn
Stati u li hu regolat bid-dritt internazzjonali, sew jekk magħmul
f’dokument wieħed jew f’żewġ dokumenti jew iktar konnessi u
jkun x’ikun imsejjaħ;
u kull riferenza għar-ratifika ta’ trattat għandha tinkludi riferenza
għal aċċessjoni għal dak it-trattat u għal kull għemil jew mod ieħor
li bih dak it-trattat jista’ jinġieb fis-seħħ.
Ratifika ta’ ċerti 
trattati mill-Kamra 
tad-Deputati.
3. (1) Meta trattat li tiegħu Malta ssir parti wara l-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-Att ikun wieħed li jolqot jew ikollu x’jaqsam ma’ -
(a) l-istatus ta’ Malta fid-dritt internazzjonali jew it-
tiżmim jew l-appoġġ għal dak l-istatus, jew
(b) is-sigurtà ta’ Malta, is-sovranità, l-indipendenza, l-
unità jew l-integrità territorjali tagħha, jew
(ċ) ir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’ kull organizzazzjoni,
aġenzija, assoċjazzjoni jew korp ieħor simili
multinazzjonali,
dak it-trattat m’għandux jibda jseħħ dwar Malta kemm-il darba ma
jkunx ġie ratifikat jew ir-ratifika tiegħu ma tkunx ġiet awtorizzata
jew approvata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Trattat li għalih japplika s-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandu jiġi ratifikat jew ikollu r-ratifika tiegħu awtorizzata jew
approvata kif gej:
(a) meta dak it-trattat ikun dwar xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jew ikun fih xi disposizzjoni li
għandha ssir, jew għandha tkun infurzata bħala, parti
mil-liġi ta’ Malta, b’Att tal-Parlament;
(b) f’kull każ ieħor, b’Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-
Deputati.
(3) Ebda disposizzjoni ta’ trattat ma għandha ssir, jew ma
għandha tiġi nfurzata bħala, parti mil-liġi ta’ Malta ħlief b’Att jew
taħt Att tal-Parlament.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 128 tad-9 ta’ Marzu, 1983.
 2      KAP. 304.ħ       RATIFIKATA’TRATTATI
(4) Id-dokument tar-ratifika għandu jinħareġ taħt il-firma tal-
Ministru responsabbli għall-affarijiet barranin.
(5) Kull att ta’ Stat barrani dwar xi waħda mill-ħwejjeġ
imsemmija fil-paragrafu (a) jew (b) tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra malajr kemm
jista’ ikun mill-Ministru responsabbli għall-affarijiet barranin
flimkien ma’ mozzjoni li tagħti opportunità lill-Kamra li turi l-
fehmiet tagħha fuq dak l-att.
Il-Kamra tiġi 
mgħarrfa 
b’denunzja ta’ ċerti 
trattati.
4. Meta Malta ma tibqax, jew tagħmel xi ħaga li biha ma
tibqax, parti fi trattat li jolqot jew għandu x’jaqsam ma’ xi waħda
mill-ħwejjeġ imsemmija fil-paragrafu (a),  (b) jew (ċ) tas-
subartikolu  (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, il-Ministru
responsabbli għall-affarijiet barranin għandu jgħarraf lill-Kamra
bil-fatt, u jagħti r-raġunijiet għaliex ikun sar dan, ma’ l-ewwel
opportunità u f’ebda każ mhux wara t-tieni seduta tal-Kamra wara
li jgħaddi xahar mid-data tad-denunzja jew għemil ieħor li bih
Malta ma tibqax, jew ma tkunx ser tibqa’ parti fi trattat kif intqal
qabel.
Trattati oħra. 5. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tiftiehem li b’xi mod
tolqot is-setgħat tal-Gvern dwar trattati li għalihom ma japplikax
is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
