PROVVISTI U SERVIZZI (ĠURISDIZZJONI DWAR 
PROĊEDIMENTI KRIMINALI) ġKAP. 306.   1
KAPITOLU 306
ATT DWAR IL-PROVVISTI U SERVIZZI 
(ĠURISDIZZJONI DWAR 
PROĊEDIMENTI KRIMINALI)
Biex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni għall-proċessar ta’ persuni akkużati
b’reati kontra l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi (Kap. 117) u regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu.
(15 ta’ Lulju, 1983)*
Sar liġi bl-Att XII ta’ l-1983, kif emendat bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
(Ġurisdizzjoni dwar Proċedimenti Kriminali).
Ġurisdizzjoni. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
Kap. 117. 
Kap. 9.
2. Ir-reati kollha kontra l-Att dwar il-Provvisti u Servizzi u
kontra kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu li jkunu saru
wara d-9 ta’ Diċembru, 1982, għandhom jiġu pproċessati mill-Qorti
tal-Maġistrati, u, safejn ma jkunux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali għandhom japplikaw għal proċedimenti quddiem dik il-
qorti u għal proċedimenti għal appell minn kull deċiżjoni ta’ l-
imsemmija qorti:
Iżda proċedimenti jistgħu jinbdew f’kull żmien sa sena
mill-egħmil tar-reat:
Iżda wkoll l-Avukat Ġenerali dejjem ikollu l-jedd għal
appell lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali minn deċiżjoni tal-Qorti tal-
Maġistrati. 
Proċedimenti 
pendenti quddiem 
it-Tribunal għall-
Kontroll tal-
Prezzijiet. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
Kap. 9. 
3. (1) Il-każijiet kollha li, fit-28 ta’ Ġunju, 1983, kienu
pendenti quddiem it-Tribunal imsemmi fir-Regolamenti ta’ l-1982
dwar it-Twaqqif ta’ Tribunal għall-Kontroll tal-Prezzijiet#,
għandhom, għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi, jitqiesu li nbdew
quddiem il-Qorti tal-Maġistrati skond id-disposizzjonijiet tal-
Kodiċi Kriminali dwar proċedimenti quddiem dik il-qorti bħala
qorti ta’ ġudikatura kriminali u li huma pendenti quddiem l-
imsemmija qorti fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u li f’dik id-
data aġġornati, sine die mill-imsemmija qorti.
Akkużi u taħrikiet. 
Kap. 9.
(2) Kull akkuża għal xi reat li tkun saret qabel il-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att taħt id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti ta’ l-1982
dwar it-Twaqqif ta’ Tribunal għall-Kontroll tal-Prezzijiet, u kull
taħrika maħruġa dwarha, għandhom jitqiesu għall-finijiet u effetti
kollha tal-liġi, li jkunu saru jew inħarġu taħt id-disposizzjonijiet
tal-Kodiċi Kriminali, u kull riferenza għat-Tribunal għall-Kontroll
tal-Prezzijiet li tinsab fihom għandha tinqara u tiftiehem bħala
riferenza għall-Qorti tal-Maġistrati.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 408 tal-15 ta’ Lulju, 1983.
#Imħassar bl-artikolu 4 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat liema artikolu ġie
mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-Liġijiet Statutarji.
